Proċedura : 2017/2162(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0079/2018

Testi mressqa :

A8-0079/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.49

Testi adottati :

P8_TA(2018)0154

RAPPORT     
PDF 751kWORD 63k
22.3.2018
PE 613.452v01-00 A8-0079/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2162(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0072/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(4) (ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0072/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(10) (ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 27 545 879, li jirrappreżenta żieda ta' 4,56 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2014 u 2015

1.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ma għandhiex is-setgħa tiddeċiedi li tiċċentralizza l-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija f'post wieħed; ifakkar li, meta nħolqot fl-2004, iż-żewġ sedi tal-Aġenzija (Lille/Valenciennes) kienu deċiżi mill-Kunsill; jieħu nota tar-rimarka tal-Qorti dwar l-iffrankar possibbli li jista' jinkiseb permezz tas-soluzzjoni ta' sede waħda; jieħu nota tal-analiżi li saret mill-Aġenzija fuq l-impatt baġitarju bl-eżistenza ta' żewġ sedi u tar-rakkomandazzjoni tagħha li jinżammu dawk iż-żewġ sedi; jenfasizza li probabbli l-ispejjeż jitnaqqsu jekk l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f'sede waħda; jindika li t-tnaqqis tal-ispejjeż jista' wkoll jiġi ffaċilitat bi ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti - li jkollu wkoll l-effett li jikkjarifika l-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha - li jtemm sitwazzjoni li fiha l-ispejjeż tal-operazzjonijiet x'aktarx se jkunu ogħla milli meħtieġ; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni preċedenti tiegħu u minflok jagħżel li l-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija jiġu ċċentralizzati f'sede waħda; 

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,20 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,10 % meta mqabbel mal-2015, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 91,57 %, li tfisser żieda ta' 1,79 % meta mqabbel mal-2015;

3.  Jilqa' l-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid tal-Aġenzija li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2016, l-Aġenzija awtorizzata li timponi tariffi għal uħud mill-kompetenzi ġodda tagħha;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li l-livell ta' riporti tal-Aġenzija kienu taħt il-limiti indikattivi użati mill-Qorti biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit (jiġifieri 10 % għat-Titolu 1, 20 % għat-Titolu 2 u 30 % għat-Titolu 3) għat-titoli baġitarji kollha; jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2017 (7,52 %) jikkonċernaw prinċipalment l-infiq operattiv u li 95,4 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2015 ġew implimentati;

5.  Jirrimarka li r-riporti spiss ikunu parzjalment jew kompletament ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas m'huma dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Awtorità u kkomunikati lill-Qorti;

Politika tal-persunal

6.  Jinnota li, fi tmiem l-2016, l-Aġenzija impjegat 165 membru tal-persunal, li minnhom 133 aġent temporanju, 29 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati, meta mqabbel mal-154 membru tal-persunal permanenti fi tmiem l-2015;

7.  Jinnota bi tħassib li 62 % tal-persunal tagħha huma rġiel u 38 % nisa, jiġifieri żbilanċ ta' mara waħda għal kull żewġt irġiel; jiddispjaċih li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi fil-livell ta' maniġment superjuri u fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija; ifakkar madankollu li rigward il-bilanċ bejn is-sessi fil-Bordijiet Amministrattivi u Eżekuttivi, il-membri huma proposti u maħtura mill-Istati Membri iżda jirrakkomanda li din il-kwistjoni madankollu għandha tiġi indirizzata bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-perċentwal tal-persunal assenjat għal kompiti operattivi żdied minn 65 % fl-2015 għal 70 % fl-2016 u li l-perċentwal tal-persunal assenjat għal kompiti amministrattivi naqas minn 23 % għal 18 %; jiddispjaċih, madankollu, li l-evoluzzjoni ta' dan il-perċentwal hija dovuta prinċipalment minħabba l-korrezzjoni fl-assenjazzjoni tal-persunal fid-diversi kategoriji; jindika li tnaqqis bħal dan mhuwiex konformi mat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal ikkomunikat mill-Kummissjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi għall-aġenziji deċentralizzati;

9.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-baġit li ntefaq fuq l-attivitajiet ta' benesseri ammonta għal EUR 228,7 għal kull membru tal-persunal u li fl-2016 ġiet organizzata away day għall-persunal; josserva li l-ammont medju ta' liv minħabba mard għal kull membru tal-persunal huwa ta' 3,2 ġranet, sew anqas mill-medja tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra;

10.  Japprezza l-fatt li l-ebda każ ta' fastidju ma ġie rrappurtat fl-2016; jappoġġa s-sessjoni ta' taħriġ organizzata biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda lment, azzjoni legali jew każijiet irrapportati marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

12.  Jilqa' l-fatt li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta politika dwar il-kunflitti ta' interess għall-membri tagħha; jinnota li l-Aġenzija konsegwentement ippubblikat l-biċċa l-kbira tad-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess kif ukoll is-CVs tal-membri tal-Bord Amministrattiv fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti neqsin;

13.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet timplimenta l-pjan ta' azzjoni definit fl-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija organizzat żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-frodi u żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-etika u l-integrità;

14.  Jinnota li l-Aġenzija inkludiet il-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-valutazzjoni tar-riskju regolari tal-Aġenzija, u li r-reġistru tar-riskju ta' frodi tal-Aġenzija ġie rieżaminat matul l-2016; jieħu nota li r-riskji vvalutati mill-ġdid kienu medji sa baxxi u li ebda riskji addizzjonali ma ġew identifikati;

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija qed tistenna d-deċiżjoni mudell mill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha stess dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota madankollu li, sakemm id-deċiżjoni mudell ma tiġix proposta, id-deċiżjoni kurrenti tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta hija applikabbli; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida;

16.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

17.  Jieħu nota tar-raġunijiet għar-rifjut ta' aċċess għad-dokument (każ wieħed minn 44); jistieden lill-Aġenzija tuża bl-aktar mod regolari u legali l-possibbiltà li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti bil-għan li tipproteġi d-data personali;

Kisbiet ewlenin

18.  Jilqa' favorevolment it-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, prinċipalment:

–  il-pubblikazzjoni ta' viżjoni strateġika riveduta, inkluża t-tħejjija għal strateġija għar-relazzjonijiet internazzjonali u l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni;

–  l-implimentazzjoni ta' struttura ta' governanza aġġornata u l-aġġustament tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija fid-dawl tar-regolament il-ġdid tal-Aġenzija; l-Aġenzija implimentat ukoll is-Sistema Integrata ta' Ġestjoni (IMS) tagħha biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 matul l-2017;

–  l-introduzzjoni b'mod effiċjenti tal-isem u l-mandat il-ġdid skont sistema legali ġdida (ir-4 Pakkett Ferrovjarju, fis-seħħ mill-15 ta' Ġunju 2016) u għamlet progress sinifikanti fit-tħejjija tar-rwol il-ġdid tagħha;

19.  Madankollu, jiddispjaċih li l-Aġenzija ma tużax indikaturi tal-input biex ittejjeb aktar l-użu tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) u jirrakkomanda li dan jinbidel;

Awditu intern

20.  Jirrikonoxxi li ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna ma ġew mgħoddija lill-Aġenzija mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS); jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju li jkopri l-proċessi ta' appoġġ u operattivi kollha;

21.  Jinnota li fir-rigward tal-awditjar preċedenti dwar il-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna, l-IAS għalaq tliet rakkomandazzjonijiet importanti, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni importantissima dwar it-tisħiħ tal-proċedura ta' reklutaġġ, u kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha, barra waħda, ġew implimentati mill-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tal-unika rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala "importanti" fuq "il-qafas proċedurali eżistenti applikabbli għall-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna”, din kienet fil-proċess li tiġi implimentata fi żmien l-iskadenza ta' Settembru 2017;

