Proċedura : 2017/2146(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0123/2018

Testi mressqa :

A8-0123/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.18

Testi adottati :

P8_TA(2018)0123

RAPPORT     
PDF 932kWORD 74k
27.3.2018
PE 612.030v02-00 A8-0123/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2146(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Barbara Kappel

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0364 – C8-257/2017),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2017)0299),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (05078/2018 – C8-0053/2018, 05079/2018 – C8-0054/2018, 05080/2018 – C8-0055/2018, 05082/2018 – C8-56/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u modifikat f'Ouagadougou(il-Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri , imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0364 – C8-257/2017),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2017)0299),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(14),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(15) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (05078/2018 – C8-0053/2018, 05079/2018 – C8-0054/2018, 05080/2018 – C8-0055/2018, 05082/2018 – C8-56/2018),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(16) u modifikat f'Ouagadougou(il-Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija")(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri , imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(23),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(24),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-Parlament jisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-UE tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

A.  billi l-għan ewlieni tal-Ftehim ta' Cotonou bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) hu li jnaqqas u eventwalment jelimina l-faqar, bi qbil mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi tal-AKP u l-pajjiżi u l-OCTs fl-ekonomija globali;

B.  billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) huma l-istrument finanzjarju ewlieni tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-AKP u l-OCTs;

C.  billi l-istorja tal-Istati Membri tikkonferixxi obbligi fuq l-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP u tal-kooperazzjoni mal-OCTs, li huma marbutin mal-ġejjieni tal-Unjoni minħabba l-ġeopolitika, il-globalizzazzjoni u l-isfidi globali bħall-effetti tat-tibdil fil-klima u t-tibdil demografiku;

D.  billi l-Kummissjoni, bħala l-korp ta' implimentazzjoni, hija responsabbli għall-kwittanza tal-FEŻ;

E.  billi l-emerġenza ta' sfidi globali ġodda qed tbiddel mill-qiegħ ix-xejriet tal-għoti ta' għajnuna u dan qed iwassal lill-partijiet interessati kollha tal-iżvilupp biex jirriflettu fuq approċċ ġdid tal-għajnuna u dwar orjentazzjoni mill-ġdid tal-qafas attwali ta' għajnuna esterna;

F.  billi s-sostenibbiltà, il-koerenza politika u l-prinċipji ta' effikaċja huma kruċjali għall-iżvilupp ta' approċċ ta' żvilupp ġdid u transsettorjali tal-Unjoni bil-ħsieb li jissaħħaħ l-impatt pożittiv tal-għajnuna tal-iżvilupp u r-riżultati tagħha;

G.  billi t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont huma prerekwiżiti kemm għall-iskrutinju demokratiku kif ukoll għall-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni għall-iżvilupp mal-objettivi ta' atturi oħrajn bħalma huma l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew il-banek multilaterali tal-iżvilupp;

H.  billi l-koordinazzjoni effikaċi hija ċentrali biex jiġi limitat ir-riskju tal-frammentazzjoni tal-għajnuna u tiġi massimizzata l-koerenza tal-impatt u s-sjieda tal-prijoritajiet tal-żvilupp mis-sħab f'dan il-qasam;

I.  billi l-finanzjament u l-programmi dwar l-iżvilupp konġunti għandhom iwasslu għal definizzjoni aħjar tal-objettivi, għall-identifikazzjoni aħjar tas-sinerġiji u wkoll għall-qsim aħjar tal-informazzjoni mill-oqfsa tar-riżultat tal-organizzazzjonijiet differenti;

J.  billi t-tfassil ta' modi ġodda ta' intervent bħat-taħlit, il-kapaċitajiet jew il-pjattaformi ta' investiment u l-fondi fiduċjarji speċjalizzati huwa mod kif jiġi mobilizzat il-finanzjament lil hinn mill-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali iżda b'konformità mal-kundizzjonijiet marbuta mat-trasparenza, iwassal għal addizzjonalità u jħalli impatt pożittiv fil-post;

K.  billi l-mobilizzazzjoni tas-settur privat u l-attrazzjoni ta' aktar investiment huma fatturi ewlenin biex jiġu żgurati l-aħjar elementi bażiċi għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi riċevituri skont il-kapaċità amministrattiva tagħhom u fi ħdan l-istruttura soċjetali tagħhom, dan b'kunsiderazzjoni tad-diskrepanza fil-finanzjament li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-iżvilupp;

L.  billi l-appoġġ baġitarju, filwaqt li huwa mutur ewlieni għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-iżvilupp, iġorr miegħu riskju fiduċjarju sinifikanti, u għandu jingħata biss jekk jipprovdi biżżejjed trasparenza, traċċabbiltà u obbligu ta' rendikont suffiċjenti u jkun akkumpanjat minn impenn ċar mill-pajjiżi sħab biex isiru r-riformi politiċi;

M.  billi l-għajnuna għall-iżvilupp hija implimentata f'kuntest ġeografiku kumpless u fraġli, u affettwata bi kwistjonijiet bħal oqfsa ta' governanza dgħajfa, korruzzjoni, instabbiltà soċjali u ekonomika, kunflitti armati, sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi li jiskattaw migrazzjonijiet jew spostamenti furzati, jew kriżijiet tas-saħħa;

N.  billi l-Parlament tenna t-talba tiegħu għall-inklużjoni tal-Fondi FEŻ fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Sejbiet ewlenin dwar l-implimentazzjoni finanzjarja 2016

1.  Jilqa' l-isforzi kontinwi magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni sabiex itejbu l-ġestjoni finanzjarja globali tal-FEŻ fir-rigward tal-impenji u l-pagamenti qodma ta' prefinanzjament pendenti;

2.  Jinnota b'mod partikolari li l-mira fissa ta' tnaqqis ta' 25 % inqabżet bi ftit għall-impenji qodma miftuħa billi laħqet it-28 % u s-36 % fir-rigward ta' impenji antiki li ma ntefqux;

3.  Jinnota wkoll l-azzjonijiet biex jitnaqqsu u jingħalqu kuntratti skaduti, peress li dewmien ta' aktar minn 18-il xahar wara tmiem il-perjodu operattiv tagħhom jikkostitwixxi riskju sinifikanti għall-okkorrenza ta' żbalji ta' regolarità, peress li d-dokumentazzjoni ġustifikattiva jaf ma tkunx għadha disponibbli u l-persunal inkarigat mill-ġestjoni ta' dawn il-kuntratti jaf ikun ma baqax hemm biex jiżgura l-kontinwità xierqa tal-operazzjonijiet;

