Proċedura : 2017/2170(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2018

Testi mressqa :

A8-0087/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.42

Testi adottati :

P8_TA(2018)0147

RAPPORT     
PDF 722kWORD 60k
23.3.2018
PE 613.467v02-00 A8-0087/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2170(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Bart Staes

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0080/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0087/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0080/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0087/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0087/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(11), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 7 628 000, u dan ifisser tnaqqis ta' 3,15 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit tal-Istitut huwa prinċipalment idderivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u billi l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;

E.  billi l-ibbaġitjar skont is-sessi huwa parti mill-istrateġija għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,42 %, li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,13 % meta mqabbla mal-2015; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2016 kienet ta' 72,83 %, u din tirrappreżenta żieda ta' 5,19 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati baqa' għoli għat-Titolu III (infiq operattiv) f'ammont ta' EUR 1 700 000, jiġifieri 51 % (meta mqabbel ma' EUR 2 200 000 fl-2015, jiġifieri 60 %), prinċipalment b'rabta ma' studji li tawlu lil hinn minn tmiem is-sena; jinnota li l-Istitut jista' jikkunsidra l-introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati sabiex jirrifletti aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet u sabiex jevita d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-kunsinna u l-pagamenti; jinnota li l-Istitut se jwettaq analiżi ta' fattibbiltà dwar jekk fil-ġejjieni għandux jieħu deċiżjoni jew le dwar jekk jintroduċix approprjazzjonijiet differenzjati;

3.  Jirrimarka li spiss ir-riporti huma ġustifikabbli, parzjalment jew għalkollox, minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u dan mhux neċessarjament jindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ġew ippjanati minn qabel mill-Istitut u kkomunikati lill-Qorti;

Akkwist

4.  Jirrimarka li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2016, l-Istitut vara sejħa miftuħa għall-offerti għal kuntratt qafas dwar il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-għodod u r-riżorsi ta' statistika tiegħu dwar is-sessi, għal ammont massimu ta' EUR 1 600 000; jenfasizza, barra minn hekk, li s-sejħa nqasmet f'żewġ lottijiet mingħajr indikazzjoni tal-ammonti speċifiċi għal kull lott; jenfasizza li, wara mistoqsija mingħand offerent partikolari, l-Istitut ikkjarifika fuq is-sit web tiegħu li l-ammont massimu għal kull lott kien stmat f'ammont ta' EUR 800 000; josserva li skont l-Istitut dan kien żball amministrattiv minħabba li l-ammont speċifikat ma ġiex emendat kif xieraq u li ma kellu ebda implikazzjoni fuq il-baġit; jinnota, barra minn hekk, b'dispjaċir li skont ir-rapport tal-Qorti, fis-sejħa għal offerti, il-kompetizzjoni fil-prezz kienet ibbażata fuq ir-rati ta' kuljum biss u mhux ukoll fuq iż-żmien meħtieġ biex jiġu kkompletati l-kompiti, u dan ma ppermettiex lill-Istitut jidentifika u jagħżel l-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi kif ukoll ma żgurax l-aħjar valur għall-flus; jinnota li, skont l-Istitut, huwa emenda l-formoli rilevanti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ser itaffi r-riskju billi f'talbiet fil-ġejjieni għal servizzi partikolari ser jinkludi n-numru massimu ta' jiem ta' xogħol;

Politika tal-persunal

5.  Jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal tal-Istitut fi tmiem l-2016 kienet ta' 96 %; josserva li, skont it-tabella tal-persunal, 27 post tax-xogħol (mit-28 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbla ma' 28 post fl-2015;

6.  Jiddispjaċih għall-fatt li, b'kunsiderazzjoni tan-numru tal-postijiet tax-xogħol kollha okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi kien ta' 72 % nisa u 28 % rġiel; jinnota, barra minn hekk, l-iżbilanċ bejn is-sessi tal-bord ta' tmexxija, bi proporzjon ta' 80 % għal 20 %; jappella lill-Istitut biex jimmira għal aktar bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-persunal;

