Proċedura : 2017/2137(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0105/2018

Testi mressqa :

A8-0105/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.19

Testi adottati :

P8_TA(2018)0124

RAPPORT     
PDF 938kWORD 96k
26.3.2018
PE 612.130v01-00 A8-0105/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

(2017/2137(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

(2017/2137(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja ◄2016► (COM(2017)0365 – C8-0248/2017),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2018),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2016 fit-28 ta' Ġunju 2017,

B.  billi fl-10 ta' Lulju 2017 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega, iċċertifika b'assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

(2017/2137(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2018),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament Ewropew (il-"Parlament") iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Parlament;

B.  billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 141 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-awditur intern;

C.  billi dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Sorveljanza tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Josserva li s-sistema ta' sorveljanza formali tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament tikkonsisti minn erba' komponenti prinċipali:

- iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet finali min-naħa tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament;

- ir-rapporti annwali tal-awditur intern u l-opinjoni tiegħu dwar is-sistema ta' kontroll intern;

- il-valutazzjoni tal-infiq amministrattiv u ta' natura oħra tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, min-naħa tal-awditur estern tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti");

- il-proċedura tal-kwittanza mħejjija mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, li twassal għal deċiżjoni tal-Parlament dwar l-għoti tal-kwittanza lill-President tal-Parlament;

2.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti żiedet il-kampjun tal-għadd ta' tranżazzjonijiet tal-Parlament, u jħeġġeġ lill-Qorti tkompli f'din it-triq, peress li r-riskju għar-reputazzjoni huwa relattivament għoli, minħabba li żbalji finanzjarji u baġitarji jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni;

3.  Iħeġġeġ lill-Qorti tikkunsidra toħroġ aktar rapporti speċjali dwar oqsma speċifiċi tal-attività tal-Parlament, pereżempju l-politiki ta' komunikazzjoni tiegħu u l-ġestjoni tiegħu tal-għotjiet lill-partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, b'enfasi speċjali fuq l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni;

4.  Jilqa' s-segwitu li jingħata mill-amministrazzjoni biex jissaħħaħ l-għarfien espert intern fil-qasam tal-kontabilità u tal-awditjar bit-twaqqif ta' servizz addizzjonali għall-Membri li huma involuti fil-proċeduri ta' kwittanza fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'hekk jingħataw għajnuna u appoġġ dwar kif għandhom jifhmu u jinterpretaw ir-riżultati tar-rapporti annwali tal-kontabilità u tal-awditjar;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

5.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2016 ammontaw għal EUR 1 838 613 983, jew 19,39 % tal-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(7) (QFP) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2016 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,4 % fuq il-baġit 2015 (EUR 1 794 929 112);

6.  Jikkonstata li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2016 kien jammonta għal EUR 183 381 513 (mqabbel mal-EUR 176 367 724 fl-2015), li jinkludi EUR 30 589 787 minn dħul assenjat (mqabbel mas-EUR 27 988 590 fl-2015);

7.  Jenfasizza li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 69,92 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u spejjeż relatati) u l-Kapitolu 42 (Infiq relatat mal-assistenza parlamentari), u dan jindika livell għoli ta' riġidità li jikkaratterizza l-biċċa l-kbira tal-infiq tal-Parlament;

8.  Josserva ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2016, speċifikament:

(a) Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2016:

1 838 613 983

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2015:

-

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2015:

289 323 907

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2016:

30 589 787

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2015:

103 055 269

Total:

2 261 582 946

(b) Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2016 (EUR)

impenji:

2 225 465 435

pagamenti li saru:

1 900 199 164

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

324 909 094

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

-

approprjazzjonijiet kanċellati:

36 094 295

(c) Dħul baġitarju (EUR)

miġbur fl-2016:

183 381 513

(d) Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2016 (EUR)

1 574 480 381

9.  Jirrimarka li 99,2 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li ammontaw għal EUR 1 823 844 172, ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 % jinnota b'sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li t-total tal-pagamenti kien EUR 1 538 531 527, li rriżulta f'rata ta' implimentazzjoni ta' 84,4 % u li tfisser żieda ta' 0,7 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

10.  Jissottolinja l-fatt li l-approprjazzjonijiet kanċellati għas-sena 2016, li ammontaw għal EUR 14 769 811, kellhom prinċipalment x'jaqsmu mar-remunerazzjoni u drittijiet oħra, kif ukoll, għal darb'oħra man-nefqa relatata mal-bini;

11.  Jinnota li, fis-sena finanzjarja 2016, ġew approvati seba' trasferimenti skont l-Artikoli 27 u 46 tar-Regolament Finanzjarju, li ammontaw għal EUR 66 655 000 jew 3,6 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva bi tħassib li l-maġġoranza ta' dawn it-trasferimenti kellhom x'jaqsmu, għal darb'oħra, mal-politika immobiljari tal-Parlament, u b'mod partikolari mal-proġett tal-binja Konrad Adenauer; iqis li dan il-livell ta' trasferiment "ta' tlaqqit" għadu għoli ħafna; huwa tal-fehma soda li ġestjoni effikaċi tal-baġit għandha tkun kapaċi tnaqqas tali trasferimenti għall-minimu indispensabbli; iħeġġeġ li l-politika immobiljari tal-Parlament għandha tkun stabbilita b'biżżejjed ċarezza bħala parti mill-istrateġija tal-baġit;

L-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2016 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

12.  Ifakkar li l-Qorti twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jirrimarka li l-infiq amministrattiv u relatat jinkludi n-nefqa għar-riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li jirrappreżentaw 60 % tal-infiq amministrattiv totali, u in-nefqa għall-bini, it-tagħmir, l-enerġija, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

13.  Ifakkar li l-awditjar involva eżami ta' kampjun rappreżentattiv ta' 100 tranżazzjoni ta' pagament, inkluż kampjun ibbażat fuq ir-riskji ta' 20 impenn li ġew approvati lejn tmiem is-sena finanzjarja 2016 u awtomatikament riportati għall-2017, bl-għan li jiġi verifikat jekk il-baġit intużax skont il-prinċipju ta' annwalità;

14.  Jikkonstata mill-Qorti li, kumplessivament, mill-evidenza għall-awditjar jirriżulta li l-infiq għall-"amministrazzjoni" mhuwiex milqut materjalment minn żball, jinnota li, fuq il-bażi ta' 12-il żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat fil-kuntest tal-Intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa 0,2 % (li jirrappreżenta tnaqqis minn 0,6 % fl-2015);

Ġestjoni tal-fondi mill-gruppi politiċi

15.  Ifakkar li l-gruppi politiċi huma responsabbli quddiem il-Parlament għall-ġestjoni tal-fondi allokati lilhom, fil-limiti tas-setgħat konferiti lilhom mill-Bureau; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fil-kontrolli tal-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa relatata mal-Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF) u li l-pagamenti kienu qegħdin isiru mingħajr ma jkunu koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta' akkwist; ; jenfasizza li l-awditur estern "Ernest and Young" ħareġ opinjoni kwalifikata; jistieden lill-Bureau tal-Parlament jieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-possibbiltà ta' rimborż, fir-rigward tal-grupp ENF;

16.  Jinnota s-sejbiet li jikkonċernaw speċifikament il-Parlament li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016; jinnota li fir-rigward ta' pagament wieħed favur grupp politiku, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-kontrolli li saru fuq l-awtorizzazzjoni u s-saldu ta' nfiq li sar fl-2015 iżda li ġie approvat fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti sabet li l-pagamenti li saru ma kinux koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta' akkwist; jinnota, finalment, li l-Qorti identifikat nuqqasijiet simili fi tranżazzjoni relatata ma' grupp politiku ieħor fl-2015;

17.  Jinnota r-risposti li ta l-Parlament lill-Qorti matul il-proċedura kontradittorja; jitlob lill-Qorti żżomm lill-kumitat repsonsabbli infurmat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha fir-rigward tar-rieżami tal-qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi, u l-monitoraġġ b'mod aktar effettiv kif dawn japplikaw ir-regoli għall-awtorizzazzjoni u s-saldu tal-infiq, u kif iwettqu l-proċeduri ta' akkwist;

18.  Jinkoraġġixxi lis-Segretarjat tal-Parlament ikompli l-isforzi addizzjonali tiegħu biex jassisti lill-gruppi politiċi sabiex itejbu l-ġestjoni finanzjarja interna tagħhom u jipprovdilhom gwida aħjar; jistieden lill-gruppi politiċi jtejbu aktar l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti għall-awtorizzazzjoni u għas-saldu tal-infiq, bl-għan li jkun hemm aktar titjib u armonizzazzjoni tal-mod kif iwettqu l-proċeduri ta' akkwist;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

19.  Josserva li, fil-laqgħa miftuħa tal-kumitat responsabbli tat-23 ta' Jannar 2018 mal-awditur intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditi li huwa wettaq fl-2016 dwar is-suġġetti li ġejjin:

-  Rieżami tal-proġett għas-Sistema ta' Ġestjoni Finanzjarja (SĠF) il-ġdida - Fażi 3:

-  Segwitu tal-azzjonijiet li għadhom sospiżi mir-rapporti ta' awditjar intern;

-  Settur Awdjoviżiv;

-  Proċess ta' reklutaġġ tal-uffiċjali u tal-persunal temporanju;

-  Għarfien espert estern għall-proġetti tax-xogħlijiet fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO);

-  Proċess ta' rapportar tal-attivitajiet;

-  Proċess ta' reklutaġġ tal-persunal kuntrattwali;

-  Infrastrutturi u attivitajiet informatiċi: inventarju u ġestjoni tal-għarfien espert estern liċ-ċentru tad-data;

20.  Ifakkar li r-rapport ta' attività annwali jirrappreżenta l-pedament tal-istruttura tal-governanza tal-Parlament; jenfasizza li b'segwitu tal-awditjar tal-proċess ta' rapportar tal-attivitajiet, li kkonċentra fuq l-effikaċja tar-rapporti ta' attività annwali bħala strument għar-rapportar dwar l-obbligu ta' rendikont u l-prestazzjoni, l-awditur intern għamel dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

-  għandu jiġi adottat qafas integrat għall-ippjanar u għar-rapportar; dan għandu jkopri kemm l-iffissar tal-objettivi strateġiċi kif ukoll tal-objettivi operattivi annwali ta' kull direttorat ġenerali, jistabbilixxi indikaturi ewlenin tar-riżultati, u jtejjeb ir-rapportar dwar il-prestazzjoni fir-rapporti ta' attività annwali;