Kontrolli interni

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija issa konformi mal-ISO 9001;

23.  Jinnota li f'April 2016, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta l-istandards ta' ġestjoni tagħha; jinnota, barra minn hekk, li f'konformità mal-istandard ta' ġestjoni Nru 16 tal-Aġenzija, il-maniġment ivvaluta l-adegwatezza tat-tfassil u tal-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' ġestjoni tagħha bħala parti mir-reviżjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-Aġenzija; jirrikonoxxi lill-Aġenzija li, anki jekk kellhom jiġu identifikati xi oqsma fejn jista' jsir xi titjib (ERA MS 3 -Valuri etiċi u organizzattivi, ERA MS 4 - Objettivi, ippjanar strateġiku u rappurtar, ERA MS 5 - Kontinwità tan-Negozju, ERA MS 8 - Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati, ERA MS 9 - Ġestjoni tal-Proċess - ERA MS 10 - Ġestjoni tar-Riżorsi Umani, ERA MS 13 - Ġestjoni tad-data u tal-informazzjoni), jista' jiġi kkunsidrat li s-sistema ta' kontroll tal-Aġenzija kollha taħdem kif maħsub u ttaffi b'mod adegwat ir-riskji prinċipali għall-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija;

24.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet tiżviluppa s-Sistema Integrata ta' Ġestjoni tagħha abbażi tar-rekwiżiti speċifikati fl-Istandards ta' Kontroll Intern u l-istandards tas-serje ISO 9001 bil-għan li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-Aġenzija jirnexxielha tieħu f'idejha responsabbiltajiet ġodda u tikseb effiċjenza; jilqa' l-analiżi mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fil-qafas tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni rigward l-eċċezzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità mar-regoli u l-azzjonijiet ta' taħriġ li għandhom jiġu organizzati fl-2017 rigward l-akkwist pubbliku u l-ġestjoni tal-kuntratti bil-għan li jsir rimedju għal dawn il-każijiet;

25.  Jinnota li l-valutazzjoni tal-effikaċja tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni indikat xi oqsma fejn jista' jsir titjib rigward il-konformità u l-effikaċja, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-valuri etiċi u organizzattivi, il-kontinwità tal-operat, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, u b'mod partikolari jinnota wkoll li identifikat id-distakk bejn il-kompetenzi disponibbli internament u l-kompetenzi meħtieġa; jistenna li l-Aġenzija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta' Ġestjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji sal-2017, kif previst;

26.  Jiddispjaċih li l-objettiv ta' 95 % għall-eżekuzzjoni tal-pagament qabel l-iskadenza stabbilita ta' 30 jum ma ntlaħaqx; jinnota li r-raġunijiet għad-dewmien fil-pagament ma nbiddlux mill-2015 'l hawn, jiġifieri dewmien fl-ipproċessar tal-fatturi mill-persunal tal-Aġenzija, nuqqas ta' flus kontanti u nuqqas ta' qbil mal-fornituri dwar il-kontenut tal-fatturi; jitlob li l-Aġenzija tadotta azzjonijiet ta' rimedju bil-għan li tilħaq l-objettiv ta' 95 % fi żmien raġonevoli;

Kummenti oħra

27.  Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Aġenzija, li daħal fis-seħħ fl-15 ta' Ġunju 2016; jinnota b'sodisfazzjon li sa tmiem il-perjodu tranżitorju (16 ta' Ġunju 2019), din il-bidla strateġika mistennija tbiddel l-Aġenzija minn waħda b'sempliċi rwol fit-tħejjija u d-disseminazzjoni tal-politika, f'awtorità li taħdem direttament għall-industrija fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal ċertifikati ta' sikurezza u vetturi ferrovjarji; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din it-tranżizzjoni mistennija li twassal benefiċċji kbar f'termini ta' tnaqqis fl-ispejjeż;

