Proċedura : 2017/2159(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0091/2018

Testi mressqa :

A8-0091/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.41

Testi adottati :

P8_TA(2018)0146

RAPPORT     
PDF 745kWORD 64k
23.3.2018
PE 613.477v02-00 A8-0091/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2159(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Indrek Tarand

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0069/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0091/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0069/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0091/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0091/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(11), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 79 492 944, li jfisser tnaqqis ta' 1,10 %; billi l-baġit kollu tal-Awtorità huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,19 % meta mqabbel mal-2015; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,66 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,45 % meta mqabbel mal-2015;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li r-riporti mill-2016 għall-2017 kienu ta' EUR 8 200 000 li huma predominantement relatati ma' infrastruttura u operazzjonijiet;

3.  Jinnota li r-riporti spiss jistgħu jkunu parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti tal-Awdituri;

Il-politika tal-persunal

4.  Jieħu nota tat-tnaqqis ta' 2 % fit-tabella tal-persunal tal-Awtorità fl-2016, li jikkorrispondi għal seba' karigi, li wassal għal żieda fl-isforzi tal-Awtorità biex tistabbilixxi proċeduri aktar effiċjenti u effikaċi; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2016, 450 post tax-xogħol mit-total disponibbli ta' 470 kienu okkupati, fosthom uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati;

5.  Josserva mit-tabella tal-persunal li 320 post tax-xogħol mit-330 għall-uffiċjali u l-aġenti temporanji awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016, meta mqabbel ma' 327 post tax-xogħol fl-2015;

6.  Jinnota li fl-2016, 74 % tal-persunal kien iddedikat għall-attivitajiet operattivi, u li dan il-perċentwal, għalkemm kemmxejn taħt l-objettivi għal dik is-sena (75 %), jirrappreżenta titjib meta mqabbel mal-2015;

7.  Jinnota bi tħassib li min-numru tal-postijiet tax-xogħol okkupati kollha fil-31 ta' Diċembru 2017 il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi kien 60 % fil-każ tan-nisa u 40 % fil-każ tal-irġiel; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li għal postijiet tax-xogħol superjuri (postijiet tax-xogħol li jappartjenu għal maniġment superjuri u intermedju) il-proporzjon tal-bilanċ bejn is-sessi jxaqleb fuq in-naħa l-oħra għal saħansitra aktar minn hekk: 68 % fil-każ tal-irġiel u 32 % fil-każ tan-nisa; jistieden lill-Awtorità biex, b'urġenza, timmira li jkollha persunal aktar bilanċjat bejn is-sessi, speċjalment fil-livell ta' postijiet tax-xogħol superjuri;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità implimentat attivitajiet bil-għan li tottimizza l-proċessi tax-xogħol li tuża inqas riżorsi; jirrikonoxxi l-fatt madankollu li d-distakk stmat tar-riżorsi huwa mistenni li jiżdied għal madwar 20 ekwivalenti ta' ingaġġ full-time kull sena fit-tliet snin li ġejjin, iddeterminat minn tnaqqis ulterjuri tat-tabella tal-persunal (-2 % fl-2017 u -1 % fl-2018) minn naħa, u ż-żieda ulterjuri mistennija ta' xogħol minħabba kompiti ġodda f'ċerti attivitajiet ewlenin bħal ikel ġdid, pestiċidi u kategorizzazzjoni u sorveljanza tal-pesti tal-pjanti;

9.  Jinnota li bħala medja l-persunal tal-Awtorità kien fuq liv minħabba mard għal 7,4 granet ta' xogħol fl-2016; jilqa' l-fatt li l-Awtorità organizzat jum barra mill-post tax-xogħol, jiem dwar kwistjonijiet ta' saħħa u ta' sikurezza u attivitajiet ta' benessri; jistieden lill-Awtorità tistieden lill-persunal biex jipparteċipa f'numri saħansitra akbar;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li f'Ġunju 2016 l-Awtorità adottat politika fil-qasam tal-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u tal-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali, ipprovdiet korsijiet obbligatorji għall-persunal, sessjoni ta' informazzjoni annwali għall-membri tal-persunal biex jistaqsu mistoqsijiet u jiffamiljarizzaw ruħhom ma' każijiet u xenarji konkreti;

11.  Jinnota b'sodisfazzjoni li fl-2016, ebda każ ieħor ta' fastidju ma ġie rrappurtat, investigat jew ittieħed quddiem qorti;

12.  Jinnota li l-Awtorità m'għandha ebda vettura uffiċjali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

13.  Josserva li fil-21 ta' Ġunju 2017, il-bord ta' ġestjoni tal-Awtorità adotta politika ġdida dwar l-indipendenza biex jiżgura l-indipendenza tal-professjonisti kollha involuti fl-operazzjonijiet xjentifiċi tagħha; jinnota li l-politika l-ġdida tinkludi definizzjoni ġdida ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, sett komprensiv ta' regoli ta' preklużjoni ("cooling-off") inkluża projbizzjoni fuq kuntratti ta' konsulenza, rekwiżit li l-esperti jiddikjaraw il-proporzjon tal-qligħ annwali tagħhom mingħand kwalunkwe organizzazzjoni, korp jew kumpanija li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt l-oqsma ta' ħidma tal-Awtorità; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità adottat restrizzjonijiet mhux kondizzjonati għal investimenti finanzjarji f'operaturi tan-negozju kkonċernati direttament jew indirettament mill-outputs tal-Awtorità; jinnota li dawn l-interessi huma kkunsidrati inkompatibbli ma' kwalunkwe involviment bħala membru tal-kumitat xjentifiku, il-bordijiet xjentifiċi, il-gruppi ta' ħidma jew il-laqgħat ta' reviżjoni bejn il-pari tal-Awtorità; jinnota li l-esperti mibgħuta mill-Istati Membri issa jridu jimlew il-formola tad-dikjarazzjonijiet ta' interess;

14.  Jinsab imħasseb li l-kamp ta' applikazzjoni tal-politika l-ġdida tal-Awtorità dwar l-indipendenza, li tqis biss l-interessi dwar "kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-grupp xjentifiku tal-EFSA rilevanti" u mhux "tal-interessi materjali kollha relatati mal-kumpaniji li l-prodotti tagħhom huma vvalutati mill-Awtorità u ma' kwalunkwe organizzazzjoni ffinanzjata minnhom" kif talab il-Parlament, għadha limitata wisq u għalhekk tipperpetwa l-akbar limitazzjoni tal-politika preċedenti tal-Awtorità dwar l-indipendenza;

15.  Huwa mħasseb li l-Awtorità injorat it-talbiet ripetuti tal-Parlament biex tinkludi l-finanzjament tar-riċerka fil-lista ta' interessi li jridu jiġu koperti mill-perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn, bil-finanzjament tar-riċerka jkun is-sors ewlieni tal-kunflitti ta' interess fost l-esperti esterni tal-Awtorità;

16.  Huwa mħasseb li l-Awtorità ma segwietx id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew ta' Jannar 2015 li, filwaqt li osservat li l-Awtorità kienet "naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b'mod adegwat in-natura li qed tinbidel tal-universitajiet fir-regoli tagħha dwar il-kunflitt ta' interess u l-formoli tad-Dikjarazzjonijiet ta' Interess", talbet lill-Awtorità biex "tirrevedi r-regoli tagħha dwar il-kunflitt ta' interess u l-istruzzjonijiet u l-forom relatati li hi tuża għad-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħha" biex jiġi żgurat li l-esperti tal-akkademja jiddikjaraw id-dettalji tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-impjegaturi tal-università u s-sħab tagħhom tal-industrija tal-impjegaturi tal-università;

17.  Jenfasizza li r-regoli ta' implimentazzjoni tal-politika tal-Awtorità dwar l-indipendenza, li ġew adottati fl-aħħar tal-2017, ma solvewx il-problemi msemmija hawn fuq, u li l-Awtorità naqset milli taħtaf l-opportunità tar-rieżami tal-politika tagħha dwar l-indipendenza biex fil-futur tipprevjeni l-okkorenza ta' skandli relatati ma' kunflitti ta' interess;

18.  Jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politika ġdida tagħha dwar l-indipendenza;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-funzjoni li tiżgura l-ġestjoni ċentralizzata tal-interess kompetittiv fi ħdan l-unità għall-affarijiet legali u regolatorji tal-Awtorità bdiet topera b'mod sħiħ fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-adozzjoni ta' regoli ġodda ta' implimentazzjoni dwar il-ġestjoni ta' interess kompetittiv kienet ippjanata għal tmiem l-2017; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli;

20.  Jinnota li mis-17-il membru tal-persunal statutorju li ħallew l-Awtorità fl-2016, f'żewġ każijiet ġew applikati restrizzjonijiet biex jimpedixxu lill-individwi milli jsiru punti ta' kuntatt bejn l-Awtorità u l-impjegatur il-ġdid tagħhom, li jeżerċitaw attivitajiet ta' lobbying, u li jwettqu attivitajiet relatati mal-fajls attwalment miftuħa tal-Awtorità;

21.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità tkompli timplimenta r-regoli tagħha tal-2014 dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess, tipproċessa bejn 7 000 u 8 000 dikjarazzjoni ta' interess f'konformità mas-snin preċedenti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tippubblika l-eżitu tal-kontrolli tagħha ta' konformità u ta' veraċità bħala parti mir-rapport tagħha ta' attività annwali;

22.  Jinnota li l-Awtorità, f'Jannar 2016, adottat il-proċeduri operattivi standard dwar "Il-ġestjoni ta' lmenti mressqa minn informaturi" u jirrakkomanda li twettaq taħriġ konsistenti dwar id-drittijiet tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta u r-regoli relatati tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità timpenja lilha nnifisha li strettament tħares l-identità tal-informaturi u tevita l-intimidazzjoni tagħhom; jitlob lill-Awtorità tipprovdi dettalji dwar il-każijiet ta' informaturi fl-2016, jekk kien hemm, u dwar kif dawn ġew ipproċessati;

23.  Jirrikonoxxi l-fatt li attwalment qegħdin jitħejjew regoli mudell għall-aġenziji tal-Unjoni dwar linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, u li hekk kif l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tingħata b'mod formali lill-aġenziji tal-Unjoni, l-Awtorità ser tipproċedi bl-adozzjoni formali; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida;

24.  Jinnota li fl-2016 l-Awtorità rċeviet 99 talba ġdida għal aċċess għal dokumenti u pproċessat 118-il talba, li fir-rigward tagħhom l-Awtorità tat aċċess sħiħ fi 23 każ filwaqt li f'76 każ l-Awtorità ddeċidiet li tagħti biss aċċess parzjali għad-dokumenti, u rrifjutat l-aċċess f'19-il każ; jistieden lill-Awtorità tittratta t-talbiet kollha bħal dawn fi spirtu ta' ftuħ u trasparenza;

25.  Jinnota li, fost il-118-il talba inizjali pproċessati fl-2016, f'26 każ l-aċċess għad-dokumenti ġie rrifjutat jew ingħata parzjalment minħabba protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, f'40 każ minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali, fi 18-il każ minħabba l-fatt li ma kienet ittieħdet ebda deċiżjoni u f'każ wieħed minħabba protezzjoni ta' proċeduri tal-qorti u avviż legali; jistenna li l-Awtorità, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-limitazzjoni ta' aċċess għad-dokumenti minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali, tqis ukoll b'serjetà l-interess taċ-ċittadini filwaqt li żżomm l-istandards għolja dwar is-sigurtà tal-ikel u s-saħħa, filwaqt li tapplika r-regoli u r-regolamenti kollha rilevanti;

26.  Jinnota li grupp ta' Membri tal-Parlament fetħu kawża kontra l-Awtorità abbażi tal-illimitar tal-aċċess għal dokumenti fil-każ "glifosat"; jistenna l-Awtorità timplimenta bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-qorti ladarba din tkun magħrufa; jilqa' l-istabbiliment reċenti ta' kumitat ad hoc tal-Parlament dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-pestiċidi, li sar bħala rispons għat-tħassib imqajjem dwar ir-riskji li jirriżultaw mis-sustanza erbiċida tal-glifosat;

