Proċedura : 2017/2136(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0137/2018

Testi mressqa :

A8-0137/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0121

RAPPORT     
PDF 1880kWORD 182k
4.4.2018
PE 612.402v01-00 A8-0137/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Joachim Zeller

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1)

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2017)0351),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05940/2018 – C8-0042/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(6);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi "L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura" u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(16);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(26);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"(36),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(37);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(47);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' ... ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni  2013/778/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(57);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(67);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2017)0351),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(70), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(71) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05940/2018 – C8-0042/2018),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(72), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(73), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(74);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9.  MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi l-infiq tal-UE huwa strument sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika, u bħala medja jirrappreżenta 1,9 % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri;

B.  billi, meta jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, il-Parlament jivverifika jekk il-fondi jkunux intużaw b'mod korrett jew le, u jekk l-objettivi ta' politiki jkunux intlaħqu jew le;

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

D.  billi l-prinċipji baġitarji Ewropej, tal-eżattezza baġitarja, tal-annwalità, tal-ekwilibriju, tal-universalità, tal-ispeċifikazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza jridu jiġu rispettati fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

E.  billi n-nefqa taħt il-baġit tal-Unjoni għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu eliminati l-lakuni fil-politiki soċjali tagħha;

F.  billi l-baġit tal-Unjoni għandu jqis l-implimentazzjoni ta' pilastru soċjali;

G.  billi l-politika ta' koeżjoni hija sors ta' investiment pubbliku intiż biex iġib valur miżjud ċar u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Il-prijoritajiet politiċi

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw l-objettivi tal-politika u ċ-ċikli finanzjarji tal-Unjoni, il-leġiżlatura tal-Parlament u l-mandat tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-perjodu ta' finanzjament attwali u evalwazzjoni ta' dawn l-aħħar perjodi finanzjarji, tidentifika l-programmi li ma wrew ebda valur miżjud ċar u mbagħad twettaq valutazzjoni tal-infiq;

3.  Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fil-proposti tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid, li ċerti oqsma ta' politika, bħalma huma l-koeżjoni jew ir-riċerka, ħafna drabi jiddependu fuq programmazzjoni aktar fit-tul u jeħtieġu aktar żmien biex jilħqu l-objettivi politiċi minn oqsma ta' politika oħrajn; iqis li, madankollu, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandha tingħata flessibilità xierqa;

4.  Jinsisti li l-baġit tal-Unjoni, bħala konsegwenza tal-inizjattiva "baġit iffukat fuq ir-riżultati", jiġi ppreżentat skont l-objettivi politiċi tal-Unjoni għall-QFP; ifakkar, anki fid-dawl tal-QFP ta' wara l-2020, li l-baġit tal-Unjoni għandu jkun baġit ta' valur miżjud Ewropew reali, intiż għall-objettivi komuni tal-Unjoni li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-Unjoni kollha, li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu waħedhom, u għaldaqstant m'għandux jitqies sempliċement bħala benefiċċju jew bilanċ nett ta' Stati Membri individwali;

5.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment bil-għan li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jagħtihom l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha favur rieżami fundamentali tal-iskemi favur il-bdiewa żgħażagħ u t-titjib ekoloġiku għall-QFP li jmiss fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti");

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha tinkludi valutazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data użata u dikjarazzjoni dwar il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament u lill-Qorti b'aktar rappurtar ibbilanċjat, billi tinkludi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha informazzjoni aktar trasparenti dwar l-isfidi, in-nuqqasijiet u l-fallimenti;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef it-twettiq tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni u l-pagamenti relatati bil-ħsieb li t-tul tal-perjodu ta' implimentazzjoni jitnaqqas, inizjalment, għas-sena n+2;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tilħaq il-mira ta' nfiq oriġinali ta' 20 % f'dak li jikkonċerna l-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fid-diversi programmi ta' nfiq tal-Unjoni;

11.  Jinsisti li l-Kummissjoni fl-aħħar tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha tagħha biex jippubblikaw il-proposti tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom, kif mitlub mill-Parlament;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza tal-finanzjament tal-politika dwar il-migrazzjoni kif rakkomandat mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għas-sena 2016 u tissorvelja b'mod attiv il-proċeduri tal-akkwist pubbliku meta dawn jitwettqu f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

13.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza tal-politiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp rurali bil-għan li jiġu identifikati u kkoreġġuti l-kawżi ta' rati ta' żball partikolarment għoljin u persistenti, kif indikat fir-rapporti annwali tal-Qorti;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza għall-fondi fiduċjarji u għar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna, billi tipprovdi regolarment id-data kollha għad-dispożizzjoni tagħha;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja tnaqqis fit-tariffi mitluba mill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' strumenti finanzjarji, u tippreżenta tagħrif dwar il-benefiċjarji u r-riżultati miksuba permezz ta' dawn l-istrumenti b'mod regolari;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef it-tħejjija tal-kontijiet tal-Unjoni, sabiex tiżgura li tinkiseb informazzjoni affidabbli u b'mod aktar f'waqtu mill-Istati Membri dwar l-infiq taħt ġestjoni kondiviża, u tippreżenta l-fehma tal-amministrazzjoni dwar l-infiq tal-Unjoni qabel u flimkien mal-kontijiet, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni dwar il-kwittanza fis-sena n+1, filwaqt li jiġu żgurati data ta' kwalità għolja u ġestjoni finanzjarja tajba;

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti

17.   Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabilità tal-kontijiet għall-2016, kif għamlet mill-2007 'l hawn, u li l-Qorti kkonkludiet li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2016; jinnota b'sodisfazzjon li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

18.  Jilqa' t-tendenza pożittiva tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli maħruġa mill-Qorti meta mqabbla mat-tendenza li kien hemm dawn l-aħħar snin minħabba li l-pagamenti fl-2016 huma milquta minn rata tal-iżball l-aktar probabbli ta' 3,1 %; ifakkar li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti kienet stmata għal 3,8 % fl-2015, 4,4 % fl-2014, 4,7 % fl-2013, 4,8 % fl-2012, 3,9 % fl-2011, 3,7 % fl-2010, 3,3 % fl-2009; 5,2 % fl-2008 u 6,9 % fl-2007; iqis li huwa importanti li fil-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-finanzjament tal-Unjoni titqies ir-rata' tal-iżball residwu tal-Kummissjoni peress li r-rata ta' żball stamata tal-Qorti mhijiex finali;

19.  Jisħaq fuq il-punt li, minħabba l-metodoloġija differenti mitluba għall-kalkolu tiegħu, il-livell ta' żball stmat għall-koeżjoni ma jinkludix kwantifikazzjoni tal-iżborżamenti li saru fl-2016 favur l-istrumenti finanzjarji li jammontaw għal EUR 2,5 biljun, u li l-Qorti tqis li kienu barra mill-perjodu ta' eliġibilità ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006; jinnota li kieku l-Qorti kellha tikkwantifikat din l-irregolarità, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet tkun ħafna ogħla; jiddeplora d-deċiżjoni unilaterali tal-Kummissjoni li taċċetta n-nefqiet sal-31 ta' Marzu 2017; jirrimarka li l-Kummissjoni kien imissha ppreparat il-proposta leġiżlattiva meħtieġa biex ittemm din l-irregolarità;

20.  Jiddispjaċih li l-użu dejjem akbar ta' strumenti finanzjarji biex jitnaqqas il-valur tal-baġit tal-Unjoni jinvolvi riskji ogħla kemm għall-obbligu ta' rendikont kif ukoll għall-koordinament tal-politiki u l-operazzjonijiet tal-Unjoni;

21.  Jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex issir evalwazzjoni xierqa tal-istrumenti finanzjarji, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jissupplementaw l-għotjiet iżda mhux suppost jissostiwixxuhom;

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li, għall-ewwel darba fi 23 sena, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata (pjuttost milli opinjoni negattiva) dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, u dan ifisser li fil-fehma tal-Qorti sar titjib importanti fil-ġestjoni tal-finanzi tal-Unjoni, kif ukoll li l-iżbalji materjali kienu limitati prinċipalment għan-nefqa bbażata fuq ir-rimborżi, li tirrappreżenta madwar nofs il-pagamenti awditjati;

23.  Jiddispjaċih li, għat-23 sena konsekuttiva, il-pagamenti huma materjalment milquta minn żbalji minħabba l-fatt li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll huma biss parzjalment effikaċi biex jiżguraw li ssir ġestjoni finanzjarja tajba u li l-pagamenti jsiru fil-ħin;

24.  Jinnota bi tħassib li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma ġewx applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, il-livell kumplessiv ta' żball stmat kien ikun ta' 4,3% minflok ta' 3,1% (jiġifieri l-istess livell tal-2015); ara l-paragrafu 1.34 tar-Rapport Annwali tal-Qorti 2016);

