Proċedura : 2017/2184(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0075/2018

Testi mressqa :

A8-0075/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.65

Testi adottati :

P8_TA(2018)0170

RAPPORT     
PDF 689kWORD 54k
22.3.2018
PE 613.433v02-00 A8-0075/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2184(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Brian Hayes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0093/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0093/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0075/2018),

A.  billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi ("l-Impriża Konġunta IMI") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u sikuri;

B.  billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014(11) f'Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Konġunta IMI 2") issostitwiet l-Impriża Konġunta IMI f'Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza attivitajiet ta' riċerka tas-Seba' Programm Kwadru, u estendiet iż-żmien operattiv tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta;

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI hija ta' EUR 1 000 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, filwaqt li l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż ta' funzjonament, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jeċċedix l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI 2 hija ta' EUR 1 638 000 000, li trid titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-membri, għajr il-Kummissjoni, iridu jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż ta' funzjonament u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li, fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti"), il-kontijiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u huma bbażati fuq standards tal-kontabilità għas-settur pubbliku, aċċettati internazzjonalment;

2.  Jinnota l-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta IMI 2 għas-sena 2016, li huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit finali 2016 disponibbli għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u tal-Programm Orizzont 2020 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 307 053 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 263 423 000; jinnota li r-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kienu ta' 94,1 % (żieda ta' 3,06 % meta mqabbla mal-2015);

4.  Jinnota b'dispjaċir li l-approprjazzjonijiet ta' pagament kienu għat-tielet sena konsekuttiva ta' inqas minn 75 %: fl-2016 kienu ta' 69,6 %; jinnota, madankollu, li l-għadd ta' pagamenti żdied b'63 % (minn 46 għal 75) u l-ammont imħallas b'30 % (minn EUR 134 514000 għal EUR 175 182 730) meta mqabbel mal-2015 u jirrappreżenta l-ogħla numru għall-Impriża Konġunta IMI 2 s'issa. Jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 tippreżenta informazzjoni aġġornata lill-awtorità tal-kwittanza u biex ittejjeb l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proċedura tas-sena li jmiss;

5.  Jinnota li mill-EUR 1 000 000 000 f'fondi tas-Seba' Programm Kwadru li ġew allokati lill-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta IMI 2 kienet għamlet impenji ta' EUR 966 000 000 u pagamenti ta' EUR 648 000 000; josserva li l-livell għoli ta' pagamenti pendenti ta' EUR 318 000 000 (32 %) kien prinċipalment dovut għall-bidu tardiv tal-attivitajiet taħt is-Seba' Programm Kwadru matul l-ewwel snin tal-Impriża Konġunta IMI;

6.  Jinnota li mill-EUR 1 000 000 000 f'kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta IMI 2 kienet ivvalidat kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti ta' EUR 403 000 000; jirrimarka li ammont ulterjuri ta' EUR 103 000 000 f'kontribuzzjonijiet in natura mingħajr validazzjoni kien ġie rrappurtat mill-membri lill-Impriża Konġunta IMI 2; jisħaq fuq il-fatt li konsegwentement, fi tmiem l-2016, il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti mill-membri tal-industrija ammontaw għal total ta' EUR 506 000 000, imqabbla mal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI, imwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru, li ammontaw għal EUR 728 000 000;

7.  Jinnota bi tħassib li mill-EUR 1 638 000 000 f'fondi taħt il-programm Orizzont 2020 allokati lill-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta IMI 2 kienet għamlet impenji ta' EUR 515 000 000 (31 %) u pagamenti ta' EUR 111 000 000 (7 % tal-fondi allokati) għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti tagħha; jirrikonoxxi l-fatt li l-livell baxx ta' pagamenti huwa prinċipalment minħabba ż-żmien meħtieġ minn konsorzji ta' proġett sabiex jikkonkludu l-ftehimiet ta' għotja ta' Orizzont 2020 mas-sħab industrijali, li jikkawża dewmien lill-prefinanzjament ippjanat tal-Impriża Konġunta IMI għas-sena partikolari; jinnota, barra minn hekk, li l-proġetti fil-programmi ta' reżistenza għall-antimikrobiċi u għall-Ebola irrikjedew inqas fondi milli previst fil-baġits inizjali tal-proġetti, u dan kien l-aktar minħabba t-tnaqqis fl-epidemija u li kienu msemmija f'rapporti preċedenti mill-Qorti u mill-Impriża Konġunta IMI 2;

8.  Jinnota li mill-EUR 1 638 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li għandhom isiru minn membri tal-industrija u sħab assoċjati mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI 2, EUR 47 200 000 kienu ġew ivvalidati mid-direttur eżekuttiv u ammont ieħor ta' EUR 36 600 000 kienu ġew irrappurtati sa tmiem l-2016; jinnota, barra minn hekk, li konsegwentement, fi tmiem l-2016, it-total tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 taħt Orizzont 2020 ammontaw għal EUR 83 800 000, imqabbla mal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-Unjoni li ammontaw għal EUR 135 000 000; jinnota li d-differenza kienet ikkawżata minn ħlasijiet bil-quddiem magħmula lill-benefiċjarji sabiex tingħata spinta inizjali lill-attivitajiet tal-proġetti; jenfasizza l-fatt li f'dan l-istadju tal-implimentazzjoni tal-programm, impenji ta' EUR 275 800 000 ta' fondi tal-Unjoni u EUR 249 100 000 f'kontribuzzjonijiet in natura tal-industrija ġew allokati lil 25 proġett taħt l-Orizzont 2020;

