Proċedura : 2017/2186(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0076/2018

Testi mressqa :

A8-0076/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.68
CRE 18/04/2018 - 12.68

Testi adottati :

P8_TA(2018)0173

RAPPORT     
PDF 730kWORD 61k
22.3.2018
PE 613.434v02-00 A8-0076/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2186(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Brian Hayes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0095/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0076/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05943/2018 – C8-0095/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0076/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0076/2018),

A.  billi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 għal perjodu ta' 10 snin mir-Regolament tal-Kunsill 642/2014 (ir-"Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta");

B.  billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (partijiet interessati ewlenin, inklużi l-manifatturi ta' tagħmir ferrovjarju, il-kumpaniji ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u ċ-ċentri tar-riċerka). bil-possibbiltà li entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta bħala membri assoċjati;

C.  billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma: (a) li tikseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; (b) li ttejjeb l-attraenza u l-kompetittività tas-sistema ferrovjarja Ewropea; (c) li tiżgura bidla modali mit-trasport bit-triq; u (d) li żżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija li l-industrija ferrovjarja Ewropea tokkupa fis-suq globali;

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Mejju 2016;

Ġenerali

1.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 (ir-"rapport tal-Qorti") jippreżenta b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2016 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

3.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 470 000 000, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 350 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura u flus kontanti għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 120 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-baġit finali 2016 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 50 200 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 52 300 000; jenfasizza li r-rati ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 94 % u 82 % rispettivament li jirrappreżentaw livell baxx speċjalment għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota, barra minn hekk, li fl-2016, il-biċċa l-kbira tal-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta kienu pagamenti ta' prefinanzjament għall-proġetti tal-Orizzont 2020, li ntgħażlu taħt is-sejħiet għal proposti tal-2015 u l-2016;

5.  Jinnota li mill-ammont ta' EUR 450 000 000 ta' fondi taħt il-programm Orizzont 2020 li ġew assenjati għall-inizjattiva Shift2Rail, EUR 52 000 000 ġew assenjati għall-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport tal-Orizzont 2020 għall-perjodu 2014-2015, li huwa mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea, u dan irriżulta f'allokazzjoni ta' EUR 398 000 000 lill-Impriża Konġunta; josserva li sa tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta għamlet impenji ta' EUR 92 400 000 u pagamenti ta' EUR 42 700 000 (10,7 % tal-fondi allokati) għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti tagħha;

6.  Jirrikonoxxi l-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 350 000 000 li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operazzjonali u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, sa tmiem l-2016, jiġifieri erba' xhur wara li l-Impriża Konġunta kienet nediet l-ewwel proġetti tagħha taħt il-programm Orizzont 2020, il-membri kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 4 500 000 għall-attivitajiet operazzjonali, li minnhom EUR 3 000 000 kienu ġew iċċertifikati; jinnota li l-Bord tat-Tmexxija kien ivvalida kontribuzzjonijiet ta' EUR 3 200 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

7.  Jinnota li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 120 000 000 li kellhom isiru mill-membri tal-industrija għal attivitajiet addizzjonali, sa tmiem l-2016 il-membri kienu diġà rrappurtaw EUR 55 000 000 (45,8 %), li minnhom EUR 35 200 000 kienu ġew iċċertifikati;

8.  Josserva li sa tmiem l-2016, il-kontribuzzjonijiet totali mill-membri tal-industrija ammontaw għal EUR 62 700 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-Unjoni li ammontat għal EUR 48 500 000;

