Proċedura : 2017/0116(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0125/2018

Testi mressqa :

A8-0125/2018

Dibattiti :

PV 13/03/2019 - 25
CRE 13/03/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.7

Testi adottati :

P8_TA(2019)0209

RAPPORT     ***I
PDF 1048kWORD 112k
28.3.2018
PE 613.412v02-00 A8-0125/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Markus Pieper

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0289),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0183/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0125/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-avjazzjoni għandha rwol essenzjali fl-ekonomija tal-Unjoni. Hija xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u l-mobilità. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u b'mod ġenerali kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.

(1)  L-avjazzjoni għandha rwol essenzjali fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħala wieħed mill-aktar setturi effiċjenti u dinamiċi fl-ekonomija Ewropea. Hija xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u t-turiżmu, kif ukoll il-konnettività u l-mobilità, kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini, b'mod partikolari fiż-żoni tal-Unjoni u bejniethom. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u b'mod ġenerali kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-industrija Ewropea tat-trasport bl-ajru tirrappreżenta madwar 2 miljun impjieg dirett, u huwa mistenni li t-trasport bl-ajru internazzjonali jikber b'5 % kull senasal-2030.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Huwa essenzjali li l-Unjoni tipproteġi b'mod effettiv lis-setturi differenti tal-ekonomija tagħha, u lill-ħaddiema tagħha, minn kwalunkwe prattika ta' kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-netwerk globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi f'ambjent ta' kompetizzjoni miftuħa u ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha. Dan jikkontribwixxi għaż-żamma ta' kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni.

(2)  It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-netwerk globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi f'ambjent ta' kompetizzjoni miftuħa u ġusta. Dan huwa meħtieġ biex jinżammu kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività bl-ajru fl-Unjoni u biex jiġu żgurati t-trasparenza, kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u kompetittività kostanti tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni, kif ukoll livelli għoljin ta' impjieg ta' kwalità fl-industrija tal-avjazzjoni Ewropea.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-Ewropa tirrappreżenta spazju ta' aktar minn 500 miljun passiġġier potenzjali għat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Dan it-traffiku li potenzjalment jista' jiżdied jenħtieġ li jitqies meta jiġu nnegozjati ftehimiet komprensivi dwar l-avjazzjoni mal-bqija tad-dinja f'isem l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-kompetizzjoni ġusta hija prinċipju ġenerali importanti fit-tħaddim ta' servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru. Dan il-prinċipju huwa rikonoxxut b'mod partikolari mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Kovenzjoni ta' Chicago”) li l-preambolu tagħha jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru jkunu bbażati fuq il-bażi ta' “ugwaljanza ta' opportunità”. L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jiddikjara wkoll li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) jenħtieġ li jkollha l-għan li trawwem l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali bl-ajru sabiex “jiġi żgurat li kull Stat Kontraenti jkollu opportunità ġusta biex jopera linji tal-ajru internazzjonali” u biex “tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-Istati Kontraenti”.

(3)  Fil-kuntest taż-żieda fil-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-arju fuq livell globali, il-kompetizzjoni ġusta hija prinċipju ġenerali indispensabbli fit-tħaddim ta' servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru. Dan il-prinċipju huwa rikonoxxut b'mod partikolari mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”) li l-preambolu tagħha jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru jkunu bbażati fuq il-bażi ta' “ugwaljanza ta' opportunità”. L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jiddikjara wkoll li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) jenħtieġ li jkollha l-għan li trawwem l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali bl-ajru sabiex “jiġi żgurat li kull Stat Kontraenti jkollu opportunità ġusta biex jopera linji tal-ajru internazzjonali” u biex “tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-Istati Kontraenti”.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a)  Il-ftuħ tas-swieq u l-konnettività huma marbuta b'mod ċar peress li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni twassal għal bidla fil-flussi tat-traffiku. It-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi jridu u jeħtieġu aċċess għall-ajruporti fl-Istati Membri kollha minħabba s-suq potenzjali ta' 500 miljun passiġġier li l-kontinent Ewropew jirrappreżenta għalihom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Madankollu, minkejja l-isforzi kontinwi ta' xi pajjiżi terzi u tal-Unjoni, il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta għadhom ma ġewx iddefiniti permezz ta' regoli multilaterali speċifiċi, b'mod partikolari la fil-kuntest tal-ftehimiet tal-ICAO u lanqas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-kummerċ (“WTO”) li mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, is-servizzi tat-trasport bl-ajru ġew fil-biċċa l-kbira esklużi19 .

(5)  Madankollu, minkejja l-isforzi kontinwi mill-Unjoni u minn xi pajjiżi terzi, il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta għadhom ma ġewx iddefiniti permezz ta' regoli multilaterali speċifiċi, b'mod partikolari la fil-kuntest tal-ftehimiet tal-ICAO u lanqas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-kummerċ (“WTO”) li mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, is-servizzi tat-trasport bl-ajru ġew fil-biċċa l-kbira esklużi.

_________________

_________________

19 Il-Ftehim ta' Marakexx, l-Anness 1B tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), l-Anness dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru.

19 Il-Ftehim ta' Marakexx, l-Anness 1B tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), l-Anness dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fid-dawl tan-notifika tar-Renju Unit lill-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017, li fiha kkomunika l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-konsegwenzi ta' dan il-ħruġ fuq it-trasport bl-ajru bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, bil-għan li jkun hemm l-inqas tfixkil possibbli fis-servizzi tat-trasport bl-ajru għat-trasportaturi bbażati fl-Unjoni u għall-konsumaturi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Preferibbilment, jenħtieġ li l-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tiġi indirizzata fil-kuntest tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi bl-ajru ma' pajjiżi terzi. Madankollu, il-maġġoranza tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew it-tnejn li huma, minn naħa, u l-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, s'issa ma jipprovdux regoli korrispondenti. Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex jinnegozjaw l-inklużjoni ta' klawżoli ta' kompetizzjoni ġusta fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru eżistenti u futuri ma' pajjiżi terzi.