28.  Jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Aġenzija fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' modi oħra ta' trasport u fl-għajnuna biex tiġi żviluppata żona ferrovjarja Ewropea unika mingħajr fruntieri li topera b'mod effiċjenti, billi tnaqqas l-ostakoli amministrattivi u tekniċi, billi tħeġġeġ id-dħul fis-suq u tiżgura n-nondiskriminazzjoni, billi tonfoq il-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fis-servizzi pubbliċi tat-trasport bil-ferrovija u billi tiżgura governanza aħjar tal-infrastruttura; jilqa' l-programm iffukat fuq it-tindif tar-regoli nazzjonali bil-għan li jitnaqqas l-impatt jew jiġu eliminati l-ostakoli eżistenti bejn l-Istati Membri;

29.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv u ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju; jappoġġa l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna r-riżultati fil-qasam tas-sikurezza;

30.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jilqa' l-bidu tan-negozjati bejn l-UE u l-Iżvizzera fil-kuntest tal-Ftehim dwar il-Ġarr ta' Oġġetti u Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq bil-għan li l-Iżvizzera tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji; jisħaq fuq il-punt li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, hija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti; jiġbed l-attenzjoni għall-istudju kkummissjonat reċentement mill-Kumitat għall-Baġits dwar l-arranġamenti finanzjarji għall-aġenziji Ewropej, u għall-fatt li l-possibbiltajiet għandhom ikunu żviluppati biex jippermettu awtofinanzjament akbar tal-Aġenzija; jinnota, bi tħassib, il-kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni approvata reċentement li estendiet l-ambitu tal-missjoni tal-Aġenzija, u t-tnaqqis baġitarju relatat mal-Aġenzija li jrid jiġi implimentat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

31.  Ifakkar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja għall-irkupru tal-ammonti totali rilokati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jenfasizza li l-finanzjament għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għandu jkun salvagwardjat bil-għan li jimmodernizza u jespandi l-infrastrutturi ferrovjarji fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni wkoll; jenfasizza ulterjorment li l-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għandu jitmexxa 'l quddiem sabiex jimplimenta ulterjorment standards tekniċi komuni u biex jiġu massimizzati l-benefiċċji f'termini ta' interoperabilità;

32.  Jinnota li, meta mqabbel mal-2015, l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-2016 enfasizza riskji ġodda relatati mat-traspożizzjoni tardiva u inkonsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-4RP, l-obsolexxenza tal-għodod ta' ġestjoni tat-tibdil tal-ERTMS, it-tnaqqis tal-istorbju mill-ferroviji, id-dewmien fit-tnaqqis tar-regoli nazzjonali u l-ġestjoni tad-data;

o

o o

33.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2018(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

21.2.2018

OPINJONI tal-kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2162(DEC))

Rapporteur: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għall-2016 kien ta' EUR 27,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u li l-medja tar-rati ta' implimentazzjoni kienet ta' 99,02 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn (inklużi r-riporti) u ta' 91,57 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament (89,78 % tal-approprjazzjonijiet impenjati fl-2016); jinnota wkoll li 7,52 % riportati għall-2017 jikkonċernaw prinċipalment nefqiet operattivi u li 95,4 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2015 ġew implimentati;

3.  Jilqa' l-fatt li l-limiti indikattivi użati mill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-baġit fil-livell tar-riporti (10 % għat-Titolu 1 (persunal), 20 % għat-Titolu 2 (nefqa amministrattiva) u 30 % għat-Titolu 3 (nefqa operattiva)) intlaħqu;

4.  Jiddispjaċih li l-objettiv ta' 95 % għall-eżekuzzjoni tal-pagament qabel l-iskadenza stabbilita ta' 30 jum ma ntlaħaqx; jinnota li r-raġunijiet għad-dewmien fil-pagament ma nbiddlux mill-2015 'l hawn, jiġifieri dewmien fl-ipproċessar tal-fatturi mill-persunal tal-Aġenzija, nuqqas ta' flus kontanti u nuqqas ta' qbil mal-fornituri dwar il-kontenut tal-fatturi; jitlob lill-Aġenzija tadotta azzjonijiet ta' rimedju bil-għan li tilħaq l-objettiv ta' 95 % fi żmien raġonevoli;

