Proċedura : 2017/2285(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0136/2018

Testi mressqa :

A8-0136/2018

Dibattiti :

PV 02/05/2018 - 24
CRE 02/05/2018 - 24

Votazzjonijiet :

PV 03/05/2018 - 7.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0200

RAPPORT     
PDF 619kWORD 65k
4.4.2018
PE 616.859v02-00 A8-0136/2018

dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u l-objettiv tematiku tal-"promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura" - l-Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

(2017/2285(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Andrey Novakov

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Il-politika ta' koeżjoni tal-UE ilha għal għexieren ta' snin l-istrument waħdieni l-aktar vijabbli tal-valur miżjud Ewropew. L-investimenti permezz tal-baġit tal-UE mhux biss jiksbu l-objettivi fuq żmien twil tal-Unjoni iżda għandhom ukoll impatt fuq iċ-ċittadini, il-komunitajiet lokali u n-negozji kollha. Il-preżenza tal-politika ta' koeżjoni fuq livell lokali wasslet għal kredibilità u viżibilità permezz ta' stejjer ta' suċċess.

L-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport taħt l-objettiv tematiku "il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija tar-restrinġiment tat-traffiku f'netwerks ewlenin tal-infrastruttura" huma fost il-kisbiet l-aktar tanġibbli tal-politika ta' koeżjoni, li jikkontribwixxu għall-għeluq ta' lakuni ta' diverġenza differenti fl-UE u għall-bini ta' suq uniku b'saħħtu għal Ewropa kompetittiva.

Dan ir-rapport huwa fil-kuntest tal-Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u għandu l-għan li jivvaluta l-kisbiet, jagħti ħarsa ġenerali lejn l-isfidi u jirreferi għall-perjodu ta' wara l-2020. Dan tal-aħħar huwa importanti b'mod speċjali fid-dawl tal-proposta tal-QFP li jmiss, in-negozjati sussegwenti u l-qafas regolatorju għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss.

Il-kisbiet u l-impatt tal-investimenti għall-2007-2013

In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T, l-Artikoli 170-172 tat-TFUE) għandu l-għan li jiżviluppa netwerk multimodali integrat li jippermetti lill-persuni u l-oġġetti jiċċaqilqu malajr u faċilment fl-UE. Kif issuġġerit fis-sett komprensiv ta' inizjattivi "L-Ewropa Attiva", huwa jikkontribwixxi għal mobilità kompetittiva, konnessa u nadifa għall-Ewropej kollha.

Sa mill-2013, (ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013), l-Unjoni Ewropea żviluppat politika dwar it-TEN-T ġdida, li l-karatteristika ewlenija tagħha kienet approċċ sistematiku ta' netwerk mal-UE kollha. Hija stabbiliet oqsma ta' prijorità għal azzjoni, b'mod partikolari f'sezzjonijiet transfruntiera. Hija tittratta wkoll id-disparitajiet fl-infrastruttura u l-interoperabilità inadegwata, ittejjeb il-konnessjonijiet multimodali, tnaqqas il-livelli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, u żżid l-attenzjoni fuq il-konnessjonijiet ma' pajjiżi terzi. Madankollu, b'baġit totali ta' EUR 8,013-il biljun allokat għall-Programm TEN-T fil-perspettiva finanzjarja tal-2007-2013, ir-rati ta' kofinanzjament (sa massimu ta' 30 % tal-baġit għal xogħlijiet ta' infrastruttura ta' proġett u 50 % għall-istudji) kienu insuffiċjenti, b'mod speċjali f'pajjiżi bl-aktar kwalità baxxa ta' infrastruttura.

Sadanittant, fl-UE27 kollha kemm hi, kien allokat total ta' EUR 81 biljun, jew kważi terz (31 %) tal-ammont globali tal-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK), għal investiment fit-trasport matul il-perjodu 2007-2013. Minn dan, aktar minn żewġ terzi (69 %) kienu allokati għall-membri l-aktar ġodda (pajjiżi tal-UE12, madwar EUR 55,6 biljun), fejn il-ħtieġa ta' investimenti fit-trasport kienet l-akbar. Dan ifisser li minn 309 Programmi Operazzjonali nnegozjati mal-Kummissjoni Ewropea (FEŻR u FK), 238 inkludew appoġġ għas-settur tat-trasport. Minn dawn, il-maġġoranza ġew implimentati fil-livell nazzjonali (li jirrappreżenta 67 fil-mija tal-allokazzjoni totali tal-fondi). Dan irriżulta f'4 900 km ta' toroq ġodda u 28 000 km ta' toroq rikostitwiti, imwettqa fil-parti l-kbira fl-Istati Membri l-aktar ġodda, fil-kostruzzjoni ta' 1 100 km ta' linji ferrovjarji ġodda u fit-titjib ta' 3 900 km ta' linji ferrovjarji (2 600 km tal-linji mibnija jew imtejba fuq it-TEN-T). Dan assigura l-aċċess għat-toroq għal 8,2 miljun aktar ċittadini u naqqas il-ħin tal-ivvjaġġar.

Hemm ukoll ħafna każijiet tajbin ta' investimenti Ewropej fit-trasport bejn l-2007 u l-2013, li servew bħala eżempji tajbin u li ta' min jissemmew - it-tlestija tal-awtostrada Trakia minn Sofija għall-port tal-Baħar l-Iswed ta' Burgas, li tgħaqqad il-belt kapitali, ċentru ta' attività ekonomika, mal-akbar port, u tikkontribwixxi b'mod vitali għall-iżvilupp tal-ekonomija Bulgara, il-modernizzazzjoni tal-linja ferrovjarja E30/C-E 30, is-sezzjoni Kraków – Rzeszów fil-Polonja; Ir-rijabilitazzjoni tat-triq nazzjonali DN6 Alexandria – Craiova fir-Rumanija, il-modernizzazzjoni tal-binarji ferrovjarji minn Votice għal Benešov u Prahy fir-Repubblika Ċeka, il-Mina Ferrovjarja tal-Belt ta' Leipzig (Moduli 5 u 6) fil-Ġermanja u ħafna oħrajn.