25.  Jinnota li t-tip tal-ġestjoni jkollu impatt limitat fuq il-livell ta' żball, peress li l-Qorti sabet li l-livell ta' żball stmat għan-nefqa taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri huwa l-istess bħal dak għal forom oħra ta' nefqa operattiva ġestita direttament mill-Kummissjoni, jiġifieri 3,3 %;

26.  Jindika li l-Qorti sabet l-ogħla livelli ta' żball stmat fl-infiq għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (4,9 %), għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (4,8 %) u għall-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (4,1 %), filwaqt li n-nefqa amministrattiva kellha l-iktar livell baxx ta' żball stmat (0,2 %);

27.  Jinnota li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti, il-profili tar-riskju differenti tal-iskemi ta' rimborż u l-iskemi ta' intitolamenti kellhom influwenza kbira fuq il-livelli ta' żball fl-oqsma ta' nfiq differenti; fl-oqsma fejn l-Unjoni tagħti rimborż tal-ispejjeż eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li jagħmlu l-benefiċjarji, il-livell ta' żball huwa ta' 4,8% (5,2 % fl-2015), waqt li fl-oqsma fejn il-pagamenti jsiru meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet minflok ma jingħata rimborż tal-ispejjeż, ir-rata ta' żball hija ta' 1,3 % (1,9 % fl-2015);

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni il-kisbiet tal-ġestjoni

28.  Josserva li lil hinn mid-dehra tal-konklużjonijiet konverġenti li saru mill-Kummissjoni u mill-Qorti, id-dikjarazzjoni magħmula mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha u l-analiżi mressqa mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni huma parzjalment diverġenti;

29.  Jinnota, b'mod partikolari, li fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016(75) il-Kummissjoni osservat li r-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom żdiedu u jammontaw għal EUR 35,3 biljun, ammont li jikkorrispondi għal 26 % tal-pagamenti (fl-2015 dan l-ammont kien ta' EUR 29,8 biljun u 21 % tal-pagamenti);

30.  Jirrimarka li skont il-Kummissjoni, l-impatt finanzjarju reali f'termini ta' ammont f'riskju fil-ħin tar-rappurtar żdied ukoll fl-2016 għal EUR 1,6 biljun (fl-2015 kien ta' EUR 1,3 biljun);

31.   Josserva li l-Kummissjoni, fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni, tinnota deterjorament tal-indikaturi f'dak li jikkonċerna r-riżervi tar-Rapporti Annwali tal-Attività u dan tispjegah permezz tad-diffikultajiet fl-introduzzjoni ta' skemi ġodda u aktar stretti, b'mod partikolari l-ekoloġizzazzjoni(76), filwaqt li l-Qorti tosserva titjib ċar proprju f'dan il-qasam ta' politika;

32.  Jinnota b'mod partikolari li l-Qorti tiddikjara li "l-FAEG, b'rata ta' żball ta' 1,7 %, huwa eżenti minn żbalji materjali", li huwa titjib kbir apparagun taċ-ċifri tal-2015, meta kienet 2,2 %, u tevalwa li l-livell ta' żball għan-nefqa bbażata fuq id-drittijiet huwa ta' 1,3 %, filwaqt li tosserva li l-akbar parti tal-ewwel pilastru tal-PAK hija inkluża f'dan it-tip ta' nefqa;

33.  Jieħu nota tal-affermazzjoni tal-Qorti li fin-nefqa l-iżball mhuwiex "mifrux" (ir-rapport annwali tal-Qorti, paragrafu 1.8); jistieden lill-Kummissjoni u l-Qorti jallinjaw il-metodi tagħhom permezz tal-istandards internazzjonali tal-awditjar qabel ma jinħareġ ir-rapport annwali jew ir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

34.  Jisħaq fuq il-punt li fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-infiq huwa milqut minn livell ta' żball materjali, peress li huwa stmat li r-rata ta' żball medja globali hija ta' bejn 2,1 % u 2,6 % (li fl-2015 kienet bejn 2,3 % u 3,1 %) tan-nefqa rilevanti totali, u l-ammont globali stmat rilevanti li jkun f'riskju fil-waqt tal-pagament huwa bejn EUR 2,9 u 3,6 biljun (filwaqt li fl-2015 kien bejn EUR 3,3 u 4,5 biljun);

35.  Jinnota li dan it-tnaqqis huwa dovut, skont il-Kummissjoni, l-aktar minħabba r-riskju iċken ta' żball inerenti tal-koeżjoni għall-programmi tal-QFP attwali; jinsab sorpriż b'din l-ispjegazzjoni minħabba l-livell baxx ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tispjega ulterjorment il-kwistjoni;

36.  Josserva li din ir-rata ta' implimentazzjoni baxxa tista' tiġi spjegata mill-fatt li, fl-anness 4 tar-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016, il-Kummissjoni nnotat li fil-koeżjoni ma ġiet ċertifikata ebda nefqa fil-kontijiet annwali ppreżentat lill-Kummissjoni fl-2016, u ma ġiet imposta ebda korrezzjoni min-naħa tal-Kummissjoni wara l-attività ta' verifika tagħha" (Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016, anness 4, paġna 20);

37.  Jinnota l-istima tal-Kummissjoni li fis-snin li ġejjin se tidentifika u tikkoreġi żbalji li jammontaw bejn EUR 2,0 u EUR 2,1 biljun, jew bejn 1,5 % u 1,6 %;

38.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-istima tagħha tal-iżball rigward l-ammont f'riskju tjiebet tul is-snin, iżda li "l-istimi individwali tad-DĠ rigward il-livell ta' nfiq irregolari mhumiex ibbażati fuq metodoloġija konsistenti"; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istess metodoloġija biex tagħmel stima ta' riskju ta' żball għad-DĠ kollha u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tagħha;

39.   Jinnota li, minkejja t-titjib li sar, il-Kummissjoni għadha ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat;

40.  Josserva, b'mod partikolari li, għal aktar minn tliet kwarti tan-nefqa fl-2016, id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jibbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont f'riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li, sfortunatament, fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni kkonċernati (b'mod partikolari DĠ AGRI u DĠ REGIO) jidher li, filwaqt li r-rapporti ta' kontroll tal-Istati Membri jirriflettu l-iżball identifikat mill-Istat Membru, l-affidabilità ta' xi sistemi ta' ġestjoni u kontroll għadha tikkostitwixxi sfida; jisħaq fuq l-importanza tal-affidabilità tad-data tal-Istati Membri.

41.  Jindika li, peress li l-iżbalji jistgħu jiġu korretti aktar minn għaxar snin wara li jkunu seħħew, huwa artifiċjali li l-istima tal-impatt tal-korrezzjonijiet fil-ġejjieni tiġi bbażata fuq il-korrezzjonijiet reġistrati f'dawn l-aħħar sitt snin;

42.  Jirrimarka li fid-Diskussjoni u l-Analiżi tar-Rapporti Finanzjarji l-Kummissjoni tirrapporta total ta' EUR 3,4 biljun (3,9 fl-2015) għall-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji li saru, li madwar EUR 0,6 biljun (1,2 biljun fl-2015) tal-korrezzjonijiet u l-irkupri twettqu fis-sors (applikati qabel il-Kummissjoni aċċettat in-nefqa) u li mit-EUR 2,8 biljun li jifdal, madwar EUR 0,6 biljun jirrappreżentaw l-irtirar mill-Istati Membri applikat wara l-approvazzjoni tan-nefqa permezz tas-sostituzzjoni tal-ammonti ineliġibbli bi proġetti ġodda fil-qasam tal-koeżjoni;

43.  Itenni b'qawwa l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw proċeduri sodi biex jikkonfermaw l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont tal-miżuri korrettivi u biex jipprovdu informazzjoni li tirrikonċilja sa fejn ikun possibbli, is-sena meta jsiru l-pagamenti, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti għall-kontijiet;

L-għodod ta' governanza interna tal-Kummissjoni

44.  Ifakkar fil-fehma li esprimiet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħha li d-distinzjoni li introduċiet ir-riforma Kinnock-Prodi bejn "ir-responsabilità politika tal-Kummissarji" u r-responsabilità operattiva tad-diretturi ġenerali tfisser li mhux dejjem ġie ċċarat jekk "ir-responsabilità politika" tinkludix it-teħid tar-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-baġit għad-direttorati ġenerali jew jekk huwiex separat minnha;

45.  Josserva li l-Kulleġġ tal-Kummissarji ma jipproduċix dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza, f'konformità mal-aħjar prattika u l-prattika komuni tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza bil-għan li tipprevedi aktar trasparenza u responsabilità min-naħa tal-Kulleġġ tagħha;

46.   Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjoni numru 2 tar-Rapport Speċjali tal-Qorti 27/2016 u, barra minn hekk, takkumpanja r-rapporti finanzjarji tagħha b'dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza u l-kontroll intern, li tinkludi b'mod partikolari:

