RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

28.3.2018 - (13357/2017 – C8‑0434/2017 – 2017/0259(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Tiziana Beghin

Proċedura : 2017/0259(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0126/2018
Testi mressqa :
A8-0126/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

(13357/2017 – C8‑0434/2017 – 2017/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13357/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (13471/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0434/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0126/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.

NOTA SPJEGATTIVA

L-UE u n-Norveġja huma firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE), li jipprevedi l-moviment liberu tal-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta' prodotti agrikoli u tas-sajd. Fir-rigward tal-agrikoltura, l-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li kull sentejn il-Partijiet jagħmlu rieżami tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ.

L-aktar negozjati riċenti saru bejn it-3 ta' Frar 2015 u l-5 ta' April 2017 u rriżultaw f'din il-proposta. Il-ftehim jinkludi linji tariffarji addizzjonali li huma kompletament liberalizzati u kwoti tariffarji addizzjonali għal prodotti aktar sensittivi (laħam, prodotti mill-ħalib, ħaxix u pjanti ornamentali).

Il-ftehim preċedenti ġie ffirmat fil-15 ta' April 2011 u żied l-aċċess ħieles mid-dazju ta' prodotti agrikoli tal-UE għas-suq tan-Norveġja biex ikopri madwar 60 % tal-kummerċ. Għaldaqstant, in-negozjati dwar il-ftehim il-ġdid kellhom l-għan li jżidu aktar il-grad ta' liberalizzazzjoni, ikabbru l-kwoti tariffarji attwali, jiftħu kwoti tariffarji ġodda għal prodotti agrikoli addizzjonali u jindirizzaw ċerti ostakli kummerċjali pendenti.

Il-kontenut tal-ftehim

Aċċess ħieles mid-dazju

Skont il-ftehim il-ġdid, iż-żewġ partijiet qablu li reċiprokament jagħtu aċċess ħieles mid-dazju għal 36 linja tariffarja ġdida. Dawn jinkludu żwiemel ħajjin, ċerti prodotti mill-annimali u tipi ta' ġewwieni, pjanti, ħxejjex għall-għalf, ħxejjex preservati b'mod proviżorju, frott, berries u ġewż, algi, ċerti tipi ta' zokkor, il-meraq tal-frott u xorb iffermentat.

Kwoti tariffarji

In-Norveġja żżid il-kwoti tariffarji b'rata tat-taxxa żero għal-laħam bovin (1600 t), it-tjur (150 t), il-prodotti tal-laħam ippreservat (200 t), il-ġobon u l-baqta (1200 t), il-fjuri u l-pjanti (żewġ linji tariffarji NOK 12-il miljun u NOK 3 miljun, rispettivament), il-ħass u ċ-ċikwejra (100 t), il-qamħirrum (5000 t), iz-zalzett (200 t) u kwota tariffarja ta' NOK 15/kg għall-majjal (300 t).

L-UE żżid il-kwota tariffarji eżistenti b'rata tat-taxxa żero għall-prodotti Norveġiżi li ġejjin: it-tjur (700 t), il-laħam ippreservat (300 t), il-prodotti tax-xorrox (4400 t), il-fjuri (EUR 500 000), iċ-ċipps tal-patata (150 t), l-għalf tal-annimali (200 t) u l-albumini (500 t), u tgħaqqad il-kwota eżistenti għal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

L-indirizzar tal-ostakli kummerċjali

F'Settembru 2012, in-Norveġja ddeċidiet li tibdel id-dazji speċifiċi għal dazji ad valorem għas-sitt linji tariffarji tal-prodotti agrikoli (il-ġobon, iċ-ċanga u l-laħam tal-ħaruf), bidla li rriżultat f'żieda sa 429 % fid-dazju. In-Norveġja rriklassifikat ukoll tip ta' ortensja tal-ġnien, li rriżultat f'żieda fid-dazju tal-importazzjoni minn 0 għal 72 %. Skont il-ftehim attwali, il-kumpens għal dawn il-miżuri jinkiseb direttament bħala parti mill-kwota addizzjonali li n-Norveġja tagħti għall-ġobon, iċ-ċanga, il-fjuri u l-pjanti ħajjin jew indirettament bħala parti mill-valur globali, bħal fil-każ tal-ħaruf. Parti mill-kwota l-ġdida tal-ġobon ser tiġi amministrata permezz ta' liċenzji.

L-isfond

In-Norveġja hija s-seba' l-aktar sieħeb importanti tal-UE fil-kummerċ ta' prodotti. Filwaqt li l-kummerċ globali tan-Norveġja mal-UE juri surplus, il-bilanċ tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli bażiċi kien ferm favur l-UE, fejn l-esportazzjonijiet tal-UE jilħqu EUR 2 495 miljun fl-2016, meta mqabbla mat-EUR 307 miljun f'importazzjonijiet min-Norveġja. L-esportazzjonijiet ewlenin tal-UE huma l-nbejjed u l-ħall, l-għalf tal-annimali, iż-żejt tas-sojja u tal-kolza, pjanti ħajjin u l-ġobnijiet. L-importazzjonijiet tal-agrikoltura min-Norveġja jikkonsistu f'fażola tas-sojja, żjut veġetali u mill-annimali u r-residwi tagħhom, ġlud tal-fer u alkoħol etiliku mhux denaturat.

Konklużjonijiet

Il-ftehim attwali ser joffri opportunitajiet kummerċjali ġodda għall-esportaturi tal-UE u japprofondixxi r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u n-Norveġja. Dan għandu jkun pass lejn impenn għal-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ agrikolu bejn l-UE u n-Norveġja, b'mod partikolari l-kummerċ ta' prodotti agrikoli proċessati li huwa mxekkel minn tariffi doganali għolja fin-Norveġja, u sabiex jerġgħu jibdew in-negozjati dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Ir-rapporteur temmen li l-isforzi biex jitneħħew id-dazji ad valorem li għad hemm fuq il-ġobon, iċ-ċanga u l-laħam tal-ħaruf għandhom ikomplu f'konformità mal-impenji li l-Partijiet ħadu skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE u l-ftehim attwali.

Ir-rapporteur tirrakkomanda lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali biex jipproponi li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-ftehim.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli

Referenzi

13357/2017 – C8-0434/2017 – COM(2017)05952017/0259(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

7.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

14.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AGRI

22.11.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tiziana Beghin

22.11.2017

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

David Borrelli

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Franz Obermayr, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Seán Kelly, Gabriel Mato, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Pedro Silva Pereira, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

28.3.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Nadja Hirsch, Frédérique Ries, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

ENF

Franz Obermayr

GUE/NGL

Helmut Scholz

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Seán Kelly, Gabriel Mato, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

0

-

 

 

1

0

PPE

Bendt Bendtsen

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza