Proċedura : 2017/2156(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0080/2018

Testi mressqa :

A8-0080/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.51

Testi adottati :

P8_TA(2018)0156

RAPPORT     
PDF 727kWORD 60k
22.3.2018
PE 613.464v02-00 A8-0080/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2156(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0066/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jwaqqaf Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0080/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0066/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jwaqqaf Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0080/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0080/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u ta' governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(11), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 20 900 849,11, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,63 % meta mqabbel ma' dak għall-2015; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013, 2014 u 2015

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li n-nota dwar il-fondi li jammontaw għal EUR 7 500 000 miljun depożitati f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa li saret fir-rapport 2013 tal-Qorti u li kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapporti tal-Qorti għall-2014 u 2015 issa hi mmarkata bħala "Ikkompletata";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,66 %;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li r-riporti globali fit-Titoli I u II naqsu minn 3,3 % fil-perjodu 2015 sal-2016 għal 3,1 % fil-perjodu 2016 sal-2017, li hija indikazzjoni ta' allinjament imtejjeb tal-attivitajiet amministrattivi tal-Fondazzjoni u tal-pagamenti tagħhom fiċ-ċiklu annwali tagħha; jinnota li fit-Titolu I ġew riportati EUR 155 186 (1,2 %) li jirrappreżenta titjib meta mqabbel mal-2015 (EUR 180 398 (1,4 %)); jinnota li fit-Titolu II, ġew riportati EUR 313 450 (18,4 %) li jirrappreżenta kontinwazzjoni tal-prestazzjoni tal-2015 (EUR 316 442 (16,1 %)), u għat-Titolu III, ir-RAL (reste à liquider) naqas minn 36,4 % fl-2015 għal 30,3 % fl-2016, prinċipalment minħabba żieda fl-attenzjoni tal-pagamenti, fi tnaqqis fit-talbiet ta' missjoni pendenti u f'ippjanar aħjar tal-attivitajiet;

4.  Jirrimarka li r-riporti sikwit ikunu ġustifikati, parzjalment jew għal kollox, min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-aġenziji u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

5.  Jinnota li l-Fondazzjoni wettqet seba' trasferimenti baġitarji fl-2016, meta mqabbla ma' disgħa fl-2015 u li l-ammont totali ttrasferit kien inqas minn tas-sena ta' qabel (6,1 % fl-2016 meta mqabbel ma' 8,2 % fl-2015); jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li dan jista' jiġi attribwit għal miżura ta' effiċjenza li ġiet introdotta biex iżżomm lista ta' riżerva ta' attivitajiet li jirriżultaw mill-eżerċizzji tal-ippjanar; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Politika tal-persunal

6.  Josserva mit-tabella tal-persunal li kien hemm 89 post okkupat fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbla ma' 90 fl-2015; jiddispjaċih għall-fatt li min-numru tal-postijiet okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, għadu ma ntlaħaqx bilanċ bejn is-sessi peress li l-proporzjon huwa ta' żewġ nisa għal kull raġel, 67,94 % fil-każ tan-nisa u ta' 32,06 % fil-każ tal-irġiel; jirrakkomanda li dan l-iżbilanċ jiġi indirizzat bħala kwistjoni ta’ urġenza;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Fondazzoni; jenfasizza li l-baġit li ntefaq għal kull membru tal-persunal għal attivitajiet ta' benesseri jammonta għal EUR 883 u li fl-2016 ġew organizzati żewġ away days għall-persunal; jiddispjaċih li l-għadd medju ta' liv minħabba mard għal kull membru tal-persunal huwa ta' 15-il jum (11-il jum u nofs jekk wieħed jeskludi l-ħin mediku part-time), li huwa wieħed mill-ogħla ċifri fost l-aġenziji tal-Unjoni; jirrakkomanda li din is-sitwazzjoni tiġi eżaminata sabiex tiġi stabbilita l-kawża tagħha, partikolarment jekk hijiex relatata mal-istress fuq il-post tax-xogħol;

8.  Jinnota li d-deċiżjoni dwar il-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali kienet diġà adottata fl-2010; jappoġġa s-sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni organizzati biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

9.  Japprezza l-fatt li l-Fondazzjoni ma rċevietx ilmenti, azzjonijiet legali jew każijiet irrapportati marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal fl-2016;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

10.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni kienet proattiva fit-talba ta' dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija, f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE)(12); jistieden lill-Fondazzjoni tfassal rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan il-qasam; jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs issa huma aċċessibbli liberament;