(a)   deskrizzjoni tal-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna;

(b)   valutazzjoni tal-attivitajiet li jikkostitwixxu riskju operattiv u strateġiku tul is-sena u dikjarazzjoni dwar is-sostenibilità fiskali fuq terminu medju u fuq terminu twil;

Riżervi politiċi

47.  Jaqbel mar-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali ta' DĠ REGIO, DĠ EMPL, DĠ MARE, DĠ HOME, DĠ DEVCO u DĠ AGRI fir-rapport annwali tal-attività tagħhom; huwa tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti dment li l-proċeduri ta' korrezzjoni meħtieġa jiġu implimentati b'suċċess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

48.  Jinnota li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi fl-ewwel tliet snin tal-QFP attwali minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-QFP 2014-2020 u n-novitajiet konsiderevoli introdotti għall-perjodu 2014-2020 li kkawżaw diffikultajiet amministrattivi minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni, wasslu għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' impenn mill-2014, l-aktar għall-2015 u l-2016, u għal livell baxx ta' pagamenti fl-2016 (u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'7 % matul il-perjodu 2014-2016 tal-QFP attwali); jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li l-2017 kienet l-ewwel sena meta l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE aċċellerat; jistenna li din it-tendenza tkompli fl-2018 u fl-2019; jemmen li għandhom jiġu pprovduti livelli suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn sabiex l-implimentazzjoni tal-politika tipproċedi mingħajr xkiel;

49.  Jinnota bi tħassib in-nisġa kkumplikata ta' arranġamenti fil-baġit tal-Unjoni u madwaru, peress li din ixxekkel l-iskrutinju pubbliku, ir-responsabilità, it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-baġit tal-Unjoni u l-arranġamenti finanzjarji marbuta miegħu; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, minħabba n-nuqqas ta' unità tal-baġit tal-Unjoni, u jikkondividi t-tħassib tal-Qorti fir-rigward tal-kumplessità tal-baġit tal-Unjoni;

50.  Jibża' li minkejja l-użu estensiv ta' marġini u strumenti speċjali (ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-lstrument ta' Flessibilità), l-ammonti li jifdal jaf ma jkunux biżżejjed biex jiffinanzjaw avvenimenti mhux mistennija li jaf xorta jseħħu qabel l-2020;

51.  Jinnota bi tħassib li nħoloq livell rekord ta' impenji pendenti, li sa tmiem l-2016 kienu laħqu livelli rekord ta' EUR 238 biljun, 72 % ogħla minn kemm kienu fl-2007 u ekwivalenti għal 2,9 snin ta' pagamenti meta mqabbla ma' 2,2 snin fl-2017; iqis li dan żied l-ammonti dovuti mill-Unjoni u għaldaqstant l-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-Unjoni;

52.  Jiddispjaċih li l-esponiment finanzjarju kumplessiv tal-baġit tal-UE kiber, b'obbligazzjonijiet, garanziji u obbligi ġuridiċi sinifikanti u fuq terminu twil, u dan jimplika li jeħtieġ li l-ġestjoni ssir b'attenzjoni fil-futur;

53.  Ifakkar li l-Unjoni qed tagħmel użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji u jiddispjaċih li l-istabbiliment tal-FEIS joħloq arranġamenti ġodda ta' governanza b'livell ta' skrutinju pubbliku li għadu mhux sodisfaċenti, u b'hekk jeħtieġ issir sorveljanza b'aktar reqqa min-naħa tal-Parlament; jenfasizza li kwalunkwe proposta leġiżlattiva jenħtieġ li ttejjeb b'mod sinifikanti l-kopertura ġeografika tal-FEIS; ifakkar li l-FEIS jenħtieġ li jibqa' għodda addizzjonali biex tingħata spinta lill-investimenti peress li l-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tibqa' l-politika ta' investiment tal-Unjoni; jinnota, madankollu, l-implimentazzjoni b'suċċess u l-ammont għoli ta' kapital privat ingranat mill-fond, u jirrikonoxxi t-titjib ulterjuri li ġie maqbul dwar it-trasparenza tiegħu tul in-negozjati għall-estensjoni tad-durata tal-FEIS, magħrufa bħala FEIS 2.0; jistieden lill-Qorti tfittex li jkollha stampa ġenerali aħjar tal-fażi tal-ippjanar u l-fażi ta' nfiq tal-fondi SIE;

54.  Ifakkar li r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tirrappreżenta pass kbir 'il quddiem f'dan ir-rigward, peress li tipproponi, permezz ta' input min-naħa tal-Parlament, preżentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji u, għall-ewwel darba, tipprovdi garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja f'dak il-qafas;

55.  Josserva li, f'konformità mal-prinċipji tal-politika ta' koeżjoni, il-fondi tal-Unjoni jikkostitwixxu sehem sinifikanti tan-nefqa ta' xi Stati Membri, u b'mod partikolari li f'disa' Stati Membri (il-Litwanja, il-Bulgarija, il-Latvja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja, il-Kroazja, l-Estonja, is-Slovakkja) l-impenji pendenti tal-fondi SIE jirrappreżentaw sostenn finanzjarju ta' aktar minn 15 % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika; jistieden lill-Kummissjoni tħejji wkoll kampanja pubbliċitarja pożittiva bil-għan li tinforma liċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi f'aktar dettall dwar il-benefiċċji tas-sħubija tagħhom;

56.  Jibża' li l-Istati Membri fejn il-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) jirrappreżentaw perċentwal sinifikanti tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika jaf isibuha diffiċli li jidentifikaw biżżejjed proġetti ta' kwalità għolja li fuqhom jistgħu jonfqu l-fondi disponibbli tal-Unjoni jew li jipprovdu kofinanzjament; jistieden lill-Kummissjoni u l-Qorti biex jagħtu aktar attenzjoni għall-aspett tas-sostenibilità tal-proġetti ta' investiment proposti u biex jivvalutaw l-adegwatezza tagħhom b'mod kritiku;

57.  Jinsab iddiżappuntat minħabba r-raġunijiet li għalihom, tliet snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri nnominaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-fondi SIE; jinsab sodisfatt, madankollu, li bħalissa din iċ-ċifra hija ta' 99 %; għandu dubji fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-proċeduri fil-bidu ta' kull perjodu ta' programmazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza sew għaliex xi reġjuni għad għandhom rata baxxa ta' assorbiment tal-fondi, u tieħu azzjonijiet speċifiċi intiżi biex isolvu l-problemi strutturali;

58.  Jisħaq fuq il-punt li l-volum tal-fondi tal-Unjoni u t-twaqqit tar-riċevuta tagħhom jista' jkollhom impatt makroekonomiku konsiderevoli, bħal pereżempju fuq l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi;

59.  Jisħaq fuq il-punt li l-investiment pubbliku huwa meħtieġ biex tingħalaq id-diskrepanza fl-investiment u biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir u biex jiġu żgurati l-istandards soċjali fl-Unjoni;

60.  Jinnota li l-Kummissjoni mmobilizzat diversi riżorsi biex tindirizza l-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni, iżda ma stabbilietx struttura ta' rappurtar biex tkun tista' tirrapporta b'mod komprensiv dwar l-użu tal-fondi involuti; jiddeplora l-fatt li huwa attwalment impossibbli li nkunu nafu kemm qed jintefqu flus fuq kull migrant jew rifuġjat;

61.  Jinnota li, f'dak li jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni, ġie rrappurtat li l-pagamenti lir-riċevituri aħħarin kienu ta' EUR 15 192,18 miljun fl-għeluq (31 ta' Marzu 2017), li minnhom EUR 10 124,68 miljun kienu fondi strutturali, li laħqet rata ta' żborżament lir-riċevituri aħħarin ta' kważi 93 % tal-ammonti tal-programm operattiv imħallsa lil strumenti ta' inġinerija finanzjarja, jiġifieri żieda ta' 20 % meta mqabbel ma dak li ġie rrappurtat fi tmiem l-2015;

62.  Jinnota li r-rati ta' żborżament lir-riċevituri aħħarin rrappurtati varjaw b'mod estensiv bejn l-Istrumenti ta' Inġinerija Finanzjarja, b'varjazzjonijiet mhux biss bejn l-Istati Membri, li jvarjaw minn 60 % sa 99 %, iżda wkoll bejn l-oqsma ta' intervent;

63.  Jibża' li lejn tmiem il-QFP attwali u fl-ewwel ftit snin tal-QFP li jmiss jistgħu jakkumulaw pagamenti mhux imħallsa; iqis li l-finanzjament tal-QFP il-ġdid se jeħtieġ approprjazzjonijiet baġitarji realistiċi biex ikopru l-impenji pendenti projettati;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

64.  Jistieden lill-Kummissjoni:

(a)  tqis it-tkabbir f'impenji pendenti fil-previżjoni tagħha tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-QFP li jmiss, tieħu inkunsiderazzjoni ż-żieda fl-impenji pendenti sabiex tgħin biex jinżamm bilanċ ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament.