9.  Jinnota li, fl-2016, l-Impriża Konġunta ffirmat 27 ftehim ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet tal-2015 u tal-2016, u li l-valur tal-attivitajiet ta' riċerka u l-innovazzjoni ta' dawk is-sejħiet ammontaw għal EUR 167,3 miljun, li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Impriża Konġunta sa massimu ta' EUR 79,1 miljun;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jinnota li għalkemm l-istrateġija kontra l-frodi fir-riċerka tal-Kummissjoni hija mandatorja għall-Impriża Konġunta, fi tmiem l-2016, l-Impriża Konġunta kienet għadha ma wettqitx valutazzjoni tar-riskju speċifika kontra l-frodi, u lanqas ma kienet stabbiliet pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha stess kontra l-frodi, it-tnejn li huma sistemi ta' governanza u l-aħjar prattika, kemm importanti kif ukoll mistennija, ibbażati fuq il-metodoloġija pprovduta mill-Kummissjoni; jinnota l-fatt li fl-2017 l-Impriża Konġunta għamlet l-ewwel passi biex tistabbilixxi l-pjan ta' azzjoni tagħha stess kontra l-frodi, jiġifieri sessjoni ta' sensibilizzazzjoni kontra l-frodi għall-persunal tal-Impriża Konġunta organizzata mill-OLAF, u valutazzjoni tar-riskju kontra l-frodi. jinnota li dan il-pjan se jiġi segwit minn valutazzjoni tal-impatt li tistabbilixxi l-għanijiet ewlenin biex timmitiga d-dgħufijiet identifikabbli (Q4 2017) u valutazzjoni ta' strateġija kontra l-frodi u l-pjan ta' azzjoni sa Ġunju 2018;

Selezzjoni u reklutaġġ tal-persunal

11.  Jinnota li fl-2016, l-Impriża Konġunta rreklutat 7 membri tal-persunal skont it-Tabella tal-Persunal tagħha: direttur eżekuttiv, kap tal-amministrazzjoni u l-finanzi, uffiċjal tal-komunikazzjoni, assistent tal-IT u tliet maniġers ta' programmi;

12.  Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2016, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien magħmul minn 17-il membru kif previst fit-tabella tal-persunal;

Kontroll Intern

13.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta stabbiliet pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern tagħha, li jqis ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskju li ġiet ikkompletata mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni f'Diċembru 2016; jinnota, barra minn hekk, li l-awditi ex post tad-dikjarazzjonijiet tal-ispiża ta' proġetti, minn awdituri indipendenti esterni, għandhom jitniedu wara l-validazzjoni tal-ewwel dikjarazzjoni ta' spiża matul l-2017;

14.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-IAS iwettaq ir-rwol ta' Awditur Intern tal-Impriża Konġunta u, f'dan ir-rigward, jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv b'mod indirett; jinnota li l-ewwel missjoni ta' awditjar kienet tikkonsisti mit-twaqqif ta' profil tar-riskju tal-Impriża Konġunta bil-għan li jiġi stabbilit pjan ta' ħidma triennali ta' awditjar intern;

Akkwist u għotjiet operazzjonali

15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li fil-proċeduri tagħha għall-akkwist ta' servizzi, l-Impriża Konġunta stabbiliet, b'mod mhux għaqli, baġit massimu għall-kuntratti. Ma kien hemm l-ebda evidenza li dan l-ammont massimu kien ibbażat fuq proċess ta' stima tal-ispejjeżu fuq sistema raġonevoli ta' referenza għall-prezzijiet tas-suq; huwa tal-opinjoni li dan jista' ma jiżgurax il-kosteffettività tal-kuntratti ta' servizz pluriennali tagħha, billi l-esperjenza turi li l-biċċa l-kbira tal-offerti riċevuti kienu viċin il-baġit massimu; jilqa' l-fatt li l-approċċ segwit mill-Impriża Konġunta huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Vademecum tal-Kummissjoni dwar l-Akkwist u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju tagħha;

16.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'żewġ każijiet minn tmienja, l-Impriża Konġunta tat għotjiet lil konsorzji ta' proġetti, minkejja l-fatt li l-kontrolli tal-vijabbiltà finanzjarja tal-benefiċjarji, li twettqu mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, kienu jindikaw li l-kapaċità finanzjarja tal-membri tal-industrija li jikkoordinaw ta' dawn il-konsorzji kienet dgħajfa; jinnota li dan jimplika riskju finanzjarju għoli bla meħtieġ għat-tlestija ta' dawk il-proġetti u li f'każ wieħed ir-riskju finanzjarju kien partikolarment għoli, fejn is-sieħeb li jikkoordina kien ġie assenjat aktar minn 45 % tal-finanzjament totali għall-proġetti; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi, qabel l-aħħar tal-2018, ir-raġunijiet ċari għaliex iddeċidiet li tieħu tali riskju u tinforma bil-miktub lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżvilupp taż-żewġ proġetti bħala parti mis-segwitu tal-kwittanza; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa attwali u sostanzjali ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju xierqa li għandha tkun segwita b'mod komprensiv;