4.  Josserva li s-sehem ġenerali tal-kuntratti skaduti fil-portafoll tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DEVCO) irrappreżenta 15,15 % fi tmiem l-2016 meta mqabbel mal-mira ta' 15 %; jiddispjaċih li 1 058 (jew 56 %) minn total ta' 1 896 kuntratt skaduti huma relatati mat-tmexxija tal-operazzjonijiet tal-FEŻ u li l-perjodu operattiv ta' 156 kuntratt skadut għall-FEŻ minn dawk l-1 058 skadew aktar minn 5 snin ilu, kuntratti li għandhom valur finanzjarju ta' EUR 323 miljun;

5.  Jiddispjaċih, madankollu, li skont il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti), is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll kienu għadhom ivvalutati bħala parzjalment effikaċi biss;

Affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ

6.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il FEŻ għas-sena 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ sal-31 ta' Diċembru 2016, u li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta' flus kontanti tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-FEŻ u mar-regoli tal-kontabilità bbażati fuq l-istandards tal-kontabilità għas-settur pubbliku li huma aċċettati fuq livell internazzjonali;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi sabiex issolvi l-kwistjoni ta' rkupri ta' prefinanzjament mhux minfuq u rreġistrat b'mod żbaljat bħala dħul operattiv peress li din ir-reġistrazzjoni żbaljata ta' dħul operattiv wasslet biex il-korrezzjonijiet kienu jammontaw għal EUR 3,2 miljun;

8.  Jiddispjaċih għall-fatt li dawn l-iżbalji ta' kodifikazzjoni kienu diġà preżenti fl-2015 fil-kuntest tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' rkupru; jinnota li fl-2016, id-DĠ DEVCO ħareġ struzzjonjiet dettaljati lill-persunal tiegħu dwar il-mod korrett ta' kif għandhom jiġu kodifikati l-ordnijiet ta' rkupru ta' dan it-tip;

Il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet tal-FEŻ

9.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2016 hu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

10.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-Qorti tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet li huma materjalment milquta minn żbalji;

11.  Jinnota li, skont l-istimi tal-Qorti fir-rapport annwali tagħha, il-livell stmat ta' rata ta' żball għall-infiq li fuqu huma bbażati l-kontijiet mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ huwa ta' 3,3 %, li jindika żieda żgħira meta mqabbel mat-3,8 % fl-2014 u l-2015, it-3,4 % fl-2013 u t-3 % fl-2012;

12.  Jinnota u jiddispjaċih li 24 % tat-tranżazzjonijiet taħt rieżami (35 minn 143) kienu milquta minn żbalji; jinnota r-riżultati tal-kampjunar fir-rigward ta' proġetti fejn 35 fost 130 pagament (27 %) kienu milquta minn żball, u b'mod partikolari l-fatt li 26 pagament minn dawk il-35 (74 %) ġew klassifikati bħala żbalji kwantifikabbli, b'9 tranżazzjonijiet finali awtorizzati wara li kienu saru l-kontrolli ex ante kollha;

13.  Jinnota bi tħassib li għaż-żewġ każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom biżżejjed informazzjoni mis-sistemi ta' ġestjoni tagħha biex jimpedixxu, jidentifikaw jew jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw l-infiq, ħaġa li kellha effett pożittiv dirett fuq il-livell ta' żball stmat, li kien ikun ta' 0,7 punti perċentwali aktar baxx, u li ħames tranżazzjonijiet bi żbalji ma kinux ġew identifikati minn awdituri jew superviżuri esterni;

14.  Josserva li fir-rigward ta' appoġġ baġitarju u ta' implimentazzjoni ta' proġetti b'diversi donaturi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, flimkien mal-applikazzjoni tal-approċċ nozzjonali, in-natura ta' finanzjament u l-modalitajiet ta' pagament tagħhom tillimita l-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet jkunu suxxettibbli għal żbalji; itenni t-tħassib rikorrenti tiegħu kemm għall-ġbir tal-fondi tal-Unjoni ma' finanzjament ta' donaturi oħrajn, partikolarment il-fatt li l-fondi tal-Unjoni mhumiex allokati għal partiti ta' nfiq identifikabbli speċifiċi, kif ukoll għal-limiti tax-xogħol ta' awditjar tal-Qorti li ġejjin mill-applikazzjoni tal-approċċ nozzjonali;

15.  Jinsab imħasseb bit-tipoloġija rikorrenti u persistenti ta' żbalji, b'mod partikolari fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minkejja l-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi konsekuttivi, jiġifieri n-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' akkwist b'każ ta' għoti ta' kuntratti ta' servizz mingħajr proċedura ta' għażla kompetittiva, ta' nefqa mhux imġarrba, ta' nefqa mhux eleġibbli jew ta' nuqqas ta' dokumenti ġustifikattivi; josserva li dawn l-iżbalji kienu relatati wkoll ma' tranżazzjonijiet marbuta ma' estimi ta' programm, għotjiet u ftehimiet ta' kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza b'urġenza n-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-kuntratti, fil-proċeduri tal-għażla, fil-ġestjoni tad-dokumenti u fis-sistema ta' akkwist tas-sistema;

16.  Itenni li l-Kummissjoni għandha tintensifika l-isforzi tagħha f'dawn l-oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni, billi tirfina l-pjan eżistenti ta' azzjoni korrettiva tagħha speċjalment meta żbalji kwantifikabbli jindikaw nuqqasijiet fil-kontrolli minn organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mal-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali, bħala parti minn sforz ġenerali biex jittejbu l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju, jinkiseb it-tisħiħ kumplessiv tas-sistemi ta' monitoraġġ u l-kontinwità tan-negozju;

17.  Jistieden lid-DĠ DEVCO biex jagħti kunsiderazzjoni xierqa lill-kodifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-pagamenti sabiex jirrispetta l-iskadenzi ffissati fiċ-ċirkwit finanzjarju u fil-flussi tax-xogħol;

Effikaċja tal-qafas ta' kontroll

18.  Jilqa' l-isforzi kontinwi tad-DĠ DEVCO biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll tiegħu, b'mod partikolari l-iffokar fuq oqsma ta' riskju għoli relatati ma' fondi taħt ġestjoni indiretta permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' aġenziji għall-iżvilupp kif ukoll ta' għotjiet taħt ġestjoni diretta; jinnota l-estensjoni tar-riżerva għal għotjiet u għal stimi ta' programmi taħt ġestjoni indiretta;

19.  Jirrikonoxxi li l-għajnuna għall-iżvilupp spiss tiġi implimentata f'kuntesti diffiċli, instabbli jew kritiċi li huma suxxettibbli għall-iżbalji;

20.  Itenni t-talba tiegħu biex tingħata attenzjoni kostanti lid-dgħufijiet rikorrenti li ġew osservati fi ħdan it-tmexxija ta' passi ta' kontroll ewlenin, partikolarment il-vulnerabbiltà ta' kontrolli ex ante mwettqa qabel ma jkunu saru l-pagamenti ta' proġett kif ukoll il-verifiki tal-awditjar estern dwar l-infiq; jinnota li d-DĠ DEVCO qed jirrevedi t-termini ta' referenza tal-awditi u l-verifiki biex jikseb informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-kwalità;

21.  Jilqa' l-fatt li għall-ħames sena twettaq studju dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) b'konformità mal-metodoloġija tal-RER, li b'hekk minn issa 'l quddiem tikkostitwixxi element kostituttiv tal-bini ta' assigurazzjoni tad-DĠ DEVCO;

22.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ DEVCO indirizza d-dgħufijiet kollha rrappurtati fl-2013 mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, iżda jinnota, madankollu, li metodu ta' evalwazzjoni speċifiku għall-RER għadu jħalli marġni wiesa' wisq għal rati ta' żball individwali;

23.  Jinnota b'interess li, għall-ewwel darba, l-istudju dwar l-RER għall-2016, stima l-RER fil-livell ta' 1,7 %, li hu anqas mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %, u li jikkonferma x-xejra 'l isfel sa mill-2014, li tikkorrispondi għal ammont ta' riskju ta' EUR 105 miljun (jew 1,9 % tan-nefqa għall-2016) b'kapaċità korrettiva - jew b'estimi ta' korrezzjonijiet futuri - ta' EUR 25 miljun (24 %), madankollu dan b'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati fir-reġistrazzjoni ta' ordnijiet ta' rkupru fis-sistema ta' kontabilità; iqis, madankollu, li għandha tingħata attenzjoni speċifika lit-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju minħabba r-riskju inerenti għoli tagħhom;

24.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-bidla minn riżerva ġenerali, lejn il-ħruġ ta' riżervi differenzjati kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-FEŻ, sabiex progressivament jiġi msaħħaħ l-immappjar ta' assigurazzjoni tal-proċessi operattivi differenti, (i) b'riżerva bbażata fuq rati ta' żball fuq erba' mill-ogħla oqsma ta' riskju li ġejjin, li ġew identifikati b'mod partikolari għall-għotjiet taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' aġenziji għall-iżvilupp u għall-stimi tal-programm u (ii) riżerva speċifika u mġedda għall-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tirfina l-proċessi ta' ġestjoni tagħha skont il-volumi tar-riskju u dawk finanzjarji u, jekk ikun il-każ, iżżid kundizzjonalitajiet addizzjonali;

25.  Jappoġġa l-fatt li l-Kummissjoni żammet ir-riżerva tagħha fir-rigward tal-FPA b'rabta mal-governanza u r-rapportar fuq miżuri korrettivi fil-ġestjoni tal-fondi; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha fi ħdan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni tal-pilastru lejn it-tisħiħ tas-sistema ta' kontroll għall-monitoraġġ amministrattiv u operattiv tal-FPA, sabiex il-FEŻ jiġi protett kontra l-infiq illegali u irregolari; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ id-disinn u l-effikaċja tal-miżuri ta' rimedju fil-livell ta' kuntratt;

26.  Jinnota li ġew irkuprati EUR 14,16-il miljun għar-rimborż ta' pagamenti mhux dovuti minħabba irregolaritajiet u żbalji;

27.  Josserva li n-nefqa għall-kontrolli kienet tammonta għal EUR 280,17-il miljun jew 4,26 % tal-pagamenti totali magħmula mid-DĠ DEVCO fl-2016; jemmen, f'dan ir-rigward li l-ħidma dwar l-effikaċja globali tal-qafas ta' attivitajiet ta' kontroll u l-komplementarjetà tagħhom skont il-prinċipji ta' governanza tajba għandha titwettaq b'mod regolari sabiex jiġu żgurati garanziji suffiċjenti;

28.  Iqis li hemm bżonn li tinżamm strateġija ta' kontroll konsistenti biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi sħab, ir-rispett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet relatati mal-prestazzjoni, li għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-ġestjoni ta' operazzjonijiet ta' għajnuna u fil-modalitajiet ta' kunsinna differenti;

29.  Iqis essenzjali li, għall-proġetti infrastrutturali ffinanzjati permezz tal-FEŻ, issir valutazzjoni ex ante indipendenti li tqis l-impatt soċjali u ambjentali tal-proġetti, kif ukoll il-valur miżjud tagħhom;

Monitoraġġ u rappurtar dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO biex jikseb l-għanijiet tiegħu

30.  Jistieden lid-DĠ DEVCO jtejjeb b'mod sinifikanti l-monitoraġġ u l-arranġamenti dwar ir-rappurtar tal-prestazzjoni sabiex jiżgura li l-indikaturi ewlenin stabbiliti fid-diversi sistemi ta' prestazzjoni jiġu mmonitorjati b'mod sistematiku u regolari, kif ukoll biex il-maniġment superjuri jingħata informazzjoni adegwata, affidabbli u f'waqtha; itenni li l-aspetti soċjali u ambjentali, kif ukoll l-aspetti ekonomiċi, għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu eżaminati l-objettivi tal-iżvilupp;

31.  Iqis li l-frekwenza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għandha tiġi stabbilita b'kunsiderazzjoni tan-natura tal-għanijiet li għandhom jiġu mmonitorjati, it-tip ta' indikatur u l-metodi ta' ġbir kif ukoll skont il-bżonnijiet ta' monitoraġġ u ta' rapportar;

32.  Jistieden lid-DĠ DEVCO, flimkien mal-partijiet interessati għall-affarijiet esteri l-oħra, jiżviluppa aktar l-istrateġija u l-għodod ta' komunikazzjoni tiegħu billi jenfasizza r-riżultati ewlenin miksuba, u biex ikompli jsaħħaħ il-viżibbiltà ġenerali tal-proġetti appoġġati mill-FEŻ sabiex jintlaħaq il-pubbliku usa' billi tingħatalhom informazzjoni rilevanti dwar il-kontribut tal-Unjoni għall-isfidi globali;

33.  Iqis it-86 Rapport ta' progress dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) minn delegazzjonijiet tal-Unjoni bħala kontribut utli kemm għall-katina ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-kejl tal-prestazzjoni ta' kull delegazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jinsisti dwar l-affidabbiltà tad-data użata f'dan ir-rapportar; jinnota x-xejra pożittiva tad-DĠ DEVCO fir-rigward tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'21 minn 24 Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni li laħqu l-miri tagħhom fl-2016 (meta mqabbla mal-20 fl-2015 u mal-15 fl-2014), ħlief għal tliet indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati "mal-eżattezza tal-previżjonijiet finanzjarji għad-deċiżjonijiet", "il-perċentwal tal-pagamenti magħmula fil-limitu ta' tletin jum" u "r-rispett tal-arranġamenti għall-flessibbiltà għall-użu tal-persunal fid-Delegazzjonijiet tal-UE";

34.  Jinsab imħasseb madankollu, li 980 proġett minn 3 151 (31 %) kienu kkwalifikati bħala problematiċi u li sitt delegazzjonijiet tal-Unjoni għadhom taħt il-valur ta' referenza ta' 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekoloġiċi; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jimmonitorjaw mill-qrib lil dawk id-delegazzjonijiet tal-Unjoni li dan l-aħħar laħqu l-objettiv ta' 60 % jew li jinsabu ftit 'il fuq mill-objettiv ta' 60 % sabiex jirfinaw u jikkonsolidaw l-analiżi tax-xejriet fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

35.  Jistieden lid-DĠ DEVCO jikkunsidra l-possibbiltà li l-valur ta' referenza ta' 60 % jiġi skedat mill-ġdid jew aġġornat; itenni li d-definizzjoni ta' ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tista' wkoll tiġi riveduta, skont it-tipoloġija ta' kwistjonijiet identifikati jew tal-ambjent ta' riskju għal kull delegazzjoni tal-Unjoni, dan sabiex jinstabu marġini ġodda ta' titjib;

36.  Jindika li huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi jkunu kkalibrati u mhux ambizzjużi żżejjed, li nkella jipperikolaw ir-riżultati mistennija tal-għajnuna; jistieden lid-DĠ DEVCO, biex bħala riżultat tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, iżomm numru realistiku ta' sorsi ta' proġetti fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

37.  Iqis li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet, waqt seminars ad hoc jew reġjonali, ikomplu jiġu mfakkra regolarment dwar ir-rwol fundamentali tagħhom fil-konsolidazzjoni tal-katina ta' assigurazzjoni tad-DĠ DEVCO u dwar ir-responsabbiltà kumplessiva tagħhom għall-immaniġġjar tal-portafolli tal-proġetti, li jirrikjedu valutazzjoni u ponderazzjoni adegwata tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riżerva, apparti dwar id-dmirijiet politiċi tagħhom; jinnota li l-ebda delegazzjoni tal-Unjoni ma ħarġet riżerva fir-RĠAE tagħha fl-2016;

38.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod immedjat dwar l-azzjonijiet korrettivi speċifiċi li jkunu ttieħdu meta proġett ikun ġie kklassifikat bħala "aħmar" għal sentejn konsekuttivi, sabiex malajr teżamina mill-ġdid id-disinn inizjali tal-proġett, eventwalment terġa' talloka l-fondi għal proġetti u għal bżonnijiet aktar vijabbli, jew saħansitra tikkunsidra l-possibbiltà li twaqqaf il-proġett;

Sorveljanza u ġestjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni

Komplementarjetà u impatt

39.  Jenfasizza li għandha tiġi żgurata b'kontinwità, il-koerenza u l-komplementarjetà ta' strumenti finanzjarji għall-iżvilupp, flimkien mal-istrateġija tal-FEŻ u mal-objettivi ġenerali tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni;

40.  Jirrikonoxxi li l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni kienu ddisinjati biex jipprovdu rispons politiku rapidu fil-kuntest ta' nuqqas ta' riżorsi għal ċerti sitwazzjonijiet kritiċi jew fi kriżijiet ewlenin, bħalma huma l-kriżi tal-migrazzjoni, jew il-ħtieġa li tinħoloq rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp;

41.  Jifhem li, f'ċirkostanzi simili, il-fondi fiduċjarji ddedikati tal-Unjoni joffru flessibbiltà kif ukoll firxa ta' possibilitajiet li jikkombinaw interventi ġeografiċi u tematiċi permezz ta' kanali differenti;

42.  Jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li tali fondi fiduċjarji jżidu l-valur tal-azzjonijiet eżistenti, jikkontribwixxu biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u tas-setgħat ta' persważjoni, kif ukoll tevita l-irduppjar ta' strumenti finanzjarji oħra;

43.  Jinnota li mit-total ta' wegħdiet għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni (EUR 5 026 miljun sal-aħħar ta' Novembru 2017), EUR 2 403 miljun ġejjin mill-FEŻ, b'EUR 2 290 miljun imwiegħda għal fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (Fond Fiduċjarju għall-Afrika) u EUR 113-il miljun għal fond fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (il-fond fiduċjarju Bêkou);

44.  Ifakkar, madankollu, fir-riskji inerenti għolja mġarrba minn dawn l-istrumenti għall-iżvilupp u, għalissa, l-esperjenza kuntrastanti fl-implimentazzjoni tagħhom; itenni l-bżonn li tiġi żgurata trasparenza massima tal-utilizzazzjoni ta' dawk l-istrumenti kif ukoll l-obbligu ta' rendikont tagħhom;

45.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 11/2017 tal-Qorti dwar il-fond fiduċjarju Bêkou; jirrikonoxxi l-fatt li minkejja xi nuqqasijiet, il-fond fiduċjarju Bêkou kien bidu promettenti u josserva li t-twaqqif ta' fond fiduċjarju kien jirrappreżenta rispons rapidu għall-ħtieġa li jkunu kollegati l-assistenza inizjali, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex tħejji gwida dwar l-għażla tal-mezz ta' għajnuna (fond fiduċjarju jew mezz ieħor); huwa tal-fehma li gwida bħal din trid tirrifletti r-riskji possibbli maħluqa mill-fondi fiduċjarji u l-iżvantaġġi marbuta magħhom kif ukoll tqis l-esperjenzi kuntrastanti tal-użu tagħhom s'issa; jiddispjaċih li l-fond fiduċjarju Bêkou ma tejjibx b'mod sinifikanti l-koordinament ġenerali tad-donaturi;