-  is-Segretarju Ġenerali għandu jaħtar servizz b'mandat estiż għall-koordinament u għall-monitoraġġ tal-proċess ta' rapportar tal-attivitajiet;

-  għandha tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-Qafas ta' Kontroll Intern u r-rapportar tiegħu, permezz tal-ħatra ta' Koordinatur tal-Kontroll Intern f'kull direttorat ġenerali, li jipprovdi gwida u strumenti adatti lid-direttorati ġenerali, u jiżgura rapportar koerenti dwar il-kontrolli interni fir-rapporti ta' attività annwali;

-  għandhom jiġu adottati linji gwida speċifiċi għall-Parlament għall-elaborazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u għall-valutazzjoni tal-bżonn li jsiru riservi eventwali;

21.  Jinnota li l-proċess ta' segwitu tal-2016 irriżulta fl-għeluq ta' 22 azzjoni vvalidata li għadhom sospiżi minn fost 48, u li t-tnaqqis progressiv tal-profil ta' riskju tal-azzjonijiet skaduti kompla fl-2016; jinnota, partikolarment, li fi tmiem is-sena, 10 azzjonijiet li għadhom sospiżi minn fost 26 kienu fil-kategorija ta' "riskju sinifikanti", u s-16 li baqa' huma fil-kategorija ta' "riskju moderat";

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2015

22.  Jikkonstata r-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2015 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-4 ta' Ottubru 2017, kif ukoll il-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-diversi mistoqsijiet u talbiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza  għall-2015 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jenfasizza l-importanza li jkun hemm diskussjonijiet aktar frekwenti mas-Segretarju Ġenerali dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

23.  Jenfasizza għal darb'oħra, għall-fini ta' aktar trasparenza fi ħdan l-istituzzjoni, u speċjalment fir-rigward tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, il-bżonn li tiġi ffaċilitata u tkun aktar aċċessibbli l-ħidma tal-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, u fuq kollox, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jappella għall-pubblikazzjoni fl-Intranet tal-aġendi tal-Bureau fil-ħin u għall-pubblikazzjoni tal-minuti b'mod ħafna aktar tempestiv; josserva li mhuwiex neċessarju li dak li jkun jistenna sakemm dawn jiġu tradotti bil-lingwi kollha qabel ma jiġu ppubblikati; jifraħ lill-Kulleġġ tal-Kwesturi dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward, b'mod speċjali fir-rigward tal-politika ġdida tiegħu li jiddivulga d-deċiżjonijiet tiegħu;

24.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, u jissottolinja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u kalendarju li lill-Bureau jippermettilu jagħti segwitu u/jew jirrispondi lir-rakkomandazzjonijiet misjuba fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta f'ħin utli lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-proġetti kollha b'impatt konsiderevoli fuq il-baġit li ġew ippreżentati lill-Bureau;

25.  Jiddispjaċih, madankollu, li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2015 ma ngħatawx segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li la l-Bureau u lanqas is-Segretarju Ġenerali ma ppubblikaw rapport ta' progress jew għamlu biżżejjed progress fir-rigward ta' bosta talbiet għal azzjoni jew għal deċiżjoni li għandha tittieħed minnhom;

26.  Itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jagħti segwitu lid-deċiżjonijiet kollha dwar il-kwittanza, skont l-Artikolu 25 tar-Regoli ta' Proċedura, l-Artikolu 6, l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura u l-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju;

27.  Ifakkar li fiż-żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza tal-2014 u tal-2015, il-Parlament talab għal soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jużaw il-paġna individwali tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament għall-pubblikazzjoni volontarja ta' laqgħat ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; iħeġġeġ lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jagħmlu dan possibbli mill-aktar fis;

28.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Membri dwar il-progress li sar fir-rigward tal-Proġett iPACS (li għandu l-għan li jsaħħaħ u jimmodernizza s-sigurtà tal-persuni, tal-bini u tal-assi tal-Parlament); jinnota li dan il-proġett ġie adottat b'deċiżjoni tal-Bureau tad-9 ta' Marzu 2015; jissottolinja l-importanza li jiġi ddeterminat jekk il-proġett li huwa ta' importanza fundamentali għall-Parlament – u li ġie jiswa somma kbira ta' flus – huwiex mixi b'rittmu tajjeb;

29.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jniedi miżuri biex jindirizza l-prezzijiet tal-lukandi fi Strasburgu li qegħdin jiżdiedu b'mod sinifikanti, prezzijiet li jiżdiedu b'mod drastiku minn sena għall-oħra, li speċjalment ikunu fl-eqqel tagħhom matul is-sessjoni plenarja; jirrakkomanda l-iffiċilitar tat-trasport bejn Strasburgu u n-naħa Ġermaniża tal-fruntiera, fejn il-prezzijiet huma ħafna aktar baxxi (possibbilment permezz ta' servizz ta' shuttle bus bejn Kehl u l-bini tal-Parlament);

30.  Jilqa' l-inizjattivi tas-Segretarju Ġenerali fir-rigward tar-rieżami tal-Istrateġija tal-Ġestjoni tal-Kriżi u tal-Kontinwità tal-Attività sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Parlament biex ikun jista' jaffronta aħjar kwalunkwe inċident maġġuri potenzjali (ta' kwalunkwe natura, iżda li jikkonċerna pereżempju l-IT, is-sigurtà jew il-bini) li jkollu riperkussjonijiet fuq l-attivitajiet tal-Parlament, kif indikat fid-deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta' Mejju 2016;

Kwittanza tal-Parlament għall-2016

31.  Jinnota l-iskambju ta' fehmiet li sar bejn il-viċi president responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-awditur intern, fit-23 ta' Jannar 2018 fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament għall-2016;

32.  Jinnota li, b'segwitu għar-referendum li sar fit-23 ta' Ġunju 2016 fir-Renju Unit, il-Bureau ddiskuta l-konsegwenzi fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Lulju 2016; jinnota li l-pożizzjoni tal-President hija li, sakemm ir-Renju Unit jibqa' membru sħiħ tal-Unjoni, il-Membri Parlamentari u l-membri tal-persunal Brittaniċi jgawdu eżattament l-istess drittijiet u obbligi bħall-Membri Parlamentari u l-membri tal-persunal kollha l-oħra tal-istituzzjoni; jinnota li dan l-arranġament jeħtieġ li jkun flessibbli u jkun konformi ma' kwalunkwe eżitu possibbli tan-negozjati dwar il-Brexit; jinnota li s-sitwazzjoni tal-Membri u l-membri tal-persunal Brittaniċi tal-Parlament tista' tinbidel matul il-perjodu ta' tranżizzjoni li għad irid jiġi definit;

33.  Jirrikonoxxi li r-riżultat tar-referendum ħalla impatt notevoli fuq is-segretarjati tal-kumitati, l-unitajiet ta' riċerka u s-servizzi orizzontali tad-direttorati ġenerali politiċi; jinnota li s-servizzi tal-Parlament ħejjew materjal analitiku bbażat fuq xogħol ta' ġbir ta' informazzjoni biex jikkunsidraw l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit fuq l-oqsma politiċi u l-leġiżlazzjoni fl-ambiti rispettivi tagħhom; jirrikonoxxi, barra minn hekk, il-fatt li l-ħidma tal-ġejjieni dwar din il-kwistjoni għandha natura ġuridika ferm kumplessa, kif ukoll il-fatt li l-għarfien espert miksub fis-segretarjati tal-kumitati u fid-dipartimenti tematiċi huwa lest biex jiġi mobilizzat matul il-fażijiet sussegwenti tal-proċess ta' ħruġ abbażi tad-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu;

34.  Jilqa' l-kooperazzjoni mtejba fil-qasam tas-sigurtà bejn il-Parlament u l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi ospitati, partikolarment l-awtoritajiet Belġjani;

35.  Jinkoraġixxi lis-Segretarju Ġenerali biex jinnegozja mal-amministrazzjoni Belġjana tal-ferroviji biex joffru aktar ferroviji diretti bejn l-istazzjoni ferrovjarju Brussell-Lussemburgu u l-ajruport ta' Zaventem fl-eqqel ħinijiet tal-wasla u tat-tluq għall-Membri sabiex jiġi ffrankat il-ħin tal-ivvjaġġar u jitnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Membri; jitlob lis-Segretarjat jippromwovi l-ivjaġġar permezz tal-ferrovija għall-Membri;

36.  Ifakkar li s-sens ta' ftuħ għall-pubbliku huwa karatteristika tal-Parlament; jappoġġa r-riorganizzazzjoni u t-titjib tal-punti ta' dħul tal-binjiet kollha tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol fuq il-bażi ta' kunċett ġdid tas-sigurtà li jiggarantixxi kuntest ta' xogħol sikur għall-attivitajiet parlamentari filwaqt li jżomm is-sens ta' ftuħ tal-Parlament; jinnota li dawn il-punti ta' dħul, modernizzati fl-2015, kienu mgħammra b'sistemi ta' kontroll tal-aċċess ġodda u kienu inkorporati f'sistema ċentrali integrata ġdida ta' kontroll tal-aċċess fiżiku; jenfasizza li l-entratura tal-binja Louise Weiss fi Strasburgu (LOW) hija waħda mill-entraturi l-aktar użati mill-Membri, mill-persunal tal-Unjoni u mill-viżitaturi matul is-sessjonijiet plenarji; jenfasizza li de facto hija l-entratura l-aktar viżibbli fi Strasburgu; jiddispjaċih li l-kontroll tas-sigurtà "temporanju" fl-entratura tal-binja LOW sar permanenti b'mod de facto; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipproponi alternattiva biex jiġi ffaċilitat id-dħul fil-binja LOW filwaqt li jinżamm il-livell ta' sigurtà u l-attrazzjoni ta' din l-entratura;

37.  Jinnota li l-attenzjoni mogħtija lill-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni għadha tvarja minn direttorat ġenerali għall-ieħor, u għadha f'fażi preliminari f'uħud mis-setturi tal-amministrazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li jiġu ffissati u sottoposti għal monitoraġġ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu fl-amministrazzjoni kollha;

38.  Jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament jammontaw għal EUR 114-il miljun fis-sena; jinnota s-sejba, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sede tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li, 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament li jidħlu fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal hija l-konsegwenza diretta tad-dispersjoni ġeografika tas-servizzi tal-Parlament; ifakkar li l-istima tal-impatt ambjentali ta' din id-dispersjoni hija bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2; jistieden lill-Kunsill isib soluzzjoni għal din il-ħela ta' flus tal-kontribwenti;

39.  Jinnota l-pubblikazzjoni ta' seba' rapporti dwar it-tema "Kost tan-Non-Ewropa", kif ukoll il-ħames "Valutazzjonijiet tal-Valur Miżjud Ewropew" li tlestew fl-2016;

40.  Jinnota r-reviżjoni tal-ammont ta' allowances imħallas lill-assistenti parlamentari akkreditati (APA) għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; jinnota li għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Parlament, il-limitu massimu tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għall-missjonijiet fi Strasburgu huwa ffissat għal EUR 180 u tal-indennizz ta' kuljum għal EUR 102, b'hekk jammontaw għal EUR 282 għal kull jum; filwaqt li għall-APA dan l-ammont jitnaqqas għal EUR 137, EUR 160 jew EUR 183 għal kull jum, għall-istess spejjeż, soġġetti għad-diskrezzjoni tal-Membru; ifakkar, madankollu, li l-APA huma intitolati għall-istess indenniz tas-sussistenza bħall-uffiċjali jew persunal ieħor tal-Parlament għall-missjonijiet lejn destinazzjonijiet oħra li mhumiex Strasburgu; jistieden lill-Bureau, għat-tielet sena konsekuttiva u għall-finijiet tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, jieħu azzjoni rapida biex l-indennizz tas-sussistenza għal kull jum għall-APA fuq missjoni fi Strasburgu jkun konformi ma' dak li jingħata lill-uffiċjali u persunal ieħor; jistieden għal darb'oħra lill-Bureau jallinja bis-sħiħ l-allowances mogħtija lill-uffiċjali, lill-aġenti oħra u lill-APA;

41.  Jilqa' r-rieda tas-Segretarju Ġenerali biex tinstab soluzzjoni, u jtenni l-appell tiegħu biex tinstab soluzzjoni prattika għal dawk l-APA li, wara li ħadmu mingħajr interruzzjoni għal żewġ leġiżlaturi, mhumiex intitolati għall-aċċess għall-iskema Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni meta dawn jilħqu l-età tal-pensjoni fi tmiem il-leġiżlatura attwali, minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom u minn tal-Membri li jimpjegawhom, peress li dawn se jkollhom inqas minn għaxar snin meħtieġa ta' servizz minħabba l-elezzjonijiet bikrija fl-2014 u d-dewmien fil-validazzjoni tal-kuntratti l-ġodda tal-APA dovut għall-ammont kbir ta' xogħol matul il-perjodu ta' wara l-elezzjonijiet tal-2009 u l-2014; jitlob għalhekk li ż-żewġ leġiżlaturi jitqiesu bħala għaxar snin ta' servizz attiv; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti struzzjonijiet lid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS) biex isib soluzzjoni possibbli mingħajr dewmien u biex ir-rappreżentanti tal-APA jinżammu infurmati u jiġu involuti fil-proċess; jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva qabel l-1 ta' Settembru 2018 biex issolvi din il-kwistjoni;

42.  Jinnota li r-rimborż ta' xi missjonijiet huwa soġġett għal dewmien twil ħafna, u jissuġġerixxi li jiġu esplorati soluzzjonijiet sabiex dawn jibda ikollhom perjodu ta' żmien raġonevoli;

43.  Iqis li huwa xieraq li jkun hemm żieda żgħira fil-linja baġitarja 422 "Infiq relatat mal-assistenza parlamentari", b'kunsiderazzjoni tal-ammont akbar ta' xogħol dovut għall-Brexit, l-għadd dejjem jikber ta' trilogi u l-għadd dejjem jiżdied ta' kumitati temporanji u speċjali, li laħaq rekord storiku ta' 25 kumitat permanenti u temporanju, u l-koinċidenza ta' tmiem il-leġiżlatura mal-pakkett kumpless ta' proposti leġiżlattivi tal-QFP;

44.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jibgħat lill-Kummissjoni r-Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istatut il-ġdid tal-APA li ġie mfassal wara r-riżoluzzjoni adottata fit-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 u msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament 160/2009;

45.  Iħeġġeġ lill-Bureau, meta jivvaluta r-regoli l-ġodda dwar il-gruppi ta' viżitaturi introdotti s-sena l-oħra, iħassar il-possibbiltà li jinħatru APA bħala kap ta' grupp peress li dan joħloq problemi ta' natura professjonali, legali, etiċi u fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

46.  Josserva li t-trainees impjegati mill-Membri għandhom kuntratt skont id-dritt privat mal-Membru, li minnu ma jibbenefikawx minn status simili fil-Parlament li jgawdu minnu kategoriji oħra tal-persunal tal-Parlament, jew li jingħataw boroż ta' studju mill-Parlament innifsu (boroż ta' studju Schuman); jiddispjaċih li ma jeżistix mekkaniżmu jew qafas ġuridiku fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS) għall-organizzazzjoni ta' skema ta' pagament dirett bil-quddiem lil dawn it-trainees qabel il-missjonijiet – għalkemm tali arranġamenti huma fis-seħħ għall-membri tal-persunal l-oħra kollha – fid-dawl tal-fatt li għal raġunijiet ovvji, huma bilkemm jaffordjaw iħallsu dawn l-ispejjeż minn buthom minn qabel; jissottolinja li l-Membri jistgħu jilħqu ftehim dwar il-ħlas bil-quddiem mat-trainee u l-aġent tal-ħlas fuq bażi ta' każ b'każ; jinnota, madankollu, li bosta Membri ma jużawx is-servizzi ta' aġent tal-ħlas biex iħallsu lit-trainees li jimpjegaw, u jitlob lill-Parlament jevalwa mill-aktar fis possibbli jekk tistax tiġi implimentata skema ta' ħlas dirett bħal din;

47.  Jinnota bi tħassib li f'dan l-istadju avvanzat tal-leġiżlatura, is-CVs ta' aktar minn nofs il-Membri għadhom ma jidhrux fil-profili tagħhom fuq is-sit web uffiċjali tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu azzjoni rapida biex jiżgura li s-CVs tal-Membri kollha jidhru fuq is-sit web uffiċjali;

48.  Huwa tal-fehma li sabiex ikun hemm opinjonijiet u studji aktar indipendenti u affidabbli, jeħtieġ li jkun hemm regoli dwar il-kunflitt ta' interess applikabbli għall-esperti li jiġu ingaġġati mill-kumitati tal-Parlament;

49.  Ifakkar li l-kwittanzi tal-2014 u tal-2015 irrimarkaw li s-sit web tal-Parlament mhuwiex partikolarment faċli għall-utent, u fid-dawl ta' dan, jitlob lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) itejjeb is-sit web tiegħu u jintroduċi magna tat-tiftix aktar effiċjenti bħala kwistjoni ta' urġenza; jenfasizza li għad irid isir progress fir-rigward tal-attraenza u l-attrattività tas-sit web u għad hemm bżonn li jsir sforz sabiex jiġu diversifikati l-pjattaformi tal-midja soċjali disponibbli; jappella sabiex tiġi implimentata strateġija ġdida li tirrifletti l-kapaċità sħiħ tal-midja soċjali fil-manifestazzjonijiet varji tagħha;

50.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' missjoni aġġornata għall-uffiċċji tal-informazzjoni, li issa huma magħrufa bħala "uffiċċji ta' kollegament" (adottata mill-Bureau f'Novembru 2017); jissottolinja bil-qawwa li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li jinformaw u jikkomunikaw lokalment f'isem il-Parlament, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni permezz tal-attivitajiet ta' partijiet interessati esterni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; jissottolinja li jeħtieġ li jiġi ottimizzat l-użu tat-teknoloġiji u l-mudelli l-ġodda ta' komunikazzjoni, u biex tiġi sfruttata l-pożizzjoni ġeografika privileġġjata tal-uffiċċji ta' kollegament, viċin iċ-ċittadini, ħalli titkompla l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet fil-livell lokali, bħal dibattiti organizzati mal-Membri u mas-soċjetà ċivili, bit-tir li jinstemgħu n-nies u biex dawn ikunu involuti; jirrimarka li d-dibattitu online u l-attenzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni mqanqla minn dawn l-avvenimenti għandhom jikkontribwixxu biex tissaħħaħ aktar il-viċinanza maċ-ċittadini; jappella sabiex ikun hemm titjib fl-istrateġija adottata fir-rigward tal-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament, u jħeġġeġ lid-DĠ COMM jaffronta l-problema ta' żbilanċ bejn l-ammont ta' flus li jintefaq fuq il-bini u l-ispejjeż tal-persunal meta mqabbel mal-funzjonijiet ewlenin ta' dawn l-uffiċċji, li huwa l-komunikazzjoni diretta bejn il-partijiet interessati lokali u ċ-ċittadini;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

51.  Ifakkar li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni tad-DĠ COMM huwa s-sensibilizzazzjoni jew l-espożizzjoni globali miksuba għall-firxa sħiħa tal-pjattaformi u tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-Parlament; jinnota li, għal dak li għandu x'jaqsam mal-preżenza tal-Parlament fil-midja u l-kopertura medja fix-xahar, kien hemm żieda ta' 12 % meta mqabbel mal-2015 u żieda ta' 7 % meta mqabbel mas-sena elettorali tal-2014; jirrikonoxxi t-titjib fl-użu tal-midja soċjali mill-Parlament, kif ukoll tal-azzjonijiet intiżi għas-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ; jirrimarka, madankollu, li jkun tajjeb li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament ikomplu jitjiebu, partikolarment billi tiżdied il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali, li bħalissa tinsab taħt il-livell ta' standards mistennija minn istituzzjoni parlamentari; jissottolinja li, partikolarment fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, jeħtieġ li tiġi żviluppata u implimentata strateġija komprensiva tal-midja soċjali; jenfasizza li din l-istrateġija jeħtieġ li tirrifletti l-ammont ta' ħidma li jagħmel il-Parlament, filwaqt li tieħu kont tal-interessi multidimensjonali, it-tħassib u l-ideat għall-futur tal-Ewropa li jesprimu ċ-ċittadini;

52.  Jinnota li DĠ COMM vara programm ġdid ta' ħidma pluriennali għall-għotjiet fil-qasam tal-midja u tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti għall-perjodu 2016-2019; jirrikonoxxi li għall-konċessjoni ta' għotja fil-kategorija tal-midja, ġew konklużi 102 kuntratti qafas ta' sħubija u ntgħażlu 48 applikazzjoni għal għotja għal ammont totali ta' EUR 3,99 miljun; jinnota li fil-qasam tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti, intgħażlu 18-il proġett biex jirċievu għotja għal ammont totali ta' EUR 0,8 miljun; jistieden lid-DĠ COMM jikkonċentra fuq approċċ aktar attiv lejn dawk li mhumiex awtomatikament interessati fl-attivitajiet tal-Parlament jew dawk li saħansitra huma xettiċi dwar il-funzjonament tiegħu;

53.  Jieħu nota tat-tibdil tekniku u editorjali importanti li sar fuq is-sit web pubbliku tal-Parlament, u partikolarment fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-magna tat-tiftix tas-sit; jifraħ lid-DĠ COMM għal dan il-progress, iżda jżid li din ir-rata ta' progress għadha miexja bil-mod wisq; josserva li l-proġett "Responsive Web Design" (disinn web adattativ) u l-proġett ta' tiġdid tal-pjattaforma ta' streaming dirett u ta' vidjo fuq talba (VOD), li l-għan tagħhom huwa li jadattaw is-sit web għal kull tip ta' apparat, kienu varati fl-2016 u implimentati b'suċċess f'ċerti partijiet tas-sit web; jitlob li dawn il-proġetti jitkomplew u jiġu implimentati fil-partijiet kollha tas-sit web tal-Parlament; jinnota li għad fadal ħafna xi jsir sabiex ikun hemm fis-seħħ sit web u għodda ta' komunikazzjoni effettivi; jissottolinja li t-tiġdid jeħtieġ li jitwettaq f'waqtu, peress li l-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-Parlament għandhom ikunu fis-seħħ ferm qabel, iżda mhux aktar tard, mill-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019; jenfasizza li sit web trasparenti u aċċessibbli huwa fundamentali għall-involviment taċ-ċittadini;

54.  Jinnota żieda konsiderevoli fil-volum ta' talbiet imressqa lis-servizz tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (AskEP) mill-2014, l-aktar minħabba l-kampanji, milli jidher, ikkoordinati posta mibgħuta dwar kwistjonijiet ta' attwalità; jissuġġerixxi li l-Membri jkunu informati bit-tweġibiet tal-Parlament billi x'aktarx ma jafux bl-eżistenza ta' dawn it-tweġibiet;

55.  Jiġbed l-attenzjoni għall-aktar stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru li kkummissjona l-Parlament, li fih saret il-mistoqsija speċifika dwar kif jidher il-Parlament; jinnota bi pjaċir li, skont l-istħarriġ, il-perċentwal ta' ċittadini li għandhom opinjoni pożittiva dwar il-Parlament qiegħed jiżdied, minn 25 % (2016) għal 33 % (2017); jinnota b'sodisfazzjon li ż-żieda fl-immaġni pożittiva tal-Parlament tikkorrispondi direttament mat-tnaqqis fl-"opinjoni negattiva", b'7 punti perċentwali minn 28 % (2016) għal 21 % (2017); jirrimarka li, minkejja sinjali ċari ta' titjib, għad fadal ħafna xi jsir;

56.  Iħeġġeġ lill-Bureau, meta jivvaluta r-regoli l-ġodda dwar il-gruppi ta' viżitaturi introdotti s-sena l-oħra, iħassar il-possibbiltà li jinħatru APA bħala kap ta' grupp;

57.  Jappella għal rieżami tas-sistema għall-kalkolu tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivjaġġar għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati mill-Membri, bl-għan li jiġi żgurat kemm it-trattament indaqs taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni kif ukoll il-promozzjoni tal-użu ta' mezzi tat-trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent, peress li s-sistema attwali, ibbażata fuq il-kalkolu tal-kilometraġġ, tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni l-iżolament u l-ostakli ġeografiċi preżenti f'ċerti żoni tal-Unjoni u milli tkopri l-ispejjeż ta' vjaġġar lejn żoni fejn hemm disponibbli mezzi ta' trasport li huma aktar rapidi u li jirrispettaw aktar l-ambjent;

58.  Josserva li, sal-31 ta' Diċembru 2016, total ta' 5 375 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju kienu impjegati fi ħdan is-Segretarjat (b'żieda ta' 16 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015) u total ta' 806 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-gruppi politiċi (b'żieda ta' 35 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015); jinnota li, flimkien mal-aġenti kuntrattwali, id-DĠ PERS kien responsabbli minn 9 617 membri tal-persunal (b'żieda ta' 264 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015);

59.  Jinnota li sal-1 ta Jannar 2016, tħassru 57 post mit-tabella tal-persunal tal-Parlament skont ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-QFP għall-perjodu 2014-2020;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal

60.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs tibqa' komponent fundamentali tal-politika ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament; jinnota li l-pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità, approvat mill-Bureau fl-2015, kompla jiġi implimentat matul l-2016, flimkien mal-objettivi speċifiċi tiegħu u mal-miżuri kollha l-oħra relatati;

61.  Jilqa' l-fatt li ġie adottat il-pjan direzzjonali għall-"Ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew"; jinnota li l-pjan direzzjonali jispjega l-azzjonijiet konkreti u jagħti kalendarju ċar għall-miżuri speċifiċi rigward il-ġestjoni, it-taħriġ professjonali, is-sensibilizzazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-miżuri fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u monitoraġġ regolari tal-bilanċ bejn is-sessi permezz tal-istatistika;

62.  Jilqa' l-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kapijiet tal-unità maħtura mis-Segretarju Ġenerali żdiedet minn 21 % fl-2006 għal 36 % fl-2016, u li l-postijiet li n-nisa kisbu għandhom tendenza li juru titjib sodisfaċenti fil-kwalità tal-postijiet assenjati għan-nisa;

63.  Jiddispjaċih li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta' direttur ġenerali niżel minn 33,3 % / 66,7 % fl-2015 għal 16,7 % / 83,3 % fl-2016; jinnota li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta' direttur baqa' stabbli mill-2015 sal-2016, jiġifieri 29,2 % / 70,8 % u 29,8 % / 70,2 % rispettivament; iqis li din ix-xejra tmur kontra l-pjan direzzjonali għall-"Ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew";

64.  Jirrikonoxxi l-fatt li għal ċerti attivitajiet, bħat-tmexxija tal-canteens u t-tindif, il-Parlament ipprefera l-għażla tal-esternalizzazzjoni u, b'konsegwenza ta' dan, għal ċerti direttorati ġenerali, in-numru ta' persunal estern fil-binjiet tal-Parlament jista' saħansitra jaqbeż in-numru ta' uffiċjali;

65.  Itenni l-fehma tiegħu li l-persunal estern ma għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fin-numru ta' postijiet kif maqbul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-QFP attwali;

66.  Jinnota li fi tmiem l-2016 kien hemm 1 924 APA jaħdmu mal-Parlament, meta mqabbel mal-1 791 is-sena ta' qabel. jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-APA u tal-assistenti lokali, billi l-kuntratti tagħhom huma direttament marbutin mal-mandat tal-Membri li lilhom jagħtu assistenza, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li l-APA huma membri tal-persunal b'kuntratt tax-xogħol mal-Parlament, filwaqt li l-assistenti lokali huma suġġetti għal varji leġiżlazzjonijiet nazzjonali;

67.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ma dawn ikollhom la ordnijiet ta' missjoni u lanqas jieħdu rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni jew tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-fehma li tali prassi tagħti lok għal abbuż, peress li fl-assenza ta' ordni ta' missjoni, l-APA jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u mhumiex koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga din l-allegata prassi u jirrapporta dwarha sa tmiem is-sena;

68.  Itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jikkunsidraw mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga l-konsegwenzi baġitarji, u l-organizzazzjoni u l-loġistika ta' dawn il-missjonijiet;

69.  Jinnota li l-Parlament jipprovdi baġit lill-Kumitat tal-Persunal, jappella sabiex ikun hemm baġit simili għall-Kumitati tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati, peress li dawn iwettqu kompiti previsti mill-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tiegħu, li huma utli għall-istituzzjonijiet u l-Membri kollha;

70.  Jistieden lill-amministrazzjoni biex tinvolvi lill-Kumitat tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tar-regoli kollha li jistgħu jikkonċernaw lill-Kumitat tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati esklużivament jew b'mod kollettiv flimkien mal-kategoriji l-oħra tal-persunal rappreżentati mill-Kumitat tal-Persunal;

71.  Jilqa' l-interess li jinżamm il-persunal b'ċittadinanza Brittanika li sar uffiċjal pubbliku Ewropew, jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta dwar ir-riskji potenzjali għall-persunal Brittaniku u dwar kif jista' jiġi żgurat li l-persunal Brittaniku ma jisfax vittma tal-Brexit, u li d-drittijiet statutorji, kuntrattwali u drittijiet miksuba tiegħu jiġu salvagwardati bis-sħiħ;

72.  Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(8), tneħħew 57 post mit-tabella tal-persunal tal-Parlament tal-2016, b'konformità mar-rekwiżit ta' tnaqqis ta' 5 % tal-postijiet tal-persunal; jinnota li żewġ postijiet oħra tneħħew biex jiġu trasferiti għand il-Kummissjoni b'rabta ma' proġetti informatiċi interistituzzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament kellu jnaqqas it-tabella tal-persunal tiegħu b'76 post ieħor mill-1 ta' Jannar 2017 b'segwitu għad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja;

73.  Huwa tal-fehma li b'reazzjoni għall-kampanja #metoo, il-Parlament għandu jħaddan tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza ta' kull forma kemm jekk strutturali, fiżika, sesswali jew psikoloġika; jitlob għalhekk:

- ir-responsabbiltà sħiħa tal-awturi ta' din il-vjolenzi u l-applikazzjoni tal-penali u s-sanzjonijiet kollha disponibbli;

- il-ħolqien ta' uffiċċju ċentrali għall-ilmenti għar-rappurtar ta' każijiet ta' fastidju;

- l-aċċess għal kulħadd għal kumitat indipendenti għall-ilmenti ta' fastidji fil-Parlament li ma jirriproduċix l-istrutturi interni ta' poter billi jinkludi fih il-Membri;

- il-protezzjoni lill-vittmi u lil dawk li jirrappurtaw tali vjolenza li jagħtihom l-anonimità u d-diskrezzjoni sħiħa;