Kwistjonijiet oħra

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjonijiet u armonizzazzjoni tal-impriżi konġunti;

18.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Impriża Konġunta tikkomunika maċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, rigward ir-riċerka u l-kollaborazzjoni sinifikanti li qed twettaq, tenfasizza l-importanza li ssir enfasi fuq it-titjib reali li twettaq bħala konsegwenza tax-xogħol tagħha, bħala parti importanti mill-mandat tagħha, kif ukoll il-fatt li taħdem ma' impriżi konġunti oħra fil-promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni pubblika għall-benefiċċji tax-xogħol tagħhom. Jinnota f'dan ir-rigward li anki ħafna sħab privati tal-Impriża Konġunta huma mogħnija b'kapaċitajiet biex jikkomunikaw direttament maċ-ċittadini tal-Unjoni u għandhom jitħeġġu jipparteċipaw f'tali sforz;

19.  Jissottolinja l-fatt li r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju huma deċiżivi għall-iżvilupp ta' settur ferrovjarju sigur u globalment kompetittiv u jwettqu rwol importanti biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fl-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema ta' trasport ferrovjarju u li jiksbu żidiet sinifikanti fil-kapaċitajiet tas-sistema ta' transport ferrovjarju, f'termini ta' affidabbiltà u puntwalità, kif ukoll biex ineħħu l-bqija tal-ostakoli tekniċi għall-interoperabbiltà u jnaqqsu l-esternalitajiet negattivi relatati mat-trasport; jenfasizza wkoll li l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tikseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u li ssaħħaħ l-attrattività u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew;

20.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni mhumiex proċess iżolat li juża regola sempliċi għall-ġestjoni tal-proċessi; jisħaq għalhekk li huwa ta' importanza sinifikanti li jiġu identifikati, fost il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, dawk li jistgħu jwasslu għal soluzzjonijiet innovattivi għas-suq; jenfasizza li l-bidliet fir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta u fl-Istatuti tiegħu se jkunu importanti ħafna għall-iżvilupp futur tal-Impriża Konġunta sabiex itejbu l-effiċjenza tagħha; jisħaq, b'mod partikolari, li hemm bżonn li jiġi previst l-użu tal-prinċipju ta' finanzjament pluriennali u li jiġu adottati skedi ta' żmien flessibbli għall-ippubblikar ta' proposti ta' proġetti;

21.  Jinsisti dwar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-Impriża Konġunta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA); jilqa' l-parteċipazzjoni tal-ERA fil-laqgħat tal-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta; jitlob lill-Impriża Konġunta sabiex tipprovdi informazzjoni aktar konkreta dwar il-kisbiet ewlenin ta' din il-kooperazzjoni fir-rapport ta' attività annwali tagħha;

22.  Jieħu nota tal-fatt li matul l-ewwel xhur, sa minn meta saret awtonoma, l-Impriża Konġunta bdiet ftit ħidma esploratorja biex tikkunsidra kif tuża l-attivitajiet ippjanati fi programmi u f'fondi oħrajn tal-Unjoni, fir-rigward tas-settur ferrovjarju, partikolarment, il-FEIS, il-Fond Reġjonali u ta' Koeżjoni, u li l-Impriża Konġunta biħsiebha tiżviluppa aktar din l-attività; jirrikjedi li l-Impriża Konġunta tipprovdi dettalji dwar kif biħsiebha tiżviluppa sinerġiji bejn dawk l-attivitajiet u x'inhuma r-riżultati mistennija;

23.  Jissottolinja li l-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni għandhom jiġu segwiti minn Livell ta' Tħejjija Teknoloġika (TRL) ogħla fil-fażi ta' dimostrazzjoni u ta' implimentazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-bżonn ta' finanzjament komplementari, li juża l-istrumenti ta' finanzjament rilevanti, huwa essenzjali biex jibni sistema ferrovjarja kompetittiva fil-futur;

21.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2186(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU) kisbet l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Mejju 2016 u kompliet bl-ikkonsolidar tal-istruttura tagħha sabiex tiżgura l-ġestjoni soda, il-legalità u r-regolarità fl-eżekuzzjoni tal-Programm;