Progress fil-perjodu 2014-2020

Meta mqabbel mal-Programm TEN-T tal-2007-2013, il-Programm ta' Trasport FNE tal-2014-2020 jalloka aktar finanzjament għal proġetti fi stadji avvanzati ta' implimentazzjoni, għal xogħlijiet jew għal proġetti mħallta (il-kombinazzjoni ta' studji u xogħlijiet). B'EUR 24,05 biljun disponibbli għal proġetti ta' infrastruttura taħt il-FNE, huwa jintlaħaq b'finanzjament tat-trasport ta' madwar EUR 47 għal kull ċittadin Ewropew. Fost l-akbar 20 proġett, iffinanzjati skont is-sejħiet tal-FNE tal-2014-2015, 79 % minnhom huma proġetti ferrovjarji.

Sadanittant, il-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) jipprevedu total ta' madwar EUR 70 biljun għal proġetti tat-trasport ipprogrammati fil-perjodu 2014-2020: EUR 35,6 biljun għat-trasport taħt il-Fond ta' Koeżjoni u EUR 34,5 biljun għat-trasport taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Minkejja d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni, m'hemm l-ebda impatt negattiv ewlieni fuq l-investimenti fit-trasport. Madankollu, il-progress tal-investimenti fit-trasport bit-triq huwa ħafna aktar ovvju minn dak ferrovjarju taħt il-Fondi ta' Koeżjoni. Minn 9,647 km ta' toroq ippjanati għar-rikostruzzjoni, 1,973 km huma diġà deċiżi; minn 3,103 km toroq ġodda ppjanati, 1,195 km huma diġà deċiżi. Sadanittant, l-istatistika rigward l-investimenti ferrovjarji tvarja, fejn minn 7,052 km ippjanati għar-rikostruzzjoni ferrovjarja, 982 km huma diġà deċiżi u minn 628 km ta' ferroviji ġodda ppjanati, 16 km biss huma deċiżi.

L-isfidi tal-infrastruttura tat-trasport

Il-kwalità tal-infrastruttura hija diverġenti madwar l-UE. Jeħtieġ li tiġi mmodernizzata u miżmuma. Il-finanzjament meħtieġ irid ikun disponibbli minn sorsi kemm pubbliċi kif ukoll privati. Sal-2050 hija mistennija żieda ta' 80 % fit-trasport tal-merkanzija u żieda ta' aktar minn 50 % fit-trasport tal-passiġġieri. Konnessjonijiet neqsin u restrinġiment tat-traffiku eżistenti huma ostakoli serji għall-flussi tat-traffiku. Meta jitqies li l-infrastruttura ssawwar il-mobilità, hija meħtieġa infrastruttura żviluppata b'mod ugwali fil-partijiet tal-Punent u tal-Lvant tal-UE. Inkella, inkunu fir-riskju li nkomplu niffaċċjaw l-effetti negattivi kollha fuq l-ekonomija, l-industrija u s-soċjetà, b'mod speċjali fir-rigward tal-konġestjoni, l-imwiet fit-toroq, l-impatt ambjentali, eċċ.

Il-konġestjoni taffettwa t-traffiku kemm fit-toroq kif ukoll fl-ajru u tiswa lill-Ewropa madwar 1 % tal-PDG annwali. Is-sitwazzjoni se tkompli taggrava minħabba li t-trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri mistenni jikber. Fl-istess ħin, l-imwiet minn inċidenti fit-toroq madwar l-UE naqsu maż-żmien b'mod sostanzjali bi kważi 40 % għal dawn l-aħħar seba' snin.

Għad hemm il-ħtieġa li jiġi promoss it-trasport ekoloġiku b'emissjonijiet baxxi sal-2050 minħabba li l-UE jeħtiġilha tnaqqas l-emissjonijiet tat-trasport b'tal-anqas 60 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, jekk irridu nillimitaw it-tisħin globali għal żieda ta' 2ºC biss. Barra minn hekk, minkejja t-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, it-trasport għadu jiddependi fuq iż-żejt għal 96 % tal-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu.

Sfida serja oħra hija l-interess akbar fin-netwerk tat-trasport Ewropew minn investituri esterni u l-ħtieġa urġenti ta' azzjoni fil-livell Ewropew biex jiġi żgurat li t-trasformazzjoni tat-trasport tiġi definita flimkien mas-sħab tagħna aktar milli ddeterminata x'imkien ieħor fid-dinja.

L-isfidi għall-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport tal-UE

L-investimenti tal-UE f'infrastruttura tanġibbli jikkontribwixxu għall-viżibilità u l-kredibilità tal-Unjoni fuq livell lokali. L-iżvilupp ta' ħtiġijiet tal-infrastruttura għandu bżonn jaqbel maż-żieda proġettata fid-domanda tat-trasport Ewropew. Din tal-aħħar mistennija li tiswa EUR 1,5 triljun sal-2030. Barra minn hekk, sal-2020, il-Kummissjoni tistma li madwar EUR 500 biljun se jkunu meħtieġa biex jitlesta biss in-netwerk trans-Ewropew, u minn dak l-ammont, madwar nofsu huwa meħtieġ biex jegħleb ir-restrinġimenti tat-traffiku ewlenin. Għalkemm il-baġit tal-UE jipprovdi finanzjament sostanzjali għall-infrastruttura fl-Ewropa, l-akbar parti mill-finanzjament għall-proġetti għadha tinkiseb mill-Istati Membri.

L-ewwel nett, ir-rwol ewlieni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) fil-perjodu ta' wara l-2020 jirrikjedi ukoll impenn baġitarju u ta' implimentazzjoni sinifikanti sabiex jiġu koperti l-ambizzjonijiet tal-UE relatati mal-infrastruttura tat-trasport reġjonali bħala prerekwiżit għat-tkabbir u l-iżvilupp. Bħalissa, il-livell ta' ambizzjoni u l-istimi tal-investiment jeċċedu għal darb'oħra r-riżorsi disponibbli.