7.  Jinnota li l-eżerċizzju ta' screening indika li minn 76,3 % tal-persunal kollu b'kompiti operattivi, 14,8 % jaqdu funzjoni ta' appoġġ amministrattiv u 8,9 % jwettqu funzjoni newtrali;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Istitut; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit minfuq għall-attivitajiet ta' benesseri jammonta għal madwar EUR 36 437, u dan ifisser li n-numru ta' ġranet għal kull membru tal-persunal kien 2,25; josserva li, fl-2016, l-għadd medju ta' ġranet ta' liv ta' mard għall-persunal kien ta' 2,17 fil-każ ta' dawk mhux ġustifikati b'ċertifikati mediċi u ta' 8,23 fil-każ ta' dawk li kienu koperti minn ċertifikat mediku;

9.  Ifakkar li, f'Ġunju 2012, l-Istitut adotta deċiżjoni dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali; jappoġġja s-sessjonijiet ta' taħriġ li ġew organizzati biex issir sensibilizzazzjoni tal-persunal u jissuġġerixxi li l-Istitut jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ u ta' informazzjoni regolari dwar din il-kwistjoni;

10.  Jinnota li kien hemm proċedura waħda abbażi tal-Artikolu 90 miftuħa rigward it-terminazzjoni ta' kuntratt;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

11.  Jinnota bi tħassib li, fl-2016, l-Istitut irreġistra sitt eċċezzjonijiet b'devjazzjoni finanzjarja u proċedurali, meta mqabbel ma' tlieta fis-sena preċedenti;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2016, ma kien identifikat l-ebda każ ta' frodi;

13.  Jilqa' t-taħriġ għall-prevenzjoni tal-frodi li ngħata lill-persunal kollu fit-2 ta' Marzu 2016 u li kien ipprovdut mill-kap amministrattiv u mill-uffiċċjal tal-kontabbiltà wara li huma stess kienu rċevew it-taħriġ meħtieġ mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); josserva li fit-28 ta' Settembru 2016 il-persunal kollu ngħata taħriġ dwar l-etika u l-integrità;

14.  Jappoġġja l-ħatra ta' żewġ membri tal-persunal biex jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt għall-Istitut fir-rigward tal-politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, skont id-Deċiżjoni Nru 117 tad-Direttur tat-22 ta' Ġunju 2016;

15.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment li jkollu riżorsi baġitarji suffiċjenti, bil-għan li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jagħtihom l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

Kisbiet ewlenin

16.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Istitut fl-2016, b'mod partikolari:

–  il-produzzjoni ta' evidenza dwar il-benefiċċji ekonomiċi tal-ugwaljanza bejn is-sessi għat-tkabbir ekonomiku u għal żieda fl-impjiegi;

–  l-iżvilupp u t-tnedija ta' għodda onlajn li tiffaċilita l-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka (GEAR);

–  l-iżvilupp ta' definizzjonijiet komuni għall-Istati Membri dwar il-forom ta' vjolenza sessista kif ukoll il-produzzjoni ta' glossarju u teżawru ta' termini;

17.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-Istitut ma jwettaqx valutazzjonijiet ex ante dwar l-għażliet disponibbli biex jintlaħqu l-objettivi;

Awditu intern

18.  Jirrikonoxxi li, fl-2016, 96 % tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) (49 minn 51) ġew implementati (meta mqabbla mad-90 %, jew 46 minn 51 rakkomandazzjoni fl-2015), inklużi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar "L-akkwist li jappoġġja proċessi operattivi fl-EIGE", il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-2015-2017, l-awditu tal-IAS dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani fl-Istitut, l-awditur tal-IAS dwar il-baġit/l-eżekuzzjoni tal-baġit, u r-rieżami limitat tal-IAS tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS);

Kontrolli interni

19.  Josserva li l-Istitut adotta sett ta' ICS, abbażi ta' prattiki tajba identifikati f'aġenziji oħrajn tal-Unjoni, li għandhom l-għan li jiżguraw il-kisba tal-objettivi ta' politika u dawk operattivi;