2.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet tal-S2R JU għas-sena finanzjarja 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit annwali tal-S2R JU għall-2016 kien ta' EUR 50,2 miljun f'approprjazzjonjiet ta' impenn u ta' EUR 52,3 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li minnhom EUR 44,1 miljun f'approprjazzjonjiet ta' impenn u EUR 47,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu għan-nefqa operattiva, EUR 3,3 miljun f'approprjazzjonjiet ta' impenn u EUR 3,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu għan-nefqa fuq il-persunal u l-amministrazzjoni u EUR 2,8 miljun f'approprjazzjonjiet ta' impenn u EUR 1,7 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu għal approprjazzjonijiet mhux użati u mhux meħtieġa fis-sena finanzjarja;

4.  Jinnota li fl-2016, in-nefqa operattiva (Titolu 3) kienet tirrappreżenta 87,8 % tal-baġit ġenerali tal-S2R JU, inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati previsti li ma kinux meħtieġa fis-sena finanzjarja (Titolu 4); jinnota wkoll li għall-baġit operattiv, l-S2R JU kisbet rata ta' implimentazzjoni ta' 100 % ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u rata ta' 86,6 % ta' approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament intużaw għall-prefinanzjament tal-għotjiet li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2015 u tal-2016;

5.  Jiddispjaċih li fl-2016, l-approprjazzjonijiet tad-dħul mid-dsatax-il membru assoċjat ("Membri Oħra") ammontaw biss għal EUR 2,53 miljun minn total ta'  EUR 52,32 miljun; jiddispjaċih ukoll li l-istima ta' kontribuzzjonijiet in natura minn Membri Oħra għajr l-Unjoni għal attivitajiet operattivi kienu limitati għal EUR 4,5 miljun, li minnhom  EUR 3 miljun kienu ġew iċċertifikati; ifakkar li r-Regolament S2R JU(11) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni totali għall-attivitajiet operattivi li għandha tiġi pprovduta minn Membri Oħra, b'ammont totali ta'  EUR 470 miljun, għandha tikkonsisti f'minn tal-inqas  EUR 350 miljun f'kontribuzzjonijiet in natura u f'kontribuzzjonijiet fi flus, li jinkludu EUR 200 miljun mill-membri fundaturi għajr l-Unjoni; jinnota li, minn  EUR 120 miljun ta' kontribuzzjonijiet mill-membri tal-industrija li għandhom isiru għal attivitajiet addizzjonali, il-membri rrapportaw EUR 55 miljun (45,8 %) sa tmiem l-2016, li minnhom EUR 35,2 miljun kienu ġew iċċertifikati;

6.  Jinnota li fl-2016, l-S2R JU ffirmat 27 ftehim ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet tal-2015 u tal-2016, u li l-valur tal-attivitajiet għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) ta' dawk is-sejħiet ammontaw għal EUR 167,3 miljun, li għandhom jiġu kofinanzjati mill-S2R JU sa massimu ta' EUR 79,1 miljun;

7.  Jinnota li l-S2R JU stabilixxiet politika dwar l-immaniġġjar tar-riskju, iżda għadha ma wettqitx valutazzjoni speċifika kontra l-frodi, u lanqas ma stabbilixxiet pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi tagħha stess; jinnota wkoll li, peress li fl-2016 tħallas biss il-prefinanzjament tal-proġetti, ma twettaq l-ebda kontroll ex post; iħeġġeġ lill-S2R JU tadotta malajr kemm jista' jkun, strateġija ta' kontroll ex post; jitlob lill-S2R JU tipprovdi dettalji dwar is-sistema għall-immaniġġjar tar-riskju, u b'mod partikolari dwar kif għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess;

8.  Jinsab imħasseb li fil-proċedura tagħha għas-servizzi ta' akkwist, l-S2R JU tistipula baġit kuntrattwali massimu, li ma jidhirx li hu bbażat fuq proċess ta' stima ta' nfiq u fuq sistema raġonevoli ta' referenza tal-prezz tas-suq; jitlob lill-S2R JU ddaħħal fis-seħħ proċessi ta' stima ta' nfiq adegwati qabel tniedi proċeduri ta' akkwist sabiex tiżgura l-kosteffettività tal-kuntratti tas-servizz pluriennali tagħha, billi l-esperjenza tindika li l-parti l-kbira tal-offerti riċevuti kienu qrib li jilħqu l-baġit massimu;

9.  Jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2016, kienu mtlew sbatax-il post għal persunal statutorju; jiddispjaċih li l-S2R JU kellha tirrikorri għal appoġġ estern biex timla' n-nuqqas ta' persunal matul il-proċess ta' reklutaġġ, sabiex tkun tista' tlaħħaq mal-ammont ta' xogħol, u li l-pagamenti għal dawn is-servizzi esterni ma sarux fl-2016; jitlob lill-S2R JU tipprovdi informazzjoni dwar dawn l-ispejjeż;

10.  Jissottolinja l-fatt li r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju huma deċiżivi għall-iżvilupp ta' settur ferrovjarju sigur u globalment kompetittiv u jwettqu rwol importanti biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fl-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema ta' trasport ferrovjarju u biex jiksbu żidiet sinifikanti fil-kapaċitajiet tas-sistema ta' transport ferrovjarju, f'termini ta' affidabbiltà u puntwalità, kif ukoll biex ineħħu l-bqija tal-ostakoli tekniċi għall-interoperabbiltà u jnaqqsu l-esternalitajiet negattivi relatati mat-trasport; jenfasizza wkoll li l-objettivi tal-S2R JU huma li tikseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u li ssaħħaħ l-attraenza u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew;

11.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni mhuwiex proċess iżolat li juża regola sempliċi għall-ġestjoni tal-proċess; jisħaq għalhekk li huwa ta' importanza sinifikanti li jiġu identifikati, fost il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, dawk il-proġetti li jistgħu isibu soluzzjonijiet innovattivi għas-suq; jenfasizza li l-bidliet fir-Regolament li jistabbilixxi l-S2R JU u fl-Istatuti tiegħu ser ikunu ta' importanza kbira għall-iżvilupp tal-S2R JU li jmiss bil-għan li jtejbu l-effiċjenza tagħha; jisħaq, b'mod partikolari, li hemm bżonn li jiġi previst l-użu tal-prinċipju ta' finanzjament pluriennali u li jiġu adottati skedi ta' żmien flessibbli għall-ippubblikar ta' proposti ta' proġetti;

12.  Jinsisti dwar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-S2R JU u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA); jilqa' l-parteċipazzjoni tal-ERA fil-laqgħat tal-bord governattiv tal-impriża konġunta; jitlob lill-S2R JU sabiex fir-rapport ta' attività annwali tagħha tipprovdi informazzjoni aktar konkreta dwar il-kisbiet ewlenin ta' din il-kooperazzjoni;

13.  Jieħu nota tal-fatt li, matul l-ewwel xhur sa minn meta saret awtonoma, l-S2R JU bdiet ftit ħidma esploratorja biex tikkunsidra kif tuża l-attivitajiet ippjanati fi programmi u f'fondi oħrajn tal-Unjoni, fir-rigward tas-settur ferrovjarju, partikolarment, il-FEIS, il-fond Reġjonali u ta' Koeżjoni, u li l-S2R JU beħsiebha tiżviluppa aktar din l-attività; jirrikjedi li l-S2R JU tipprovdi dettalji dwar kif beħsiebha tiżviluppa sinerġiji bejn dawk l-attivitajiet u dwar x'inhuma r-riżultati mistennija;

14.  Jissottolinja li l-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni għandhom jiġu segwiti minn Livell ta' Tħejjija Teknoloġika (TRL) ogħla fil-fażi ta' dimostrazzjoni u ta' implimentazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-bżonn ta' finanzjament komplementari bl-użu tal-istrumenti ta' finanzjament rilevanti huwa essenzjali għall-ħolqien ta' sistema ferrovjarja kompetittiva fil-futur;

15.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-S2R JU għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Michael Detjen, Markus Ferber, Maria Grapini, Rolandas Paksas, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto, Rolandas Paksas

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

3

-

ECR

Jacqueline Foster

EFDD

Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

6

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 64.

(2)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 64.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9

(5)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2

(6)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 64.

(7)

ĠU C 426, 12.12.2017, p. 64.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(9)

ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9

(10)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2

(11)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail, ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2018Avviż legali