It-tieni nett, l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni hija ferm meħtieġa. Biex is-settur tat-trasport jinżamm kompetittiv fis-suq globali u fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi fit-trasport, il-baġit ta' EUR 6,3 biljun għal trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat għall-perjodu 2014-2020 għall-Orizzont 2020 huwa ferm insuffiċjenti, li jwassal għal darb'oħra għal sottoskrizzjoni żejda għal proposti u nuqqas ta' finanzjament għal proġetti ta' kwalità.

It-tielet nett, hemm ukoll ċerti nuqqasijiet relatati mal-effiċjenza fil-proċessi ta' proġetti. Dawn jinkludu dewmien fl-iskeda minħabba l-kumplessità enormi, nuqqas ta' finanzjament u/jew garanziji finanzjarji, nuqqas ta' koordinazzjoni, piż amministrattiv għall-awtoritajiet maniġerjali u għall-benefiċjarji u l-kuntratturi, tħejjija u ppjanar tal-proġetti, u restrizzjonijiet regolatorji.

Imbagħad, l-ammonti ta' self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huma ġeneralment limitati għal 50 % tal-investiment tal-proġett, li jista' jkun insuffiċjenti għal proġetti statistiċi fuq skala kbira f'pajjiżi fejn jinħtieġu l-aktar l-investimenti fit-trasport. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għadhom ma jiddisponux bl-istess kapaċità biex jaħdmu bi strumenti finanzjarji, jorganizzaw il-PPPs u jimplimentaw sinerġiji bejn diversi tipi ta' finanzjament, li jaffettwa l-progress tagħhom b'mod negattiv. Is-servizzi ta' appoġġ eżistenti mhumiex effettivament preżenti fuq livell lokali biex jiġu indirizzati dawk id-dgħufijiet ta' kapaċità.

Fl-aħħar nett, m'għandu jkun hemm l-ebda strateġija unika għall-investiment fir-reġjuni Ewropej, minħabba li f'xi każijiet il-preġudizzju statistiku jrendi r-reġjuni kollha ineliġibbli minħabba l-eżistenza ta' ċentri metropolitani ekonomikament b'saħħithom fil-klassifika kurrenti ta' NUTS 2. F'ċerti Stati Membri, it-tipoloġija NUTS 2 ma tikkorrispondix għall-istruttura ta' governanza reġjonali, li twassal għal diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni.

L-Ewropa teħtieġ ukoll il-funzjonalità u l-potenzjal sħiħ tat-TEN-T permezz tat-tlestija tiegħu u l-konnettività komprensiva bejn ir-reġjuni transfruntiera. F'dan l-istadju, l-assistenza konsultattiva u l-bini ta' kapaċità fil-livell tal-proġett jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istrumenti eżistenti. Aħna niffaċċjaw il-ħtieġa urġenti li jiġu appoġġjati l-ekonomija u l-impjiegi fir-reġjuni tal-fruntiera tagħna.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u l-objettiv tematiku tal-"promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura" - l-Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

(2017/2285(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-politika ta' koeżjoni u l-objettiv tematiku tal-"promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura" - l-Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru 1303/2013 dwar strumenti finanzjarji sostnuti mill-Fondi ESI(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (UE) Nru 1301/2013 dwar il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerks(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(d) tar-Regolament tal-Fond ta' Koeżjoni (UE) Nru 1300/2013 dwar il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerks prinċipali(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010(6),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 – "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE"(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar it-taħlita ta' finanzjament it-tajba għar-reġjuni tal-Ewropa: ibbilanċjar tal-istrumenti u l-għotjiet finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni tal-UE(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2009 dwar il-Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T(12),

–  wara li kkunsidra s-Seba' Rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tad-9 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna" (COM(2017)0583),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE" (COM(2017)0623),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi" (COM(2013)0913),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu "Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050" (COM(2011)0112),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 bit-titolu "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2009 bit-titolu "TEN-T: Eżami tal-politika - Lejn netwerk Trans-Ewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport" (COM(2009)0044),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni ta' Awwissu 2016 bit-titolu "WP1: Rapport ta' sinteżi: Evalwazzjoni ex post tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013, b'enfasi fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK)",

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Xejriet ta' żvilupp reġjonali fl-UE - WP1: Rapport ta' sinteżi: Evalwazzjoni ex post tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013, b'enfasi fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK)",

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Mejju 2016 bit-titolu "PAKKETT TA' ĦIDMA 5: Evalwazzjoni ex post tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013, b'enfasi fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK)",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta' April 2017 bit-titolu "Il-kompetittività fir-reġjuni b'introjtu baxx u bi tkabbir baxx: Ir-rapport dwar ir-reġjuni li għadhom lura" (SWD(2017)0132),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2010 bit-titolu "Konsultazzjoni dwar il-politika futura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport" (COM(2010)0212),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu "Approximated European Union greenhouse gas inventory: Proxy GHG emission estimates for 2016" (Inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea: Stimi proxy tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2016),

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "The world is changing, transport, too" (Id-dinja qiegħda tinbidel, u anke t-trasport), ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament, id-Dipartiment Tematiku B: Il-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "The future of the EU's transport infrastructure" (Il-futur tal-infrastruttura tat-trasport tal-UE), ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament, id-Dipartiment Tematiku B: Il-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, Jannar 2010,

–  wara li kkunsidra l-ktieb statistiku tal-Eurostat tal-2016 bit-titolu "Energy, transport and environment indicators - 2016 edition" (Indikaturi tal-enerġija, tat-trasport u tal-ambjent - edizzjoni 2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0136/2018),

A.  billi l-konċentrazzjoni tematika, bil-ħsieb li żżid l-effikaċja tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u li tappoġġja l-isforzi tar-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, iffukat deliberatament l-investimenti taħt l-objettiv tematiku 7 fuq it-titjib tal-kwalità tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż l-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti;

B.  billi l-Fondi ta' Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp kemm tan-netwerk TEN-T kif ukoll tal-infrastruttura tat-trasport reġjonali u lokali li ma tkunx qiegħda fit-TEN-T, b'mod partikolari fi Stati Membri u f'reġjuni inqas żviluppati fejn għad hemm bżonn li jsir sforz konsiderevoli biex jgħaqqdu konnessjonijiet nieqsa, ineħħu r-restrinġimenti tat-traffiku u jimmodernizzaw il-vetturi ferrovjarji;

C.  billi s-settur tat-trasport u l-infrastruttura għal dak is-settur huma ċentrali u essenzjali għall-iżvilupp ta' kwalunkwe pajjiż, kif ukoll għall-benessri tal-popolazzjonijiet tal-Istati Membri, li huma r-raġuni għaliex is-settur tat-trasport jibqa' qasam ta' investiment ewlieni li jikkontribwixxi għat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp billi jagħti spinta lill-potenzjal ekonomiku ta' kull reġjun tal-UE, u għalhekk iżid il-koeżjoni ekonomika u soċjali, jappoġġja s-suq intern u b'hekk jiffaċilita l-koeżjoni, l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali u ekonomika, jegħleb l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni, jiffaċilita l-aċċess għas-servizzi u t-taħriġ fir-reġjuni ultraperiferiċi li bħalissa jinsabu f'riskju ta' depopolazzjoni, u jsaħħaħ il-bidu tan-negozji u n-netwerks tal-iżvilupp;

D.  billi fil-perjodu 2007-2013, EUR 81 biljun, jew kważi terz (31 %) tal-Fondi SIE ġew investiti fl-infrastruttura tat-trasport; billi l-impatt pożittiv l-aktar b'saħħtu tal-investiment tal-UE fl-infrastruttura tat-trasport huwa partikolarment u speċifikament viżibbli fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fejn ġie allokat lilhom 69 % tal-finanzjament tat-trasport totali;

E.  billi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 huwa mmarkat permezz tal-Fondi SIE u baġit tal-FNE miżjuda; billi, minkejja l-effetti negattivi tal-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji reċenti u d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni, m'hemm l-ebda impatt ewlieni fuq l-investimenti fit-trasport; billi l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport tal-UE huma waħda mill-politiki li jipprovdu l-ogħla valur miżjud tal-UE minħabba l-effetti konsegwenzjali ġewwa, fost l-oħrajn, is-suq uniku, li effettivament jagħmlu lill-Istati Membri kollha benefiċjarji netti tal-investiment;

F.  billi stejjer ta' suċċess li jinvolvu proġetti tat-toroq, tal-ferroviji u tal-portijiet sostnuti mill-baġit tal-UE jikkontribwixxu għall-ekonomija, it-tkabbir, l-industrija, l-esportazzjoni, it-turiżmu, il-kummerċ, il-ħolqien tal-impjiegi, ir-rivitalizzazzjoni tar-reġjuni u t-treġġigħ lura tax-xejriet tad-depopolazzjoni; billi hemm eżempji ta' valur miżjud tal-UE, bħalma huma l-modernizzazzjoni tal-linja ferrovjarja E30/C-E30 minn Krakovja għal Rzeszow fil-Polonja, il-linja ferrovjarja minn Sofija għal Plovdiv fil-Bulgarija, il-Mina Ferrovjarja tal-Belt ta' Leipzig (Moduli 5 u 6) fil-Ġermanja, il-modernizzazzjoni tal-linji ferrovjarji minn Votice għal Benešov u Prahy fir-Repubblika Ċeka, ir-rikostruzzjoni tas-salib it-toroq Ülemiste f'Tallinn, l-Estonja, ir-riabilitazzjoni tat-triq nazzjonali DN6 minn Lixandra għal Craiova fir-Rumanija, il-ferrovija ta' veloċità għolja minn Madrid għal Valencia-Murcia fi Spanja, it-tlestija tal-awtostrada Trakia minn Sofija lejn il-port ta' Burgas mal-Baħar l-Iswed, il-linja 4 tal-Metro ta' Budapest fl-Ungerija, il-linji tal-metro ta' Sofija fil-Bulgarija u ħafna oħrajn;

G.  billi l-infrastruttura tat-TEN-T u tat-trasport bħat-toroq, l-investimenti fil-ferroviji (b'veloċità għolja), il-passaġġi fuq l-ilma u l-ajru huma prijoritajiet tal-UE, u li kieku l-investiment Ewropew kellu jaqa' lura, IDB miżjud jaf jimla l-lakuna filwaqt li jiġu rilokati l-profitti, it-taxxi u l-opportunitajiet tal-impjiegi barra mill-UE, forsi filwaqt li jiżdiedu d-dipendenza u l-instabilità makroekonomika tar-reġjuni; billi dan il-proċess jimmina l-preżenza u l-politiki reġjonali tal-Unjoni fuq żmien twil u jwassal għal frammentazzjoni u diverġenza;

H.  billi l-iżvilupp tal-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni jinkludi numru ta' komponenti integrali bħal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (tagħmir għall-iċċarġjar) u sistemi ta' trasport intelliġenti u innovattivi, u għandu rwol essenzjali bħala fattur li jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport kollha kemm hi;

I.  billi n-netwerks tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali li jkunu intelliġenti, applikabbli għall-futur, sostenibbli u interkonnessi għalkollox huma kundizzjoni neċessarja għat-tlestija u t-tħaddim bla xkiel tas-suq uniku Ewropew u biex l-Ewropa tiġi konnessa mas-suq dinji; billi dawn huma arterji ġenwini għat-tkabbir tal-produttività ekonomika Ewropea, għall-koeżjoni territorjali u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha;

J.  billi approċċ aktar integrat għall-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport ineħħi r-restrinġimenti tat-traffiku, itejjeb il-konnettività multimodali u jżid l-investimenti fil-bidliet mit-triq għall-ferrovija, kif ukoll fil-vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, bħal pereżempju vetturi elettriċi, kif ukoll ferroviji u passaġġi fuq l-ilma; billi dan iwassal għal diversifikazzjoni tal-enerġija fit-trasport u fin-netwerks ta' trasport aktar ekoloġiku, li b'hekk tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, ittejjeb il-kwalità tal-arja, u tistimula azzjonijiet ulterjuri li jiġġieldu t-tibdil fil-klima;

K.  billi t-trasport huwa element importanti tal-politika tal-enerġija u tal-klima tal-UE, u billi l-miri tal-UE għal kwota minima ta' enerġija li tiġġedded u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jistgħux jintlaħqu mingħajr kontribuzzjoni sinifikanti mit-trasport;