(7)  Preferibbilment, jenħtieġ li l-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tiġi indirizzata primarjament fil-kuntest tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi bl-ajru ma' pajjiżi terzi. Madankollu, il-maġġoranza tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew it-tnejn li huma, minn naħa, u l-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, s'issa ma jipprovdux regoli korrispondenti. Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex jinnegozjaw l-inklużjoni ta' klawżoli ta' kompetizzjoni ġusta fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru eżistenti u futuri ma' pajjiżi terzi mingħajr dewmien.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru u dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementaw lil xulxin u jiffaċilitaw id-djalogu mal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex jissolva t-tilwim b'mod effikaċi u terġa' tiġi stabbilita l-kompetizzjoni ġusta. Meta ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru jew dwar servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi jinkludu klawżoli ta' kompetizzjoni ġusti jew dispożizzjonijiet simili, l-eżawriment tal-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim previsti f'tali ftehimiet internazzjonali jenħtieġ li ma jkunx prekondizzjoni għall-ftuħ ta' proċedura taħt dan ir-Regolament u jenħtieġ li ma jipprekludix id-dritt tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal investigazzjoni bil-għan li tiżgura l-komplementarjetà bejn dan ir-Regolament u l-ftehimiet bilaterali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Fejn meħtieġ, għal raġunijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, jew meta jiġi stabbilit, abbażi tal-fatti disponibbli, li teżisti theddida ta' ħsara, kif ukoll fil-każ ta' investigazzjoni kumplessa li tkun għaddejja dak il-ħin, jenħtieġ li jkun possibbli li jittieħdu miżuri ta' rimedju proviżorji qabel ma jintemmu l-proċedimenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7 c)  L-inizjattiva biex jiġu nnegozjati ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru fil-livell tal-Unjoni u ftehimiet bilaterali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ma' pajjiżi terzi li jirrappreżentaw swieq emerġenti u strateġiċi (bħaċ-Ċina, il-Ġappun, l-ASEAN, it-Turkija, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Armenja, il-Messiku, il-Bahrain, il-Kuwajt, l-Oman u l-Arabja Sawdija) hi milqugħa pożittivament, filwaqt li huwa mħeġġeġ li jitwettqu negozjati kostruttivi. Ftehimiet ġodda jenħtieġ li jiġu implimentati u infurzati b'mod korrett mill-partijiet kollha u jeħtieġ li jinkludu klawżola dwar il-kompetizzjoni ġusta fuq il-bażi ta' standards internazzjonali (bħal dawk stabbiliti mill-ICAO, ILO). Il-Kummissjoni u l-Kunsill, abbażi tar-rispett tal-Artikolu 218 tat-TFUE, huma mistiedna jinvolvu bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew fl-istadji kollha tan-negozjati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista' tiġi żgurata wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/9320 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE21. Sakemm il-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew trasportaturi ta' pajjiżi terzi, din il-kwistjoni hija indirizzata attwalment fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li mhuwiex effettiv biżżejjed fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu tal-kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li ċerti regoli tiegħu jappartjenu b'mod partikolari għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar il-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-Unjoni dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b'att ġdid.

(8)  Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista' tiġi żgurata wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/9320 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE21. Sakemm il-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew trasportaturi ta' pajjiżi terzi, din il-kwistjoni hija indirizzata attwalment fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li huwa ineffikaċi fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu tal-kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li ċerti regoli tiegħu jappartjenu b'mod partikolari għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar il-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-Unjoni dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b'att ġdid.

_________________

_________________

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).

22 Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).

22 Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex iżżomm kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

(9)  Il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni tal-Unjoni tiddependi fuq il-kompetittività ta' kull parti tal-katina ta' valur tal-avjazzjoni u tista' tinżamm biss permezz ta' sett ta' politiki komplementari. L-Unjoni jenħtieġ li timpenja ruħha fi djalogu kostruttiv ma' pajjiżi terzi biex tinstab bażi għal kompetizzjoni ġusta. F'dan ir-rigward, leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex iżżomm kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi u b'hekk jiġu ppreservati l-impjiegi fil-linji tal-ajru tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata b'setgħa effiettiva biex twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri proviżorji jew definittivi fejn meħtieġ. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex il-Kummissjoni tkun informata b'mod adegwat dwar l-elementi possibbli li jiġġustifikaw il-bidu ta' investigazzjoni, kwalunkwe Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu intitolati biex iressqu lment.

(11)  Sabiex il-Kummissjoni tkun informata b'mod adegwat dwar l-elementi possibbli li jiġġustifikaw il-bidu ta' investigazzjoni, kwalunkwe Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu intitolati biex iressqu lment, li jenħtieġ li jiġi indirizzat fi żmien raġonevoli, sabiex jiġi evitat li t-trasportaturi bl-arju Ewropej iġarrbu telf.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Fl-interess ta' regolamentazzjoni effettiva, u b'analoġija mal-istrumenti oħra tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkun kapaċi tagħti bidu għal proċedimenti abbażi ta' lment li, prima facie, jippreżenta evidenza ta' theddida ta' ħsara.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-investigazzjoni tkun tista' testendi għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' elementi pertinenti. Għal dan il-għan, u soġġetta għall-kunsens tal-pajjiż terz u tal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata , jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi. Għall-istess raġunijiet u għall-istess għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jappoġġaw lill-Kummissjoni bl-aħjar kapaċitajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjoni fuq il-bażi tal-aqwa evidenza disponibbli.

(12)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-investigazzjoni tkun tista' testendi għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' elementi pertinenti. Għal dan il-għan, b'kooperazzjoni mal-pajjiż terz u mal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' twettaq investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi. Għall-istess raġunijiet u għall-istess għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jappoġġaw lill-Kummissjoni bl-aħjar kapaċitajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjoni wara li tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand il-partijiet interessati rilevanti u fuq il-bażi tal-aqwa evidenza disponibbli.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Meta l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tikkonċerna operazzjonijiet koperti bi ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru ma' pajjiż terz li l-Unjoni mhijiex parti minnu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Kummissjoni taġixxi b'għarfien sħiħ ta' kwalunkwe proċediment maħsub jew imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat skont tali ftehim u b'rilevanza għas-sitwazzjoni soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jżommu lill-Kummissjoni infurmata kif xieraq.

(13)  Meta l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tikkonċerna operazzjonijiet koperti bi ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru ma' pajjiż terz li l-Unjoni mhijiex parti minnu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Kummissjoni taġixxi b'għarfien sħiħ ta' kwalunkwe proċediment maħsub jew imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat skont tali ftehim u b'rilevanza għas-sitwazzjoni soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni abbażi ta' kriterji tal-kompetizzjoni ġusta. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jżommu lill-Kummissjoni infurmata kif xieraq.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-proċedimenti ma jiġux mibdija jew konklużi mingħajr miżuri ta' rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta' dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies l-impatt tagħhom fuq persuni oħra, b'mod partikolari konsumaturi jew impriżi fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati jew m'għadhomx issodisfati.

(15)  Jenħtieġ li l-proċedimenti ma jiġux mibdija jew konklużi mingħajr miżuri ta' rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta' dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies l-impatt tagħhom fuq partijiet oħra, inklużi konsumaturi, impriżi jew ħaddiema fis-settur tal-avjazzjoni fl-Unjoni. F'dan il-kuntest, u speċjalment meta jkunu qed jiġu kkunsidrati miżuri ta' rimedju, iż-żamma ta' livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni jenħtieġ li tkun prijorità. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati jew m'għadhomx issodisfati.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Meta jiġi ddeterminat jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx intervent jew le, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha. Sabiex jiġu organizzati l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u tingħatalhom l-opportunità li jinstemgħu, fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni jenħtieġ li jiġu speċifikati l-limiti ta' żmien għall-għoti ta' informazzjoni jew sabiex tintalab seduta ta' smigħ. Il-partijiet interessati jenħtieġ li jkunu konxji mill-kundizzjonijiet tad-divulgazzjoni għall-informazzjoni li jipprovdu u jenħtieġ li jkunu intitolati li jirrispondu għall-kummenti tal-partijiet l-oħrajn.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward ta' ħsara jew theddida ta' ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) jirriflettu valutazzjoni realistika tas-sitwazzjoni u jenħtieġ li għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari li jappartjenu għas-sitwazzjoni ta' dawk it-trasportatur(i) u għas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tat-trasport bl-ajru affettwat.

(17)  Meta jiġi determinat jekk jenħtieġx li jinbdew proċedimenti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward ta' theddida ta' ħsara u fir-rigward ta' ħsara li tkun diġà saret għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), jirriflettu valutazzjoni realistika tas-sitwazzjoni u jenħtieġ li għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari li jappartjenu għas-sitwazzjoni ta' dawk it-trasportatur (i) u għas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tat-trasport bl-ajru affettwat, f'konformità mal-prattika stabbilita u l-applikazzjoni ta' strumenti maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta, u jippermettu wkoll il-prevenzjoni u l-kumpens ta' ħsara prevedibbli b'mod ċar u t-theddida ta' tali ħsara f'każ ta' prattika li tfixkel il-kompetizzjoni ġusta li tagħha jkun hemm evidenza prima facie.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva u fid-dawl ta' terminazzjoni possibbli mingħajr miżuri, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-proċedimenti fejn il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw il-prattika rilevanti li taffettwa l-kompetizzjoni jew il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara li tirriżulta.

(18)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva u fid-dawl ta' terminazzjoni possibbli mingħajr miżuri, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-proċedimenti fejn il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw il-prattika rilevanti li tfixkel il-kompetizzjoni jew il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara li tirriżulta.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-miżuri ta' rimedju fir-rigward ta' prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni għandhom l-għan li jikkumpensaw il-ħsara li sseħħ jew li thedded li sseħħ minħabba dawk il-prattiki. Għalhekk jenħtieġ li dawn jieħdu l-forma ta' dmirijiet finanzjarji jew ta' miżuri oħra li, billi jirrappreżentaw valur pekunjarju li jista' jitkejjel, huma kapaċi jiksbu l-istess effett. Dan jista' jinkludi miżuri li jikkonsistu mis-sospensjoni ta' konċessjonijiet, ta' servizzi dovuti jew ta' drittijiet oħra tat-trasportatur bl-ajru ta' pajjiż terz, diment li dan ma jwassalx għal ksur ta' ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi mal-pajjiż terz ikkonċernat. Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-miżuri ta' kwalunkwe tip ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jiġu kkumpensati l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara identifikati.

(19)  Il-miżuri ta' rimedju fir-rigward ta' prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni għandhom l-għan li jikkumpensaw il-ħsara li sseħħ jew li thedded li sseħħ minħabba dawk il-prattiki. Għalhekk jenħtieġ li dawn jieħdu l-forma ta' dmirijiet finanzjarji jew ta' miżuri oħra li, billi jirrappreżentaw valur pekunjarju li jista' jitkejjel, huma kapaċi jiksbu l-istess effett. Dan jista' jinkludi miżuri li jikkonsistu mis-sospensjoni ta' konċessjonijiet, ta' servizzi dovuti jew ta' drittijiet oħra tat-trasportatur bl-ajru ta' pajjiż terz, diment li dan ma jwassalx għal ksur ta' ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Is-sitwazzjonijiet investigati f'dan ir-Regolament u l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-Istati Membri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkustanzi. Għalhekk, il-miżuri ta' rimedju jistgħu japplikaw, skont il-każ, għal Stat Membru wieħed jew aktar jew ikunu limitati għal żona ġeografika speċifika.

(21)  Is-sitwazzjonijiet investigati f'dan ir-Regolament u l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-Istati Membri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkustanzi. Għalhekk, il-miżuri ta' rimedju jistgħu japplikaw, skont il-każ, għal Stat Membru wieħed jew aktar, jaf ikunu limitati għal żona ġeografika speċifika jew ikunu limitati fiż-żmien jew jistgħu jiġu stabbiliti biex japplikaw minn data aktar tard meta jkun possibbli li jiġi ddeterminat mument preċiż meta t-theddida ta' ħsara tiżviluppa fi ħsara reali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq bażi annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rimedju, it-terminazzjoni ta' investigazzjonijiet mingħajr miżuri ta' rimedju, investigazzjonijiet, rieżamijiet u kooperazzjoni mal-Istati Membri, partijiet interessati u pajjiżi terzi. Dan ir-rapport għandu jiġi ttrattat bil-livell xieraq ta' kunfidenzjalità.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-protezzjoni effiċjenti, ugwali għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni u abbażi ta' kriterji u proċeduri uniformi, kontra l-ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli u kontra l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għal trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni kkawżati mill-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni, adottat minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta' pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(23)  Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-protezzjoni effiċjenti, ugwali għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni u abbażi ta' kriterji u proċeduri uniformi, kontra l-ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli u kontra l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għal trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni kkawżati mill-prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni, adottat minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta' pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. dan lanqas m'għandu l-għan li jimponi xi standards fuq it-trasportaturi tal-ajru ta' pajjiż terz, pereżempju fir-rigward ta' sussidji billi jintroduċi obbligi aktar restrittivi minn dawk li japplikaw għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi li jissaħħu r-regoli, il-kriterji u l-miżuri dwar il-kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-Unjoni, mhux biss fis-settur tat-trasport bl-ajru intern tal-Unjoni, iżda wkoll fis-settur tat-trasport intermodali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet mill-Kummissjoni u dwar l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju, li jirrelataw mal-ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli u ma' prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u trasportaturi bl-ajru oħrajn u li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet mill-Kummissjoni u dwar l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju, li jirrelataw mal-ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli u ma' prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u trasportaturi bl-ajru oħrajn u li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 96/67/KE.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 96/67/KE.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "parti interessata" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk ikollhom personalità ġuridika proprja jew le, li x'aktarx ikollhom interess sinifikanti fir-riżultat tal-proċedimenti;

(d)  "parti interessata" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk ikollhom personalità ġuridika proprja jew le, li x'aktarx ikollhom interess sinifikanti fir-riżultat tal-proċedimenti, inklużi, fost oħrajn, it-trasportaturi tal-ajru;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  "Stat Membru kkonċernat" tfisser Stat:

 

(i) li joħroġ il-liċenzja operattiva għat-trasportaturi Ewropej skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

 