27.  Jemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha li tkun miftuħa u trasparenti; f'dan ir-rigward, jilqa' l-fatt li fl-2016, il-maħżen virtwali tad-data xjentifika tal-Awtorità ta aċċess għal aktar evidenza li tirfed il-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità, billi bosta ġabriet ta' data ġew ippubblikati, dwar pestiċidi, kontaminanti, perikli kimiċi, kompożizzjoni tal-ikel, tipizzazzjoni molekulari, u sustanzi u prodotti botaniċi; jirrikonoxxi l-fatt li l-ġurnal tal-Awtorità għadda għand pubblikatur xjentifiku internazzjonali bil-għan li jiżdiedu l-kwalità tal-pubblikazzjoni u l-portata; jinnota li l-linji gwida dwar l-awturi u l-kontributi tal-atti xjentifiċi tal-Awtorità ġew rieżaminati biex jiżdiedu t-trasparenza u l-ftuħ; jinnota wkoll li l-Awtorità nediet il-komunità "Knowledge Junction", li huwa arkivju għall-iskambju tal-evidenzi u tad-dokumentazzjoni ġustifikattiva użati fil-valutazzjonijiet tar-riskji relatati mas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens;

Kisbiet ewlenin

28.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Awtorità fl-2016, prinċipalment:

-  it-twassil tal-Istrateġija 2020, inkluż pjan ta' implimentazzjoni pluriennali, li tiffoka fuq riżultati ewlenin u mirfuda minn qafas komprensiv tal-prestazzjoni, flimkien mad-dokumenti dettaljati ta' ppjannar u ta' programmazzjoni;

-  l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-trasparenza u tal-involviment bħall-proġett dwar it-Trasparenza u l-Involviment fil-Proċess ta' Valutazzjoni tar-Riskju (TERA), li nieda approċċ ġdid ta' involviment tal-partijiet ikkonċernati u ppubblika l-Ġurnal tal-EFSA, li jiżgura disseminazzjoni effikaċi tal-outputs xjentifiċi u jipprovdi aċċess għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Awtorità;

-  it-tnedija tad-data miftuħa u l-għodod ta' evidenza fetħu l-komunità tal-valutazzjoni tar-riskju usa';

Kontrolli interni

29.  Jinnota li l-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tal-Awtorità wettqet inkarigi ta' assigurazzjoni u kompiti speċjali oħra kif previst fil-pjan tal-awditu annwali approvat mill-kumitat tal-verifika tal-Awtorità; jinnota li l-inkarigi tal-awditjar kienu jinkludu l-awditjar tal-governanza korporattiva dwar ir-rwol tal-esperti fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-validazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti tal-ABAC, żewġ rapporti ta' segwitu dwar l-awditjar li jkun għadu ma sarx, rakkomandazzjonijiet mill-IAC, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) u l-Qorti tal-Awdituri;

30.  Josserva li skont l-IAC, is-sistema ta' kontroll intern fis-seħħ tal-Awtorità tagħti assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kisba tal-objettivi kummerċjali stabbiliti għall-proċessi awditjati; jinnota li nħarġet waħda mir-rakkomandazzjonijiet "importanti ħafna" dwar l-iżvelar u t-trasparenza tal-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura li din ir-rakkomandazzjoni tiġi mwettqa, u rrappurtata lill-awtorità ta' kwittanza;

31.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Awtorità għadha ma daħħletx fis-seħħ strateġija ċara u komprensiva ta' kontroll finanzjarju ex post li tkopri l-oqsma kollha tal-operazzjonijiet u li tispeċifika l-frekwenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali kontrolli; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità qiegħda fil-proċess li tiżviluppa governanza ta' assigurazzjoni mtejba u qiegħda tirfina l-qafas ta' kontroll intern tagħha; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema ta' kontroll intern tagħha;