5.  Jiddispjaċih li l-azzjonijiet korrettivi marbuta mal-kummenti tal-Qorti tal-2013 dwar is-sede doppja tal-Aġenzija f'Lille u f'Valenciennes għadhom ma ġewx implimentati; jenfasizza li huwa probabbli li l-ispejjeż ikunu jistgħu jitnaqqsu jekk l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f'sede waħda; jinnota li t-tnaqqis fl-ispejjeż għandu mnejn ukoll jiffaċilita ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti - li jkollu l-effett li jiċċara l-kundizzjonijiet li fihom l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw;

6.  Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva annwali li jiffoka fuq l-effiċjenza tar-riżorsi interni li juru tnaqqis fil-perċentwali tal-persunal assenjat għal kompiti amministrattivi (minn 23 % għal 18 %) u żieda fil-perċentwali tal-persunal assenjat għal kompiti operattivi (minn 65 % għal 70 %), filwaqt li l-persunal assenjat għal kompiti ta' kontroll u kompiti finanzjarji kien ta' madwar 12 %; jiddispjaċih, madankollu, li l-evoluzzjoni tal-perċentwali hija dovuta prinċipalment minħabba l-korrezzjoni fl-assenjazzjoni tal-persunal fid-diversi kategoriji; jindika li tnaqqis bħal dan mhuwiex konformi mat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal ikkomunikati mill-Kummissjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi għall-aġenziji deċentralizzati;

7.  Jenfasizza l-fatt li kemm il-pilastru tekniku tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju (4RP) kif ukoll ir-Regolament tal-Aġenzija li għadu kif ġie adottat daħlu fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2016; jissottolinja li dawn l-atti ġuridiċi l-ġodda tal-Unjoni jipprevedu perjodu tranżitorju għall-Aġenzija (sas-16 ta' Ġunju 2019), biex din tkun tista' tibdel ir-rwol tagħha fit-tħejjija u t-tixrid tal-politika biex b'hekk issir awtorità li taħdem direttament għall-industrija f'dak li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjonijiet tas-sigurtà u l-vetturi ferrovjarji; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qed tantiċipa li din it-tranżizzjoni għandha twassal għal benefiċċji kbar fejn jidħol it-tnaqqis fl-ispejjeż u ż-żminijiet meħtieġa għal dawn il-proċessi;

8.  Jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Aġenzija fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' modi oħra ta' trasport u fl-għajnuna biex tiġi żviluppata żona ferrovjarja Ewropea unika mingħajr fruntieri li topera b'mod effiċjenti, billi tnaqqas l-ostakoli amministrattivi u tekniċi, billi tħeġġeġ id-dħul fis-suq u tiżgura n-nondiskriminazzjoni, billi tonfoq il-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fis-servizzi pubbliċi tat-trasport bil-ferrovija u billi tiżgura governanza aħjar tal-infrastruttura; jilqa' l-programm iffukat fuq it-tindif tar-regoli nazzjonali bil-għan li jitnaqqas l-impatt jew jiġu eliminati l-ostakoli eżistenti bejn l-Istati Membri;

9.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv u ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju; jappoġġa l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna r-riżultati fil-qasam tas-sikurezza;

10.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jilqa' l-bidu tan-negozjati bejn l-UE u l-Iżvizzera fil-kuntest tal-Ftehim dwar il-Ġarr ta' Oġġetti u Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq bil-għan li l-Iżvizzera tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji; jisħaq fuq il-punt li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabilitajiet akbar, hija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti; jiġbed l-attenzjoni għall-istudju kkummissjonat reċentement mill-Kumitat għall-Baġits dwar l-arranġamenti finanzjarji għall-aġenziji Ewropej, u għall-fatt li l-possibbiltajiet għandhom ikunu żviluppati biex jippermettu awtofinanzjament akbar tal-Aġenzija; jinnota, bi tħassib, il-kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni approvata reċentement li estendiet il-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tal-Aġenzija u t-tnaqqis baġitarju relatat mal-Aġenzija li jrid jiġi implimentat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

11.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja għall-irkupru tal-ammonti totali rilokati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jenfasizza li l-finanzjament għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għandu jkun salvagwardjat bil-għan li jimmodernizza u jespandi l-infrastrutturi ferrovjarji fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni wkoll; jenfasizza ulterjorment li l-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (European Rail Traffic Management System (ERTMS)) għandu jitmexxa 'l quddiem sabiex jimplimenta ulterjorment standards tekniċi komuni u biex jiġu massimizzati l-benefiċċji f'termini ta' interoperabilità;

12.  Jinnota li, fl-2016, l-Aġenzija kompliet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li hu definit fl-Istrateġija ta' Kontra l-Frodi tal-Aġenzija, billi organizzat sessjonijiet ta' taħriġ imfassla apposta dwar il-prevenzjoni tal-frodi; jilqa' l-fatt li saret reviżjoni komprensiva tar-regoli tal-Aġenzija dwar il-Kunflitt ta' Interess (Col) fl-2017; jinnota wkoll li, fil-qafas tal-politika dwar il-kunflitt ta' interess għall-Bord Amministrattiv (BA), l-Aġenzija ppubblikat s-CVs u d-dikjarazzjoni ta' interess tal-Membri tal-BA; jinnota, madankollu, li xi CVs u dikjarazzjonijiet ta' interess huma nieqsa; jitlob li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess jiġu ppubblikati mingħajr dewmien wara l-ħatra tal-Membri tal-BA;

13.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet tiżviluppa s-Sistema Integrata ta' Ġestjoni tagħha bbażata fuq ir-rekwiżiti speċifikati fl-Istandards ta' Kontroll Intern u l-istandards tas-serje ISO 9001 bil-għan li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-Aġenzija jirnexxielha tieħu f'idejha responsabilitajiet ġodda u tikseb effiċjenza; jilqa' l-analiżi mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fil-qafas tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni rigward l-eċċezzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità mar-regoli u l-azzjonijiet ta' taħriġ li għandhom jiġu organizzati fl-2017 rigward l-akkwist pubbliku u l-ġestjoni tal-kuntratti bil-għan li jsir rimedju għal dawn il-każijiet;

14.  Jinnota li l-valutazzjoni tal-effikaċja tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni indikat xi oqsma fejn jista' jsir titjib rigward il-konformità u l-effikaċja, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-valuri etiċi u organizzattivi, il-kontinwità tal-operat, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, u b'mod partikolari jinnota wkoll li identifikat id-distakk bejn il-kompetenzi disponibbli internament u l-kompetenzi meħtieġa; jistenna li l-Aġenzija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta' Ġestjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji sal-2017, kif previst;

15.  Jinnota li, meta mqabbla mal-2015, l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-2016 enfasizza riskji ġodda relatati mat-traspożizzjoni tardiva u inkonsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-4RP, l-obsolexxenza tal-għodod ta' ġestjoni tat-tibdil tal-ERTMS, it-tnaqqis tal-istorbju mill-ferroviji, id-dewmien fit-tnaqqis tar-regoli nazzjonali u l-ġestjoni tad-data;

16.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto, Rolandas Paksas

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

3

-

ECR

Jacqueline Foster

EFDD

Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu

1

0

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

GU C 417, 6.12.2017, p. 166.

GU C 417, 6.12.2017, p. 166.

GU L 298, 26.10.2012, p. 1.

GU L 164, 30.4.2004, p. 1.

GU L 138, 26.5.2016, p. 1.

GU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)

ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.

(8)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(11)

ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 333, 09.09.2016, p. 19

(14)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' April 2018Avviż legali