46.  Jitlob li jiġu identifikati l-aħjar prattiki sabiex jingħata kontribut għall-koordinazzjoni aħjar tad-diversi donaturi ta' għajnuna bilaterali u ta' mezzi ta' għajnuna;

47.  Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandu jiġi ankrat mal-provvediment tal-addizzjonalità, b'mod partikolari biex jirrispondi b'mod xieraq għall-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta' pajjiżi sħab f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kunflitt jew ta' wara diżastru, filwaqt li jiffoka fuq l-oqsma fejn ikun hemm l-ogħla valur miżjud u l-ogħla impatt strateġiku;

48.  Huwa tal-fehma li kemm il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal pajjiż wieħed kif ukoll il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-appoġġ ta' programmi għal diversi pajjiżi huma iktar effikaċi meta jkollhom struttura regolatorja formali u koerenti li tista' trawwem l-ilħna, il-valuri u l-oqfsa ta' riżultati kondiviżi tal-partijiet interessati;

49.  Iqis essenzjali li l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu mmirati biex jimmobbilizzaw fondi addizzjonali mill-Istati Membri, mis-settur privat u minn donaturi oħrajn;

50.  Jenfasizza l-fatt li fi ħdan il-programmi ta' sħubija għandha tiġi approfondita s-selettività, is-sorveljanza u l-obbligu ta' rendikont għar-riżultati ġġenerata mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-bżonn ta' affidament fuq valutazzjoni preliminari ta' vantaġġi komparattivi tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni meta mqabbla ma' mezzi ta' għajnuna oħrajn; jirrimarka li hemm bżonn li tiġi żgurata trasparenza sħiħa u aċċess għad-data, kif ukoll il-bżonn ta' regoli ċari li jiggvernaw il-kontroll u l-monitoraġġ;

Il-Fond Fiduċjarju Bêkou

51.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-fond fiduċjarju Bêkou u l-kontribut tiegħu għar-rispons internazzjonali għall-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; jirrikonoxxi li dan l-ewwel fond fiduċjarju jista' jitqies, għal diversi raġunijiet, bħala proġett pilota ewlieni, u li hemm bżonn li tiġi żviluppata gwida aktar preċiża dwar il-kwistjonijiet sistemiċi ta' koordinazzjoni tad-donaturi, tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni skont approċċ aktar sistemiku bil-għan li jinkisbu garanziji;

52.  Huwa tal-fehma li hemm bżonn ta' aktar żmien biex tiġi vvalutata kif xieraq l-effikaċja tal-fond fiduċjarju Bêkou u biex jinsiltu aktar tagħlimiet mill-implimentazzjoni operattiva tiegħu;

53.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effikaċja u l-governanza politika tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, kif ukoll lin-nuqqas ta' garanziji u s-sorveljanza tal-użu aħħari tal-fondi allokati;

54.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-influwenza limitata li għandu l-fond fiduċjarju Bêkou fuq il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati, u li l-Kummissjoni għandha tagħmel dak kollu possibbli biex tuża l-esperjenza li kisbet fl-attivitajiet tal-FEŻ f'oqsma bħalma huma l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-investimenti b'ħafna partijiet u l-ġestjoni tar-responsabbiltà għar-riżultati;

55.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għal fond fiduċjarju Bêkou sal-lum kienu relattivament baxxi; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu aktar ruħhom sabiex jiżguraw li l-fond fiduċjarju Bêkou jikseb l-objettivi ta' politika mistennija minnu;

56.  Jemmen li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ġestjoni tal-ispejjeż amministrattivi fil-konfront tal-kontribuzzjonijiet totali, għall-kalkolu tal-ispejjeż ta' ġestjoni kompluti u biex jinstabu modi biex jiġi massimizzat is-sehem ta' għajnuna allokata li tasal għand il-benefiċjarji aħħarija;

57.  Jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmi ta' kontroll komprensivi biex tiżgura l-iskrutinju politiku, b'mod speċjali dak mill-Parlament, dwar il-governanza, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti l-ġodda fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; jikkunsidra li huwa importanti li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi għas-superviżjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b'objettivi, miri u rieżamijiet speċifiċi;

Implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' appoġġ baġitarju

Eliġibbiltà u riskji inerenti

58.  Jinnota li l-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-FEŻ fl-2016 jikkorrispondu għal EUR 644 miljun. jinnota li n-numru ta' operazzjonijiet kurrenti ta' appoġġ għall-baġit tal-FEŻ kien ta' 109 fl-2016 b'56 żborżament;

59.  Jirrikonoxxi l-flessibbiltà tal-Kummissjoni biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ġenerali ġewx issodisfati biex isiru pagamenti lill-pajjiż sieħeb (id-differenzjar u l-approċċ dinamiku għall-eliġibbiltà) minħabba l-interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi, u jinsab imħasseb dwar l-użu finali tal-fondi trasferiti u n-nuqqas ta' traċċabbiltà meta l-fondi tal-Unjoni jiġu integrati mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż sieħeb;

60.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tespandi l-appoġġ baġitarju b'orjentazzjoni fuq ir-riżultati billi tiddefinixxi b'mod aħjar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull programm u settur ta' appoġġ għall-baġit, u fuq kollox biex ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll fir-rigward tal-kondotta tal-Istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-midja, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza; jitlob li tiġi stabbilita katina tan-nefqa ħielsa mill-korruzzjoni; jikkunsidra bħala prijorità li l-għoti ta' dan l-appoġġ jintrabat mal-ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju;

61.  Ifakkar li r-riskji li r-riżorsi jiġu ddevjati għadhom għoljin u r-riskji ta' korruzzjoni u frodi spiss huma relatati mal-ġestjoni tal-finanzjament pubbliku u r-riformi; itenni li fil-qafas tad-djalogu politiku u tad-disinn tal-istrateġija għall-kuntratti ta' appoġġ baġitarju futur għandha tingħata attenzjoni akbar għal dawk ir-riskji, partikolarment biex tiġi evalwata r-reazzjoni u l-kapaċità tiegħu li jsaħħaħ ir-riformi; jindika li r-riskji u r-riżultati ta' kontrolli ex ante u ex post jeħtieġu jiġu segwiti b'attenzjoni kbira;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tiżgura li jiġi rivedut, jinżamm, jitnaqqas jew jitħassar l-appoġġ baġitarju u l-iżborżament ta' fondi meta ma jintlaħqux objettivi u impenji ċari u inizjali u/jew meta jkunu fil-periklu l-interessi politiċi u finanzjarji tal-Unjoni;

63.  Ifakkar fil-bżonn li l-FEŻ joffru ftuħ u trasparenza massima; jappoġġa l-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni tal-baġit rilevanti relatata mal-programmi ta' appoġġ tal-baġit sabiex tiżdied it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-partijiet interessati u anki għaċ-ċittadini;

Appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana

64.  Jisħaq fuq l-importanza tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-pajjiżi anqas żviluppati, peress li tnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, twassal għal titjib fil-governanza pubblika u twettaq rwol ċentrali fil-bini tal-istat; jappella biex jissaħħaħ l-użu tal-kundizzzjonijiet għall-iżborżament speċifiċi għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-governanza t-tajba u fil-kuntratti għal-iżvilupp;

65.  Jirrimarka li l-Kummissjoni għadha ma użatx il-kuntratti ta' appoġġ baġitarju b'mod effikaċi biex tappoġġa l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku f'pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri; jinnota, madankollu, li l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni kabbar il-potenzjal ta' din il-forma ta' għajnuna biex tappoġġa l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku b'mod effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni rigward l-użu ta' kuntratti ta' appoġġ baġitarju għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fir-rapporti ta' appoġġ baġitarju tagħha;

66.  Jissottolinja l-fatt li t-tisħiħ tas-sistemi tat-taxxa jikkontribwixxi mhux biss biex jiżdied id-dħul aktar prevedibbli, iżda wkoll ir-responsabbiltà tal-gvernijiet billi tinħoloq rabta diretta bejn il-kontribwenti u l-gvern tagħhom; jappoġġa l-inklużjoni espliċita tat-titjib tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-lista ta' sfidi ewlenin għall-iżvilupp tal-Kummissjoni li huma indirizzati permezz tal-appoġġ baġitarju;

67.  Jindika l-isfidi relatati mal-evitar tat-taxxa, l-evażjoni fiskali u mal-flussi finanzjarji illeċiti; jappella lill-Kummissjoni ssegwi l-linji gwida tagħha fit-twettiq ta' valutazzjonijiet makroekonomiċi u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-aspetti relatati mal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, sabiex tikseb ħarsa ġenerali aħjar tal-iktar kwistjonijiet problematiċi, pereżempju, l-iskala tal-inċentivi fiskali, it-trasferiment tal-ipprezzar u l-evażjoni fiskali;

68.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex iżżid l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa billi tnaqqas l-appoġġ finanzjarju tagħha għal-lista sewda ta' rifuġji fiskali bl-użu tal-mezzi tal-FEŻ sabiex jinħoloq inċentiv għal dawk il-pajjiżi elenkati li jinkoraġġixxu prattiki tat-taxxa abbużivi sabiex jikkonformaw mal-kriterji ta' taxxa ġusta tal-Unjoni;

69.  Jindika n-nuqqas ta' għodod ta' monitoraġġ xierqa biex jiġi vvalutat il-punt sa fejn l-appoġġ baġitarju kkontribwixxa għat-titjib kumplessiv tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku;

70.  Jemmen li huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni ta' sistemi fiskali nazzjonali ġusti u trasparenti fil-qasam tal-politika tat-taxxa, li jiżdied l-appoġġ tiegħu għall-proċessi u l-korpi ta' sorveljanza fil-qasam tar-riżorsi naturali kif ukoll li jitkompla s-sostenn għar-riformi fil-governanza li jippromwovu l-isfruttament sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi naturali;

71.  Jenfasizza l-bżonn li jkunu applikati kundizzjonijiet speċifiċi aktar ta' spiss f'termini ta' mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku billi dawn jassoċjaw b'mod ċar l-iżborżament tal-pagamenti tal-appoġġ baġitarju mal-progress tal-pajjiż sieħeb fir-riformi tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku;

72.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni testendi l-komponent tal-bini tal-kapaċitajiet tal-appoġġ baġitarju hija u tħejji sisien sodi għal trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tul, kif ukoll biex tindirizza l-ostakli ewlenin għall-ġbir effiċjenti tad-dħul pubbliku;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni li għall-kuntratti kollha ta' appoġġ baġitarju, eżistenti u futuri, b'komponent ta' żvilupp tal-kapaċità li huwa assenjat għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, sabiex tkabbar is-sensibilizzazzjoni tal-pajjiżi sħab dwar id-disponibbiltà ta' dan l-appoġġ u tiffaċilita l-użu tiegħu, b'mod partikolari biex tindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-kapaċità li għadhom ma jiġux koperti minn donaturi oħra;

Bżonn ta' kooperazzjoni akbar mal-organizzazzjonijiet internazzjonali

74.  Josserva li fl-2016 il-pagamenti mill-FEŻ lejn proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali kienu jammontaw għal EUR 914-il miljun;

75.  Jemmen li l-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali għall-iżvilupp għandhom jaħdmu biex l-użu ta' finanzjament imħallat isir aktar effikaċi, partikolarment fir-rigward tal-addizzjonalità;

76.  Jenfasizza li l-banek multilaterali tal-iżvilupp għandhom jikkontribwixxu b'mod koordinat u armonizzat biex jiksbu l-finanzjament mis-settur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti ambizzjużi stabbiliti għall-2030, partikolarment bl-użu ta' finanzjament imħallat b'mod effikaċi u biex jingranaw il-finanzjament privat sabiex tiżdied l-effiċjenza kif ukoll l-impatt tal-finanzjament ta' għajnuna;

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar mill-istrument ta' mikrofinanzjament, li hu meqjus bħala strument sinifikanti u effikaċi fil-ġlieda kontra l-faqar u fit-tisħiħ tal-ekonomiji lokali;

78.  Ifakkar fil-bżonn li l-għodod finanzjarji tal-FEŻ jattiraw aktar investimenti mis-settur privat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni li jindirizza dan il-bżonn u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-iskop doppju ta' trasparenza u ta' viżibbiltà tal-Unjoni, u tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-proġetti ġestiti bil-fondi tal-Unjoni fir-rapportar li jmiss tal-Kummissjoni; jemmen li għandu jiġi intensifikat l-approfondiment tad-djalogu man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Grupp tal-Bank Dinji għal raġunijiet ta' tisħiħ tat-trasparenza u tas-semplifikazzjoni msaħħa tal-istrumenti ta' kooperazzjoni konġunti;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku mhux biss id-data rigward il-finanzjament tal-NGOs iżda wkoll rapporti dettaljati dwar il-proġetti ffinanzjati; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet riċenti ta' mġiba ħażina kontra ċerti NGOs; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod attiv l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u, fejn meħtieġ, tevalwa mill-ġdid il-finanzjament mogħti;

Indirizzar ta' prijoritajiet ta' żvilupp globali ġodda

Sfidi operattivi u mexxejja ġodda

81.  Jirrikonoxxi l-bżonn li jiġu żviluppati mudelli ġodda għat-tfassil ta' strumenti tal-għajnuna u l-kundizzjonalitajiet relatati, bi qbil mal-impenji tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid, sabiex jirrispondu għal karatteristiċi kritiċi ġodda bħalma huma r-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, l-iżvilupp, ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-mobbiltà, ir-rabta bejn it-tibdil fil-klima u r-rabta bejn il-paċi u s-sigurtà;

82.  Jenfasizza li, minħabba n-nuqqas tal-finanzjamenti meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli ambizzjużi, is-settur privat jista' jaqdi rwol kruċjali; josserva li t-taħlit tal-finanzjament jista' jkun strument utli biex jimmobilizza riżorsi addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-użu tiegħu jkun debitament ġustifikat, li jintwera l-valur miżjud tiegħu u li jkunu rispettati l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

83.  Jissottolinja, madankollu, li l-FEŻ m'għandhomx imorru lil hinn mill-ambitu tagħhom u li l-ħolqien ta' rabta biex jiġu indirizzati sfidi ġodda m'għandhomx idgħajfu l-kisba ta' għanijiet oħra ta' żvilupp u l-istabbiliment tagħhom għandu jkun akkumpanjat minn regoli preċiżi, ċari u trasparenti stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-Kummissjoni;

84.  Iqis bħala kruċjali l-koordinament imtejjeb u s-sinerġiji ta' appoġġ minn donaturi differenti kif ukoll l-istrumenti ta' għajnuna; jappella lill-partijiet interessati differenti biex itejbu l-kwalità tal-oqfsa tar-riżultati tal-operazzjonijiet kif ukoll ir-riżultati ta' żvilupp fuq il-post;

85.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet operattivi jew l-isfidi ffaċċjati, partikolarment għal finijiet ta' bini ta' kunsens speċjalment meta hemm fin-nofs il-koordinament ta' numru kbir ta' donaturi f'kuntest li qed jevolvi u kumpless kif ukoll fid-dawl ta' ħtiġijiet dejjem jinbidlu;

86.  Iqis li l-investiment f'pajjiżi fraġli jibqa' prijorità ewlenija tal-intervent tal-Unjoni, filwaqt li ż-żamma ta' approċċ serju għall-monitoraġġ tista' twassal, meta meħtieġ, għat-tmiem tal-finanzjament; jemmen li għandha tissaħħaħ il-prattika ta' klassifikazzjoni tal-eżitu u l-kondiviżjoni tagħhom fir-rigward ta' pajjiżi fraġli jew pajjiżi ta' kunflitt;

87.  Jappoġġa l-isforzi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà tar-riżultati tal-iżvilupp meta l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, is-sjieda u l-ekonomija politika jkunu jinsabu fil-periklu;

88.  Ifakkar fil-fatt li t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw l-Unjoni u l-gvernijiet madwar id-dinja. jistieden b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex twettaq l-impenji tagħha bbażati fuq il-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħu l-kundizzjonalitajiet klimatiċi tal-finanzjament tal-Unjoni billi jiġu ffinanzjati biss proġetti favur il-klima li jkunu jirriflettu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, li se jirrikjedu aktar konsistenza fil-kriterji tal-għażla;

89.  Jinsab inkwetat bis-sejbiet tal-Qorti li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex għalkollox affidabbli(27); jissottolinja l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, peress li kif iddikjarat il-Qorti, "il-Kummissjoni ma ħtiġitx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal/xogħol furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza", u jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni.

90.  Iħeġġeġ l-integrazzjoni tad-dimensjoni etika fit-tfassil tal-interventi ta' politika;

91.  Jinsisti li materjal edukattiv iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni, inkluż il-PEGASE (Mécanisme Palestino-européen de Gestion de l'Aide Socio-économique), jikkonforma mal-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, kif adottata mill-ministri tal-edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintefqu f'konformità mal-istandards derivati tal-Unesco għal paċi u tolleranza fl-edukazzjoni;

Operattivittà tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni

92.  Josserva li fl-2016, ġew approvati 106 proġetti b'valur totali ta' EUR 1 589 miljun, b'EUR 594 miljun ikkuntrattati u b'EUR 175 miljun f'ammonti mħallsa, għall-ġestjoni aħjar tal-flussi ta' migrazzjoni u biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari permezz tal-fond fiduċjarju għall-Afrika u l-kanali reġjonali relatati; jinnota li waħda mill-miri miftiehma tirreferi għal "politiki tal-migrazzjoni ġestiti tajjeb";

93.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod strutturat dwar l-impatt tal-programmi mnedija taħt il-fond fiduċjarju għall-Afrika, partikolarment abbażi tal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati tal-Unjoni u l-qafas tar-riżultati tal-fond fiduċjarju għall-Afrika biex jiġu enfasizzati l-kisbiet kollettivi;

94.  Jinnota wkoll li f'dan il-kuntest li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli l-ġdid, bħala parti mill-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew, ser jiffoka fuq il-pajjiżi Afrikani sub-Saħarjani, b'EUR 400 miljun ipprovduti mill-FEŻ;

95.  Jappoġġa ż-żieda tal-Pakkett ta' Finanzjament ta' Impatt tal-AKP, li tikkostitwixxi sezzjoni separata tal-Faċilità ta' Investiment tal-AKP, b'EUR 300 miljun biex jintlaħaq l-ammont ta' kapaċità totali ta' EUR 800 miljun sabiex jiġu trattati proġetti mmirati li jindirizzaw direttament il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, u li jibdluh f'fond rotanti;

96.  Jinnota li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) flimkien mal-faċilità ta' investiment għall-AKP prinċipalment jappoġġa proġetti li jippromwovu l-iżvilupp tas-settur privat filwaqt li proġetti eliġibbli tas-settur pubbliku huma kkunsidrati ukoll skont il-pakkett dwar il-migrazzjoni tal-AKP; jilqa' l-iżvilupp ta' sħubijiet ġodda fil-kuntest tal-faċilità ta' investiment għall-AKP ġestita mill-BEI; jistieden lill-BEI, madankollu biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-komponenti tal-effett ta' ingranaġġ, partikolarment il-partijiet rispettivi li ġejjin mill-parti ta' ekwità u mill-finanzjament pubbliku tal-Unjoni jew ta' banek tal-iżvilupp multilaterali oħrajn kif ukoll ir-rimborżi riinvestiti fil-funzjonament tal-faċilità ta' investiment għall-AKP;

