Proċedura : 2017/0349(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0124/2018

Testi mressqa :

A8-0124/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2018 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0177

RAPPORT     *
PDF 576kWORD 52k
27.3.2018
PE 618.065v02-00 A8-0124/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima

(COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Roberto Gualtieri

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima

(COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0783),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0007/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-minimu ta' 15 % għar-rata standard tal-VAT ġie prorogat sitt darbiet minn meta, fl-1992, il-Kunsill wasal għal ftehim dwar regoli li jillimitaw id-diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-iffissar tar-rati tal-VAT u jobbligawhom japplikaw din ir-rata standard minima għal perjodu partikolari.

Il-Kummissjoni bosta drabi ressqet proposti għall-proroga ta' din ir-rata minima fl-aħħar mument qabel id-data tal-iskadenza. Fir-realtà dan ma kellu l-ebda implikazzjoni prattika, peress li l-Istati Membri kollha diġà japplikaw rati standard tal-VAT ta' ferm aktar minn 15 % (bħalissa l-Istati Membri kollha japplikaw rata standard ta' mill-inqas 17 %). Madankollu, ir-rapporteur tal-proposta preċedenti ġustament ikkritika lill-Kummissjoni talli ressqet il-proposta tard wisq, u talabha biex fil-futur tressaq proposti simili f'ħin aktar opportun.

Filwaqt li din il-proposta reġgħet tressqet fl-aħħar mument, ir-rapporteur jilqa' l-fatt li finalment il-proposta se tiffissa – b'mod permanenti – limitu miftiehem li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern waqt li jħalli flessibbiltà lill-Istati Membri fl-iffissar tar-rata standard tal-VAT, minflok ħafna prorogi ta' rata minima temporanja fl-aħħar minuta.

Din il-proposta hija parti minn sensiela ta' diversi proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni bil-għan li tiġi riformata s-sistema tal-VAT tal-UE u jintlaħaq l-objettiv ta' sistema tal-VAT tal-UE definittiva. Ir-rapporteur iqis li dawn ir-riformi huma meħtieġa b'urġenza, u jistieden lill-Istati Membri japprovawhom u jimplimentawhom malajr.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima

Referenzi

COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

9.1.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

18.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Roberto Gualtieri

23.1.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

23.1.2018

Eżami fil-kumitat

20.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.3.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2018

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' April 2018Avviż legali