(b)  tippreżenta proposti lill-Parlament u l-Kunsill, u tiżgura approċċ konsistenti għall-kwistjoni ta' jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jingħaddu jew le fil-limiti massimi applikabbli għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-QFP;

(c)  għal skopijiet ta' ġestjoni u rappurtar, tistabbilixxi mod ta' kif tirreġistra l-infiq baġitarju tal-Unjoni li jippermetti li fil-futur isir rappurtar dwar il-finanzjament kollu relatat mal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni;

(d)  tipprovdi lill-Parlament, fil-kuntest tal-kwittanza, rapport komprensiv dwar ir-riżorsi tal-baġit tal-Unjoni ġestiti u implimentati indirettament mill-Grupp tal-BEI (il-BEI u l-FEI), minbarra l-mandat estern tiegħu mis-sena finanzjarja 2017;

(e)  fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, tqis kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit adegwat ħalli jiġu ggarantiti finanzjament adegwat għall-politiki ppjanati, bilanċ aħjar bejn il-prevedibilità u l-kapaċità ta' rispons, kif ukoll xi jkun l-aħjar mod li jiżgura li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumpessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u biex jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont;

(f)  tqis ukoll il-possibilità li l-awtoritajiet nominati jew akkreditati li jaqdu funzjonijiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar tul il-perjodu 2014-2020, li wrew il-kapaċità tagħhom, jitħallew ikomplu jimplimentaw tali funzjonijiet fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss mingħajr interruzzjoni jew dewmien;

(g)  Jitlob għal darba oħra li l-Kummissjoni annwalment tistabbilixxi previżjoni fuq żmien twil tal-fluss tal-flus, li tkun tkopri perjodu bejn is-seba' u l-għaxar snin fil-futur, u li tinkludi l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u d-diżimpenji potenzjali b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagament jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli;

(h)  tassisti b'mod proattiv lill-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet permezz tal-assorbiment f'waqtu u mingħajr xkiel tal-finanzjament tal-Unjoni disponibbli billi jintużaw ir-riżorsi disponibbli għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni;

Il-ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

65.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta' objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tas-servizzi u l-programmi ta' nfiq tagħha, filwaqt li bilkemm tagħmel użu minn kontoreferenzi, u dan ixekkel il-paragunabilità bejn tipi differenti ta' dokumenti dwar il-prestazzjoni; jiddispjaċih dwar l-ineżistenza virtwali ta' indikaturi tal-impatt u l-eżitu utilizzabbli u effiċjenti biex titkejjel il-prestazzjoni tan-nefqa tal-Unjoni u titqassam informazzjoni dwarha;

66.  Josserva li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-diretturi ġenerali jirrappurtaw dwar il-pagamenti annwali tad-direttorati ġenerali skont it-tip ta' attività/programm ta' nfiq, filwaqt li dwar il-prestazzjoni jirrappurtaw dwar il-ksib ta' objettivi ġenerali u speċifiċi mingħajr l-ebda indikazzjoni tal-infiq korrispondenti; ma jaqbilx mal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li ssostni li mhuwiex possibbli li jiġi eżaminat kemm intefqu flus biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-prinċipju ta' bbaġittjar ibbażat fuq il-prestazzjoni għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-baġit, li jippermetti li jsir rappurtar ex post fuq il-fondi li jintefqu biex jintlaħqu l-objettivi; 

67.  Ifakkar li, fl-2016, l-OECD wettqet stħarriġ dwar l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fil-pajjiżi tal-OECD u fil-Kummissjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-rikonoxximent min-naħa tal-OECD tal-kwalità tad-data u tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; ifakkar li l-OECD qieset li l-qafas ta' prestazzjoni tal-Kummissjoni kien l-aktar estensiv, u dan jista' jiġi parzjalment spjegat mill-għadd ta' rekwiżiti legali fl-Unjoni;

68.  Jinnota, madankolu, iċ-ċart tal-OECD tindika li l-użu u l-konsegwenzi tal-qafas għat-teħid ta' deċiżjonijiet ma jirriflettux dan il-livell ogħla ta' speċifikazzjoni (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.21);

69.  Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-programm għall-abbozz ta' baġit tal-Unjoni għall-2017 fihom 294 objettiv u 709 indikatur, li huma partikolarment ikkonċentrati taħt l-intestaturi tal-QFP 1a, 3 u 4, u li permezz tal-inizjattiva ta' "baġit iffukat fuq ir-riżultati", il-Kummissjoni attwalment qed tirrevedi l-indikaturi tagħha biex tipprovdi input għall-ġenerazzjoni ta' programmi ta' nfiq li jmiss; jisħaq fuq il-punt li l-Kummissjoni għandha prinċipalment tuża indikaturi tar-riżultati li għandhom valur rilevanti għall-prestazzjoni;

70.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm proċess trasparenti u demokratiku għall-istabbiliment ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-UE, is-sħab u l-partijiet interessati kollha kkonċernati b'mod li l-indikaturi jkunu adegwati biex ikejlu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, kif ukoll biex iwieġbu għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE.

71.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni analizzati mill-Qorti kien fihom informazzjoni limitata dwar in-nuqqasijiet tal-prestazzjoni u l-isfidi relatati mal-objettivi tad-direttorati ġenerali (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.26);

72.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2015 u l-2016 ma pprovdewx kopertura komprensiva tal-prestazzjoni u kienu pożittivi żżejjed, peress li bħala lakuna jsemmu biss id-dewmien fl-implimentazzjoni; jiddispjaċih, barra minn hekk, li r-rapporti:

(a)   ipprovdew tagħrif limitat dwar ir-riżultati tal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li dan kien intalab mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014;

(b)   mhux dejjem spjegaw b'mod ċar l-influwenza tal-fatturi esterni fuq ir-riżultati;

(c)   ġew ippubblikati tard wisq biex jiġu riveduti mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha;

73.  Japprova l-fehma espressa mill-Qorti (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.38) li l-evalwaturi għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, inklużi pjanijiet ta' azzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet;

74.  Jiddeplora l-fatt li, mill-2005 'l hawn, il-Kummissjoni ma wettqitx studju dwar l-użu li hija tagħmel mir-riżultati tal-evalwazzjoni u lanqas ma talbet li jsir studju ta' dan it-tip;

75.  Josserva li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda sistema istituzzjonali ddokumentata li tippermetti li jsir segwitu regolari tal-evalwazzjonijiet;

76.  Jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-prattika, il-pjanijiet ta' ġestjoni tad-Direttorati Ġenerali għall-2016 ma stabbilixxew ebda bażi għall-monitoraġġ tas-segwitu għall-evalwazzjoni;

77.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Kummissjoni m'għandhiex stampa ġenerali tal-konklużjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet jew tal-pjanijiet ta' azzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet tagħha, u ma tittraċċax l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell istituzzjonali jew fil-livell tad-direttorati ġenerali, hija ma tistax tinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar l-impatt pożittiv tal-evalwazzjonijiet;

78.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali tal-Attività ma jinkludux dikjarazzjoni dwar il-kwalità tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata, u li wara li jadotta Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni, il-Kulleġġ tal-Kummissarji jieħu responsabilità politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE, iżda mhux għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati;

79.  Jilqa' b'sodisfazzjon u jieħu nota b'attenzjoni tal-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-oqfsa tal-prestazzjoni u r-rappurtar minn entitajiet fl-UE u barra minnha, b'mod speċjali fir-rigward tal-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni;

80.  Jinnota li m'hemm l-ebda sit web ċentrali għall-prestazzjoni li fih informazzjoni mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni dwar kull qasam tal-baġit tal-UE;

81.  Jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li l-qafas ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni applikat mill-Kummissjoni jista' jibbenefika mill-adozzjoni ta' prattiki internazzjonali tajba;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

82.  Jitlob lill-Kummissjoni:

(a)  tissimplifika r-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi:

-  tkompli tnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi li hija tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; fit-tħejjija tal-QFP li jmiss, l-Kummissjoni għandha tipproponi inqas indikaturi u indikaturi tal-eżitu u l-impatt aktar xierqa għall-qafas legali tal-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss; f'dan il-kuntest, jenħtieġ ukoll li hija tqis ir-rilevanza tal-indikaturi li għalihom l-informazzjoni ma tistax tinkiseb qabel ma jkunu għaddew bosta snin;

–   tippreżenta informazzjoni finanzjarja b'mod li jagħmilha kumparabbli mal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, sabiex ir-rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni tkun ċara;