1.  Jissottolinja li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), il-Fond ta' Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għandhom jibqgħu s-sorsi bażiċi tal-UE għal investimenti fl-infrastruttura tat-trasport taħt l-objettiv tematiku tal-"promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' restrinġimenti tat-traffiku f'netwerks tal-infrastruttura ewlenin" fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jipproponi li, minħabba l-valur miżjud Ewropew għoli u l-effetti konsegwenzjali estensivi ġġenerati, dawn is-sorsi ta' finanzjament għandhom jibqgħu disponibbli u għandhom jipprovdu kopertura bbilanċjata għall-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni tal-UE;

2.  Jinnota li l-loġika tal-intervent wara l-investiment tal-UE fl-infrastruttura tat-trasport għandha tibqa' kostruzzjoni bbilanċjata sew ta' sorsi ta' ġestjoni ġestiti u kondiviżi b'mod ċentrali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-politika u tal-finanzjament; ifakkar li l-FNE għandha l-għan li tindirizza b'mod ċentrali l-prijorità mal-UE kollha tal-kurituri tat-TEN-T, inklużi l-aspetti marbuta mas-sigurtà, l-innovazzjoni teknoloġika u l-ambjent; ifakkar ukoll li l-FEŻR u l-FK għandhom dimensjoni reġjonali qawwija li twieġeb għal domanda lokali (żoni urbani u periurbani) u għal speċifiċitajiet reġjonali; jirrimarka li huma jappoġġjaw il-konnettività tat-TEN-T u l-mobilità permezz ta' nodi sekondarji u terzjarji u terminali multimodali (in-netwerk komprensiv tat-TEN-T); jissottolinja, f'dan il-kuntest, li l-pakketti baġitarji rilevanti għat-tliet sorsi ta' finanzjament għandhom bżonn jissaħħu b'mod ibbilanċjat sabiex tiġi evitata distribuzzjoni asimmetrika tal-investiment bejn il-livelli; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita proċeduri simplifikati, f'waqthom u flessibbli għat-trasferibilità tar-riżorsi bejn ir-reġjuni, il-programmi operazzjonali u l-assi ta' programmi taħt il-Fondi SIE sabiex jirrispondi b'mod adegwat għar-realtà ekonomika li qed tinbidel u għad-domanda reġjonali;

3.  Iqis li r-rwol ta' sorsi addizzjonali bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-istrumenti finanzjarji għandu bżonn jiġi definit fid-dawl tal-komplementarjetà tagħhom mal-FEŻR u l-FK u l-addizzjonalità tagħhom għall-operazzjonijiet ta' self tal-BEI; jinnota li s-Sejħa għal Finanzjament Imħallat tat-Trasport tal-FNE tal-2017 kienet maħsuba wkoll biex issaħħaħ dawk is-sinerġiji kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, u li huwa meħtieġ aktar appoġġ għall-kapaċità; jinnota f'dan ir-rigward li l-FEIS għandu jservi bħala pjattaforma għal sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) fi strumenti finanzjarji li jaqblu għal investiment privat u għal finanzjament nazzjonali/reġjonali fil-livell tal-proġetti; jinnota li proġetti ta' infrastruttura bankabbli għandhom primarjament jiġu sostnuti minn self, garanziji tal-UE jew finanzjament imħallat, flimkien ma' finanzjament mill-FEŻR, FK jew l-FNE; jemmen, madankollu, li l-għotjiet għandhom jibqgħu s-sors finanzjarju ewlieni ta' investiment għal finanzjament sostenibbli għat-trasport pubbliku;

4.  Jinnota li l-infrastruttura tirrikjedi kwantifikazzjoni ex ante oġġettiva tad-domanda u l-ħtiġijiet futuri qabel ma jiġu stabbiliti l-baġit u l-metodi ta' twassil; jissottolinja li għandu jkun possibbli għall-kriterji ta' eliġibilità tal-FEŻR u tal-FK, f'dawn l-objettivi ewlenin ta' infrastruttura tan-netwerk, li jqisu d-domanda eżistenti fil-livell territorjali xieraq; jinnota wkoll li l-immudellar tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, reġjonali u lokali jista' jkun effettiv biex juri fejn l-investiment iwassal bl-aħjar mod għal valur miżjud Ewropew;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tippromwovi trasport sostenibbli u tneħħi r- restrinġimenti tat-traffiku f'infrastrutturi ewlenin tan-netwerks, biex tfassal lista ta' verifika tal-kriterji ta' eliġibilità, li tesprimi aħjar il-ħtiġijiet lokali u reġjonali rigward l-infrastruttura tat-trasport, sabiex jgħinu biex jiġi ddeterminat il-pakkett globali tat-trasport, l-investimenti meħtieġa, u l-prijoritajiet li jridu jiġu stabbiliti; jinnota l-importanza li nibbażaw ruħna fuq data mit-Tabella ta' Valutazzjoni tat-Trasport tal-UE, li tkun ta' kwalità għolja, affidabbli, aġġornata, strutturata u disponibbli; jinnota, barra minn hekk, li din il-lista ta' verifika tista' tinkludi kwistjonijiet bħalma huma l-konnettività multimodali, l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali, id-disponibilità ta' mezzi alternattivi ta' trasport, is-sikurezza fit-triq u bil-ferrovija, u l-impatt ambjentali;

6.  Jinnota l-ħtieġa għal investiment aktar integrat f'infrastrutturi tat-trasport bażiċi f'reġjuni inqas żviluppati, kif ukoll f'reġjuni muntanjużi, remoti, spopolati jew ultraperiferiċi b'aċċessibilità baxxa, biex jiġu mmirati b'mod aktar intensiv mill-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport tal-FEŻR, l-FNE u l-FK wara li l-valur miżjud tal-UE jkun ġie pprovdut minn analiżi adegwata tal-kostijiet u l-benefiċċji, u jinnota l-ħtieġa li tittejjeb il-ħidma fuq il-konnettività multimodali; jenfasizza li t-titjib tal-aċċessibilità f'dawn ir-reġjuni huwa prekondizzjoni għall-iżvilupp ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri – permezz ta' konsultazzjoni pubblika qabel l-implimentazzjoni tal-proġett – biex jinkoraġġixxu l-involviment aktar attiv tas-settur pubbliku f'soluzzjonijiet tat-trasport fil-livell nazzjonali, reġjonali iżda anki f'dak lokali/urban u rurali bil-għan li jiżviluppaw l-investimenti ottimali tat-trasport;