- l-appoġġ psikoloġiku għall-vittmi mogħti mill-uffiċċju ċentrali tal-Parlament li jinkludi tobba, ħaddiema soċjali u konsulenti;

- it-taħriġ obbligatorju dwar il-fastidju sesswali u l-fastidju morali għall-Membri u l-uffiċjali f'pożizzjonijiet ta' poter;

- it-taħriġ u l-informazzjoni għall-membri tal-persunal biex jgħinuhom jagħrfu il-fastidju sesswali u biex jiżguraw li jkunu jafu d-drittijiet tagħhom;

74.  Iqis li n-numru relattivament baxx ta' lmenti ta' fastidju mressqa fl-2016 quddiem il-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju kemm mill-persunal kif ukoll mill-APA seta' jimplika nuqqas ta' mezzi xierqa; jisħaq fuq il-fatt li jeżistu żewġ tipi ta' fastidju rikonoxxuti mir-Regolament tal-Persunal (fastidju psikoloġiku u sesswali); huwa tal-opinjoni li l-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta' fastidju għandha tkun waħda mill-ogħla prijorità tas-Segretarju Ġenerali; jilqa' favorevolment f'dan ir-rigward il-proposta tas-Segretarju Ġenerali li jdaħħal netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali indipendenti li jistgħu jiġu kkuntattjati mill-APA, mit-trainees li jaħdmu għall-Membri, mill-persunal tal-gruppi u mill-membri tal-persunal u mit-trainees l-oħrajn kollha; jikkonstata li dawn il-konsulenti se jkunu magħżula għall-kompetenzi tagħhom fil-qasam u għall-kapaċitajiet interpersonali tagħhom, u se jagħmlu taħriġ immirat; jinkoraġġixxi reviżjoni tal-kompożizzjoni tal-kumitati konsultattivi kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju biex tkun żgurata rappreżentanza ndaqs tal-Membri, tal-APA u tal-persunal, kif ukoll ikun żgurat bilanċ bejn is-sessi; jistieden lill-Bureau jeżamina l-possibbiltà li jinħatar awditur estern sabiex jittejbu aktar il-proċessi interni;

75.  Itenni l-pożizzjoni vulnerabbli li qegħdin fiha l-APA u t-trainees impjegati mill-Membri fir-rigward tar-regoli interni dwar il-protezzjoni tal-informaturi; javża lis-Segretarju Ġenerali kontra konsegwenzi finanzjarji potenzjali minħabba n-nuqqas kontinwu tal-Parlament biex jipprovdi l-protezzjoni meħtieġa tal-informaturi lill-APA li jirrappurtaw l-irregolaritajiet mill-Membri; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jindirizza minnufih din is-sitwazzjoni;

76.  Jitlob li jiġu riżervati ġimgħat għall-attivitajiet parlamentari esterni, biex jintużaw għal korsijiet ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-assistenti tal-Membri, inklużi korsijiet intensivi tal-lingwa;

77.  Jirrimarka għal darb'oħra li l-Parlament huwa prattikament l-unika istituzzjoni li ma introduċietx flexitime fl-arranġamenti tagħha tax-xogħol, xi ħaġa li kważi l-istituzzjonijiet kollha, b'mod partikolari l-Kummissjoni, għamlu snin ilu, b'eżitu konkret f'termini ta' żieda fil-produttività u titjib fil-kwalità tal-ħajja għall-persunal; jitlob li l-flexitime jkun inkorporat fl-arranġamenti tax-xogħol tal-Parlament kemm jista' jkun malajr u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jinżamm infurmat dwar il-progress li jsir biex jintlaħaq dan l-objettiv;

78.  Itenni - kif adottat fir-rapport tal-Parlament dwar il-kwittanza tal-2015 (paragrafu 89) - li, fid-dawl tal-introjtu tagħhom, it-trainees fuq boroż ta' studju għandhom ikunu intitolati għal aktar tnaqqis fil-prezzijiet fir-ristoranti tal-Parlament;

79.  Jinnota bi tħassib kbir it-tnaqqis tad-domanda mill-Membri għal korsijiet individwali tal-lingwa Franċiża u, speċjalment, tal-Ispanjol u t-Taljan, b'mod partikolari mill-2009; jinnota li n-numri baqgħu stabbli, u saħansitra tjiebu, fil-korsijiet tal-Ingliż u l-Ġermaniż biss; ifakkar lis-Segretarju Ġenerali dwar l-importanza tal-multilingwiżmu fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u r-rwol li l-amministrazzjoni għandha taqdi fil-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi fost ir-rappreżentanti eletti taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li l-lingwi huma wkoll għodda essenzjali għall-fehim u l-komunikazzjoni fl-eżerċizzju tad-dmirijiet parlamentari tagħhom; jistieden lill-amministrazzjoni żżomm lill-Membri infurmati regolarment permezz ta' mezzi xierqa, minbarra l-fuljett eżistenti u l-informazzjoni disponibbli online, tal-opportunitajiet kollha offruti lilhom mill-Parlament, b'enfasi partikolari fuq il-klassijiet b'għalliema tal-lingwi interni fi Brussell u għalliema disponibbli jekk mitluba fi Strasburgu, peress li din hija l-aktar soluzzjoni flessibbli, hija l-aktar kompatibbli mal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u toffri wkoll l-aħjar valur għall-flus; ikompli jħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipproponi l-mezzi neċessarji biex jippromwovi l-multilingwiżmu f'dan il-qasam, inkluż it-titjib tad-disponibbiltà ta' għalliema tal-lingwi interni u biex jintemm l-impjieg prekarju li ħafna minnhom jiffaċċjaw; jinnota t-trasferiment tal-Membri tal-Unità tat-Taħriġ Professjonali mid-DĠ FINS għad-DĠ PERS bil-għan li tinħoloq sinerġija akbar mal-unità tat-taħriġ tal-persunal li tagħmel diġà parti mid-DĠ PERS; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jinżamm infurmat dwar ir-riżultati speċifiċi li biħsiebu jikseb minn dan l-iżvilupp;

80.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa politika ta' mobbilità volontarja u trasparenti li tikkunsidra l-interessi u l-ħiliet tal-persunal fil-qafas ta' strateġija ġenwina ta' żvilupp fil-karriera;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika

81.  Jinnota li l-proposta aġġornata tal-istrateġija immobiljari tal-Parlament fit-terminu medju, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fil-bini tal-Lussemburgu u ta' Strasburgu, għandha tikkonċentra fuq il-bini ta' Brussell u b'mod partikolari fuq il-futur tal-binja Paul-Henri Spaak; jistieden, barra minn hekk, lill-Bureau biex jevalwa l-età tal-infrastruttura tal-binja Salvador de Madariaga fi Strasburgu; jinnota, barra minn hekk, li għadhom mhumiex magħrufin il-fatturi relatati mal-Brexit li jiddefinixxu l-futur tal-politika immobiljari, bħall-konsegwenzi potenzjali tal-Brexit fuq il-multilingwiżmu, in-numru ta' postijiet għall-uffiċjali fit-tabella tal-persunal u n-numru ta' Membri; jikkonstata li jista' biss isir ippjanar affidabbli wara li jkun wasal fi tmiemu l-proċess tal-Brexit; jistieden lill-Bureau jiżviluppa strateġiji ta' mitigazzjoni tar-riskju, waqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jingħeleb kull tħarbit possibbli li jista' jiġi kkawżat minn żviluppi futuri fin-negozjati ta' Brexit; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipproponi pjan dettaljat dwar kif se jiġi ttrattat il-persunal li jokkupa l-bini fil-każ tar-rinnovazzjoni jew ir-rikostruzzjoni tal-bini;

82.  Iħeġġeġ lis-servizzi responsabbli jiċċaraw kif qed jippjanaw li jimplimentaw id-dikjarazzjoni tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol eżemplari tal-binjiet tagħhom fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, minħabba li qed toqrob l-iskadenza tal-2020;

83.  Jikkonstata li l-Bureau inkariga lis-Segretarju Ġeneral jelabora proposti dettaljati dwar l-għażliet possibbli għar-rinnovazzjoni tal-binja Paul-Henri Spaak; jinnota, barra minn hekk, li dawn il-proposti għandhom jindirizzaw l-għażliet kollha possibbli, anki n-nuqqas ta' azzjoni, ir-rinnovazzjoni jew ir-rikostruzzjoni, u li l-proposti għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet dettaljati dwar il-fattibbiltà tal-proġetti u jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ġuridika rilevanti; jinnota li l-proposti dettaljati li qiegħed iħejji DĠ INLO kellhom ikunu ppreżentati lill-Bureau fil-bidu tal-2018;

84.  Jinnota li l-maġġor parti tal-bini tal-Parlament ma kienx maħsub u mibni skont ir-rekwiżiti tal-Ewrokodiċijiet għall-integrità strutturali, billi dawk in-normi ma kinux jeżistu meta nbena; jinnota li l-uniċi binjiet konformi mal-istandards tal-Ewrokodiċijiet għall-integrità strutturali huma l-binjiet Willy Brandt u Wilfried Martens; jirrikonoxxi li r-riskju ġġenerat mill-vulnerabbiltà potenzjali tal-istrutturi tad-diversi binjiet huwa mitigat parzjalment mill-miżuri operattivi meħuda minn DĠ INLO u mid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), u li huma previsti bidliet organizzattivi ulterjuri biex tkun indirizzata din il-kwistjoni;

85.  Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' April 2016, il-Bureau adotta proposta biex jinternalizza s-servizz tat-trasport tal-Membri; jinnota b'sodisfazzjoni li l-proċedura għall-internalizzazzjoni tas-servizz tax-xufiera rriżultat f'żieda kwalitattiva u kwantitattiva tas-servizzi fornuti lill-Membri, kif ukoll risposta effikaċi u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza imprevedibbli jew żidiet f'daqqa fid-domanda; jiddispjaċih li l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi ma ġiex rispettat fil-proċess ta' reklutaġġ għas-servizz tat-trasport fil-Parlament; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq proposta biex titjieb is-sitwazzjoni attwali; huwa mħasseb, barra minn hekk, dwar il-gradi ta' rimunerazzjoni diverġenti fost is-sewwieqa u jistaqsi lill-Bureau jekk hux qed jippjana li jikkunsidra armonizzazzjoni biex jingħelbu skemi possibbli ta' rimunerazzjoni inġusti;