–   tispjega u ttejjeb il-koerenza ġenerali bejn iż-żewġ settijiet tagħha ta' objettivi u indikaturi, għall-programmi minn naħa waħda u għad-DĠs min-naħa l-oħra;

(b)   tibbilanċja aħjar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li għad iridu jingħelbu;

(c)   turi aħjar li r-riżultati tal-evalwazzjoni jintużaw tajjeb billi tirrikjedi b'mod partikolari li l-evalwazzjonijiet jinkludu dejjem il-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet, li wara għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni;

(d)   tieħu responsabilità politika ġenerali fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati, u tindika, sa fejn taf hi, jekk l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta hijiex ta' kwalità suffiċjenti;

(e)   tiffaċilita l-aċċessibilità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni billi tiżviluppa portal tal-internet u magna tat-tiftix iddedikati;

Preżentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

83.  Jinnota li l-baġit tal-Unjoni huwa ppreżentat f'taqsimiet li jikkorrispondu għal attivitajiet immexxija mill-istituzzjonijiet (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività); iqis li din il-preżentazzjoni ma tiżgurax għarfien ċara u rapida tal-objettivi li jridu jintlaħqu; jinnota, b'kuntrast ma' dan, li l-QFP huwa ppreżentat minn intestaturi li jikkorrispondu għal oqsma ta' politika;

84.  Jinnota li l-programmi operattivi li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit joħolqu r-rabta bejn kull linja tal-baġit u l-objettivi politiċi li jridu jintlaħqu;

85.   Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-baġit tal-Unjoni skont l-objettivi politiċi tal-QFP;

Id-dħul

86.  Jilqa' l-fatt li l-evidenza għall-awditjar kumplessiva tal-Qorti tindika li d-dħul mhuwiex milqut minn livell ta' żball materjali u li s-sistemi eżaminati għal sistemi relatati mad-dħul huma kumplessivament effikaċi; jinnota, madankollu, li għar-riżorsi proprji tradizzjonali, il-kontrolli interni ewlenin f'ċerti Stati Membri li żaret il-Qorti kienu effikaċi biss parzjalment;

87.   Jinnota bi tħassib li fil-bidu tal-2017 l-OLAF ikkonkluda investigazzjoni dwar każ ta' frodi fir-Renju Unit li jinvolvi telf possibbli ta' EUR 1 987 biljun fil-baġit tal-Unjoni f'termini ta' dazji doganali dovuti fuq tessuti u żraben importati miċ-Ċina li jgħaddu mir-Renju Unit fil-perjodu 2013-2016; jirrimarka li l-investigazzjoni żvelat ukoll evażjoni sostanzjali tal-VAT b'rabta mal-importazzjonijiet li jgħaddu mir-Renju Unit permezz ta' abbuż tas-sospensjoni tal-pagamenti tal-VAT (proċedura doganali 42);

88.  Jinnota bi tħassib li, f'dak li jikkonċerna d-dħul għall-2016, id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit ħareġ riżerva għal dħul mir-riżorsi proprji tradizzjonali, fid-dawl tal-każ ta' frodi rivelat mill-OLAF b'rabta mad-dazji doganali tar-Renju Unit;

89.  Jirrimarka li, fl-2016, id-dħul affettwat mir-riżerva kwantifikata huwa bejn wieħed u ieħor ta' EUR 517-il miljun meta mqabbel mal-ammont totali ta' EUR 20,1 biljun ta' riżorsi proprji tradizzjonali: jiġifieri 2,5 % ta' riżorsi proprji tradizzjonali jew 0,38% tar-riżorsi kollha; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni preċiża dwar dan il-każ ta' frodi, li b'mod indirett jaf jaffettwa wkoll il-bażi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta' xi Stati Membri u b'hekk ir-riżorsi relatati mat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kif ukoll l-ibbilanċjar tal-Kummissjoni relatat mal-Introjtu Nazzjonali Gross(77);

90.  Jiddispjaċiħ dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li sa Ottubru 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma kinux introduċew miżuri ta' rimedju bil-għan li jipprevjenu t-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali; jinnota li mit-12 ta' Ottubru 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit bdew japplikaw temporanjament il-limiti ta' valur waqt l-approvazzjoni għal ċerti kummerċjanti (l-hekk imsejħa Customs Operation Swift Arrow) bir-riżultat immedjat li t-telf relatat mar-riżorsi proprji tradizzjonali mġarrab fir-Renju Unit naqas b'mod drammatiku;

91.  Jiddispjaċih dwar diskrepanzi fil-livell ta' kontrolli doganali bejn l-Istati Membri differenti; jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni tal-kontrolli fil-punti kollha ta' dħul fl-unjoni doganali u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir implimentazzjoni kkoordinata, uniformi u effiċjenti tas-sistema ta' fruntieri li tiskoraġġixxi prattiki diverġenti bejn l-Istati Membri biex jitnaqqas in-numru ta' lakuni eżistenti fis-sistemi ta' kontroll doganali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex teżamina l-prattiki differenti ta' kontroll doganali fl-UE u l-impatt tagħhom fuq id-devjazzjoni tal-kummerċ, filwaqt tiffoka b'mod partikolari fuq il-prattiki doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, u tiżviluppa analiżijiet ta' referenza u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet doganali u l-proċeduri użati fl-Istati Membri;

92.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta' azzjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tar-regolamenti tal-VAT f'kull Stat Membru sabiex jiġi żgurat tali sors ta' riżorsi proprji tal-Unjoni;

93.  Ifakkar li d-deċiżjoni ġdida dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni (2014 ORD), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2014, stabbilixxiet li meta jitqies l-ING għall-finijiet tar-riżorsi proprji għandu jintuża l-qafas tal-kontabilità tas-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 2010), u li dan jipprevedi li l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp jitqies bħala investiment (u mhux nefqa kurrenti skontl-iskema preċedenti ESA 95); jinnota li, fil-każ ta' programmi oħra b'livell għoli ta' valur miżjud għall-UE, bħal pereżempju l-FNE, għandha tiġi applikata l-istess kunsiderazzjoni;

94.  Jinnota ż-żieda sinifikanti tal-ING ikkomunikata mill-Irlanda fl-2015 minħabba r-rilokazzjoni tal-assi R&Ż ta' kumpaniji multinazzjonali fil-pajjiż;

95.   Josserva li l-Kummissjoni trid twettaq ħidma addizzjonali biex tiddetermina l-implikazzjonijiet potenzjali tal-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali għall-kontijiet nazzjonali, kemm f'dak li jikkonċerna l-metodoloġija kif ukoll f'dak li jikkonċerna l-proċess ta' verifika, u li minn dan jaf jiskattaw aġġustamenti għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING;

96.  Jirrimarka, f'dak li jikkonċerna l-ġestjoni ta' riżorsi proprji tradizzjonali, li l-Qorti u l-Kummissjoni sabu ineffiċjenzi fil-ġestjoni tal-ammonti riċevibbli (magħrufa bħala l-kontijiet B) f'xi Stati Membri;

97.  Jisħaq fuq il-punt li l-Qorti sabet li, fil-Belġju, il-kontrolli ta' wara r-rilaxx intgħażlu abbażi tal-karatteristiki tat-tranżazzjonijiet individwali minflok abbażi tal-profili tar-riskju tal-kumpaniji u li l-verifiki ta' wara r-rilaxx ġeneralment ma jsirux (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 4.18);

98.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni nnotat li sitt Stati Membri - il-Belġju, l-Estonja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja - jew ma wettqu ebda verifika ta' wara r-rilaxx jew ma pprovdew ebda informazzjoni dwar dawn il-verifiki;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

99.  Jitlob li l-Kummissjoni:

(a)  tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-irkupru tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li ma nġabrux mill-awtoritajiet tar-Renju Unit b'rabta mal-importazzjoni ta' tessuti u żraben miċ-Ċina u ttemm l-evażjoni tal-VAT;

(b)  tikkunsidra t-tnedija ta' proċeduri ta' ksur f'waqthom b'rabta mal-każ ta' frodi tad-dazji doganali tar-Renju Unit;

(c)  tanalizza, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-implikazzjonijiet potenzjali kollha ta' attivitajiet multinazzjonali fuq l-istima tal-ING u tipprovdilhom gwida dwar kif dawn l-attivitajiet għandhom jiġu ttrattati fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali;

(d)  tikkonferma, matul iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-ING, li l-assi tar-R&Ż tniżżlu b'mod korrett fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari għall-valwazzjoni tal-assi tar-R&Ż u għall-kriterji ta' residenza f'każijiet fejn l-attivitajiet multinazzjonali jkunu ġew rilokati;

(e)  tressaq proposti għal riżorsi proprji ġodda sabiex tiġi żgurata l-istabilità tal-baġit tal-Unjoni;

Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Is-Sejbiet tal-Qorti

100.  Jinnota li l-Qorti ħarġet, għall-ewwel darba, opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jisħaq fuq il-punt li skemi ta' rimborż jibqgħu aktar suxxettibbli għall-iżbalji mill-iskemi ta' drittijiet; jirrimarka, madankollu, li d-data rreġistrata taħt l-intestatura "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ma nbidlitx b'mod fundamentali meta mqabbla mas-snin preċedenti;

101.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 59 % tal-infiq, li sar permezz tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku 2007-2013 (is-"Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka") u Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 ("Orizzont 2020");

102.  Jinnota li l-Qorti stmat li r-rata ta' żball hija ta' 4,1 %; li l-ispejjeż tal-persunal diretti ineliġibbli li ammontaw għal 44 %, spejjeż diretti oħra ineleġibbli ammontaw għal 12 %, l-ispejjeż indiretti ammontaw għal 16 % u li proġetti jew benefiċjarji ineleġibbli ammontaw għal 16 %; josserva li fi 19-il każ fejn saru żbalji kwantifikabbli mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jidentifikaw u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw l-infiq;

103.  Josserva li li kieku l-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'1,2 punti perċentwali.

104.  Japprezza li l-Kummissjoni investiet sforzi konsiderevoli għas-simplifikazzjoni bil-għan li tnaqqas il-kumplessità amministrattiva billi tintroduċi definizzjoni ġdida ta' remunerazzjoni addizzjonali għar-riċerkaturi, tissimplifika l-programm ta' ħidma Orizzont 2020 għall-2020-2018, tipprovdi appoġġ immirat għan-negozji l-ġodda u tagħmel użu akbar minn opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati; jinnota, madankollu, li l-Qorti tqis kemm l-opportunitajiet kif ukoll ir-riskji relatati mas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-qafas legali;

105.  Jirrikonoxxi li l-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni; huwa tal-opinjoni, madankollu, li r-riżultati, meta wieħed iħares lejn l-eżitu, l-ispejjeż u d-disseminazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati preliminari;

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ R&I)

106.  Jinnota li, f'konformità mal-istrateġija UE 2020, skont il-"Pjan Strateġiku għall-2016-2020", DĠ R&I ħadem biex jilħaq erba' objettivi:

(a)  spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment;

(b)  suq uniku diġitali konness;

(c)  unjoni tal-enerġija reżiljenti li tħares 'il quddiem fil-politika dwar it-tibdil fil-klima; kif ukoll

(d)  l-Ewropa bħala attur globali aktar b'saħħtu;

107.  Jilqa' l-fatt li sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Kummissarju Moedas stabbilixxa tliet prijoritajiet, jiġifieri "innovazzjoni miftuħa", "xjenza miftuħa" u "ftuħ għad-dinja";

108.  Jinnota li sabiex ikejjel il-progress lejn dawn l-objettivi stabbiliti, id-DĠ R&I uża ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni:

(a)  is-sehem tal-fondi allokati għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fi proġetti ta' Orizzont 2020 biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali u promossi teknoloġiji abilitanti u industrijali, u s-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tiġi allokata permezz tal-istrument għall-SMEs;

(b)  is-sehem ta' parteċipanti ġodda fost l-applikanti magħżula f'Orizzont 2020;

(c)  nefqa relatata mal-klima u mas-sostenibilità f'Orizzont 2020;

(d)  is-sehem tal-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi f'Orizzont 2020;

(e)  is-sehem ta' għotjiet iffirmati bi żmien għall-għotja b'konċessjoni ta' 245 jum;

109.  Jirrikonoxxi li d-DĠ R&I, fit-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet bil-miktub, ippubblika lista ta' pajjiżi kkonċernati mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tad-DĠ R&I; iħeġġeġ lid-DĠ R&I jippubblika l-proposti tad-direttorat għar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż direttament fir-Rapport Annwali tal-Attività, skont it-talbiet ripetuti tal-Parlament;

110.  Ifakkar li l-evalwazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru ġiet indirizzata fir-rapport ta' kwittanza preċedenti(78);

111.  Jilqa' l-progress li sar fil-ksib tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tad-direttorat ġenerali għal Orizzont 2020:

(a)  23,9 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE mar għand l-SMEs (il-mira għall-2020 huwa 20 %);

(b)  55 % tal-applikanti magħżula kienu parteċipanti ġodda (il-mira għall-2020 huwa 70 %);

(c)  26 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE kien relatat mal-klima (il-mira għall-2020 huwa 25 %);

(d)  54,9 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE kien relatat mas-sostenibilità (il-mira għall-2020 huwa 60 %);

(e)  il-pajjiżi terzi jipparteċipaw fi 3,6 % tal-proġetti taħt Orizzont 2020 (il-mira għall-2020 huwa 4,73 %);

(f)  f'91 % tal-każijiet id-DĠ R&I osserva l-perjodu ta' żmien għall-għotja ta' 245 jum (il-mira għall-2020 hija 100 %);

112.  Jindika li d-distribuzzjoni territorjali tal-Orizzont 2020 hija notevolment limitata fid-dawl tal-fatt li 72,5 % (12 121 miljun) mill-finanzjament tal-Orizzont 2020 jingħata lill-Ġermanja (EUR 3 464 miljun), lir-Renju Unit (EUR 3 083 miljun), lil Franza (EUR 2 097 miljun), lil Spanja (EUR 1 813 miljun) u lill-Italja (EUR 1 664 miljun);

113.  Jinnota li fl-2016 ġew iffirmati 183 ftehim ta' għotja għal Orizzont 2020 ma' parteċipanti minn pajjiżi terzi; jinnota li EUR 299,5 miljun ġew impenjati favur parteċipanti mill-Isvizzera fi ftehimiet ta' għotja ffirmati fl-2016 filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-Isvizzera favur l-Orizzont 2020 ammontat għal EUR 180,9 miljun; jirrifjuta li jagħti "l-istatus ta' riċevitur nett" lil wieħed mill-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja; jistieden lill-Kummissjoni tressaq regolament biex tali żbilanċ jiġi kkumpensat;

114.  Jirrikonoxxi s-suċċess taċ-ċentru ta' appoġġ komuni u l-kontribut tiegħu għas-simplifikazzjoni u l-għoti ta' parir legali u tekniku; jistaqsi lid-DĠ R&I x'miżuri ta' simplifikazzjoni biħsiebu jipproponi għall-perjodu wara l-2020;

115.  Jieħu nota tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għad-DĠ R&I fl-2016:

Approprjazzjonijiet ta' pagament għad-DĠ R&I, inkluża l-kontribuzzjoni tal-EFTA

Il-metodu ta' ġestjoni

Eżekuzzjoni

F'EUR miljuni

Punti perċentwali

Kodelegati jew subdelegati lil DĠ oħra

161,20

5,34

DĠ R&I direttament

1 878,28

62,17

DĠ R&I lill-korpi stabbiliti skont l-Artikolu 185

86,40

2,86

DĠ R&I lill-BEI

312,72

10,35

DĠ R&I lill-Impriżi Konġunti

582,37

19,28

Total

3 020,97

100%

116.  Jenfasizza li 14,39 % tal-baġit li jammonta għal kważi EUR 444 miljun ġie implimentat permezz ta' strumenti finanzjarji;

117.  Jenfasizza wkoll li 39,36 % (meta mqabbel mat-28,14 % fl-2015) tal-baġit tad-DĠ R&I ġie fdat lil entitajiet oħra barra l-Kummissjoni, b'mod partikolari għall-implimentazzjoni ta' partijiet tal-programmi qafas taħt il-ġestjoni (indiretta) tal-għotjiet u tas-sistemi ta' kontroll tal-istrumenti finanzjarji;

118.  Jieħu nota, b'interess, li d-DĠ R&I stabbilixxa strateġija ta' superviżjoni għall-istrumenti finanzjarji u, għaldaqstant, jixtieq ikun jaf kif id-DĠ R&I jistabbilixxi jekk inkisbux objettivi relatati mal-finanzi u r-riċerka;

119.  Jinnota li d-DĠ R&I stima li r-rata ta' żball kumplessiva identifikata hija ta' 4,42 %, b'rata ta' żball residwu ta' 3,03 %;

120.  Josserva li l-Kummissjoni stmat li l-ammont globali f'riskju fil-punt ta' għeluq huwa bejn EUR 73,5 miljun u EUR 104 miljun;

121.  Jilqa' l-eżaminazzjoni min-naħa tad-DĠ R&I tal-kosteffettività tal-ġestjoni diretta u indiretta tal-għotjiet;

122.  Jiddispjaċih li d-DĠ R&I reġa' ħareġ riżerva orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, implimentat direttament minnu;