11.  Jinnota li r-reġistru ta' trasparenza ma japplikax fil-ħidma tal-Fondazzjoni;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li f'Diċembru 2015 il-Fondazzjoni adottat il-politika tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jenfasizza li kien hemm każ wieħed ta' informatur fl-2016, li ma kienx ġie ppreżentat lill-OLAF minħabba li kienu waslu l-kjarifiki kollha;

13.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

14.  Jinnota li fil-bidu tal-2017 twettaq eżerċizzju ta' tagħlim u ta' sensibilizzazzjoni online dwar il-frodi u l-kunflitti ta' interess għall-persunal kollu;

Kisbiet ewlenin

15.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Fondazzjoni fl-2016, jiġifieri li b'suċċess:

–  laħqet il-miri biex jinkisbu l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) kollha fl-2016;

–  iġġestiet 105 talba għal assistenza mill-Kummissjoni u mid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni, li jkopru 52 % tal-pajjiżi sħab; jinnota li kien hemm sodisfazzjon ġenerali bis-servizzi provduti mill-Fondazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-ħidma, l-utilità u t-tempestività tal-appoġġ tal-Fondazzjoni;–  appoġġat l-analiżi tal-politika u tal-iżvilupp f'25 pajjiż sieħeb permezz tal-proċess ta' Torino;

16.  Jilqa' r-rata għolja ta' twettiq tal-attivitajiet ippjanati fl-2016 (94 %), iżda jinnota li din naqset bi ftit meta mqabbla mal-2015 (96 %); jinnota t-titjib konsiderevoli fir-rata ta' realizzazzjoni fil-ħin stabbilit (90 %) meta mqabbla mas-snin preċedenti qabel l-2016 (83 %);

17.  Jiddispjaċih madankollu li l-Fondazzjoni ma tutilizzah l-indikaturi tal-attività/output sabiex ittejjeb l-użu tal-KPIs u jirrakkomanda li din il-politika għandha tinbidel;

Strateġija kontra l-frodi

18.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni żviluppat l-istrateġija ta' kontra l-frodi tagħha kif previst fl-istrateġija ġenerali ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni; jinnota b'sodisfazzjon l-iżvilupp ta' modulu ta' taħriġ online biex jinżamm l-għarfien dwar il-prevenzjoni kontra l-frodi għall-persunal kollu, li se jiġi pprovdut u ripetut b'mod regolari mill-2017;

Kontroll intern

19.  Jinnota li fl-2016, il-Fondazzjoni ħadet miżuri importanti biex titjieb l-effiċjenza tas-sistemi tagħha ta' kontroll intern (ICS) fil-qasam ta' tmexxija (ICS 1 Missjoni u Valuri; ICS 2 Valuri Etiċi u Organizzattivi; ICS 7 Struttura Operattiva), l-immaniġġjar ta' persuni (ICS 3 Allokazzjoni tal-Persunal u Mobbiltà; ICS 4 Evalwazzjoni u Żvilupp tal-Persunal), l-istrateġija, l-ippjanar u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati (ICS 5 Objettivi u Indikaturi tal-Prestazzjoni u ICS 6), il-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi (ICS 11 Ġestjoni ta' Dokumenti u ICS 12 Informazzjoni u Komunikazzjoni);

Awditu intern

20.  Jinnota li l-Fondazzjoni hija awditjata mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u li hija ma rċeviet ebda rakkomandazzjoni kritika mill-korp ta' kontroll fl-2016;

Prestazzjoni

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li twettqet evalwazzjoni esterna tal-Fondazzjoni f'isem il-Kummissjoni fl-2016 bħala l-ewwel pass f'valutazzjoni trasversali ta' erba' aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni; jinnota madankollu li l-evalwazzjoni kkonkludiet li r-riorganizzazzjoni konsiderevoli li saret fil-Fondazzjoni mill-2011 'il hawn ma kellhiex effetti negattivi sinifikanti u tqieset bħala pass pjuttost pożittiv mill-partijiet ikkonċernati, kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni, speċjalment f'termini ta' strateġija u effettività; jinnota b'apprezzament li l-governanza tal-Fondazzjoni kienet meqjusa bħala effiċjenti u effettiva; jinnota li l-evalwazzjoni tenfasizza wkoll il-fatt li l-Fondazzjoni kompliet issaħħaħ il-kapaċità tagħha ta' monitoraġġ mill-2011 'il hawn iżda li għad hemm lok għal stampa aktar ċara tal-attivitajiet u l-kisbiet tagħha; josserva li l-Fondazzjoni ħejjiet pjan għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwaturi;