86.  Jilqa' pożittivament l-introduzzjoni tal-proġett test tat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti ġustifikattivi bejn is-servizz ta' DĠ INLO li jagħti bidu u s-servizz ex ante għall-impenji ta' infiq tal-Unità tal-Manutenzjoni fi Strasburgu; jinnota b'sodisfazzjon li, fuq il-bażi tal-esperjenzi pożittivi, il-proġett ġie estiż għall-Unità tal-Proġetti fi Strasburgu; jinkoraġġixxi lil DĠ INLO jkompli l-implimentazzjoni tat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti kull meta jkun possibbli, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi relatati;

87.  Jinnota li kienet rikjesta r-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kantin self-service tal-Parlament sabiex is-servizzi ma jibqgħux ikunu sussidjati u jiġi konkluż kuntratt ta' konċessjoni, skont liema l-fornitur tas-servizzi tal-ikel jassumi r-riskju ekonomiku u kummerċjali sħiħ; jilqa' favorevolment il-fatt li t-trainees fil-Parlament għad għandhom dritt għal skont ta' EUR 0,50 għall-platti prinċipali fir-ristoranti self-service kollha ta' Brussell u tal-Lussemburgu u skont ta' EUR 0,80 fi Strasburgu; jitlob lil DĠ INLO jimmonitorja ż-żieda fil-prezzijiet tal-futur biex ikun żgurat li s-servizzi jibqgħu bi prezzijiet adegwati u ġusti;

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi

88.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tal-kriterji l-ġodda ta' riferiment għall-interpreti, in-numru minimu ta' sigħat għall-forniment tas-servizz huwa ta' 11-il siegħa fil-ġimgħa filwaqt li n-numru massimu huwa ta' 17-il siegħa; jinnota li n-numru medju kumplessiv ta' sigħat fil-ġimgħa li l-interpreti jqattgħu jagħtu servizzi ta' interpretazzjoni fil-kabini tagħhom żdied minn 11-il siegħa u 54 minuta fl-2014 għal 13 il-siegħa u 25 minuta fl-2016; jinnota li l-2014 kienet sena elettorali b'inqas ħtieġa għal interpretazzjoni; jissottolinja li ż-żieda mill-2014 sal-2016 hija dovuta għall-fatt li l-Parlament irritorna għar-ritmu regolari tiegħu tal-kumitati, tal-gruppi, tal-ġimgħat fi Strasburgu u l-ġimgħat turkważ; ifakkar li, meta r-Regolamenti tal-Persunal ġew riveduti fl-2013, is-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa għall-persunal kollu tal-istituzzjonijiet Ewropej żdiedu minn 37,5 għal 40-42 siegħa, fatt li wassal għal żieda fis-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa anki għas-servizz ta' interpretazzjoni; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni futura bejn it-trade unions u s-Segretarju Ġenerali li għandhom jiffokaw fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari; jirrimarka li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat tal-Persunal u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jintlaħaq ftehim; jinnota li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet impenjati għal "persunal ieħor" kien parzjalment spjegat mill-ħtieġa fiż-żieda ta' interpretazzjoni esterna fl-2016 (EUR 2,2 miljun aktar matul l-2015); jinnota barra minn hekk, li għal-laqgħat tal-gruppi politiċi u tal-kumitati, hemm nuqqas ta' interpretazzjoni għal-lingwi kollha minħabba r-regoli tal-allokazzjoni; josserva, fl-aħħar nett, li l-flessibbiltà limitata fl-użu effiċjenti tal-kapaċità ta' interpretazzjoni hija l-kawża parzjali għal bidliet fl-iskedar tal-laqgħat tal-kumitati li minħabba f'hekk ħafna minnhom saru f'sigħat irregolari;

89.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Bureau adotta "Strateġija għall-Modernizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Konferenzi" fil-Parlament, li ressaqlu s-Segretarju Ġenerali; jirrikonoxxi li l-istrateġija tipprevedi punt ta' kuntatt uniku u sostenn lill-organizzaturi tal-konferenzi u għandha tkun sostnuta minn servizz ta' konferenzi integrat bl-użu ta' pjattaforma informatika personalizzata; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li għall-faċilitajiet tekniċi tas-swali tal-laqgħat, għandhom jiġu stabbiliti progressivament servizz ċentralizzat ta' assistenza waqt li jkun għaddej avveniment kif ukoll servizz ċentralizzat ta' ġestjoni u sostenn;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

90.  Ifakkar li l-Bureau, waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2015, approva approċċ ġdid bil-għan li jżid l-orjentament lejn il-klijenti u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-Membri billi jintroduċi żewġ strumenti ġodda, "il-Portal tal-Membri tal-PE" u l-"e-Portal"; jilqa' pożittivament l-implimentazzjoni "tal-Portal tal-Membri tal-PE", front desk uniku li jintegra s-servizzi kollha relatati mal-formalitajiet marbuta mad-drittijiet finanzjarji u soċjali, li sar totalment operattiv f'Lulju 2016; jinnota li l-verżjoni elettronika online "tal-Portal tal-Membri tal-PE", "e-Portal", ilha aċċessibbli minn Jannar 2015 b'informazzjoni konċiża dwar ir-regoli fis-seħħ u l-istatus tad-drittijiet tal-Membri; jissottolinja li kwalunkwe simplifikazzjoni amministrattiva m'għandhiex tinkiseb biss permezz ta' trasferiment ta' parti mix-xogħol mill-persunal amministrattiv għall-Membri u l-uffiċċji tagħhom;

91.  Jitlob li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' reklutaġġ u r-rimborżi għall-missjonijiet u għall-ispejjeż ta' vjaġġar għall-assistenti lokali; jiddispjaċih li dawn il-proċessi huma spiss kumplessi u twal li jirriżultaw f'dewmien sinifikanti; jappella lid-DĠ FINS jindirizza din il-kwistjoni bħala prijorità;

92.  Jinnota li l-kuntratt attwali mas-servizz tal-ivvjaġġar tal-Parlament jiskadi fi tmiem l-2018 u li qiegħda titħejja sejħa miftuħa għall-offerti bil-għan li tintgħażel l-aġenzija tal-ivvjaġġar il-ġdida ħalli tassisti lill-Parlament fil-ġestjoni u fl-organizzazzjoni tal-vjaġġi relatati max-xogħol; jirrikjedi li l-kuntratt il-ġdid ikun fih kundizzjonijiet aktar b'saħħithom, partikolarment fir-rigward tal-prezzijiet tal-biljetti u tad-disponibbiltà f'kull ħin tal-call centre tas-servizz tal-ivvjaġġar, anki nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd; jissottolinja l-importanza ta' mekkaniżmu għall-ilmenti sempliċi u faċli għall-utent biex jenfasizza malajr in-nuqqasijiet, li jippermetti titjib rapidu għal kull problema; jenfasizza li hemm bżonn tingħata attenzjoni akbar għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Membri u l-ħtieġa tagħhom għal servizzi mfassla apposta;

93.  Iħeġġeġ lill-aġenzija tal-ivvjaġġar li jmiss biex tistinka ħalli tikseb l-iktar prezzijiet kompetittivi għall-vjaġġi relatati max-xogħol tal-Parlament;

Fond ta' Pensjoni Volontarju

94.  Jinnota li l-Fond ta' pensjoni volontarju kien stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja) u l-Membri setgħu jissieħbu magħha sa tmiem is-sitt leġiżlatura parlamentari (13 ta' Lulju 2009); jinnota li l-fond kien twaqqaf biex jipprovdi lill-Membri bi skema tal-pensjoni li qabel ma kinitx teżisti;

95.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-2013, li kienet valida d-deċiżjoni tal-Bureau biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u biex tkun allinjata mal-Istatut il-ġdid għall-Membri;

96.  Jinnota li l-Fond ta' pensjoni volontarju żied id-defiċit attwarjali stmat tiegħu minn EUR 286 miljun fi tmiem l-2015 għal EUR 326,2 miljun fi tmiem l-2016; ikompli josserva li, fi tmiem l-2016, il-valur ta' assi netti li għandu jitqies u l-impenn attwarjali jammontaw għal EUR 146,4 miljun u EUR 472,6 miljun rispettivament; josserva li dan il-passiv futur previst jinfirex fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2016 mill-Fond ta' pensjoni volontarju jammonta għal EUR 16,6 miljun;

97.  Jirrimarka li għall-ħames snin li ġejjin, l-għadd ta' Membri li ser jilħqu l-età tal-irtirar u li se jkunu intitolati għal pagamenti peress li kkontribwew għall-fond, u jekk wieħed jassumi li l-ebda benefiċjarju ma jiġi (ri)elett fl-2019 jew inkella jieħu mandat Ewropew vakanti, l-għadd ta' pensjonanti ġodda se jkun ta' 21 fl-2018, 74 fl-2019, 21 fl-2020, 12 fl-2021 u 17 fl-2022;

98.  Jiddispjaċih li għadha mhix disponibbli valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju; ifakkar li l-paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2015 u l-paragrafu 112 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2014 jitolbu valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju; jistieden lill-Bureau jagħmel valutazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018 tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju;

99.  Itenni l-problemi kontinwi rigward il-Fond ta' pensjoni volontarju u jitlob lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jieħdu azzjoni, sabiex tiġi evitata insolvenza bikrija tiegħu filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq il-baġit tal-Parlament;

100.  Jinnota li l-Parlament huwa l-garanti tal-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; jilqa' l-aħbar mis-Segretarju Ġenerali li ppreżenta pjan ta' azzjoni lill-Bureau;

101.  Josserva li, meta jitqies il-livell attwali tal-fond tal-assi finanzjarji, flimkien ma' obbligi ta' pagament annwali futuri tiegħu u l-evoluzzjoni tar-rata ta' ritorn tal-investimenti tiegħu fuq is-swieq finanzjarji, id-data mistennija tal-insolvenza tal-Fond ta' pensjoni volontarju hija stmata li se sseħħ bejn l-2024 u l-2026;

Allowance għan-Nefqa Ġenerali

102.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau li joħloq grupp ta' ħidma ad hoc għad-definizzjoni u l-pubblikazzjoni tar-regoli dwar l-użu tal-allowance għan-nefqa ġenerali; ifakkar fl-aspettattivi msemmija mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017(9) u tal-25 ta' Ottubru 2017(10) dwar il-baġit 2018, li fihom jitlob aktar trasparenza dwar l-allowance għan-nefqa ġenerali u ħtieġa biex issir ħidma dwar definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament; itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jagħmel malajr il-bidliet konkreti li ġejjin fir-rigward tal-allowance għan-nefqa ġenerali:

- li l-allowance għan-nefqa ġenerali għandha f'kull każ titpoġġa f'kont tal-bank separat;

- li l-irċevuti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-allowance għan-nefqa ġenerali għandhom jinżammu mill-Membri;

- li l-parti li ma tintefaqx mill-allowance għan-nefqa ġenerali għandha tingħata lura ma' tmiem il-mandat tal-Membru;

103.  Ifakkar fil-prinċipju tal-indipendenza tal-mandat tal-Membru; jissottolinja li hija r-responsabbiltà tal-Membri eletti li jużaw l-infiq għal attivitajiet parlamentari u li huwa possibbli li l-Membri, li jixtiequ jagħmlu dan, jippubblikaw ir-rendikont ta' x'nefqu mill-allowance għan-nefqa ġenerali fuq is-siti web personali tagħhom;

104.  Jemmen li kwalunkwe reviżjoni tal-allowance għan-nefqa ġenerali għandha tqis rakkomandazzjonijiet preċedentement adottati fil-plenarja dwar it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont finanzjarju;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku

105.  Ifakkar li pilastru strateġiku fundamentali għall-Parlament f'dinja ta' komunikazzjoni miftuħa qiegħed isaħħaħ is-sigurtà fil-qasam tal-ICT; jirrikonoxxi li, fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni għaċ-ċibersigurtà, il-pilastru "kultura ta' ċibersigurtà" jiffoka fuq l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ biex jiżgura li l-utenti tal-ICT tal-Parlament ikunu informati bir-riskji u jikkontribwixxi fl-ewwel linja ta' difiża f'dan ir-rigward; jieħu nota tal-kampanja ta' sensibilizzazzjoni rigward ir-riskji fil-qasam taċ-ċibersigurtà, li tinkludi tfakkiriet viżivi mal-bini kollu tal-Parlament, artikli ppubblikati fin-newsletter interna tal-Parlament li jittrattaw iċ-ċibersigurtà u sessjonijiet ta' informazzjoni indirizzati lill-Membri, lill-assistenti u lill-persunal; madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-theddidiet kontra s-sigurtà ċibernetika; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra tal-uffiċjal kap tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ħolqien tal-Unità tas-Sigurtà tal-ICTs li fih tim għall-ġestjoni tas-sigurtà u tim għall-operazzjonijiet ta' sigurtà; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistudja l-possibbiltà li tiġi adottata sistema ta' għarfien espert interna kompletament, anke sabiex tiġi evitata rata għolja ta' tibdil tal-persunal;

106.  Iqis li l-ewwel prijorità għas-servizzi tal-IT għandha tkun l-iżgurar ta' aċċess tajjeb għall-internet, u li bħalissa s-sistema qed tikkraxxja wisq;

107.  Jieħu nota tal-proġett "ICT3MEPs" li għandu jtejjeb is-servizzi tal-ICT offruti lill-Membri u lill-persunal tagħhom meta jkun qegħdin jagħmlu attivitajiet fid-distretti elettorali tagħhom; josserva li l-ewwel fażi tal-proġett ġiet implimentata f'Ottubru 2016 u offriet ġestjoni tal-aċċess lill-assistenti lokali; jinnota, madankollu, li fi ħdan il-proġett għad hemm lok għal titjib; jistieden lis-servizzi rilevanti jkomplu bil-proġett ta' implimentazzjoni filwaqt li jqisu l-bżonnijiet tal-utenti;

108.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-aċċess għall-Wi-Fi għall-viżitaturi tal-Parlament, li tikkostitwixxi pass ieħor lejn Parlament diġitalment aktar inklużiv; jirrimarka, iżda, li s-sigurtà tal-ICT għandha tibqa' importantissma u li n-netwerk intern tal-Parlament għandu jkun difiż minn attakki esterni potenzjalment malizzjużi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir titjib drastiku fis-servizz mogħti, partikolarment fi Strasburgu, u jistenna bil-ħerqa l-miżuri meħtieġa li se jittieħdu fil-futur qrib;

109.  Jistieden lill-Bureau, f'kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC), ifassal miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju biex jiżgura tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari f'każ ta' danni jew qtugħ fis-sistema; jissottolinja l-importanza ta' lista ta' prijorità tas-servizzi li tiddetermina l-ordni li fiha s-servizzi jridu jerġgħu jiġu stabbiliti mill-iktar fis possibbli, bil-għan li servizz skeletru jibqa' jaħdem fil-każ ta' attakk ċibernetiku; jistieden lill-Bureau jiżviluppa pjan ta' kontinġenza f'każ ta' qtugħ għal żmien twil tas-sistema; jirrakkomanda li ċ-ċentri tad-data jiddiversifikaw is-siti li fihom jinsabu s-servers tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà u l-kontinwità tas-sistemi tal-IT tal-Parlament;

110.  Itenni l-appell fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-2014 u tal-2015 għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti lil DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni ma' DĠ SAFE, jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew e-mail lill-Membri u lill-persunal li jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom jitniżżlu f'lista ta' komunikazzjoni li tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi;

Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni

111.  Jirrikonoxxi s-sistema ottimizzata l-ġdida għall-organizzazzjoni tal-kompiti ta' sigurtà li s-Segretarju Ġenerali ppreżenta lill-Bureau f'Jannar 2018; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li din is-sistema l-ġdida tqis l-ispeċifiċità tar-rwol u l-funzjoni ta' aġenti tas-sigurtà; jittama li jkun jista' jinżamm djalogu miftuħ bil-għan li nibqgħu attenti għar-rekwiżiti ta' dan il-grupp ta' membri tal-persunal f'kuntest ta' sigurtà f'tensjoni qawwija;

112.  Jilqa' l-isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà u s-sikurezza fil-binjiet tal-Parlament u madwarhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fi ħdan il-Parlament trid timmira li tilħaq bilanċ delikat bejn il-kunsiderazzjoni ta' teħid ta' sensiela ta' miżuri protettivi u l-introduzzjoni ta' sistema eċċessivament imsejsa fuq is-sigurtà li ddewwem l-attività tal-Parlament; jinsisti, madankollu, fuq il-fatt li s-sigurtà tal-Parlament għandha tkompli tissaħħaħ u jtenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jiggarantixxi li l-persunal jitħarreġ b'mod adegwat u jkun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod professjonali, anki fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

113.  Jitlob li l-persunal tas-sigurtà ta' DĠ SAFE jikkontrolla b'attenzjoni l-bini kollu li għalih huma responsabbli fil-każ ta' evakwazzjonijiet, biex jiġi żgurat li jkun ġie evakwat u biex tiġi mogħtija assistenza lill-persuni li huma neqsin mis-smigħ jew li għandhom xi forma ta' diżabbiltà, meta persuni jridu jiġu evakwati;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

114.  Ifakkar li l-Bureau nieda proġett ta' Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali (EMAS) fil-Parlament fid-19 ta' April 2004; josserva li fl-2016, il-Bureau adotta politika ambjentali riveduta li tħaddan u ttenni l-impenn tal-Parlament favur titjib kontinwu kkonċentrat fuq l-ambjent;

115.  Ifaħħar l-impenn tal-Parlament favur l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jinnota li l-"Gwida tal-PE għall-Implimentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku", maħsub biex jgħin lill-uffiċjali awtorizzanti fil-Parlament fit-tnedija b'suċċess ta' politika u proċedura ta' akkwist ekoloġiċi, kienet approvata f'Ġunju 2016; jilqa' l-installazzjoni tal-Helpdesk interistituzzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-introduzzjoni ta' kriterji għal konsultazzjoni obbligatorja tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għal offerti pubbliċi li jaqbżu ċertu limitu finanzjarju u għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti; jinnota l-kostruzzjoni ta' ħajt veġetali fil-bini Altiero Spinelli u huwa tal-fehma li l-benefiċċji tiegħu bl-ebda mod ma jiġġustifika l-ispiża tiegħu; jitlob li s-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali tfittex soluzzjonijiet li, minbarra d-dimensjoni ekoloġika, tqis il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji;

116.  Jilqa' l-installazzjoni ta' funtani tal-ilma u ta' sistema ġdida ta' vażetti tal-ħġieġ li jistgħu jerġgħu jintużaw; jinnota li l-funtani tal-ilma ftit li xejn huma reklamati u għadhom ma ġewx installati fiż-żoni tal-uffiċċji; jiddispjaċih, minkejja l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti sabiex jitnaqqas l-iskart tal-plastik, li għadd akbar ta' ikel f'pakketti li jintremew kienu mibjugħa mill-faċilitajiet tal-catering tal-Parlament; jitlob li jkun hemm trasparenza dwar l-iskart tal-plastik iġġenerat mill-faċilitajiet tal-catering; jinnota li l-marka tal-ilma tax-xorb fil-fliexken distribwiti f'laqgħat Parlamentari inbidlet tliet darbiet f'inqas minn sentejn, fatt li ma jidhirx li huwa konformi mad-durata tas-sejħa għall-offerti mħabbra qabel u xorta għadhom fliexken tal-plastik; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni abbandunat il-politika ta' fliexken tal-plastik għall-ilma tax-xorb, u jappella lill-Parlament jippreżenta pjan biex isegwiha, speċjalment meta jitqies ir-rwol eżemplari tiegħu u fid-dawl tal-inizjattiva strateġika Ewropea dwar il-plastik;

117.  Jinnota li l-Bureau approva pjan direzzjonali, propost mis-Segretarju Ġenerali, biex il-flotta tal-karozzi tinbidel f'waħda ta' karozzi elettriċi; jirrikonoxxi li sa tmiem l-2017, nofs il-karozzi u l-minibuses kollha tal-flotta tal-Parlament għandhom ikunu vetturi elettriċi jew vetturi ibridi rikarikabbli, u li, mill-2018, kull karozza li tkun se tinxtara għall-flotta tal-karozzi tal-Parlament għandha tkun vettura elettrika jew ibrida rikarikabbli; jinnota li, fl-2020, il-karozzi kollha tal-flotta tal-karozzi tal-Parlament għandhom ikunu vetturi elettriċi jew ibridi rikarikabbli, filwaqt li fl-2021 dan għandu japplika wkoll għall-minibuses kollha tal-Parlament; jissottolinja bil-qawwa li għandha ssir analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju qabel kull tiġdid tal-flotta tal-karozzi u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandu jkun familjari mal-analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju li kompliet l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali lejn il-flotta ta' karozzi elettriċi; jitlob li jsiru aktar sforzi għall-promozzjoni tal-mobbiltà attiva, inkluż billi jiġu offerti spazji ta' parkeġġ għar-roti aktar attraenti, aċċessibbli u sikuri;

