Proċedura : 2017/2152(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0084/2018

Testi mressqa :

A8-0084/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.53

Testi adottati :

P8_TA(2018)0158

RAPPORT     
PDF 727kWORD 59k
23.3.2018
PE 613.444v02-00 A8-0084/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2152(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0062/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0084/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0062/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0084/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0084/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(11), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 16 673 153,98, li jfisser tnaqqis ta' 1,06 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,31 %, li jfisser tnaqqis ta' 1,22 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel (97,53 %), u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,35 %, li jfisser tnaqqis ta' 1,70 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jilqa' l-miżuri ta' segwitu tal-Aġenzija fir-rigward tal-kummenti tal-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tas-snin preċedenti; jilqa' wkoll l-applikazzjoni rapida min-naħa tal-Aġenzija tal-parir tal-Qorti dwar kuntratti qafas fir-rigward tal-ICT u l-konsulenza bħala qasam li għandu jittejjeb fil-kwittanza għall-2016;

Impenji u riporti

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2017 kien għoli għat-Titolu II (infiq amministrattiv) b'ammont ta' EUR 417 279, jiġifieri 30 % (2015: EUR 364 740, jiġifieri 26 %); jinnota li dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment is-servizzi tal-IT li kienu għadhom ma ġewx fornuti kompletament jew kienu għadhom ma ġewx iffatturati sal-aħħar tas-sena; barra minn hekk, jinnota li l-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati taħt it-Titolu III ammontaw għal EUR 3 370 616, jiġifieri 43 % (2015: EUR 3 383 052, jiġifieri 41 %); jinnota li dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment proġetti ta' riċerka u studji b'tul ta' żmien ta' aktar minn sena; jikkonstata mill-Qorti li l-Aġenzija tista' tikkunsidra l-introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet u d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li se teżamina din il-possibbiltà sabiex tara jekk il-ġestjoni tal-baġit tistax titjieb;

4.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

5.  Jinnota li matul is-sena finanzjarja 2016 twettqu 11-il trasferiment baġitarju li jammontaw għal EUR 319 240, sabiex jiġu allokati mill-ġdid riżorsi minn oqsma fejn ġie identifikat iffrankar baġitarju lejn oqsma b'riżorsi skarsi, u b'hekk jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tas-sena;

Akkwist

6.  Jinnota li l-Aġenzija kkuntrattat oġġetti u servizzi għal ammont totali ta' EUR 8 492 938,92: EUR 930 240,32 ingħataw permezz ta' 41 proċedura negozjata, EUR 580 926,16 permezz ta' kuntratti interistituzzjonali jew ftehimiet fil-livell ta' servizz u EUR 6 981 772,44 jikkorrispondu għal 155 kuntratt speċifiku jew ordni fl-ambitu ta' kuntratti qafas li rriżultaw minn għotjiet fi proċeduri miftuħa;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li ġie stabbilit tim tal-akkwist biex jiżgura armonizzazzjoni fl-Aġenzija kollha rigward il-proċeduri ta' akkwist kollha mwettqa fl-Aġenzija – mill-bidu sal-aħħar – li huma soġġetti għal miżuri ta' sorveljanza u kontrolli ta' mitigazzjoni, inklużi l-proċessi ta' ftuħ formali u ta' evalwazzjoni, id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li għalihom huma firmatarji l-membri tal-kumitati, il-valutazzjoni ta' esklużjoni, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti dokumentati bil-miktub;

8.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-2014, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas għall-għoti ta' servizzi ta' konsulenza fl-IT fil-perjodu mill-2014 sal-2017 għal ammont totali ta' EUR 1 100 000; jinnota b'dispjaċir li għalkemm il-kuntratti speċifiċi li ġew iffirmati fl-2016 għall-implimentazzjoni ta' dan il-kuntratt qafas jiddefinixxu b'mod ċar ir-riżultati tanġibbli tal-proġett, il-konsulenti tqabbdu fuq bażi miftuħa ta' "żmien u mezzi" ("time and means") fejn il-prezz mhuwiex fiss u lanqas marbut direttament mal-konsenja, iżda minflok huwa marbut mal-għadd ta' jiem ta' xogħol li jkunu saru; barra minn hekk, jinnota li fl-2016 madwar 50 % tas-servizzi ta' konsulenza fl-IT twettqu barra mill-bini tal-Aġenzija, u dan illimita l-kapaċità tal-Aġenzija li timmonitorja l-implimentazzjoni effiċjenti tal-kuntratti; jinnota li l-pagamenti li saru taħt dan il-kuntratt qafas fl-2016 ammontaw għal madwar EUR 400 000; jikkonstata mit-tweġiba tal-Aġenzija li din tapplika r-rakkomandazzjoni tal-Qorti għall-kuntratti qafas ġodda tagħha ta' konsulenza u ICT billi fejn hu xieraq tagħmel użu minn kuntratti speċifiċi "Quoted Times and Means";