7.  Jinnota li l-innovazzjonijiet sostenibbli fit-trasport jirrikjedu sinerġiji u addizzjonalità bejn it-tliet strumenti prinċipali – il-Fondi SIE, l-FNE u l-Orizzont 2020 kif ukoll is-suċċessur tiegħu;

8.  Jitlob li l-appoġġ tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea min-naħa tal-FEŻR jissaħħaħ permezz ta' riżorsi addizzjonali, b'fokus fuq investimenti sostenibbli u ewlenin fl-infrastruttura tat-trasport (bħal passaġġi tal-ilma transfruntiera, portijiet, pontijiet, ferroviji, mezzi tat-trasport u terminals interkonnessi, eċċ.); jifhem li l-fokus għandu jkun fuq il-konnettività f'reġjuni transfruntiera, inklużi l-fruntieri esterni tal-UE, l-assistenza konsultattiva u l-bini ta' kapaċità fil-livell tal-proġetti; jitlob li jitneħħew l-ostakoli sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti, u b'mod partikolari l-investimenti transfruntiera (fit-trasport fuq il-passaġġi tal-ilma, dak ferrovjarju u dak fit-toroq) u l-aċċess għas-swieq esterni;

9.  Jitlob li jingħalqu l-lakuni fl-infrastruttura tat-trasport mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fir-rigward ta' proġetti tat-trasport integrat billi l-fokus jintefa' fuq aktar investiment fil-konnettività u fuq l-indirizzar ta' problemi tar-restrinġiment tat-traffiku, b'mod partikolari fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perspettiva Ewropea għall-Balkani tal-Punent; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u tal-istrateġiji makroreġjonali għal proġetti integrati tat-trasport, filwaqt li ħa nota tal-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar tal-pjanijiet u l-proġetti fil-qasam tat-trasport li jkollhom l-għan li jagħlqu l-lakuni tat-trasport, pereżempju mal-Balkani tal-Punent; ifakkar ukoll, f'dan il-kuntest, li l-portijiet marittimi u l-passaġġi interni huma ħafna drabi entitajiet transfruntiera u għandhom jibbenefikaw mill-istess rata ta' kofinanzjament bħall-proġetti ferrovjarji u tat-toroq transfruntiera;

10.  Jenfasizza l-bżonn li tiġi integrata l-protezzjoni tal-klima fil-politika ta' koeżjoni fir-rigward tal-objettiv tat-trasport sostenibbli, b'hekk jintlaħqu l-objettivi tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jintegraw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE fil-proċess tal-adozzjoni u l-ippjanar ta' proġetti eliġibbli għal finanzjament, b'mod partikolari Natura 2000, valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, il-kwalità tal-arja, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, u t-"Transport and Environment Reporting Mechanism" (TERM) tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea;

11.  Jenfasizza li għandu jingħata appoġġ akbar għall-promozzjoni ta' ġestjoni intelliġenti tat-traffiku, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni, billi jsir użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti u permezz tar-ridirezzjonar tat-traffiku lejn sigħat kwieti;

12.  Jappella għal politika Ewropea tat-trasport komuni adegwata u ambizzjuża li tkun ibbażata fuq qafas ta' finanzjament li jkun integrat u kkoordinat mal-istrumenti tat-trasport tal-UE; iqis li għandha tiġi ppreservata l-konċentrazzjoni tematika sabiex jiġu permessi simplifikazzjoni u sinerġiji bejn sorsi ta' finanzjament differenti fil-livell tal-proġetti; jipproponi l-ħolqien ta' sett uniku ta' regoli għas-sorsi kollha ta' finanzjament relatati mal-objettivi tematiċi kollha; iqis li huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati, standardizzati u aċċellarati l-proċeduri tal-akkwist pubbliku u tal-konformità tal-għajnuna mill-Istat;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu bil-kofinanzjament ta' proġetti fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss f'konformità mal-prinċipju "tużah jew titilfu";

14.  Jilqa' l-ħidma tal-Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS), iċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza dwar is-Sħubija Pubblika-Privata (EPEC) u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH); jistenna, madankollu, li l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport tal-Grupp tal-BEI fl-UE jiddedikaw ferm aktar riżorsi għall-għoti ta' assistenza konsultattiva komprensiva lill-awtoritajiet fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali fi stadju aktar bikri fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni minn qabel tal-proġetti b'valur miżjud tal-UE;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tar-Regolament(i) il-ġdid/il-ġodda dwar il-politika ta' koeżjoni wara l-2020, tipproponi allokazzjoni akbar tal-fondi disponibbli sabiex il-bliet ikunu jistgħu jitfgħu offerti b'mod konġunt għal infrastruttura jew teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport urban u jnaqqsu t-tniġġis tal-arja mill-vetturi tat-triq;

16.  Jappoġġja l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati għal riċerka, programmi u proġetti li jippromwovu s-sikurezza fit-toroq fl-Ewropa, f'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi jsiru disponibbli biex jappoġġjaw il-mobilità urbana sostenibbli, l-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport intelliġenti, proġetti għal ċiklisti u għal persuni bil-mixi u aċċessibilità aħjar għat-trasport għal persuni b'diżabilità;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 343.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 358.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 295.

(4)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 284.

(5)

ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(6)

ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

(7)

ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2018)0067.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2017)0316.

(10)

Testi Adottati, P8_TA(2017)0222.

(11)

ĠU C 316, 22.9.2017, p. 155.

(12)

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 35.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (20.3.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-objettiv tematiku "il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin" – Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)

(2017/2285(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kosma Złotowski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-konċentrazzjoni tematika, bil-ħsieb li żżid l-effikaċja tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u tappoġġja l-isforzi tar-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, iffukat deliberatament l-investimenti taħt l-objettiv tematiku 7 fuq it-titjib tal-kwalità tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż l-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti;

B.  billi l-politiki ta' koeżjoni għandhom bżonn jiġu intensifikati sabiex ireġġgħu lura d-differenzi dejjem ikbar bejn l-Istati Membri, inkluż billi jiżdied il-baġit tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-Fondi ta' Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp kemm tan-netwerk TEN-T u kemm tal-infrastruttura tat-trasport reġjonali u lokali li ma tkunx qiegħda fit-TEN-T, b'mod partikolari fi Stati Membri u f'reġjuni inqas żviluppati fejn għad hemm bżonn li jsir sforz konsiderevoli biex jgħaqqdu l-konnessjonijiet nieqsa, ineħħu l-konġestjonijiet u jimmodernizzaw il-vetturi ferrovjarji;

D.  billi s-settur tat-trasport u l-infrastruttura għal dak is-settur huma ċentrali u essenzjali għall-iżvilupp ta' kwalunkwe pajjiż, kif ukoll għall-benessri tal-popolazzjoni tal-Istati Membri, li huma r-raġuni għaliex is-settur tat-trasport jibqa' qasam ta' investiment ewlieni li jikkontribwixxi għat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp billi jagħti spinta lill-potenzjal ekonomiku ta' kull reġjun tal-UE, u għalhekk ikompli jżid il-koeżjoni ekonomika u soċjali, jappoġġja s-suq intern u b'hekk jiffaċilita l-koeżjoni, l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali u ekonomika, jegħleb l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni, jiffaċilita l-aċċess għas-servizzi u t-taħriġ fir-reġjuni l-aktar remoti li bħalissa jinsabu f'riskju ta' depopolazzjoni, u jsaħħaħ in-netwerks biex jiġu mibdija u żviluppatibidu n-negozji;

E.  billi l-iżvilupp tal-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni jinkludi, bħala parti integrali, komponenti bħalma huma infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (tagħmir għall-iċċarġjar) u sistemi ta' trasport intelliġenti u innovattivi, u għandu rwol essenzjali bħala fattur li jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport kollha kemm hi;

F.  billi ġew allokati madwar EUR 24 biljun għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020 permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, b'mod speċjali għall-proġetti ferrovjarji;

G.  billi l-baġit totali għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Trasport huwa ta' EUR 24,05 biljun għall-perjodu 2014-2020, li minnhom EUR 11,305 biljun huma disponibbli speċifikament għal proġetti li jinsabu ġewwa t-territorji tal-Istati Membri li huma eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni;

H.  billi l-investiment sostenibbli għandu rwol kritiku mhux biss fl-indirizzar determinat tar-restrizzjonijiet ta' kapaċità u tad-deterjorament tal-infrastruttura, iżda wkoll fl-għoti ta' manutenzjoni fuq medda twila ta' żmien;

I.  billi l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida komuni li jiffinanzjaw l-infrastruttura tat-trasport b'baġit strett ħafna u joħolqu netwerk li jintegra aħjar u jgħaqqad flimkien il-mezzi tat-trasport differenti, kif ukoll jiżguraw servizzi tat-trasport effiċjenti u s-sikurezza tal-passiġġieri;

J.  billi l-biċċa l-kbira tal-fondi tal-UE allokati għat-trasport huma ġestiti fil-Kummissjoni minn Direttorati Ġenerali minbarra d-DĠ MOVE, sitwazzjoni li ma tiffavorixxix approċċ armonizzat għat-tlestija tat-TEN-T;

1.  Jinnota l-progress, li għadu limitat, li sar fit-tlestija tal-partijiet strateġiċi tan-netwerks TEN-T ewlenin u komprensivi permezz ta' proġetti ppjanati taħt il-FEŻR u l-FK, u rata baxxa ta' selezzjoni ta' proġetti; jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, li kellu impatt negattiv sinifikanti fuq l-investimenti fit-trasport ferrovjarju; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinvestiga kif jistgħu jingħelbu l-limitazzjonijiet preżenti li hemm fl-implimentazzjoni, u jistedinha tipproponi modi kif tista' tiżdied ir-rata ta' selezzjoni tal-proġetti;

2.  Ifakkar li l-Istati Membri kienu obbligati, mir-regolamenti u l-ftehimiet ta' sħubija kkompletati mal-Kummissjoni, jippreżentaw, sa tmiem l-2016, l-istrateġiji tagħhom tat-trasport għall-perjodu sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprovdi lill-Parlament evalwazzjoni tal-proposti minn strateġiji nazzjonali, Programmi Operazzjonali nazzjonali u t-TEN-T, u tfassal u tippubblika strateġija informali għat-trasport ibbażata fuq l-istrateġiji nazzjonali żviluppati mill-Istati Membri skont il-ftehimiet ta' sħubija; jistieden lill-Kummissjoni biex ukoll tfassal, tippubblika u taġġorna kontinwament mappa tat-TEN-T tal-proġetti tat-trasport li qed jiġu implimentati jew proposti taħt il-Programmi Operazzjonali tal-Istati Membri għaż-żewġ perjodi ta' finanzjament 2007-2013 u 2014-2020; jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tikkompila rapporti speċjali dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-perjodi ta' tħejjija tal-proġetti, il-proċeduri ta' akkwist, l-ispiża tal-istudji dwar il-fattibbiltà u tal-inġinerija, l-ispejjeż tal-bini, u l-effiċjenza ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tqis ir-Rapporti Speċjali tal-QEA utevalwa l-possibbiltà tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki sabiex tarmonizza l-proċeduri u tistabbilixxi spejjeż standard li jippermettu l-infiq aħjar tal-flus tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli amministrattivi interni tagħha sabiex iżżid l-involviment tad-DĠ MOVE fid-deċiżjonijiet dwar proġetti u proċeduri relatati mat-trasport; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li ttejjeb u ssaħħaħ l-involviment tad-Direttorati Ġenerali responsabbli fil-programmi operazzjonali relatati mat-trasport sabiex timplimenta aħjar ir-Regolament tat-TEN-T;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija hawn fuq għal regolamenti dwar il-politika tat-trasport wara l-2020;

5.  Jenfasizza li diversi Stati Membri għadhom lura fir-rigward tal-ilħuq tal-miri bażiċi komuni tal-politika tat-trasport tal-UE dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-bidla modali lejn it-trasport ferrovjarju u l-passaġġi fuq l-ilma interni sostenibbli, b'mod speċjali meta jitqabblu Stati Membri ċentrali u tal-Lvant ma' dawk tal-Punent; jinnota li l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom mhumiex dejjem allinjati mal-prijoritajiet ta' investiment tal-UE u jitlob, għalhekk, li jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna neċessarji mill-Kummissjoni fil-finanzjament tal-proġetti tat-trasport taħt il-FEŻR u l-FK u li jingħata appoġġ għall-programmi ta' investiment ta' perjodu ta' żmien medju sa twil; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni talloka assistenza teknika lill-pajjiżi li jkunu qed jaqgħu lura fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi fundamentali tal-UE fis-settur tat-trasport;

6.  Jappella għall-appoġġ kontinwu u bbilanċjat tan-netwerks tat-TEN-T ewlenin u komprensivi u tal-prijoritajiet orizzontali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni għall-proġetti ta' infrastruttura transfruntiera Ewropej, sabiex ilestu n-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ewlieni u komprensiv, kif ukoll iżommu, jaġġornaw u jirrinnovaw l-infrastruttura eżistenti u jintegraw aħjar in-netwerks tat-trasport nazzjonali f'konnessjonijiet transfruntiera f'dawk li huma interkonnettività, intermodalità u interoperabbiltà; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' pakketti tal-baġit adegwati u programmi ta' finanzjament strutturati b'mod ċar taħt il-politiki tat-trasport u ta' koeżjoni wara l-2020, b'fokus fuq il-konnessjonijiet transfruntiera reġjonali neqsin li huma żarmati u abbandunati;

7.  Jirrikonoxxi l-applikazzjoni usa' tal-approċċ ta' taħlit; jitlob, madankollu, li jiżdiedu b'mod sostanzjali l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-assistenza teknika u l-għodod preparatorji biex l-Istati Membri jxerrdu informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji; ifakkar ukoll li l-istrumenti finanzjarji mhux dejjem huma xierqa għall-finanzjament tat-trasport ferrovjarju, tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew tal-proġetti transfruntiera u li l-pajjiżi iżgħar qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-sħubiji pubbliċi-privati (SPP); jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li finanzi pubbliċi u privati jiġu katalizzati bil-għan li n-netwerk prinċipali tat-TENT-T jitlesta sal-2030; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jinżamm komponent qawwi ta' għoti fil-fondi tal-UE peress li l-għotjiet għadhom għodda essenzjali biex jiġi attirat il-finanzjament privat u jitnaqqsu d-diskrepanzi bejn l-Istati Membri, kif ukoll biex jiġi ggarantit bilanċ ġust bejn l-investituri pubbliċi u privati fil-kondiviżjoni tal-profitti u tat-telf; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tidentifika strumenti finanzjarji xierqa sabiex tiżgura l-interkonnettività fl-UE kollha, flimkien ma' servizzi tat-trasport aktar effiċjenti u aktar sikuri; jenfasizza, madankollu, li ma jistgħux jinħolqu strumenti ġodda ta' finanzjament tal-UE jew fondi ġodda tal-UE għad-detriment tal-finanzjament tal-politika tat-trasport jew għad-detriment ta' kwalunkwe pakkett finanzjarju li jkun speċifiku għat-trasport;

8.  Jisħaq, fid-dawl tal-isfidi futuri li qed tiffaċċja l-politika tat-trasport tal-UE fis-suq globali, b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda, l-ITS u l-kompetizzjoni dejjem ikbar tas-suq, fuq il-ħtieġa li jinżamm għall-inqas l-istess livell ta' finanzjament għall-proġetti ta' investiment fit-trasport tal-UE;

9.  Jitlob li jiġu allokati fondi tal-politika ta' koeżjoni għall-iżvilupp ta' infrastruttura multimodali, inkluż appoġġ għad-disinn ta' terminals multimodali u l-iżvilupp ta' sistemi tal-ITS għal trasport ikkombinat;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu bil-kofinanzjament ta' proġetti fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss f'konformità mal-prinċipju "tużah jew titilfu";

11.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni japplikaw il-prinċipju tal-utent iħallas u dak ta' min iniġġes iħallas għat-tariffi li jitolbu għan-netwerks tat-toroq tagħhom, sabiex iħeġġu l-loġistika ħadra u jiġġeneraw dħul li jista' jikkumpensa l-baġits pubbliċi differenti involuti;

12.  Jappoġġja l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati għal riċerka, programmi u proġetti li jippromwovu s-sikurezza fit-toroq fl-Ewropa, b'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jżidu l-appoġġ tagħhom għall-infrastruttura tar-roti, bħalma hu l-iżvilupp ulterjuri tan-netwerk EuroVelo, flimkien ma' konnessjonijiet ferrovjarji Ewropej;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi jsiru disponibbli biex jappoġġjaw il-mobbiltà urbana sostenibbli, l-iżvilupp ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, il-proġetti għaċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi u aċċessibbiltà mtejba għat-trasport għall-persuni b'diżabbiltà.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, João Pimenta Lopes, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gilles Lebreton

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen,

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

ENF

Georg Mayer

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

3

-

EFDD

Jill Seymour

GUE/NGL

Merja Kyllönen, João Pimenta Lopes

1

0

ENF

Gilles Lebreton

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Raymond Finch, Iratxe García Pérez, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Paul Nuttall, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Elsi Katainen, Ivana Maletić, Tonino Picula, Bronis Ropė, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Serrão Santos


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller

S&D

Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Iratxe García Pérez, Elena Gentile, Constanze Krehl, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Ricardo Serrão Santos, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Damiano Zoffoli

10

-

EFDD

Rosa D'Amato, Raymond Finch, Paul Nuttall

ENF

Steeve Briois

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee, Ángela Vallina

NI

Konstantinos Papadakis

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Davor Škrlec

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' April 2018Avviż legali