Awditu intern

32.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li, fir-rapport ta' awditu tagħha ta' Novembru 2016, l-IAS ikkonkluda li l-kontrolli stabbiliti għall-ġestjoni tal-proġetti tal-IT huma adegwati, iżda semma dgħufijiet sinifikanti fir-rigward tal-governanza tal-IT; jinnota li huwa rrakkomanda li tiġi aġġornata l-politika tal-Awtorità dwar il-governanza tal-IT, biex jiġu introdotti qafas ta' ġestjoni u reġistru tar-riskji tal-IT fl-organizazzjoni kollha, u biex il-funzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tiġi separata mill-unità tal-IT; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità qablet mal-IAS dwar pjan biex tieħu azzjonijiet korrettivi; jinnota mir-risposta tal-Awtorità li l-maġġoranza tal-azzjonijiet relatati mal-governanza tal-IT ġew implimentati u l-azzjonijiet li jibqa' huwa ppjanat li jiġu implimentati sal-aħħar tal-2017; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

Prestazzjoni

33.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità stabbiliet jew ġeddet attivitajiet xjentifiċi konġunti u inizjattivi ta' kooperazzjoni ma' għadd ta' organizzazzjonijiet sħab fil-livell Ewropew, inklużi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC); jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità wettqet skambju ta' kooperazzjoni addizzjonali ma' għadd ta' aġenziji internazzjonali sħab; jinnota b'sodisfazzjon li l-għan ta' din il-kooperazzjoni huwa l-kondiviżjoni ta' metodi u approċċi biex is-sikurezza tal-ikel titjieb, inklużi metodi aħjar għall-valutazzjoni tar-riskju, għall-identifikazzjoni rapida ta' riskji emerġenti u għall-kondiviżjoni tad-data dwar suġġetti ta' interess komuni;

34.  Josserva li l-Awtorità żviluppat qafas ta' prestazzjoni li: (1) jorbot l-objettivi strateġiċi mal-portafoll tagħha ta' proġetti u proċessi kif ukoll mar-riżorsi tagħha; u (2) jinkludi sett ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jimmonitorjaw il-progress u l-prestazzjoni fil-livelli tal-input, tal-output, tar-riżultat u tal-impatt;

35.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità wettqet numru ta' inizjattivi biex tillimita l-ħin tal-ivvjaġġar għall-esperti, inkluż billi jiġi promoss l-użu ta' għodod tal-IT, sabiex titjieb l-effiċjenza;

Kummenti oħra

36.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità implimentat sistema ta' ġestjoni ambjentali li timmappja l-proċessi tal-Awtorità biex ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tnaqqas l-iskart u l-ispejjeż, u kisbet iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001:2004; jinnota li fi Frar 2017, l-Awtorità kisbet ukoll ir-Reġistrazzjoni tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS);

37.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-Awtorità ngħaqdet mal-Grupp Interistituzzjonali dwar il-Ġestjoni Ambjentali (GIME) bil-għan li tiżviluppa pjan komuni dwar miżuri biex b'mod effikaċi tnaqqas l-emissjonijiet CO2 u biex tiġbor data komuni li tippermetti t-tqabbil ma' emissjonijiet CO2 fost il-korpi tal-Unjoni;

38.  Jinnota li kooperazzjoni mill-qrib ma' DĠ SANTE tal-Kummissjoni tinsab fit-triq it-tajba lejn it-tħejjija tiegħu relatata mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jħalli l-Unjoni; jinnota madankollu li għad hemm inċertezza kritika dwar id-disponibbiltà futura tar-riżorsi b'tali mod li tostakola t-tħejjija bir-reqqa tal-Awtorità għall-ipprogrammar tagħha wara l-2020; jistieden lill-Awtorità tibqa' proattiva dwar din il-kwistjoni, billi tantiċipa u tippjana għal kwalunkwe problema li aktarx tqum, flok tistenna u tirreaġixxi;

39.  Jinnota li l-Awtorità hija konxja sew mir-riskji finanzjarji minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jħalli l-Unjoni, bħal pereżempju disponibbiltà baġitarja ristretta, kwistjonijiet kuntrattwali għal kuntratti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin kif ukoll il-pagamenti relatati u l-benefiċċji tal-qgħad, u r-riskji operazzjonali bħall-aċċess għaċ-ċittadini tar-Renju Unit bħala membri tal-persunal jew bħala esperti, aċċess għall-entitajiet tar-Renju Unit għal servizzi u informazzjoni/data, bidla fil-volumi tax-xogħol u drittijiet ta' aċċess għad-dokumenti;