(ii) li fil-qafas tal-ftehimiet tal-avjazzjoni tiegħu, jew tal-ftehimiet kummerċjali tiegħu li jkun fihom dispożizzjonijiet li jirregolaw l-avjazzjoni, ikunu joperaw it-trasportaturi bl-ajru Ewropej;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  “entità ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk tagħmel profitt jew le, jew kwalunkwe korp uffiċjali b'personalità ġuridika proprja jew le, li hija taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz, kemm jekk ikkontrollata mill-gvern ta' pajjiż terz jew le, u hija involuta direttament jew indirettament f'servizzi tat-trasport bl-ajru jew f'servizzi relatati jew fil-forniment ta' infrastruttura jew servizzi użati biex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru jew servizzi relatati;

(e)  "entità ta' pajjiż terz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk tagħmel profitt jew le, jew kwalunkwe korp uffiċjali b'personalità ġuridika proprja jew le, li hija taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz, kemm jekk ikkontrollata mill-gvern ta' pajjiż terz jew le, u hija involuta direttament jew indirettament f'servizzi tat-trasport bl-ajru jew f'servizzi relatati jew fil-forniment ta' infrastruttura jew servizzi użati biex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru jew servizzi relatati, inklużi impriżi konġunti u alleanzi fost it-trasportaturi;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "theddida ta' ħsara" tfisser ħsara li hija imminenti jew prevedibbli fil-futur qarib bi probabilità qrib iċ-ċertezza;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f b)  "miżuri ta' rimedju proviżorji" huma miżuri ta' natura temporanja kontra trasportatur bl-ajru ta' pajjiż terz, li huma proporzjonati għat-theddida, li l-uniku skop tagħhom huwa li jipprevjenu ħsara irriversibbli, li jittieħdu mill-Kummissjoni fil-bidu tal-proċediment abbażi tad-data disponibbli, u li għandhom jitħassru malli tiġi konkluża investigazzjoni;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h – punt i – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra, inklużi impriżi kkontrollati pubblikament, jipprovdu oġġetti jew servizzi jew jixtru oġġetti jew servizzi;

(3)  gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra, inklużi impriżi kkontrollati pubblikament, jipprovdu oġġetti jew servizzi apparti mill-infrastruttura ġenerali, jew jixtru oġġetti jew servizzi;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

1.   Meta jiġi ddeterminat l-interess tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità lill-ħtieġa li tiġi stabbilita mill-ġdid kompetizzjoni effikaċi u ġusta, tiġi żgurata trasparenza, tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tas-suq intern u jiġi evitat li tiddgħajjef is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istati Membri u jiġi żgurat li jinżamm livell għoli ta' konnettività għall-passiġġieri u l-Unjoni.

 

2.   Jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx jew le intervent għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni fuq bażi ta' każ b'każ, abbażi ta' apprezzament tal-interessi varji kollha, meħuda globalment, inkluża valutazzjoni soċjoekonomika. Tali determinazzjoni għandha ssir biss fejn il-partijiet kollha jkunu ġew mogħtija l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom f'konformità mal-paragrafu 3. Din l-opportunità tista' tittieħed jew ma titteħidtx. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 3. F'każ li l-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha ppreżentata, tikkonkludi b'mod ċar li l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri ta' rimedju ma tkunx fl-interess tal-Unjoni, dawk il-miżuri m'għandhomx jiġu applikati.

 

 

 

3.  Sabiex tiġi pprovduta bażi soda li fuqha l-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-fehmiet kollha, l-ilmentaturi u l-partijiet interessati jistgħu, fil-perjodu speċifikat fin-notifika ta' bidu tal-investigazzjoni, jagħmlu lilhom infushom magħrufa u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-konsultazzjoni, tali informazzjoni, jew taqsira tagħha, għandha ssir disponibbli għall-partijiet l-oħra speċifikati f'dan l-Artikolu, li jistgħu jirrispondu għal tali informazzjoni.

 

4.  Meta jiġi determinat l-interes tal-Unjoni, il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 3 jistgħu jitolbu seduta' ta' smigħ. Tali talbiet għandhom jintlaqgħu meta jiġu ppreżentati r-raġunijiet, abbażi tal-interess tal-Unjoni, għaliex għandhom jinstemgħu l-partijiet. Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju u partijiet oħra jistgħu jirrispondu għal tali kummenti.

 

5.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni pprovduta, u b'mod partikolari sa fejn din l-informazzjoni hija rappreżentattiva, u għandha tibgħat ir-riżultati tal-eżami tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill skont l-Artikolu 15a (ġdid) u skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Investigazzjoni għandha tinbeda wara li jiġi sottomess ilment bil-miktub minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk hemm evidenza prima facie ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Investigazzjoni għandha tinbeda wara li jiġi sottomess ilment bil-miktub minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru wieħed jew aktartal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk hemm evidenza prima facie solida ta' xi wieħed mill-elementi tal-lista eżawrjenti li ġejja:

(a)   ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli;

(a)   ksur ta' obbligi internazzjonali applikabbli;

(b)  l-eżistenza taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(b)   l-eżistenza taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(i)   prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz;

(i)   prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz;

(ii)  ħsara jew theddida ta' ħsara lil trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar;

(ii)   ħsara jew theddida ta' ħsara lil trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar;

(iii)  rabta kawżali bejn l-allegata prattika u l-allegati ħsara jew theddida ta' ħsara.

(iii)   rabta kawżali bejn l-allegata prattika u l-allegati ħsara jew theddida ta' ħsara.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha, sakemm ikun possibbli, teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-elementi previsti fl-ilment jew għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, sabiex jiġi determinat jekk hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-elementi previsti fl-ilment jew għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni b'mod f'waqtu, sabiex jiġi determinat jekk hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix bidu għal investigazzjoni fejn l-adozzjoni ta' miżuri f'konformità mal-Artikoli 10 jew 13 tmur kontra l-interess tal-Unjoni jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas m'għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar.

4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix bidu għal investigazzjoni meta l-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas m'għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar, u meta mhumiex dokumentati.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-deċiżjoni li ma jingħatax bidu għal investigazzjoni skont il-paragrafu 4 għandha tiġi debitament sostanzjata permezz ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tiġġustifika ulterjorment d-deċiżjoni tagħha. L-ilmentaturi jistgħu jappellaw din id-deċiżjoni fi żmien 60 jum mill-pubblikazzjoni tagħha.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 30 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f'dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tibdiex investigazzjoni.

5.  Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 60 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f'dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tibdiex investigazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien 6 xhur minn meta jitressaq l-ilment.

