Proċedura : 2017/2150(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0081/2018

Testi mressqa :

A8-0081/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.46

Testi adottati :

P8_TA(2018)0151

RAPPORT     
PDF 719kWORD 59k
23.3.2018
PE 613.462v02-00 A8-0081/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2150(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2150(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0060/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2150(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0060/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2150(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tkompli tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont, kif ukoll bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tiegħu(11), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (''iċ-Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 15 421 357, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 16,73 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2015

1.  Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2012 iċ-Ċentru ffirma kuntratt qafas b'ammont massimu għall-iffirmar ta' kuntratti speċifiċi ta' EUR 250 000, li kien speċifikat fl-avviż dwar il-kuntratt; jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru ma rrispettax dan il-limitu massimu; jinnota barra minn hekk, li sa tmiem l-2015, il-pagamenti totali li saru taħt dan il-kuntratt kienu jammontaw għal EUR 382 181, jiġifieri żieda ta' 50 % fuq il-limitu massimu; jirrimarka li l-pagamenti mwettqa 'l fuq mil-limitu massimu jindikaw li l-proċedura taċ-Ċentru għall-monitoraġġ ta' kuntratti qafas għandha titjieb; jappella liċ-Ċentru biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus tal-azzjoni korrettiva li attwalment hi reġistrata bħala "għadha għaddejja", kif ukoll, dwar it-titjib futur fil-monitoraġġ tal-kuntratti qafas;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2.  Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, għal żewġ kuntratti qafas b'valuri massimi ta' EUR 135 000 u EUR 650 000, wieħed mill-impjegati taċ-Ċentru aġixxa bħala uffiċjal awtorizzanti b'delega fil-ħatra tal-kumitat ta' evalwazzjoni, u ħa deċiżjonijiet dwar l-għotjiet u ffirma l-kuntratti; jinnota madankollu, li d-delega mogħtija mill-uffiċjal awtorizzanti kienet limitata għal EUR 130 000 u ma kinitx tirreferi b'mod espliċitu għall-kuntratti qafas; jinnota li, skont ir-risposta taċ-Ċentru, il-valuri massimi taż-żewġ kuntratti qafas indikaw l-ammont totali kumulattiv tal-kuntratti speċifiċi li aktarx jiġu konklużi għall-eżekuzzjoni tagħhom; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru se jaġġusta d-deċiżjoni tiegħu dwar id-delegazzjoni tal-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti sabiex l-atti koperti minn din id-delegazzjoni jiġu ċċarati b'mod aktar espliċitu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,95 %, li tfisser żieda ta' 0,12 % meta mqabbla mal-2015, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,64 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,71 % meta mqabbla mal-2015; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell komplessivament għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru puntwalment;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati għall-2016 kien jammonta għal EUR 671 266 (4,36 %);

5.  Jinnota li r-riporti spiss jistgħu jiġu parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, kif ukoll mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel miċ-Ċentru u kkomunikati lill-Qorti;

Akkwist

6.  Jinnota l-fatt li ċ-Ċentru implimenta pjan ta' akkwist ġdid li ġie eżegwit b'suċċess f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru pparteċipa fil-laqgħa tan-Netwerk tal-Uffiċjali tal-Aġenziji responsabbli għall-Proċeduri ta' Akkwist sabiex jiskambja esperjenzi biex ikompli bl-implimentazzjoni ta' miżuri sabiex il-proċessi ta' offerti ta' akkwist u ta' proċessi finanzjarji oħrajn jiġu razzjonalizzati u ottimizzati;

Politika tal-persunal

8.  Jikkonstata li skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' skrining tal-persunal taċ-Ċentru, fl-2016, 69,75 % tar-riżorsi umani tiegħu ġew iddedikati għal attivitajiet operattivi, 20,17 % ġew allokati għall-appoġġ u l-kordinament amministrattiv, u 10,08 % kienu assenjati għal operazzjonijiet meqjusa newtrali;

9.  Josserva li skont l-organigramma 73 post (mid-79 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbla mal-74 post fl-2015; jinnota b'apprezzament il-fatt li skont in-numru tal-postijiet okkupati kollha fil-31 ta' Diċembru 2016, jidher li ntlaħaq bilanċ bejn is-sessi peress li l-proporzjon kien ta' 53,47 % nisa u 46,53 % irġiel;