40.  Jinnota bi tħassib li l-aġenziji regolatorji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti regolati, b'mod partikolari l-ECHA, m'għandhomx biżżejjed riżorsi biex iwettqu b'mod effikaċi dawn ir-responsabbiltajiet; l-Awtorità u l-ECHA għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed riżorsi sabiex iwettqu r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom;

41.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, u l-isforzi konsiderevoli tagħha fil-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

42.  Jissottolinja li l-Awtorità pproduċiet 481 produzzjoni xjentifika, rapporti tekniċi u pubblikazzjoni oħra, u għalqet 382 kwistjoni xjentifika; jinnota li l-proporzjon ta' produzzjonijiet u kwistjonijiet adottati fil-ħin kien inqas mill-objettiv tal-2016, u li l-puntwalità tal-pariri xjentifiċi għad għandha bżonn li titjieb;

43.  Jinnota li fl-2016 l-Awtorità adottat l-istrateġija bl-isem "EFSA Strategy 2020: trusted science for safe food" (Strateġija 2020 tal-EFSA: Xjenza fdata għal ikel sigur), ibbażata fuq ħames objettivi strateġiċi: tingħata prijorità lill-involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta' valutazzjoni xjentifika, titwessa' l-bażi ta' evidenza tal-Awtorità u jiġi ottimizzat l-aċċess għad-data tagħha, tinbena l-kapaċità ta' valutazzjoni xjentifika u l-komunità ta' konoxxenza tal-Unjoni, issir tħejjija għall-isfidi futuri fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskju u jinħolqu ambjent u kultura li jirriflettu l-valuri tal-Awtorità;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi dibattitu politiku mal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tirrieżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskju għall-ikel, is-sustanzi kimiċi u l-prodotti relatati, kif ukoll l-effikaċja ta' din il-leġiżlazzjoni;

45.  Jisħaq fuq il-fatt li fl-2016 l-Awtorità rrieżaminat il-pjattaforma konsultattiva tal-partijiet ikkonċernati tagħha, li ġiet żarmata biex joħdilha postha approċċ ġdid ta' involviment tal-partijiet ikkonċernati, u sa tmiem l-2016 'il fuq minn 80 organizzazzjoni esprimew interess li jissieħbu f'dan il-qafas il-ġdid;

o

o o

46.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ... tal-2018(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2159(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") ammonta għal EUR 79,4 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ċkejken meta mqabbel mal-2015 (-0,2 %); jinnota li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-impenji baġitarji fi ħdan l-Awtorità jammonta għal 100 % (meta mqabbel ma' 99,8 % fl-2015) u l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament laħqet 89,7 % (meta mqabbel ma' 90,1 % fl-2015);

2.  Jinnota bi tħassib li l-aġenziji regolatorji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti regolati, b'mod partikolari l-Awtorità u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), m'għandhomx biżżejjed riżorsi biex iwettqu b'mod effikaċi dawn ir-responsabbiltajiet; l-Awtorità u l-ECHA għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed riżorsi sabiex iwettqu r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom;

3.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, u l-isforzi konsiderevoli tagħha fil-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

4.  Jilqa' t-titjib tar-rata ta' okkupazzjoni tal-persunal statutorju meta mqabbel mal-2015 (+0,6 %), li tilħaq 95,3 %, li ppermettiet tpaċija parzjali tal-isfida f'terminu ta' riżorsi umani;

5.  Jinnota li fl-2016, 74 % tal-persunal kien iddedikat għall-attivitajiet operattivi, u li dan il-perċentwal, għalkemm kemxejn taħt l-objettivi għal dik is-sena (75 %), jirrappreżenta titjib meta mqabbel mal-2015;

6.  Jissottolinja li l-Awtorità pproduċiet 481 produzzjoni xjentifika, rapporti tekniċi u pubblikazzjoni oħra, u għalqet 382 kwistjoni xjentifika; jinnota li l-proporzjon ta' produzzjonijiet u kwistjonijiet adottati fil-ħin kien inqas mill-objettiv tal-2016, u li l-puntwalità tal-pariri xjentifiċi għad għandha bżonn li titjieb;

