Proċedura : 2017/2147(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0068/2018

Testi mressqa :

A8-0068/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.32

Testi adottati :

P8_TA(2018)0137

RAPPORT     
PDF 718kWORD 62k
22.3.2018
PE 613.445v02-00 A8-0068/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2147(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0057/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0057/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tiegħu(11), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (iċ-"Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 18 019 949, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,83 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2015

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-kumment tal-Qorti dwar il-bini, ix-xogħol ta' tiswija, it-tisħiħ strutturali u diversi kwistjonijiet ta' sikurezza issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletat";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,43 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; barra minn hekk, jilqa' l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 94,55 %, li tfisser żieda ta' 11,55 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li ċ-Ċentru kien kapaċi jutilizza tfaddil addizzjonali li jirriżulta minn aġġustament 'l isfel fil-fattur ta' ponderazzjoni tas-salarji minn 79,9 % għal 79,3 %; jinnota b'sodisfazzjoni li ċ-Ċentru trasferixxa l-iffrankar sussegwenti fi spejjeż tal-persunal għal attivitajiet operattivi u ġestiti b'suċċess biex jimpenjahom mill-ġdid qabel tmiem is-sena;

4.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi taċ-Ċentru, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel miċ-Ċentru u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferiment

5.  Jinnota li, fl-2016, iċ-Ċentru għamel trasferimenti li jammontaw għal EUR 309 187 mit-Titolu I (infiq tal-persunal) u għat-Titolu II (infiq amministrattiv) u għat-Titolu III (infiq operattiv); jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Akkwist

6.  Jinnota li, fl-2016, iċ-Ċentru pproċessa 46 proċedura ta' akkwist, li minnhom 46 % kienu proċeduri miftuħa, 48 % proċeduri negozjati u 6 % proċeduri ristretti;

Politika tal-persunal

7.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2016 ir-rata ta' okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta' 98 %, jiġifieri 92 post mimlija fit-tabella tal-persunal li kellha 94 post awtorizzati;

8.  Jinnota b'apprezzament il-fatt li ċ-Ċentru baqa' impenjat li jappoġġa opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ u l-impjieg; jinnota li l-persunal taċ-Ċentru huwa magħmul minn 60 % nisa u 40 % irġiel, u li l-bilanċ bejn is-sessi jista' jitjieb; jilqa', madankollu, il-fatt li n-nisa huma rappreżentati sew f'kull grad, inkluż, b'mod partikolari, minħabba li dan mhuwiex dejjem il-każ, fil-livell maniġerjali;

9.  Jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal taċ-Ċentru; jinnota li l-baġit li ntefaq għall-attivitajiet ta' benesseri jammonta għal madwar EUR 46 000, li jikkorrispondi għal 0,5 jum għal kull membru tal-persunal; jistieden liċ-Ċentru jipprovdi analiżi aktar bir-reqqa ta' dawn l-ispejjeż lill-awtorità ta' kwittanza; josserva li n-numru medju ta' liv minħabba mard kien ta' 7,9 ijiem għal kull membru tal-persunal;

10.  Ifakkar li f'Novembru 2011 iċ-Ċentru adotta deċiżjoni dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali; jistieden liċ-Ċentru jappoġġa l-organizzazzjoni ta' taħriġ u sessjonijiet ta' informazzjoni biex iżid is-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 iċ-Ċentru ma rċieva l-ebda lment, azzjoni legali jew każ irrapportat marbuta mar-reklutaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

12.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru kiseb id-dikjarazzjonijiet nieqsa kollha ta' kunflitti ta' interess minn membri tal-bord maħtura reċentement u li d-dikjarazzjonijiet issa huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru;

13.  Ifakkar li, fit-22 ta' Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi, flimkien mal-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċentru organizza sessjonijiet regolari ta' taħriġ intiżi biex jissensibilizzaw il-persunal tiegħu dwar l-implimentazzjoni korretta tal-istrateġija u l-politika;

14.  Jinnota li fid-9 ta' Frar 2017, iċ-Ċentru adotta linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, li huma bbażati fuq il-Linji Gwida tal-Kummissjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li fl-2016 ma kien hemm ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fiċ-Ċentru;

15.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

16.  Jiddispjaċih li ċ-Ċentru ma jippubblikax il-minuti tal-laqgħat tal-bord governattiv tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jbiddel il-politika tiegħu f'dan ir-rigward;

Kisbiet ewlenin

17.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati miċ-Ċentru fl-2016, jiġifieri li:

–  ħareġ ir-riżultat tal-proġett ta' tliet snin tiegħu dwar ir-rwol li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) jistgħu jiżvolġu fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ;