22.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rapport tagħha tal-2011 il-Qorti diġà enfasizzat is-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti fir-rigward tal-bini tal-Fondazzjoni u l-fatt li dan seta' jwassal biex ifixkel l-attivitajiet tal-Fondazzjoni; jiddispjaċih li s-sitwazzjoni tibqa' waħda ta' status quo peress li l-Konsorzju li kien qed jimmaniġġja u jokkupa parti mill-kumpless ġie llikwidat fl-2011 u ħalla parti mill-kumpless vojt; jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti biex il-pajjiż ospitanti jsib soluzzjoni għal din il-kwistjoni; ifakkar li, skont il-ftehim mal-pajjiż ospitanti, huma garantiti faċilitajiet xierqa sal-2027; jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe miżura meħuda dwar din il-materja;

23.  Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni bl-għan li tappoġġa lill-pajjiżi sħab tal-Unjoni sabiex jisfruttaw il-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol fi ħdan il-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni rigward l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja bl-għan li tappoġġa lill-pajjiżi sħab biex itejbu l-impjegabbiltà u l-prospetti ta' impjieg għaċ-ċittadini tagħhom;

24.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-appoġġ mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ lill-pajjiżi kandidati tal-UE bl-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet ta' Riga tal-2015 f'oqsma bħalma huma t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll it-tagħlim intraprenditorjali;

25.  Jilqa' l-kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni – b'mod partikolari mal-Eurofound u s-Cedefop – dwar il-politiki tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kapital uman;

o

o o

26.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2018(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2156(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Claude Rolin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2016 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2016 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni bl-għan li tappoġġa lill-pajjiżi sħab tal-Unjoni sabiex jisfruttaw il-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol fi ħdan il-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni rigward l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja bl-għan li tappoġġa lill-pajjiżi sħab biex itejbu l-impjegabbiltà u l-prospettivi ta' impjieg għaċ-ċittadini tagħhom;

3.  Jilqa' r-rata għolja ta' twettiq tal-attivitajiet ippjanati fl-2016 (94 %), iżda jinnota li din naqset bi ftit meta mqabbla mal-2015 (96 %); jinnota t-titjib konsiderevoli fir-rata ta' realizzazzjoni fil-ħin stabbilit (90 %) meta mqabbla mas-snin preċedenti l-2016 (83 %);

4.  Jinnota l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet riportati għat-Titolu II (18,4 %), li jirrappreżenta żieda meta mqabbel mal-2015 (16,1 %), u għat-Titolu III (30,3 %), li jirrappreżenta tnaqqis mill-2015 (36,4 %);

5.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li s-sitwazzjoni tal-uffiċini tal-Fondazzjoni mhijiex sodisfaċenti u hemm riskju li tista’ tfixkel l-attivitajiet tagħha; jinnota li skont il-ftehim ospitanti, il-faċilitajiet xierqa huma ggarantiti sal-2027, u jinnota l-ħtieġa urġenti li l-pajjiż ospitanti jsib soluzzjoni għal din il-kwistjoni; jistieden lill-Fondazzjoni taġġorna lill-Parlament dwar il-progress tal-proċedura tal-offerti li għaddejja bħalissa;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-appoġġ mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) lill-pajjiżi kandidati tal-UE bl-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet ta' Riga tal-2015 f'oqsma bħalma huma t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u t-tagħlim intraprenditorjali;

7.  Jilqa' l-kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni - b'mod partikolari mal-Eurofound u s-Cedefop - dwar il-politiki tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kapital uman;

8.  Jilqa' s-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna mwettqa f'isem il-Kummissjoni, li sabet li l-governanza tal-Fondazzjoni kienet effiċjenti u effikaċi, u li r-riorganizzazzjoni konsiderevoli tagħha sa mill-2011 ħalliet impatt pożittiv fuq il-ħidma tagħha; jinnota r-rakkomandazzjoni li l-Fondazzjoni tista' tkompli ttejjeb il-kapaċità ta' monitoraġġ tagħha sabiex turi aħjar l-attivitajiet tagħha, u jilqa' l-pjan tal-Fondazzjoni li timplimenta dawk is-suġġerimenti;

9.  Jilqa' l-miżuri ta' segwitu tal-Fondazzjoni b'rabta mal-kummenti tal-awtorità tal-kwittanza li saru fl-2013 dwar l-ammont ta' EUR 7,5 miljun li tpoġġa f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB), ammont li issa tnaqqas b'mod sinifikanti għal EUR 1,8 miljun.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Morten Messerschmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Romana Tomc

S&D

Maria Arena, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

6

-

ECR

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius

NI

Lampros Fountoulis

3

0

EFDD

Rosa D'Amato

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 181.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 181.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 181.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 181.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(9)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 12, 13.01.2017, p. 1.

(12)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1).

(13)

Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' April 2018Avviż legali