123.  Ifakkar l-opinjoni tiegħu, espressa fil-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2015, li l-Kummissjoni għandha: "tiżviluppa approċċ aktar sinifikanti u bbażat fuq ir-riskju, u biex tuża r-riżervi speċifiċi meta jkun hemm bżonn";

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

124.  Jistieden lid-DĠ R&I jippubblika l-proposti tad-direttorat għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu;

125.  Jistieden lid-DĠ R&I jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) li sab nuqqasijiet fil-koerenza tal-approċċ ta' monitoraġġ tal-proġett fil-korpi kollha ta' implimentazzjoni ta' Orizzont 2020;

126.  Jistieden lid-DĠ R&I jirrapporta dwar il-progress li sar mis-Servizz tal-Awditjar Komuni biex iżid il-maturità tal-proċessi interni tiegħu;

127.  Jistieden lid-DĠ R&I jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar l-istrateġija ta' kontroll tiegħu għall-istrumenti finanzjarji u dwar kif id-DĠ R&I jistabbilixxi jekk l-objettivi finanzjarji u dawk relatati mar-riċerka nkisbux;

128.  Jistieden lid-DĠ R&I biex lill-kumitat kompetenti tal-Parlament jispjegalu x'miżuri ħa biex jevita li jkun hemm riżervi orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż;

129.  Iqis li fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, l-istandards u l-istandardizzazzjoni jappoġġaw l-impatt tar-riżultati tar-riċerka fuq livell ta' tħejjija teknoloġika differenti (TRL) peress li jsaħħu l-kummerċjabilità u t-trasferibilità ta' prodotti u soluzzjonijiet innovattivi; jinnota, barra minn hekk, li l-istandards u l-attivitajiet relatati jappoġġaw id-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġetti tal-Orizzont 2020 billi jxerrdu l-għarfien anki wara li jintemmu l-proġetti u dan billi jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-involviment tal-istandardizzazzjoni fis-sejħiet futuri u tiżviluppa indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jqisu l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni;

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Introduzzjoni

130.  isir jaf, mis-"Seba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali"(79) li, minn naħa, il-konverġenza hija proċess fraġli li jista' jiġi interrott u invertit faċilment mill-kriżijiet ekonomiċi, iżda li, min-naħa l-oħra, l-investimenti pubbliċi jaf iċekknu l-impatt tal-kriżijiet;

131.  Huwa sodisfatt li r-rata ta' impjieg fl-2016 reġgħet laħqet il-livell ta' 71 % li kien hemm qabel il-kriżi tal-2008, iżda s-sitwazzjoni tvarja sostanzjalment fl-Unjoni kollha u din ir-rata hija ferm inferjuri għall-mira ta' 75 % tal-Ewropa 2020; jinnota bi tħassib li r-rati tal-qgħad jibqgħu għoljin wisq, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u dawk qiegħda fit-tul;

132.  Jibqa' konvint li huma meħtieġa rabtiet aħjar u aktar numerużi bejn il-mekkaniżmi ta' governanza ekonomika u l-politika ta' koeżjoni; iqis li għal dak il-għan jistgħu jiġu previsti inċentivi pożittivi;

133.  Jilqa' l-fatt li bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Parlament, id-DĠ REGIO spjega fid-dettall ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

134.  Huwa konxju li xi dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rivedut dwar il-politika ta' koeżjoni huma mistennija li jidħlu fis-seħħ b'mod retroattiv;

135.  Jinsab imħasseb li tali modifiki jaf iwasslu għal żbalji addizzjonali, peress li l-programmi u l-proġetti ntgħażlu fuq il-bażi ta' regolamenti li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

Is-Sejbiet tal-Qorti

136.  Jinnota li l-Qorti ħarġet, għall-ewwel darba, opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jisħaq fuq il-punt li skemi ta' rimborż jibqgħu aktar suxxettibbli għall-iżbalji mill-iskemi ta' drittijiet; jirrimarka, madankollu, li d-data rreġistrata taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ma nbidlitx b'mod fundamentali meta mqabbla mas-sena ta' qabel;

137.  Ifakkar li fl-2016 l-ammont disponibbli taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ammonta għal EUR 51,25 biljun, li jirrappreżenta 33 % tal-baġit tal-Unjoni;

138.  Jinnota li l-Qorti stmat li r-rata ta' żball f'dan il-qasam politiku hija ta' 4,8 %; barra minn hekk il-Qorti osservat li l-livell ta' żball stmat għal koeżjoni ma inkludiex kwantifikazzjoni tal-iżborżamenti li saru fl-2016 favur l-istrumenti finanzjarji, li jammontaw għal EUR 2,5 biljun, u li l-Qorti qieset li kienu barra mill-perjodu ta' eliġibilità ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) (il-paragrafi 6.20 sa 6.21); osserva li dawn l-iżborżamenti jkunu jirrappreżentaw livell ta' żball stmat ta' 2,0 % għan-nefqa kumplessiva tal-Unjoni(80);

139.  Jirrimarka li l-iżbalji fil-koeżjoni kkontribwew għal 43 % tal-livell kumplessiv ta' żball stmat ta' 3,1 %; jinnota li waħda mir-raġunijiet għar-rata ta' żball għolja hija l-kumplessità tar-regolamentazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

140.  Jinnota li l-Qorti analizzat kampjun ta' 180 tranżazzjoni minn 54 pagament interim għall-2013-2007, u relatati ma' 92 proġett tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), 36 proġett tal-Fond ta' Koeżjoni (FK), 40 proġett tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), 11-il strument finanzjarju tal-FEŻR u strument finanzjarju wieħed tal-FSE;

141.  Jistieden lill-Kummissjoni biex debitament tqis ir-rimarki tal-Qorti, li sabet xi ineżattezzi fl-analiżi tal-prestazzjoni ta' minn tal-anqas erba' strumenti finanzjarji tal-FEŻR u FSE mit-12 eżaminati fir-rapport tal-Qorti għall-2016; jikkondividi t-tħassib tal-Qorti, li tenfasizza li dawn l-iżbalji għandhom l-effett li jiddikjaraw il-prestazzjoni b'mod eċċessiv u, jekk ma jiġux ikkoreġuti, jistgħu iżidu artifiċjalment l-ammont iddikjarat ta' nfiq eliġibbli fl-għeluq, speċjalment fil-każ ta' fondi ta' garanzija;

142.  Jinnota wkoll li 42 % tal-iżbalji kienu kkawżati minn kosti ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, 30 % huma relatati ma' nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku, u 28 % huma relatati ma' proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli;

143.  Jinnota b'dispjaċir li wieħed mis-sorsi ewlenin ta' żbalji relatati mal-infiq taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" għadu l-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jindika li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

144.  Jilqa' li l-Qorti enfasizzat li l-proġetti li jużaw għażliet tal-ispejjeż issimplifikati huma inqas suxxettibbli għall-iżbalji meta mqabbla mar-rimborżi tal-ispejjeż attwali;

145.  Huwa mħasseb li l-kampjun kien jinkludi wkoll tliet "proġetti kbar", li kienu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u li għalihom l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma kinux ippreżentaw l-applikazzjoni meħtieġa qabel l-iskadenza tal-31 ta' Marzu 2017; jinnota li l-Kummissjoni għandha, għaldaqstant, tirkupra l-infiq;

146.  Mhuwiex sodisfatt li, bħal fis-snin ta' qabel, ir-rata ta' żball setgħet kienet 3,7 punti, jiġifieri 1,1 %, inqas li kieku l-Istati Membri użaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex jipprevjenu, jew biex jidentifikaw u jikkoreġu, l-iżbalji fil-kontrolli tal-ewwel livell qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni;

147.  Jinsab imħasseb li snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri ddeżinjaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni. mill-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet kontijiet finali b'nefqa li tkopri biss 0,7 % tal-baġit allokat għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu; minn nofs l-2017, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit kien akbar milli kien fl-istess punt fil-perjodu 2007-2013; jinnota li, konsegwentement, l-impenji pendenti fi tmiem il-perijodu attwali ta' finanzjament jistgħu jkunu saħansitra ogħla minn kif kienu fil-perjodu preċedenti;

148.  Japprezza li l-kapitolu dwar il-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" jinkludi wkoll taqsima dwar il-prestazzjoni tal-proġetti; jiddispjaċih, madankollu, li din it-taqsima tiffoka l-aktar fuq informazzjoni kwantitattiva, jiġifieri n-numru tas-sistemi li hemm fis-seħħ għall-kejl tal-prestazzjoni;

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

149.  Ifakkar li s-sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fl-2016 ġie ppubblikat biss fl-20 ta' Settembru 2017, u li għaldaqstant il-Qorti ma setgħetx tikkummenta fuq id-dokument;