Strateġija Kontra l-Frodi

9.  Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI 2 għandha strateġija kontra l-frodi allinjata mal-istrateġija komuni kontra l-frodi tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; jinnota b'dispjaċir li fl-2016, ġie kkomunikat każ wieħed ta' suspett lill-OLAF, li ddeċieda li jwaqqa l-każ abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta; jinnota li fl-istess waqt, l-Impriża Konġunta wettqet awditjar finanzjarju indipendenti li kkonkludiet b'aġġustament żgħir u b'ebda sejba materjali sinifikanti; jinnota b'sodisfazzjon l-effettività ta' miżuri preventivi u korrettivi kontra l-frodi meħuda skont l-istrateġija ta' kontra l-frodi; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar attenzjoni f'dan ir-rigward;

Awditjar intern

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) ħareġ ir-rapport finali ta' awditjar dwar "Kontrolli fuq kontribuzzjonijiet in natura lill-Impriża Konġunta IMI 2 fil-21 ta' Jannar 2016; jenfasizza l-fatt li l-IAS irrakkomanda li l-Impriża Konġunta IMI 2 tipprovdi aktar struzzjonijiet preċiżi dwar il-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni li għandha tiġi applikata mill-awdituri esterni u ssaħħaħ il-proċess ta' rieżami u ta' approvazzjoni taċ-ċertifikati, tiżviluppa strateġija, proċeduri u gwida b'responsabbiltajiet maniġerjali u skadenzi ċari għal azzjonijiet għall-kontroll ta' kontribuzzjonijiet in natura, iżżid il-valur ta' kontrolli ex-ante u ex-post operazzjonali u finanzjarji u twettaq verifiki fuq il-kwalità tad-data tal-kontabilità;

11.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta IMI 2 ħejjiet pjan ta' azzjoni, approvat mill-IAS fis-26 ta' Frar 2016 u l-erba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fl-iskadenzi miftiehma matul l-2016, u b'hekk tnaqqas ir-riskju residwu lejn assigurazzjoni raġonevoli;

Sistemi ta' kontroll intern

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta IMI 2 stabbiliet proċeduri effettivi ta' kontroll ex ante bbażati fuq analiżijiet finanzjarji u operazzjonali li jsiru fl-uffiċċju, u twettaq awditi ex post ta' klejms għall-ispejjeż relatati ma' għotjiet taħt is-Seba' Programm Kwadru; jinnota li r-rata tal-iżball residwu għall-awditi ex post li ġiet irrappurtata mill-Impriża Konġunta IMI 2 fi tmiem l-2016 kienet ta' 1,67 %;

13.  Jinnota b'dispjaċir li fi tmiem l-2016 – it-tielet sena ta' implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 – l-Impriża Konġunta IMI 2 kienet ikkompletat parzjalment biss l-integrazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tagħha mal-għodod komuni tal-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet, taħt il-programm Orizzont 2020; u li tingħata l-prijoritizzazzjoni sabiex jiġi kkompletat malajr il-proċess ta' integrazzjoni; jirrikonoxxi, madankollu, il-progress sinifikanti miksub f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni li għandu jippermetti r-rappurtar tal-proġetti, il-monitoraġġ u l-ħlasijiet kollha tal-Impriża Konġunta IMI 2 li għandhom jitwettqu permezz tal-għodda komuni ta' Orizzont 2020 sa mill-bidu tal-2018;

14.  Jinnota b'dispjaċir li l-Impriża Konġunta IMI 2 esperjenzat xi dewmien fil-pagamenti lill-benefiċjarji (universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u intrapriżi żgħar u medji); jinnota li l-mira sa meta jingħata l-ħlas ta' 90 ġurnata għal pagamenti interim inqabżet b' 5 ijiem fl-2016; jirrikonoxxi l-miżuri korrettivi li ħadet l-Impriża Konġunta IMI 2 biex tittejjeb is-sitwazzjoni, partikolarment billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-konsorzji ta' proġett, billi jiġu eżaminati mill-ġdid il-proċeduri interni u billi jiġi impjegat aktar persunal fl-unità finanzjarja; jirrikonoxxi f'dan ir-rigward li l-ammont medju li ttieħed sa ma ngħata ħlas għal ħlasijiet finali tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji kien ta' 62 jum;

Komunikazzjoni

15.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Impriża Konġunta IMI 2 tikkomunika maċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dwar ir-riċerka u l-kollaborazzjoni importanti li qed twettaq, jisħaq dwar l-importanza li ssir enfasi fuq titjib reali bħala konsegwenza ta' dan ix-xogħol, jinnota li r-riżultati minn din in-nefqa huma parti importanti mill-mandat tal-Impriża Konġunta IMI 2 u li taħdem ma' impriżi konġunti oħra fil-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tax-xogħol tagħhom.

Kummenti finali

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta IMI 2 fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjonijiet u armonizzazzjoni tal-impriżi konġunti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 49.

(2)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 49.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(6)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 49.

(7)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 49.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(10)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6. 2014, p. 54).

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' April 2018Avviż legali