Politika tal-persunal

9.  Josserva mit-tabella tal-persunal li 39 post tax-xogħol (mill-41 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbel ma' 40 post fl-2015;

10.  Jiddispjaċih li min-numru tal-postijiet tax-xogħol okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, għadu ma ntlaħaqx bilanċ bejn is-sessi, bi proporzjon ta' 72 % fil-każ tan-nisa meta mqabbel ma' 28 % fil-każ tal-irġiel; jinnota li din il-kwistjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata b'urġenza; madankollu, jinnota li hemm bilanċ bejn is-sessi (50:50) fil-livell tal-maniġment superjuri;

11.  Jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-baġit li ntefaq għal attivitajiet ta' benesseri jammonta għal madwar EUR 194 għal kull membru tal-persunal li jikkorrispondi għal tlett ijiem għal kull membru tal-persunal; josserva li n-numru medju ta' liv minħabba mard kien ta' 11-il jum għal kull membru tal-persunal;

12.  Ifakkar li fl-2017 l-Aġenzija adottat deċiżjoni dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali; jissuġġerixxi li jiġu organizzati sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal; jinnota li fl-2016 saret inkjesta amministrattiva; jitlob li jingħataw aktar spjegazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta filwaqt li jiġu rispettati r-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 l-Aġenzija ma rċeviet ebda lment, azzjoni legali jew każijiet irrapportati marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

14.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet tadotta regoli ta' implimentazzjoni wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

15.   Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-sommarji ta' CVs il-ġodda huma fil-proċess li jiġu miġbura u analizzati, peress li bord ġdid ilu fis-seħħ minn tmiem l-2016; barra minn hekk, jinnota li l-Aġenzija ġabret 131 fajl komplet, li minnhom 70 huma membri tal-bord (80 %), 52 huma membri supplenti tal-bord (60 %) u 12 huma osservaturi u osservaturi supplenti (48 %); jilqa' l-fatt li ebda fajl ivvalutat ma juri sitwazzjoni li tista' tikkwalifika bħala kunflitt ta' interess fis-sens tal-politika tal-Aġenzija;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija għandha fis-seħħ strateġija kontra l-frodi, definita abbażi tal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għall-Aġenziji tal-Unjoni; jinnota li l-istrateġija tkopri perjodu ta' tliet snin (mill-2015 sal-2017) u l-implimentazzjoni tagħha qed tiġi mmonitorjata regolarment mill-Bureau tal-Aġenzija; barra minn hekk, jinnota li proċedura interna għar-rapportar u għall-ġestjoni ta' każijiet potenzjali ta' frodi u l-eżiti tagħhom ġiet adottata u saret disponibbli għall-persunal fuq l-intranet;

17.  Jiddispjaċih ferm għall-fatt li l-Aġenzija għad trid timplimenta regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota li l-Aġenzija qed tistenna linji gwida mill-Kummissjoni; barra minn hekk, jinnota li, sadanittant, l-Aġenzija tagħmel referenza għal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta tal-2012; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jiġu stabbiliti u implimentati;

18.  Jesprimi l-ħtieġa li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, sabiex jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jingħataw l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

Kisbiet ewlenin

19.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, prinċipalment:

–  it-tlestija tal-proġett pilota fuq perjodu ta' tliet snin "Xogħol aktar sikur u aħjar għas-saħħa f'kull età – is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ", mibdi mill-Parlament u l-varar tal-Kampanja ta' Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu 2016–2017 dwar "Ambjenti tax-xogħol tajbin għas-saħħa għal kull età";

–  il-preżentazzjoni, waqt seminar ta' livell għoli, tal-ewwel rapport minn proġett ewlieni ta' riċerka dwar "Is-Saħħa u s-Sikurezza fl-Intrapriżi Mikro u Żgħar";

–  l-implimentazzjoni, flimkien mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), ta' għodda ġdida biex timmaniġġja s-siti web multilingwi – ir-rebbieħ ta' Premju tal-Ombudsman tal-UE għal eċċellenza fl-amministrazzjoni pubblika fl-2017;

Awditu intern

20.  Jinnota li fl-2016, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) wettaq valutazzjoni tar-riskju strateġika bil-għan ewlieni li tfassal Pjan Strateġiku ta' Awditjar Intern pluriennali ġdid għall-perjodu 2017-2019;