7.  Jinnota li fl-2016 l-Awtorità adottat l-istrateġija bl-isem "EFSA Strategy 2020: trusted science for safe food" (Strateġija 2020 tal-EFSA: Xjenza fdata għal ikel sigur), ibbażata fuq ħames objettivi strateġiċi: tingħata prijorità lill-involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta' valutazzjoni xjentifika, titwessa' l-bażi ta' evidenza tal-Awtorità u jiġi ottimizzat l-aċċess għad-data tagħha, tinbena l-kapaċità ta' valutazzjoni xjentifika u l-komunità ta' konoxxenza tal-Unjoni, issir tħejjija għall-isfidi futuri fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskju u jinħoloq ambjent u kultura li jirriflettu l-valuri tal-Awtorità;

8.  Jinnota li l-adozzjoni tal-politika riveduta tal-indipendenza tal-Awtorità, inizjalment programmata għall-2016, ġiet riprogrammata għal nofs l-2017;

9.  Jemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha li tkun miftuħa u trasparenti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li fl-2016, il-maħżen virtwali tad-data xjentifika tal-Awtorità ta aċċess għal aktar evidenza li tirfed il-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità, billi bosta ġabriet ta' data ġew ippubblikati, dwar pestiċidi, kontaminanti, perikli kimiċi, kompożizzjoni tal-ikel, tipizzazzjoni molekulari u sustanzi u prodotti botaniċi; il-ġurnal tal-Awtorità għadda għand pubblikatur xjentifiku internazzjonali bil-għan li jiżdiedu l-kwalità tal-pubblikazzjoni u l-portata; il-linji gwida dwar l-awturi u l-kontributi tal-atti xjentifiċi tal-Awtorità ġew rieżaminati biex jiżdiedu t-trasparenza u l-ftuħ; l-Awtorità nediet il-komunità "Knowledge Junction", li huwa arkivju għall-iskambju tal-evidenzi u tad-dokumentazzjoni ġustifikattiva użati fil-valutazzjonijiet tar-riskji relatati mas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi dibattitu politiku mal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tirrieżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskju għall-ikel, is-sustanzi kimiċi u l-prodotti relatati u l-effikaċja ta' din il-leġiżlazzjoni;

11.  Jisħaq fuq il-fatt li fl-2016 l-Awtorità rrieżaminat il-pjattaforma konsultattiva tal-partijiet ikkonċernati tagħha, li ġiet żarmata biex joħdilha postha approċċ ġdid ta' involviment tal-partijiet ikkonċernati, u sa tmiem l-2016 'il fuq minn 80 organizzazzjoni esprimew interess li jissieħbu f'dan il-qafas il-ġdid;

12.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2016; jilqa' b'mod partikolari l-assigurazzjoni mhux ikkwalifikata pprovduta kemm dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti ta' dawk il-kontijiet; jilqa' wkoll l-impenn tal-Awtorità li timplimenta l-pjan ta' azzjoni rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri biex "tintroduċi qafas ta' ġestjoni tar-riskju tal-IT u reġistru tar-riskji fi ħdan l-organizzazzjoni kollha u sabiex tissepara l-funzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni mill-unità tal-IT";

13.  Jinnota li l-Awtorità tat biss aċċess parzjali għall-informazzjoni mitluba mill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-2016 b'rabta mal-istudji li hija kienet użat sabiex tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-karċinoġeniċità tas-sustanza attiva glifosat; jinnota li l-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernati għalhekk ressqu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

14.  Jirrakkomanda, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, li l-kwittanza tingħata lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

7

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini, Julia Reid

1

0

ECR

Julie Girling

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

5

-

ECR

Raffaele Fitto, Notis Marias

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 115.

(2)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 115.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(6)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 115.

(7)

ĠU C 417, 6.12.2017, p. 115.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(11)

ĠU C 443, 29/11/2016, p.15

(12)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' April 2018Avviż legali