118.  Jistieden lill-Bureau ma jillimitax ruħu għal karozzi elettriċi bħala soluzzjoni aktar ekoloġika peress li hemm xi tħassib dwar il-produzzjoni tagħhom (inkluż id-disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi meħtieġa), u r-rimi ta' batteriji fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jiddispjaċih li l-Membri ma kinux informati b'analiżi dwar fjuwils alternattivi bħalma huma l-bijofjuwils, il-fjuwils sintetiċi jew iċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu; jenfasizza li d-diversifikazzjoni ta' flotta ta' karrozzi li tirrispetta l-ambjent se tnaqqas id-dipendenza fuq fornitur wieħed u tista' tegħleb nuqqasijiet possibbli futuri fil-provvista;

119.  Jinnota li l-Parlament għandu jikkonforma mal-liġijiet applikabbli reġjonali u lokali, u jistieden lis-servizzi tal-Parlament jispjegaw fid-dettall kif implimentaw il-liġi reġjonali ta' Brussell, il-Code Bruxellois de l’air, du climat et de la maîtrise de l’énergie, speċjalment fil-qasam ta' spazji għall-parkeġġ tal-karozzi offruti lill-impjegati;

120.  Jilqa', fil-kuntest tal-politika tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn, miżuri addizzjonali li jikkumpensaw l-emissjonijiet inevitabbli; jistieden lill-Parlament jiżviluppa aktar politiki li jikkumpensaw is-CO2;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

121.  Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju(11) u r-Regoli ta' Applikazzjoni(12) tiegħu jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti tal-kuntratti mingħand l-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarju jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta' valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta' offerti;

122.  Josserva li minn total ta' 219-il kuntratt mogħtija fl-2016, 77 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, li jammontaw għal valur ta' EUR 436 miljun, u 141 fuq proċeduri negozjati, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 64 miljun; jinnota li n-numru totali ta' kuntratti mogħtija permezz ta' proċeduri negozjati kien 14 % aktar baxx fl-2016 (141 meta mqabbla ma' 151 fl-2015) bi tnaqqis fil-valur ta' 29 % (EUR 64 miljun meta mqabbla ma' EUR 90 miljun fl-2015);

123.  Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2016 u fl-2015 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip:

Tip ta' kuntratt

2016

2015

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Servizzi

Forniment

Xogħlijiet

Bini

169

36

13

1

77 %

16 %

6 %

1 %

194

34

18

8

77 %

13 %

7 %

3 %

Total

219

100 %

254

100 %

Tip ta' kuntratt

2016

2015

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Servizzi

244 881 189

49 %

539 463 943

70 %

Forniment

155 805 940

31 %

78 424 245

11 %

Xogħlijiet

97 640 851

19 %

92 889 168

12 %

Bini

1 583 213

1 %

55 804 154

7 %

Total

499 911 194

100 %

766 581 510

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2016, p. 6)

124.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2016 u fl-2015 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:

Tip ta' proċedura

  

2016

2015

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

70

7

141

-

1

32 %

3%

64%

-

1%

93

10

151

-

-

37 %

4 %

59 %

-

-

Total

219

100 %

254

100 %

Tip ta' proċedura  

2016

2015

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

406 408 732

29 190 756

64 284 705

-

27 000

81 %

6 %

13 %

-

0 %

636 333 284

40 487 367

89 760 859

-

-

83 %

5 %

12 %

-

-

Total

499 911 194

100 %

766 581 510

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2016, p. 8)

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

125.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2016

2015

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

EPP

17 400

8 907

18 303

105,19 %

8 005

17 440

10 198

17 101

98,06 %

8 745

S&D

15 327

5 802

15 713

102,51 %

5 417

15 256

5 748

15 379

100,81 %

7 633

ECR

6 125

2 518

5 835

95,25 %

2 809

5 959

1 614

5 065

84,99 %

2 779

ALDE

5 759

2 366

6 448

111,98 %

1 676

5 692

2 517

5 865

103,03 %

2 839

GUE/NGL

4 340

1 729

4 662

107,43 %

1 407

4 305

1 256

3 832

89,02 %

2 156

Verts/ALE

4 180

1 557

3 921

93,82 %

1 815

4 153

1 293

3 890

93,67 %

2 078

EFDD

3 820

1 873

2 945

77,10 %

1 910

3 843

1 643

3 629

94,45 %

1 919

ENF**

-

-

-

-

-

1 587

0

827

52,09 %

793

Membri mhux affiljati

772

216

616

79,90 %

257

1 627

533

1 001

61,51 %

214

Total***

57 723

24 968

58 443

101,25 %

23 296

59 860

24 803

56 588

94,53 %

29 155

*   l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

**  l-ammonti finali tal-ispejjeż eleġibbli relatati mal-Grupp ENF se jkunu stabbiliti fi stadju aktar tard

***  it-total ma jinkludix l-ammonti relatati mal-Grupp ENF

126.  Jinnota bi tħassib, fil-każ ta' grupp politiku wieħed, li l-awditur estern indipendenti ħareġ opinjoni kwalifikata ta' awditjar; jinsab partikolarment imħasseb li l-awditur identifika nuqqas ta' konformità mar-"Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja 4 0 0" fil-każijiet ta' spejjeż li għalihom ma setgħetx tinkiseb dokumentazzjoni ġustifikattiva adegwata, kif ukoll fil-każijiet li fihom l-obbligi tal-akkwist ma ġewx rispettati minn 10 fornituri ta' servizzi;

127.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

128.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2, attribwita lill-partiti politiċi, intużaw kif ġej(13):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji

Għotja tal-PE

Dħul totali(14)

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 734

6 918

10 650

85 %

304

Partit tas-Soċjalisti Ewropew

PSE

1 408

7 154

9 512

85 %

12

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

611

2 337

3 162

85 %

88

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

502

1 795

2 587

85 %

78

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AKRE

472

2 292

3 232

85 %

-240

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

335

1 594

2 119

85 %

25

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

107

518

625

85 %

4

Demokratiċi tal-UE

DUE

54

238

341

85 %

11

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

158

777

1 008

85 %

5

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

109

493

665

85 %

0

Alleanza Ewropea għal-Libertà

AEL

68

391

459

85 %

-40

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

61

229

391

85 %

0

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MENL

189

785

1 020

85 %

0

Alleanza għall-Paċi u l-Libertà

APL

62

329

391

85 %

-5

Total

 

5 870

25 850

36 160

85 %

242

 

129.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3, attribwita lill-fondazzjonijiet politiċi, intużaw kif ġej(15):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

965 665

4 878 174

5 843 839

85 %

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

1 041 910

4 430 253

5 472 163

84 %

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

248 996

1 126 430

1 375 426

85 %

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

204 866

1 090 124

1 294 990

85 %

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

217 209

901 484

1 118 693

85 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

50 690

272 033

322 724

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

ĊMC

ALE

71 952

318 411

390 362

85 %

Direzzjoni Ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

316 916

1 503 964

1 820 880

85 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FEL

AEL

41 923

226 828

268 751

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea*

OKIE

DUE

21 702

126 727

148 429

99 %

Fondazzjoni Politika Kristjana għall-Ewropa

SALLUX

MPKE

61 024

326 023

387 047

85 %

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

37 896

184 685

222 581

85 %

Fondazzjoni għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

FENL

MENL

96 726

549 357

646 084

85 %

Europa Terra Nostra

ETN

APL

37 461

151 403

188 864

85 %

Total**

 

 

3 414 937

16 085 895

19 500 832

85 %

(*)  L-għotja finali għall-OKIE tirrappreżenta 99 % tan-nefqa, billi wħud minnhom kienu   riklassifikati bħala nefqa mhux eleġibbli b'hekk tbaxxa t-total ta' nefqa eleġibbli.

(**)  It-tabella ma tinkludix iċ-ċifri għall-IDDE minħabba l-proċedura ta' tmiem tal-għotja fl-2016.   Għadha għaddejja d-deċiżjoni dwar l-għotja.

 

 

 

 

 

 

130.  Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet identifikati riċentement li saru b'rabta man-nefqa u r-riżorsi proprji ta' għadd ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

131.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni; iqis, madankollu, li dawn l-irregolaritajiet huma ristretti għal għadd limitat ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi; huwa tal-fehma li dawn l-irregolaritajiet m'għandhomx iqajmu dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi oħra; huwa tal-fehma li hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-Parlament;

132.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta, sal-1 ta' Mejju ta' din is-sena, lill-kumitati responsabbli dwar il-miżuri kollha meħuda fil-ġlieda kontra l-abbuż tas-sussidji mogħtija;

133.  Jitlob li l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li għadha kif ġiet stabbilita tippreżenta lill-Parlament rapport ta' progress wara l-ewwel sena ta' attività tagħha, jiġifieri l-2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-awtorità jkollha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji biex taqdi dmirijietha.

134.  Iqis li, fejn il-persuni jiġu impjegati mill-partiti u l-fondazzjonijiet, id-dritt tax-xogħol u l-leġiżlazzjoni soċjali tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol jridu jiġu rrispettati b'mod sħiħ; jitlob li l-awditi interni jinkludu analiżi ta' dan l-aspett;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Arndt Kohn, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerben-Jan Gerbrandy, Brian Hayes, Andrey Novakov, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gerben-Jan Gerbrandy, Wolf Klinz

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, John Howarth, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L 48, 24.2.2016.

ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

ĠU C 266, 11.8.2017, p. 1.

ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.

ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

PE 422.541/Bur.

(2)

ĠU C 266, 11.8.2017, p. 1.

(3)

ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.

(4)

ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(5)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(6)

PE 422.541/Bur.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

(8)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2017)0114.

(10)

Testi adottati, P8_TA_PROV(2017)0408.

(11)

Regolament (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 

2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament

tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – ĠU L 298, 26.10.2012.

(12)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni

tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli

finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni – ĠU L 362, 31.12.2012.

(13)

l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

(14)

id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju

(15)

l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2018Avviż legali