21.  Jilqa' l-fatt li, sa tmiem l-2016, l-Aġenzija la kellha rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna miftuħa; jinnota li, matul dik is-sena, l-Aġenzija ħadmet għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni relatat mal-erba' rakkomandazzjonijiet importanti mill-awditu tal-IAS tal-2015 dwar "Għodda għall-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol"; jiddikjara li l-IAS eżamina mill-ġdid il-ħidma li saret fuq l-erba' rakkomandazzjonijiet u rrakkomanda l-għeluq tagħhom fil-bidu tal-2017;

Prestazzjoni

22.  Jinnota b'apprezzament il-passi importanti li ħadet l-Aġenzija biex tappoġġja s-sistema ta' ġestjoni tagħha bbażata fuq l-attività b'sistema tal-IT; jilqa' għodod diġitali ġodda implimentati għall-ġestjoni taż-żmien li jittieħed fuq proġetti u attivitajiet differenti u għall-ġestjoni tal-offerti u tal-akkwist;

Kummenti oħra

23.  Josserva mir-rapport tal-Qorti li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(12), ir-regolament fundatur tal-Aġenzija, ma jirrikjedix b'mod espliċitu l-evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament fundatur ġdid (COM(2016)0528) tinkludi l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni kull ħames snin u li jintużaw rapporti ta' awditjar estern;

24.  Japprezza l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni bl-għan li jiġu promossi postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu u siguri madwar l-Unjoni; jinnota l-pakketti ta' xogħol attwali tagħha dwar l-appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), b'għodod u linji gwida speċifiċi għall-SMEs biex jindirizzaw il-vojt f'dak li huwa għarfien u jiffaċilitaw konformità aħjar mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

25.  Jilqa' l-kooperazzjoni tajba bejn l-Aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u b'mod partikolari l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-Eurofound, is-Cedefop u l-EIGE dwar ir-rapport "Towards age-friendly work in Europe: a life course perspective on work and ageing from EU agencies";

o

o o

26.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2018(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2152(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Claude Rolin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016 kienu skont il-liġi u regolari, u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2016 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Japprezza l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni bl-għan li jiġu promossi postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu u siguri madwar l-Unjoni; jinnota l-pakketti ta' xogħol attwali tagħha dwar l-appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), b'għodod u linji gwida speċifiċi għall-SMEs biex jindirizzaw il-vojt f'dak li huwa għarfien u jiffaċilitaw konformità aħjar mas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

3.  Jirrikonoxxi r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit (96,3 %), iżda jinnota tnaqqis żgħir meta mqabbla mal-2015 (98 %);

4.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 kien għoli għat-Titolu II (30,2 %), meta mqabbel mas-sena preċedenti (26 %); jinnota li dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment is-servizzi tal-IT li kienu għadhom ma ġewx fornuti kompletament jew kienu għadhom ma ġewx iffatturati sal-aħħar tas-sena; jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 kien ukoll għoli għat-Titolu III (43 %), u jirrappreżenta żieda meta mqabbel mal-2015 (41 %); jinnota li dawn ir-riporti jikkonċernaw prinċipalment proġetti ta' riċerka u studji b'tul ta' żmien ta' aktar minn sena; jinnota l-kumment tal-Qorti li l-Aġenzija tista' tikkunsidra li tuża approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati sabiex tindirizza rati ta' riporti għoljin u tirrifletti n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet;

5.  Jilqa' l-miżuri ta' segwitu tal-Aġenzija fir-rigward tal-kummenti tal-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tas-snin preċedenti; jilqa' wkoll l-applikazzjoni rapida min-naħa tal-Aġenzija tal-parir tal-Qorti dwar kuntratti qafas fir-rigward tal-ICT u ta' konsulenza bħala qasam li għandu jittejjeb fil-kwittanza għall-2016;

6.  Jilqa' l-kooperazzjoni tajba bejn l-Aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u b'mod partikolari l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, l-Eurofound, is-Cedefop u l-EIGE dwar ir-rapport "Towards age-friendly work in Europe: a life course perspective on work and ageing from EU agencies";

7.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet tadotta regoli ta' implimentazzjoni wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

8.  Jieħu nota tar-reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94(14)), u jilqa' l-inklużjoni mill-Parlament u l-Kummissjoni ta' referenza espliċita għall-użu ta' rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar esterni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Morten Messerschmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

8

-

ECR

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

NI

Lampros Fountoulis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

3

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 201.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 201.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 201.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 201.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 12, 13.01.2017, p. 9.

(12)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(14)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2018Avviż legali