–  fassal sett ta' għodda li jipprovdi gwida prattika, suġġerimenti, prattiki tajbin u għodod mislutin tal-ETV biex jikkontribwixxu għal attivitajiet u politiki li jgħinu liż-żgħażagħ f'riskju li jitilqu kmieni mill-iskola biex jibqgħu jitgħallmu u jitħarrġu u jikkwalifikaw u biex jgħinu lil persuni li jitilqu kmieni mill-iskola biex jerġgħu jintegraw ruħhom fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ u fis-suq tax-xogħol;

–  ippubblika l-previżjoni aġġornata tal-ħiliet u d-domanda li tirrifletti x-xejriet fil-qasam tal-impjieg sal-2025;

18.  Madankollu, jiddispjaċih li ċ-Ċentru ma użax indikaturi tal-impatt biex jimmonitorja s-suċċess ta' dawn il-kisbiet;

Awditu intern

19.  Jirrikonoxxi li r-rakkomandazzjonijiet kollha li ħarġu mill-pjan ta' azzjoni miftiehem li rriżulta mill-awditjar tas-servizz ta' awditjar intern (IAS) dwar l-akkwist, inklużi l-prevenzjoni tal-frodi u l-konsulenza legali fiċ-Ċentru - imwettqa fl-2015 - kienu implimentati u ntbagħtu għal rieżami sa tmiem l-2016; jinnota li erbgħa minn ħames rakkomandazzjonijiet ingħalqu u l-IAS irrakkomanda li waħda tingħalaq; jinnota, barra minn hekk, li f'Marzu 2016, l-IAS wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju fiċ-Ċentru biex iħejji Pjan ta' Awditjar Strateġiku għall-2017 sal-2019;

Prestazzjoni

20.  Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, formalizzata fi ftehimiet ta' kollaborazzjoni;

21.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru kkontribwixxa b'mod attiv għal għadd ta' attivitajiet tan-Netwerk għall-Iżvilupp tal-Prestazzjoni tal-Aġenziji tal-Unjoni, bħar-reviżjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-KE, filwaqt li qasam l-esperjenza tiegħu ma' aġenziji oħra tal-Unjoni dwar l-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni tad-Diretturi tal-Aġenzija tal-Unjoni; jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru hija parti integrali mill-proċessi tal-ippjanar u r-rappurtar tiegħu;

22.  Jinnota l-evalwazzjoni esterna li għadha għaddejja taċ-Ċentru, meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju, u li bdiet f'April 2017;

o

o o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ... tal-2018(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2147(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Claude Rolin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2016 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Japprezza l-ħidma ta' kwalità għolja kontinwa taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u parir tekniku biex jassisti l-iżvilupp tal-politiki Ewropej dwar it-tagħlim tul il-ħajja u l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV); jilqa' b'mod partikolari l-kontributi taċ-Ċentru għall-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u għal Europass;

3.  Ifaħħar ir-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit fl-2016 (99,99 %); jinnota, madankollu, li l-livell ta' approprjazzjonijiet riportati għall-2017 kien għoli għat-Titolu II (27,39 %);

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi taċ-Ċentru fuq l-iżvilupp tal-kompetenzi u l-ħiliet, partikolarment fost dawk bi ftit ħiliet, sabiex jappoġġa l-objettiv tal-inklużjoni fis-suq tax-xogħol permezz tal-ETV, it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u l-apprendistati; japprezza l-ħidma taċ-Ċentru dwar id-domanda u l-offerta tal-ħiliet, il-Panorama tal-Ħiliet;

5.  Jinnota ż-żieda fin-nefqa (16 %) dwar xogħlijiet ta' manutenzjoni tal-bini u servizzi attribwiti lil xogħlijiet mhux previsti meħtieġa biex jissostitwixxu l-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u t-tamboċċi tat-tliet swali tal-konferenzi;

6.  Jinnota l-evalwazzjoni esterna li għadha għaddejja taċ-Ċentru, meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju, u li bdiet f'April 2017;

7.  Jinnota li l-bilanċ globali bejn is-sessi fiċ-Ċentru kien ta' 60 % nisa u 40 % irġiel; jinnota li r-regoli l-ġodda dwar il-promozzjoni ġew adottati mill-Bord Governattiv f'Settembru 2016;

8.  Jilqa' l-miżuri ta' segwitu taċ-Ċentru fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta' kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tas-snin preċedenti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Morten Messerschmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

6

-

ECR

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius

NI

Lampros Fountoulis

2

0

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 113, 30.03.2016, p. 1.

(12)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' April 2018Avviż legali