10.  jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal taċ-Ċentru u li l-baġit li ntefaq fuq attivitajiet ta' benessri jkun jammonta għal madwar EUR 100 għal kull membru tal-persunal, korrispondenti għal jum wieħed; josserva li l-medja tal-liv minħabba mard tammonta għal 8,54 ġurnata għal kull membru tal-persunal;

11.  Japprezza l-fatt li ċ-Ċentru diġà adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jistieden liċ-Ċentru jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ sabiex ikabbar is-sensibbilizzazzjoni tal-persunal;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li fl-2016 iċ-Ċentru ma rċieva l-ebda lment, ma ttieħdet l-ebda azzjoni legali jew ma ġewx irrapportati każijiet marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

13.  Jinnota li d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur taċ-Ċentru hi ppubblikata fuq is-sit web taċ-Ċentru; jappella liċ-Ċentru jippubblika aktar dikjarazzjonijiet tal-interess fuq is-sit web tiegħu;

14.  Jinnota li l-bord ta' ġestjoni adotta l-politika taċ-Ċentru, kontra l-frodi, li timxi fuq il-metodoloġija mħejjija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) biex tiggwida lill-aġenziji deċentralizzati, u li tikkompleta l-miżuri li diġà ttieħdu miċ-Ċentru f'dan ir-rigward, partikolarment ir-regoli tal-OLAF dwar l-investigazzjonijiet interni, l-inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-etika tal-persunal, ir-regoli dwar ir-rigali u l-ospitalità offruti minn partijiet terzi, kif ukoll il-linji gwida dwar għemil ħażin gravi u dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

15.  Jafferma l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jingħataw l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

Kisbiet ewlenin

16.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fl-2016, prinċipalment:

–  l-adozzjoni tal-ewwel pjan fuq il-perjodu twil tiegħu: l-istrateġija EMCDDA 2025;

–  id-dħul fis-seħħ ta' mekkaniżmi xierqa għall-gwida b'suċċess tal-organizzazzjoni matul perjodu ta' tranżizzjoni, filwaqt li jinkiseb aktar progress fit-twettiq tal-missjoni tiegħu;

–  huwa vara tliet pubblikazzjonijiet ewlenin: il-Pakkett dwar ir-Rapport Ewropew dwar id-droga tal-2016, ir-Rapport dwar is-Swieq tad-Droga tal-UE għall-2016 - imfassal b'mod konġunt mill-EMCDDA u l-Europol, u r-Rapport Ewropew ta' Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn għall-2015;

Awditu intern

17.  Jinnota bi tħassib li skont ir-rapport tal-Qorti fir-rapport tal-awditjar tagħha ta' Jannar 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza l-bżonn qawwi li ċ-Ċentru jtejjeb il-mod li bih jimmaniġġja l-proġetti tal-IT; jinnota barra minn hekk bi tħassib li l-IAS ikkonkluda b'mod partikolari li ma hemm l-ebda viżjoni strateġika ġenerali fuq il-perjodu twil għas-sistemi tal-IT bħala appoġġ għall-proċessi operattivi ewlenin taċ-Ċentru, kif ukoll li l-metodoloġija tiegħu għall-immaniġġjar tal-proġetti tal-IT kienet adatta biss parzjalment għall-ħtiġijiet tiegħu, u li l-proċess għall-ġestjoni tar-rekwiżiti tas-sistema mhuwiex adegwat; jinnota li ċ-Ċentru u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva; jappella liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li twettaq;

18.  Jinnota li skont il-linji stabbiliti fil-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern 2016-18 tiegħu, l-IAS wettaq "Rieżami Limitat dwar il-Kontinwità tal-Operat fl-EMCDDA", f'Settembru 2016; jinnota li l-abbozz ta' rapport wassal għal tliet rakkomandazzjonijiet li ġew ikklassifikati bħala "importanti" mill-awditur intern, liema rakkomandazzjonijiet ikopru kwistjonijiet dwar l-analiżi tal-impatt fuq in-negozju, l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni, u l-lista ta' rekords kritiċi; jinnota li b'segwitu għall-wasla tar-rapport finali dwar il-kontinwità tan-negozju fiċ-Ċentru, ser jiġi mfassal pjan ta' azzjoni li jkollu l-għan li jittratta t-tliet rakkomandazzjonijiet; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni;

19.  Iħeġġeġ l-impenn taċ-Ċentru biex jipprovdi aċċess imtejjeb għad-data tiegħu lill-partijiet terzi interessati fid-dawl tal-fatt li wieħed mill-objettivi ewlenin tiegħu huwa t-tixrid tad-data u tal-informazzjoni dwar l-istat tal-problema tad-drogi, inkluża d-data dwar it-tendenzi l-ġodda rilevanti; jistenna li impenn bħal dan iwassal biex jittieħdu azzjonijiet korrispondenti effettivi.

o

o o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-... 2018(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

7.2.2018

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2150(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jilqa' r-rata għolja ta' eżekuzzjoni tal-baġit taċ-Ċentru, b'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li laħqu d-99,95 % u l-95,64 % rispettivament u l-konsum ta' trasferiment tal-krediti tar-riporti li laħaq l-94 %; jinnota madankollu li l-baġit taċ-Ċentru naqas bi 17 % fl-2016 meta mqabbel mal-2015;

3.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet li wieħed mill-impjegati taċ-Ċentru, maħtur bħala Uffiċjal Awtorizzanti li qed jaġixxi għall-kumitati ta' evalwazzjoni, ħa deċiżjonijiet ta' għoti u ffirma kuntratti għal żewġ kuntratti qafas minkejja l-fatt li din il-funzjoni ma kinitx espliċitament awtorizzata mid-delega tas-setgħat mogħtija mill-Uffiċjal Awtorizzanti; jilqa' l-impenn taċ-Ċentru biex konsegwentement jaġġusta l-kontenut tad-delega tas-setgħat tiegħu u biex jimplimenta miżuri effettivi ta' kontroll li jimpedixxu tali okkorrenzi;

4.  Jinnota bi tħassib li s-Servizz ta' Awditjar Intern ikkonkluda li m'hemm l-ebda viżjoni strateġika globali fit-tul għas-sistemi tal-IT li jappoġġaw proċessi operattivi ewlenin taċ-Ċentru, li l-metodoloġija għall-ġestjoni tal-proġetti tal-IT tiegħu kienet biss parzjalment adattata għall-bżonnijiet tiegħu filwaqt li l-proċess biex jiġu amministrati r-rekwiżiti tas-sistema huwa inadegwat; iħeġġeġ l-impenn taċ-Ċentru biex jiżviluppa pjan ta' azzjoni biex jirrimedja d-dgħufijiet imsemmija hawn fuq;

5.  Jilqa' l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-Istrateġija 2025 tal-EMCDDA, li huwa l-ewwel pjan fit-tul taċ-Ċentru;

6.  Ifakkar li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-2015 enfasizzaw il-fatt li ċ-Ċentru ma rrispettax il-limitu massimu ta' kuntratt qafas li kien iffirmat fl-2012 b'ammont massimu għall-iffirmar ta' kuntratti speċifiċi ta' EUR 250 000, u jinnota li sa tmiem l-2015, il-pagamenti totali li saru taħt dan il-kuntratt ammontaw għal EUR 382 181; jissottolinja li din il-kwistjoni ġiet indikata bħala "għadha għaddejja" mill-Qorti fl-2016; jistieden liċ-Ċentru jtejjeb il-proċedura għall-monitoraġġ tal-kuntratti qafas f'konformità ma' dawn il-limiti massimi;

7.  Iħeġġeġ l-impenn taċ-Ċentru biex jipprovdi aċċess imtejjeb għad-data tiegħu lill-partijiet terzi interessati fid-dawl tal-fatt li wieħed mill-objettivi ewlenin tiegħu huwa t-tixrid tad-data u l-informazzjoni dwar l-istat tal-problema tad-drogi, inkluża d-data dwar it-tendenzi l-ġodda rilevanti; jistenna li impenn bħal dan iwassal biex jittieħdu azzjonijiet korrispondenti effettivi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Frank Engel, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Maria Grapini, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Jonathan Bullock, Julia Reda, Francis Zammit Dimech

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

45

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

ECR

Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens

GUE/NGL

Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Georges Bach, Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Francis Zammit Dimech, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Julia Reda, Judith Sargentini

5

-

EFDD

Jonathan Bullock, Raymond Finch

ENF

Lorenzo Fontana, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

EFDD

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 150.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 150.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 150.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 150.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(9)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 12, 13.1.2017, p. 6.

(12)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' April 2018Avviż legali