6.  Soġġetta għall-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien 4 xhur minn meta jitressaq l-ilment.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Soġġetta għall-paragrafu 4, meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

7.  Soġġetta għall-paragrafu 4, meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)  tibda l-proċedimenti;

(a)  tibda l-proċedimenti;

(b)  tippubblika avviż formali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-avviż għandu jħabbar il-bidu tal-investigazzjoni, jindika l-ambitu tal-investigazzjoni, l-obbligi internazzjonali applikabbli li allegatament huma miksura jew il-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz li allegatament jkunu ħadu sehem fi prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-allegata ħsara jew it-theddida ta' ħsara, lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) u għandu jiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, jissottomettu l-informazzjoni jew jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(b)  tippubblika avviż formali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-avviż għandu jħabbar il-bidu tal-investigazzjoni, jindika l-ambitu tal-investigazzjoni, l-obbligi internazzjonali applikabbli li allegatament huma miksura jew il-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz li allegatament jkunu ħadu sehem fi prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni u l-allegata ħsara jew it-theddida ta' ħsara, lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) u għandu jiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, jissottomettu l-informazzjoni jew jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni. Dak il-perjodu m'għandux ikun iqsar minn 30 jum.

(c)  tinnotifika uffiċjalment lir-rappreżentanti tal-pajjiż terz u lill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata dwar il-bidu tal-investigazzjoni;

(c)  tinnotifika uffiċjalment lir-rappreżentanti tal-pajjiż terz u lill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata dwar il-bidu tal-investigazzjoni;

(d)  tinforma lill-ilmentatur u lill-Kumitat previst fl-Artikolu 15 dwar il-bidu tal-investigazzjoni.

(d)  tinforma lill-ilmentatur u lill-Kumitat previst fl-Artikolu 15 dwar il-bidu tal-investigazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

(b)  jekk prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

Emenda   45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)   jekk dan iwassalx għal impatt negattiv fuq il-konnettività bl-ajru ta' reġjun partikolari, ta' Stat Membru jew ta' grupp ta' Stati Membri, jew taż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea stabbilita mill-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea1a, u għaldaqstant għall-konsumaturi tagħha. ;

 

Għall-finijiet tal-punt (ba), l-impatt fuq il-konnettività bl-ajru tal-Unjoni għandu jiġi eżaminat fil-kuntest tal-interess tal-Unjoni qabel ma tittieħed id-deċiżjoni favur l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 13;

 

_________________

 

1a ĠU L 285, 16.10.2006, p. 3

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tista' tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa biex twettaq l-investigazzjoni u tista' tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni li tkun irċeviet jew ġabret mat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), mal-pajjiż terz jew mal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

3.  Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa biex twettaq l-investigazzjoni u għandha tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni li tkun irċeviet jew ġabret mat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), mal-pajjiż terz jew mal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun jidher meħtieġ, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat, diment li dak il-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ġew innotifikati uffiċjalment u jkunu taw il-kunsens tagħhom.

5.  Jekk ikun jidher meħtieġ, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat jew fit-territorju ta' pajjiż terz ieħor, diment li dak il-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ġew innotifikati uffiċjalment.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa tiġi rifjutata jew inkella ma tingħatax f'limiti ta' żmien xierqa, jew meta l-investigazzjoni tkun ostakolata b'mod sinifikanti, is-sejbiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet sottomessa informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.

F'każijiet fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa tiġi rifjutata jew inkella ma tingħatax f'limiti ta' żmien xierqa, fejn pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ta aċċess għat-territorju tiegħu biex issir investigazzjoni jew meta l-investigazzjoni tkun ostakolata b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' rimedju proviżjorji abbażi tal-fatti disponibbli u tal-evidenza pprovduta skont l-Artikolu 3. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet sottomessa informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni

Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni

1.  Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn. Dak il-perjodu jista' jitwal f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

1.  Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn. Dak il-perjodu jista' jitwal f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

 

1 a.  L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien 12-il xhar. Dak il-perjodu jista' jitwal f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

2.  F'każ ta' urġenza, bħal pereżempju f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara immedjata u irriversibbli lil trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal sena.

2.  F'każ ta' urġenza, bħal pereżempju f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara immedjata u irriversibbli lil trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal sitt xhur jew, bħala l-aħħar alternattiva, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' rimedju proviżjorji biex timpedixxi jew tikkumpensa tali ħsara.

3.  Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċedimenti meta l-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw, bħal:

3.  Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-proċedimenti meta l-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw, bħal:

(a)  fil-każ ta' ksur tal-obbligu internazzjonali applikabbli, dak il-ksur;

(a)   fil-każ ta' ksur tal-obbligu internazzjonali applikabbli, dak il-ksur;

(b)   fil-każ ta' prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, dik il-prattika jew il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

(b)   fil-każ ta' prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, dik il-prattika jew il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

4.  Jekk il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli jew il-prattika li taffettwa il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) ma jkunux ġew eliminati, wara perjodu raġonevoli ta' żmien, il-Kummissjoni tista' terġa' tibda l-proċedimenti.

4.  Jekk il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli jew il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) ma jkunux ġew eliminati, wara perjodu raġonevoli ta' żmien li ma jkunx itwal minn sitt xhur, il-Kummissjoni għandha terġa' tibda l-proċedimenti.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Konklużjoni tal-proċedimenti

Konklużjoni tal-proċedimenti

1.  Meta l-ilment jiġi rtirat, il-Kummissjoni tista' ttemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju.

1.  Meta l-ilment jiġi rtirat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk għandhiex tieħu deċiżjoni biex ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligi internazzjonali applikabbli ma jkunux ġew miksura;

(a)  il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligi internazzjonali applikabbli ma jkunux ġew miksura;

(b)  il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju tmur kontra l-interessi tal-Unjoni;

(b)  il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju tmur kontra l-interessi tal-Unjoni;

(c)  ikun inkiseb rimedju sodisfaċenti bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat skont il-mekkaniżmi rilevanti previsti fil-ftehim jew fl-arranġament applikabbli jew skont liġi internazzjonali pubblika rilevanti. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

(c)   ikun inkiseb rimedju sodisfaċenti bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat skont il-mekkaniżmi rilevanti previsti fil-ftehim jew fl-arranġament applikabbli jew skont liġi internazzjonali pubblika rilevanti. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), wara li jiġu infurmati l-Parlament Ewropew u l-partijiet interessati rilevanti.

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u soġġetta għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni tiddetermina li l-obbligi internazzjonali applikabbli jkunu ġew miksura.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni u soġġetta għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Parlament, għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni tiddetermina li l-obbligi internazzjonali applikabbli jkunu ġew miksura. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.  Meta l-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jirrikjedi, qabel ma tiġi adottata kwalunkwe miżura, it-twettiq minn qabel ta' proċedura internazzjonali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni tat-tilwim, dik il-proċedura għandha titwettaq l-ewwel u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 3 għandha tqis ir-riżultati tagħha.

4.  Meta l-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jirrikjedi, qabel ma tiġi adottata kwalunkwe miżura, it-twettiq minn qabel ta' proċedura internazzjonali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni tat-tilwim, dik il-proċedura għandha titwettaq l-ewwel u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 3 għandha tqis ir-riżultati tagħha.

5.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu l-miżuri previsti fl-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jew li jkunu disponibbli skont regoli rilevanti u prinċipji tal-liġi internazzjonali pubblika.