97.  Jappoġġa l-Kummissjoni fil-ħolqien ta' kodiċi ta' migrazzjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, sabiex jissaħħaħ l-użu effikaċi u t-traċċabbiltà tal-finanzjament relatat;

Lejn sħubija AKP ġdida

98.  Jistenna b'interess li jiġi infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-11-il FEŻ li huwa mistenni jieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ġdid, iżda li għandha wkoll tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp ikkonfermati mill-ġdid fil-Forum ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li sar f'Nairobi, b'mod partikolari s-sjieda tal-prijoritajiet mill-pajjiżi riċevituri;

99.  Itenni t-talba tiegħu għall-inklużjoni tal-Fondi tal-FEŻ fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2146(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Doru-Claudian Frunzulică

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jappoġġa l-użu ta' appoġġ baġitarju, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aħjar u tivvaluta b'mod ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull każ u fuq kollox ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward il-kondotta tal-Istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona jew ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-mezzi ta' komunikazzjoni, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza; josserva li r-Rapport Speċjali Nru 35/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana" jikkonstata li l-analiżijiet ex ante tal-Kummissjoni tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku mhumiex dettaljati biżżejjed u ma jsegwux il-linji gwida tagħha stess, li spiss il-Kummissjoni ma tivvalutax l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-ħruġ illeċitu ta' kapital u ma tqisx b'mod xieraq id-dividendi tal-estrazzjoni u jekk tħallsux ir-royalties biex jinkiseb aċċess għar-riżorsi naturali; jinsab imħasseb dwar l-użu skars u kultant irrilevanti li l-Kummissjoni tagħmel mill-kundizzjonijiet tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-kuntratti ta' appoġġ baġitarju;

2.  Jiddispjaċih tal-każijiet ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist fl-infiq tal-FEŻ(28); jissottolinja li din hija problema kontinwa li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ilha s-snin tenfasizza; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-problema, li tirriskja li saħansitra taggrava minħabba l-aċċelerazzjoni tal-proċeduri tal-offerti fi ħdan il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza UE-Afrika;

3.  Jilqa' pożittivament ir-Rapport Speċjali Nru 11/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Fond Fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana; jirrikonoxxi l-fatt li minkejja xi nuqqasijiet, il-fond fiduċjarju kien bidu promettenti u josserva li t-twaqqif ta' fond fiduċjarju kien jirrappreżenta rispons rapidu għall-ħtieġa li jkunu kollegati l-assistenza inizjali, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ħalli tħejji gwida dwar l-għażla tal-mezz ta' għajnuna (fond fiduċjarju jew mezz ieħor); huwa tal-fehma li gwida bħal din trid tirrifletti r-riskji possibbli maħluqa mill-fondi fiduċjarji u l-iżvantaġġi marbuta magħhom kif ukoll tqis l-esperjenzi kuntrastanti tal-użu tagħhom s'issa; jiddispjaċih li l-fond fiduċjarju ma tejjibx b'mod sinifikanti l-koordinament ġenerali tad-donaturi;

4.  Jistenna b'interess li jiġi infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-11-il FEŻ li huwa mistenni jieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ġdid, iżda li għandha wkoll tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp ikkonfermati mill-ġdid fil-Forum ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li sar f'Nairobi, b'mod partikolari s-sjieda tal-prijoritajiet mill-pajjiżi riċevituri;

5.  Jissottolinja li, minħabba n-nuqqas tal-finanzjamenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi tal-iżvilupp, is-settur privat jista' jkun li jkollu rwol kruċjali; josserva li l-finanzjament imħallat jista' jkun strument utli biex jimmobilizza riżorsi addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-użu tiegħu jkun debitament ġustifikat, li jintwera l-valur miżjud tiegħu u li jkunu rispettati l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju "aktar għal aktar", waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li, fir-rigward tar-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar ma pajjiż jagħmel progress u aktar ma dan il-progress jimxi b'rata mgħaġġla, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jisħaq li dan l-approċċ ta' "kundizzjonalità pożittiva", flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli; jikkundanna bil-qawwa, min-naħa l-oħra, kwalunkwe tentattiv biex l-għajnuna ssir kundizzjonali fuq il-kontroll tal-fruntieri;

7.  Jinsab inkwetat bid-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(29) li hemm riskju serju li l-Unjoni mhijiex se tilħaq l-għan tagħha ta' integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-baġit tal-Unjoni kollu u li l-objettiv li tonfoq 20 % tan-nefqa tagħha għall-azzjoni relatata mal-klima mhuwiex se jintlaħaq;

8.  Jinsab inkwetat bil-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li s-sistema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex affidabbli għalkollox(30); jissottolinja l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi, kif qalet il-Qorti: "il-Kummissjoni ma ħtiġitx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal/xogħol furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza", u jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, György Hölvényi, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ádám Kósa, Paul Rübig, Judith Sargentini, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Lambert, Miroslav Mikolášik

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Charles Goerens

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

György Hölvényi, Ádám Kósa, Miroslav Mikolášik, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

Verts/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini

0

-

4

0

EFDD

Ignazio Corrao, Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Joachim Zeller

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Benedek Jávor, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerben-Jan Gerbrandy, Brian Hayes, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

20

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Wolf Klinz

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt

S&D

Inés Ayala Sender, John Howarth, Arndt Kohn, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  ĠU C 322, 28.09.2017, p. 281.

(2)

  ĠU C 322, 28.09.2017, p. 289.

(3)

  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)

  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)

  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)

  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)

  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)

  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(9)

  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)

  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)

  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)

  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)

  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(14)

  ĠU C 322, 28.09.2017, p. 281.

(15)

  ĠU C 322, 28.09.2017, p. 289.

(16)

  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(17)

  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(18)

  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(19)

  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(20)

  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(21)

  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(22)

  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(23)

  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(24)

  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(25)

  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(26)

  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(27)

  Rapport Speċjali Nru 18/2016 "Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli".

(28)

Rapport annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016, QEA.

(29)

Rapport Speċjali Nru 31/2016 "Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti, QEA, 2016.

(30)

Rapport Speċjali Nru 18/2016 "Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli".

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2018Avviż legali