Kummenti oħra

20.  Jinnota b'sodisfazzjon li, matul l-2016, l-Istitut ħadem mill-qrib mal-aġenziji assoċjati, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA); jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut iddiskuta sinerġiji u ppreżenta l-ħidma tiegħu lil aġenziji oħra bħalma huma l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA); jenfasizza, bħala eżempju ta' sinerġiji, il-parteċipazzjoni tal-Istitut fil-Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali organizzat mill-FRA, li pprovda opportunità biex isir kuntatt ma' partijiet interessati ta' politika importanti oħrajn;

21.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut ippubblika l-evalwazzjoni esterna tiegħu f'Jannar 2016, bil-konklużjoni li l-attivitajiet tal-Istitut kienu konsistenti mal-mandat tiegħu u li l-amministrazzjoni tiegħu għandha punteġġi relattivament tajbin f'termini ta' governanza u effiċjenza; jinnota, barra minn hekk, li l-evalwazzjoni kienet tinkludi diversi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-operat tal-Istitut, pereżempju billi jistabbilixxi prijoritajiet aktar ċari, billi jiffoka l-outputs tiegħu aħjar, billi jiżviluppa sinerġiji mal-atturi esterni rilevanti u wkoll billi jsaħħaħ ir-rwol tal-bord ta' tmexxija tiegħu u jiċċara r-rwol tal-Forum ta' Esperti; josserva li l-Istitut beda jimplimenta pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni;

22.  Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni u jsaħħaħha, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni u fil-politiki nazzjonali derivanti, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' l-fatt li ngħatat prijorità lill-ħidma f'diversi oqsma b'outputs ta' kwalità għolja u ta' viżibbiltà kbira, mingħajr ma ntilfet il-konċentrazzjoni fuq l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

23.  Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bħalissa bejn l-Istitut u l-Kumitat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jilqa' l-kontribut tal-Istitut għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u dawk mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-riċerka tal-Istitut, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-Istitut;

o

o o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta'... 2018(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

5.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2170(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkostitwixxi wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;

B.  billi l-ibbaġitjar skont is-sessi huwa parti mill-istrateġija għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

1.  Ifakkar li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) twaqqaf biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, billi jinkludi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha rilevanti tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali riżultanti, jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u jżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jilqa' l-prijoritizzazzjoni tal-ħidma f'bosta oqsma b'riżultati ta' kwalità u viżibbiltà għolja, mingħajr ma tintelef l-enfasi fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

2.  Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-EIGE u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jilqa' l-kontribut tal-EIGE għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u dawk mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-riċerka tal-EIGE, filwaqt li jqis ukoll l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-EIGE;

3.  Jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-EIGE jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2016 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u t-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

4.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-EIGE għas-sena li ntemmet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

5.  Jinnota li l-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati baqa' għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali), f'livell ta' 51 %, prinċipalment minħabba studji li għadhom għaddejjin u li kien mistenni li jiġu ffinalizzati fl-2016; jinnota, madankollu, li dan huwa titjib meta mqabbel mal-livell tal-2015 ta' 61 %; jitlob lill-EIGE jikkunsidra l-introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati sabiex jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet u d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar ta' kuntratti, il-kunsinni u l-ħlasijiet;

6.  Huwa tal-fehma li, fuq il-bażi tad-data disponibbli bħalissa, tista' tingħata kwittanza lid-Direttur tal-EIGE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Heinz K. Becker, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, João Pimenta Lopes, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Ángela Vallina, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Izaskun Bilbao Barandica, Lívia Járóka, Urszula Krupa, Edouard Martin, Clare Moody, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Artis Pabriks

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Catherine Bearder, Izaskun Bilbao Barandica, Angelika Mlinar

ECR

Urszula Krupa

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, João Pimenta Lopes, Ángela Vallina

PPE

Heinz K. Becker, Anna Maria Corazza Bildt, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Lívia Járóka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Artis Pabriks, Michaela Šojdrová, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jarosław Wałęsa

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Edouard Martin, Clare Moody, Maria Noichl

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Ernest Urtasun, Monika Vana

1

-

ECR

Arne Gericke

1

0

PPE

Marijana Petir

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

5

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 120.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 120.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 120.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 120.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

ĠU C 113, 30.03.2016, p. 126.

(12)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2018Avviż legali