5.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu l-miżuri previsti fl-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jew li jkunu disponibbli skont regoli rilevanti u prinċipji tal-liġi internazzjonali pubblika.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-totalità tal-fatturi kkunsidrati għandha tkun tali li twassal għall-konklużjoni li l-evoluzzjoni prevedibbli hija imminenti u li, sakemm ma titteħidx azzjoni preventiva, tkun se sseħħ ħsara reali.

 

Fil-każ li s-sitwazzjoni taħt skrutinju tiżviluppa fi ħsara reali qabel ma jispiċċa l-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tipproċedi skont il-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-aktar evidenza riċenti għad-dispożizzjoni tagħha.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta l-ilment jiġi rtirat.

1.  Il-Kummissjoni biss tista' ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta l-ilment jiġi rtirat. It-trasportaturi tal-Unjoni jkollhom id-dritt li jappellaw deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm l-investigazzjoni. Tali appell għandu jitressaq fi żmien 30 jum min-notifika tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm l-investigazzjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [15 -a (ġdid)], u b'hekk ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Miżuri ta' rimedju

Miżuri ta' rimedju

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1) u ħlief fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa fl-Artikolu 4 tiddetermina li prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżat ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1) u ħlief fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, u b'hekk tistabbilixxi miżuri ta' rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa fl-Artikolu 4 tiddetermina li prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżat ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu imposti fuq it-trasportatur(i) bl-ajru tal-pajjiż terz li jibbenefika(w) mill-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta' xi waħda minn dawn li ġejjin;

2.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu imposti fuq it-trasportatur(i) bl-ajru tal-pajjiż terz li jibbenefika(w) mill-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta' xi waħda minn dawn li ġejjin;

(a)  dmirijiet finanzjarji;

(a)  dmirijiet finanzjarji;

(b)   kwalunkwe miżura ta' valur ekwivalenti jew inqas.

(b)  kwalunkwe miżura operazzjonali ta' valur ekwivalenti jew inqas.

3.   Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex tiġi kumpensata l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i). Għal dan il-għan, il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jkunu limitati għal żona ġeografika speċifika.

3.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex tiġi kumpensata l-ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) jew għall-prevenzjoni tat-theddida ta' ħsara milli tiżviluppa fi ħsara reali għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i). Għal dan il-għan, il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jkunu limitati għal żona ġeografika speċifika u jistgħu jkunu limitati fiż-żmien.

4.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jidderieġu l-Unjoni jew l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) biex jiksru l-ftehimiet tat-trasport bl-ajru, tas-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe dispożizzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru inklużi fi ftehim kummerċjali konkluż mal-pajjiż terz ikkonċernat.

4.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jidderieġu l-Unjoni jew l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) biex jiksru l-ftehimiet tat-trasport bl-ajru, tas-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe dispożizzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru inklużi fi ftehim kummerċjali konkluż mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

4 a.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-funzjonament xieraq tas-suq tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni u m'għandhomx iwasslu sabiex jingħata vantaġġ mhux dovut lil xi trasportatur bl-ajru jew grupp ta' trasportaturi bl-ajru.

 

4 b.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu proviżorji u jistgħu jiġu adottati, fejn meħtieġ, meta l-investigazzjoni tiddetermina, abbażi tal-fatti disponibbli, li teżisti theddida ta' ħsara, kif ukoll f'każ li tkun għaddejja investigazzjoni kumplessa li tkun għadha ma ġietx konkluża jew terminata.

5.  Id-deċiżjoni li tiġi konkluża l-investigazzjoni bl-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.  Id-deċiżjoni li tiġi konkluża l-investigazzjoni bl-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 13 għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm u sal-limitu li, huwa meħtieġ fid-dawl tal-persistenza tal-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara li jirriżultaw. Għal dan il-għan, għandha tapplika l-proċedura tar-reviżjoni stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4.

1.  Il-miżuri ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 13 għandhom ikunu fis-seħħ biss sakemm u sal-limitu li, huwa meħtieġ fid-dawl tal-persistenza tal-prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni u l-ħsara jew it-theddida ta' ħsara li jirriżultaw. Għal dan il-għan, għandha tapplika l-proċedura tar-reviżjoni stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, tista' tiġi riveduta l-ħtieġa għall-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri ta' rimedju fil-forma inizjali tagħhom, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-ilmentatur jew inkella fuq talba motivata minn pajjiż terz jew mill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

2.  Meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, tista' tiġi riveduta l-ħtieġa għall-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri ta' rimedju fil-forma inizjali tagħhom, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-Istat Membru kkonċernat, jew tal-ilmentatur jew inkella fuq talba motivata minn pajjiż terz jew mill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tħassar, temenda jew iżżomm, kif xieraq, il-miżuri ta' rimedju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [15 -a (ġdid)], u b'hekk tħassar, temenda jew iżżomm, kif xieraq, il-miżuri ta' rimedju. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-interess tal-Unjoni.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 14(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' … snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' … snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 14(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 u l-Artikolu 14(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi ta' każ b'każ, bir-rispett dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport, flimkien ma' dikjarazzjoni, dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn ikun rilevanti, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rimedju, it-terminazzjoni ta' investigazzjonijiet mingħajr miżuri ta' rimedju, investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, reviżjonijiet u kooperazzjoni mal-Istati Membri, partijiet interessati u pajjiżi terzi.

 

2.  Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jispjega ulterjorment kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

3.  Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport pubbliku.

(1)


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet tal-qafas legali eżistenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 868/2004. Il-leġiżlazzjoni attwali kienet intiża sabiex tiddefendi lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kontra l-prattiki inġusti ta' xi pajjiżi terzi, speċjalment fin-nuqqas ta' qafas internazzjonali li jistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru. Madankollu, qatt ma kienet adatta għall-fini tagħha u għaldaqstant qatt ma ntużat, anke jekk hemm ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' difiża effettiv kontra l-kompetizzjoni inġusta fis-settur tal-avjazzjoni. Bir-raġun, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli tal-UE jiżguraw li t-trasportaturi kollha, Ewropej u mhumiex, jingħataw l-istess drittijiet u l-istess opportunità ta' aċċess għas-servizzi relatati mat-trasport bl-ajru, madankollu dan mhux dejjem ikun il-każ barra mill-Ewropa, fejn il-prattiki diskriminatorji u s-sussidji jistgħu jagħtu vantaġġi kompetittivi inġusti lit-trasportaturi bl-ajru minn dawk il-pajjiżi terzi.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġa l-proposta bħala titjib importanti tar-Regolament 868/2004 u jaqbel mal-objettivi tiegħu u l-mezzi biex dawn jintlaħqu. Huwa jixtieq jenfasizza, madankollu, li miżuri ta' rimedju li jistgħu jiġu skattati minħabba mekkaniżmu ta' difiża li jiffunzjona tajjeb għandhom jintużaw meta aktar minn Stat Membru wieħed ikun milqut jew meta l-proċeduri bilaterali eżistenti jiġu sfruttati. Bħala riżultat, dan ir-rapport jintroduċi biss dawk il-bidliet li jenfasizzaw il-ħtieġa li tingħata prijorità lil soluzzjonijiet bilaterali u li jiġu involuti l-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-Parlament u l-Kunsill bħala leġiżlaturi Ewropej, fil-proċess ta' konsultazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li huwa importanti li jiżdied l-enfasi fuq ir-rwol tal-konnettività bl-ajru bħala kriterju fl-investigazzjonijiet, u għall-finijiet ta' dan ir-regolament, li jiġi ppreċiżat il-kunċett ta' interess tal-Unjoni, fit-teħid ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni jew le tal-miżuri ta' rimedju, meta jiġu skoperti prattiki inġusti min-naħa ta' trasportatur ta' pajjiż terz.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (23.2.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramon Tremosa i Balcells

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-avjazzjoni għandha rwol essenzjali fl-ekonomija tal-Unjoni. Hija xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u l-mobilità. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u b'mod ġenerali kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.

(1)  L-avjazzjoni għandha rwol essenzjali fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni. Hija xprunatur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ, kif ukoll il-konnettività u l-mobilità kemm għan-negozji u kemm għaċ-ċittadini. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u b'mod ġenerali kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Is-settur Ewropew tal-avjazzjoni jiġġenera madwar 2 miljun impjieg dirett u l-avjazzjoni internazzjonali hija mistennija tikber b'madwar 5 % kull sena sal-2030.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Huwa essenzjali li l-Unjoni tipproteġi b'mod effettiv lis-setturi differenti tal-ekonomija tagħha, u lill-ħaddiema tagħha, minn kwalunkwe prattika ta' kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-netwerk globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi f'ambjent ta' kompetizzjoni miftuħa u ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha. Dan jikkontribwixxi għaż-żamma ta' kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni.

(2)  It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-netwerk globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi f'ambjent ta' kompetizzjoni miftuħa, ugwali u ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet regolatorji bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni ambjentali. Dan jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-impjiegi u tal-kompetittività tal-linji tal-ajru Ewropej, kif ukoll għaż-żamma ta' kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-Ewropa tirrappreżenta spazju ta' aktar minn 500 miljun passiġġier potenzjali għat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Dan it-traffiku li potenzjalment jista' jiżdied jenħtieġ li jitqies meta jiġu nnegozjati ftehimiet komprensivi dwar l-avjazzjoni mal-bqija tad-dinja f'isem l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-ftuħ tas-swieq u l-konnettività huma marbuta b'mod ċar peress li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni twassal għal bidla fil-flussi tat-traffiku. It-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi jridu u jeħtieġu aċċess għall-ajruporti fl-Istati Membri kollha minħabba s-suq potenzjali ta' 500 miljun passiġġier li l-kontinent Ewropew jirrappreżenta għalihom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fid-dawl tan-notifika tar-Renju Unit lill-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017, li fiha kkomunika l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-konsegwenzi ta' dan il-ħruġ fuq it-trasport bl-ajru bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, bil-għan li jkun hemm l-inqas tfixkil possibbli fis-servizzi tat-trasport bl-ajru għat-trasportaturi bbażati fl-Unjoni u għall-konsumaturi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  It-trasparenza finanzjarja fil-klawżoli dwar il-kompetizzjoni ġusta hija element essenzjali biex tingħata garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, it-trasparenza sħiħa hija fundamentali biex tiġi kkonfermata jew miċħuda kwalunkwe allegazzjoni ta' sussidji mogħtija lil linja tal-ajru.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista' tiġi żgurata wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/9320 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE21. Sakemm il-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew trasportaturi ta' pajjiżi terzi, din il-kwistjoni hija indirizzata attwalment fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li mhuwiex effettiv biżżejjed fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu tal-kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li ċerti regoli tiegħu jappartjenu b'mod partikolari għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar il-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-Unjoni dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b'att ġdid.

(8)  Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista' tiġi żgurata wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/9320 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE21. Sakemm il-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew trasportaturi ta' pajjiżi terzi, din il-kwistjoni hija indirizzata attwalment fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li huwa totalment ineffettiv fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu tal-kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li ċerti regoli tiegħu jappartjenu b'mod partikolari għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar il-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-Unjoni dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b'att ġdid.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).

22 Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).

22 Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta fir-relazzjonijiet esterni tal-avjazzjoni tal-Unjoni u sabiex tiġi żgurata r-reċiproċità u l-eliminazzjoni ta' prattiki inġusti, inklużi s-sussidji u l-għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija lil-linji tal-ajru minn ċerti pajjiżi terzi li jistgħu jfixklu s-suq, huwa meħtieġ li l-klawżoli ta' kompetizzjoni ġusta jirrikjedu trasparenza finanzjarja sħiħa. Tali trasparenza hija meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tasal għal deċiżjoni pożittiva jew negattiva dwar l-allegati sussidji.

Ġustifikazzjoni

Leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex jinżammu kundizzjonijiet u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Tali miżuri għandhom ikunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex iżżomm kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

(9)  Leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa' meħtieġa sabiex iżżomm kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta' konnettività tal-Unjoni u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi sabiex b'hekk jiġu ppreservati l-impjiegi fi ħdan il-linji tal-ajru tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Meta s-servizzi bl-ajru kkonċernati jkunu koperti minn ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru ta' Stat Membru ma' pajjiż terz, huwa importanti li l-Kummissjoni tkun kapaċi tagħti bidu għal investigazzjonijiet u, jekk meħtieġ, tadotta miżuri ta' rimedju, qabel l-eżawriment tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit fil-ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru tal-Istat Membru mal-pajjiż terz. Fl-interess ta' regolamentazzjoni effettiva, il-Kummissjoni tista' tniedi tali investigazzjonijiet u tadotta tali miżuri ta' rimedju irrispettivament minn jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux l-intenzjoni li jindirizza l-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni skont il-ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru tiegħu mal-pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa li jiġu evitati każijiet fejn l-Istati Membri jistgħu b'mod mhux intenzjonat jew b'mod intenzjonat jevitaw li l-Unjoni taġixxi, jew billi jkun hemm dewmien konsiderevoli fil-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru tagħhom. Dan jirriżulta fi tkomplija tal-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni, u b'mod inevitabbli għall-aggravament tal-ħsara li tagħmel dannu lit-trasportatur bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Fl-interess ta' regolamentazzjoni effettiva, u b'analoġija mal-istrumenti oħra tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkun kapaċi tniedi proċedimenti abbażi tal-ilment li, prima facie, jippreżenta evidenza ta' theddida ta' ħsara.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' theddida ta' ħsara huwa ċentrali għal dan it-tip ta' strument għad-difiża tal-kummerċ. Ir-regolament irid jippermetti biex jinbdew proċedimenti fejn ikun hemm elementi li jindikaw li pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz qed jinfurzaw jew ser jinfurzaw prattiki li inevitabbilment jirriżultaw fi ħsara lil trasportatur bl-ajru tal-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-proċedimenti ma jiġux mibdija jew konklużi mingħajr miżuri ta' rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta' dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies l-impatt tagħhom fuq persuni oħra, b'mod partikolari konsumaturi jew impriżi fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati jew m'għadhomx issodisfati.

(15)  Jenħtieġ li l-proċedimenti jkunu jistgħu jiġu konklużi mingħajr miżuri ta' rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta' dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies l-impatt tagħhom fuq persuni oħra, b'mod partikolari konsumaturi jew impriżi fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati jew m'għadhomx issodisfati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Investigazzjoni għandha tinbeda wara li jiġi sottomess ilment bil-miktub minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk hemm evidenza prima facie ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Investigazzjoni għandha tinbeda wara li jiġi sottomess ilment bil-miktub minn Stat Membru, il-Parlament Ewropew, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, organizzazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk ikun hemm indikazzjonijiet raġonevoli u fattwali ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Lment għandu jinkludi evidenza prima facie ta' wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

2.  Lment għandu jinkludi indikazzjonijiet raġonevoli u fattwali ta' wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix bidu għal investigazzjoni fejn l-adozzjoni ta' miżuri f'konformità mal-Artikoli 10 jew 13 tmur kontra l-interess tal-Unjoni jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas m'għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar.

4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix bidu għal investigazzjoni fejn hija tqis li l-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas m'għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 30 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f'dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tibdiex investigazzjoni.

5.  Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 30 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f'dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tibdiex investigazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien 6 xhur minn meta jitressaq l-ilment.

6.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien tliet xhur minn meta jitressaq l-ilment.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

(b)  jekk prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) jew fejn l-imġiba irregolari li tirrestrinġi l-kompetizzjoni kellha impatt negattiv fuq is-suq intern.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk ikun jidher meħtieġ, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat, diment li dak il-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ġew innotifikati uffiċjalment u jkunu taw il-kunsens tagħhom.

5.  Jekk ikun jidher meħtieġ, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ta' pajjiż terz ieħor, diment li dak il-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ġew innotifikati uffiċjalment.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-ilmentaturi, il-partijiet interessati, l-Istat(i) Membru/i konċernat(i) u r-rappreżentanti tal-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz ikkonċernata jistgħu jikkonsultaw l-informazzjoni kollha li saret disponibbli għall-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni li huma għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet, sakemm tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 6 u sakemm tkun indirizzat talba bil-miktub lill-Kummissjoni.

7.  L-ilmentaturi, il-partijiet interessati, l-Istat(i) Membru/i konċernat(i), il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tal-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz ikkonċernata jistgħu jikkonsultaw l-informazzjoni kollha li saret disponibbli għall-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni li huma għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet, sakemm tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 6 u sakemm tkun indirizzat talba bil-miktub lill-Kummissjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa tiġi rifjutata jew inkella ma tingħatax f'limiti ta' żmien xierqa, jew meta l-investigazzjoni tkun ostakolata b'mod sinifikanti, is-sejbiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet sottomessa informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.

F'każijiet fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa tiġi rifjutata jew inkella ma tingħatax f'limiti ta' żmien xierqa, meta pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ta aċċess għat-territorju tiegħu biex jitwettqu l-investigazzjonijiet jew meta l-investigazzjoni tkun ostakolata b'mod sinifikanti, is-sejbiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet sottomessa informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn. Dak il-perjodu jista' jitwal f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

1.  Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien 18-il xahar minn meta tinbeda investigazzjoni. Dak il-perjodu jista' jitwal bi skadenza stabbilita f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' urġenza, bħal pereżempju f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara immedjata u irriversibbli lil trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal sena.

2.  F'każ ta' urġenza, bħal pereżempju f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara immedjata u irriversibbli lil trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal perjodu massimu ta' sitt xhur.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċedimenti meta l-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw, bħal:

3.  Bid-dritt ta' appell mill-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara, il-Kummissjoni biss tista' tissospendi l-proċedimenti meta l-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw, bħal:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  It-trasportaturi tal-Unjoni jkollhom id-dritt li jappellaw minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-proċedimenti. Tali appell għandu jitressaq fi żmien 20 jum min-notifika tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha li tissospendi l-proċedimenti.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli jew il-prattika li taffettwa il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) ma jkunux ġew eliminati, wara perjodu raġonevoli ta' żmien, il-Kummissjoni tista' terġa' tibda l-proċedimenti.

4.  Jekk il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli jew il-prattika li taffettwa il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) ma jkunux ġew eliminati, wara perjodu raġonevoli ta' żmien, il-Kummissjoni għandha terġa' tibda l-proċedimenti.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [A] sabiex temenda dan ir-Regolament billi ttemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b'mod partikolari f'termini ta' aspetti bħalma huma l-frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, l-investiment u l-impjiegi;

(a)  is-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b'mod partikolari f'termini ta' aspetti bħalma huma l-frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, il-protezzjoni ambjentali, l-investiment u l-impjiegi;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-evoluzzjoni prevista tas-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b'mod partikolari f'termini ta' frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, l-investiment u l-impjiegi;

(a)  l-evoluzzjoni prevista tas-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b'mod partikolari f'termini ta' frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, il-protezzjoni ambjentali, l-investiment u l-impjiegi;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta l-ilment jiġi rtirat.

1.  Il-Kummissjoni biss tista' ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta l-ilment jiġi rtirat. It-trasportaturi tal-Unjoni jkollhom id-dritt li jappellaw deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm l-investigazzjoni. Tali appell għandu jitressaq fi żmien 30 jum min-notifika tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm l-investigazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [A] sabiex temenda dan ir-Regolament billi ttemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 13 tkun kontra l-interessi tal-Unjoni;

(b)  wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 13 tkun kontra l-interessi tal-Unjoni. L-interess tal-Unjoni għandu jkun ivvalutat mill-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet ikkonċernati kollha inklużi l-linji tal-ajru tal-Unjoni;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru

Referenzi

COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ramon Tremosa i Balcells

5.10.2017

Eżami fil-kumitat

4.12.2017

24.1.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Bas Eickhout, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Luigi Morgano, Laurenţiu Rebega, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alberto Cirio

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

ENF

Bernard Monot, Laurenţiu Rebega

PPE

Burkhard Balz, Alberto Cirio, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

4

-

GUE/ NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru

Referenzi

COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.6.2017

ITRE

15.6.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

21.6.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Markus Pieper

30.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.1.2018

20.2.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, João Pimenta Lopes, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gilles Lebreton

Data tat-tressiq

28.3.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Gilles Lebreton, Georg Mayer

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

9

-

ECR

Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Peter Lundgren, Jill Seymour

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

0

ECR

Mark Demesmaeker

GUE/NGL

Merja Kyllönen

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2018Avviż legali