150.  Jinnota li ċ-ċifri ewlenin għall-2016 huma dawn li ġejjin:

(a)  huma 25 dawk l-Istat Membri li qed jużaw l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja, 25 qed jużawhom għas-sostenn tal-intrapriżi, 11 għall-iżvilupp urban u 9 għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli;

(b)  fl-Unjoni kollha hemm 1,058 strument ta' inġinerija finanzjarja, u dawn huma magħmula minn 77 fond ta' investiment u 981 fond speċifiku;

(c)  89 % ta' dawn l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja qed jipprovdu sostenn għall-intrapriżi, 7 % għal żvilupp urban, 4 % għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli;

(d)  il-pagamenti favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja jammonta għal EUR 16,4 biljun, inklużi EUR 11,3 biljun f'fondi strutturali;

(e)  il-pagamenti lir-riċevituri aħħarin ammontaw għal EUR 15,2 biljun, inklużi EUR 10,1 biljun f'fondi strutturali, jiġifieri 93 % tal-pagamenti totali favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

(f)  abbażi tal-81 % tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja li dwarhom ġie kkomunikat rapport, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni laħqu total ta' EUR 0,9 biljun jew 6,7 % tal-pagamenti totali lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kkonċernati;

(g)  EUR 8,5 biljun ta' riżorsi ngħataw lura;

(h)  314 000 riċevitur aħħari ngħataw sostenn;

151.  Josserva li, matul is-snin u l-perjodi ta' finanzjament, l-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja żdied b'mod drammatiku, u b'hekk il-finanzjament mill-fond strutturali sar aktar kumpless u għaldaqstant inħolqu riskji għar-responsabilità demokratika; jinnota li huwa mistenni li EUR 20,1 biljun tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fondi ta' Koeżjoni (FK) se jitwassal permezz ta' strumenti finanzjarji sa tmiem l-2020;

152.  Jinsab imħasseb, f'dan il-kuntest, li l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali ma koprewx biżżejjed l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

153.  Jiddetermina li 63 % (675) tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja tnedew fil-Polonja (247), fi Franza (152), fl-Ungerija (139) u fl-Italja (137);

154.  Jiddispjaċih li 6,7 % tal-pagamenti totali favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kkonċernati (EUR 900 miljun) kienu destinati għal spejjeż u tariffi ta' ġestjoni; iqis li dan l-ammont huwa inadegwatament għoli;

155.  Jinnota li fir-rappurtar tad-data għad hemm numru ta' żbalji u diskrepanzi; dawn jinkludu ammonti żgħar iżda sinifikanti ta' riżorsi ta' programmi operattivi impenjati fil-ftehmiet ta' finanzjament iżda mhux imħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fl-għeluq, żieda kemm fil-pagamenti ammonti impenjati lil għadd ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja wara l-31 ta' Diċembru 2015 u, f'xi każijiet, ammonti ogħla mħallsa lir-riċevituri aħħarin meta mqabbla ma' dawk imħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja(81);

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO)

156.  Jieħu nota tal-fatt li l-evalwazzjoni ex post tal-FEŻR-FK tindika li għalkemm il-konverġenza reġjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 ma kinitx biżżejjed, mingħajr il-politika ta' koeżjoni kien ikun hemm diverġenza minħabba li l-kriżi finanzjarja tal-2007-2008 ħolqot klima xejn favorevoli għall-investiment u l-konverġenza;

157.  Jissottolinja li kwalunkwe konklużjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tibqa' limitata, peress li din tkun teħtieġ rieżami aktar komprensiv tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata mill-programmi 2007-2013, rieżami li suppost kellu jitlesta biss sa Awwissu 2017; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar ir-riżultat tar-rieżami;

158.  Josserva li, għall-implimentazzjoni tal-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, il-Kummissjoni tirrapporta li ntgħażlu aktar minn 50 000 proġett li jikkorrispondu għal EUR 64,1 biljun tal-investiment totali, inħolqu 45 000 proġett ta' kooperazzjoni tal-intrapriżi mal-istituzzjonijiet ta' riċerka, u li aktar minn 380 000 intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SME) irċevew appoġġ mill-fondi ta' koeżjoni, u dan irriżulta f'aktar minn 1 000 000 impjieg;

159.  Josserva li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll, għall-istess perjodu ta' finanzjament, li aktar minn EUR 75 biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond ta' Koeżjoni jipprovdu appoġġ għall-objettvi tal-unjoni tal-enerġija u l-adattamenti għat-tibdil fil-klima; barra minn hekk, intgħażlu aktar minn 5 000 proġett fuq il-post biex jappoġġjaw l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

160.  Jinnota li t-tabella ta' hawn taħt turi l-approprjazzjonijiet totali ta' impenn u ta' pagament awtorizzati fl-2016:

2016 f'EUR miljuni

 

Approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati

Approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati

Infiq amministrattiv għall-qasam tematiku "Politika reġjonali u urbana"

16,75

24,52

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u operazzjonijiet reġjonali oħra

27 163,16

22 911,83

Fond ta' Koeżjoni (FK)

8 775,98

7 456,71

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni – Żvilupp reġjonali u kooperazzjoni reġjonali u territorjali

54,14

522,95

Fond ta' Solidarjetà

81,48

68,48

Total

36 091,51

30 984,47

161.  Jirrimarka, madankollu, li din l-istatistika ma tagħtix wisq informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-prestazzjoni ta' dawn il-proġetti;

162.  Ifakkar l-importanza kbira attribwita lill-kundizzjonalitajiet ex ante għad-definizzjoni ta' kundizzjonijiet speċifiċi għas-settur u orizzontali biex jiġi żgurat infiq effikaċi fl-ambitu tal-FSIE; ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante u tiġi implimentata ż-żamma ta' 10 % mill-pagamenti prevista mir-regolament rivedut, l-implimentazzjoni tal-proġetti għandha tkun aktar faċli u inqas suxxettibbli għall-iżbalji; jinnota, madankollu, li r-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2017 jistaqsi kemm dan effettivament wassal għal bidliet fuq il-post;

163.  Jiddispjaċih li sa tmiem l-2016 kienu nħatru 87 % biss tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni (181 minn 209), u li ma kienet inħatret l-ebda awtorità għal 28 programm ġenerali (fl-Awstrija nħatret awtorità għal programm wieħed biss, fil-Belġju għal 2 biss, fil-Ġermanja għal 8 biss, fil-Finlandja għal 1 biss, fi Franza għal 2 biss, fl-Irlanda għal 2 biss, fl-Italja għal 6 biss, fir-Rumanija għal 4 biss, fis-Slovakkja għal 1 biss, fir-Renju Unit għal 1 biss);

164.  Jinnota b'sorpriża li d-diffikultajiet ewlenin li ġew identifikati fil-proċess tal-ħatra kienu relatati mal-ħolqien ta' sistemi tal-IT biex jiddaħħlu l-elementi ġodda tal-perjodu 2014-2020 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rappurtar u d-disinn tal-proċeduri bil-għan li tiġi żgurata li l-awtoritajiet maniġerjali jkunu jistgħu jwettqu superviżjoni robusta fuq il-korpi intermedjarji;

165.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li – b'mod ġenerali – intgħażlu 26,1 % biss tal-proġetti, u 3,7 % biss tal-fondi strutturali disponibbli ġew assorbiti fi tmiem l-2016, filwaqt li l-proċess tal-għażla żied il-pass fl-2017; iqis li l-bidu batut jista' jwassal għal għadd kbir ta' impenji pendenti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament attwali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi aktar sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

166.  Jenfasizza li l-għażla tal-proġetti saret partikolarment bil-mod fi Spanja, Ċipru, ir-Rumanija, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u s-Slovakkja;

167.  Jinnota li, konsegwentement, għall-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi (247 minn 295) l-ebda ammont ma ġie ċċertifikat fil-kontijiet (kien hemm "kontijiet żero") peress li l-ebda nfiq ma ġie ddikjarata sal-31 ta' Lulju 2016;

168.  Huwa sodisfatt li l-Kummissjoni, abbażi ta' opinjonijiet dwar l-awditi preliminari rigward il-pakketti ta' assigurazzjoni li waslulha, ma identifikat l-ebda inkonsistenza materjali;

169.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li 7 mid-9 verifiki tal-Kummissjoni fi programmi operattivi jew oqsma b'riskju għoli kixfu nuqqasijiet sinifikanti (fl-Ungerija, it-trasport, l-amministrazzjoni elettronika u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi; fl-Italja, il-programmi operattivi fl-ambitu tal-prijorità 3, jiġifieri n-netwerks, il-mobbiltà u l-edukazzjoni (Reti e mobilità, istruzione) u tal-assistenza teknika; fir-Rumanija, il-programmi operattivi fil-qasam tal-kompetittività u l-ambjent);

170.  Jinnota li 278 sistema ta' ġestjoni u kontroll minn 322 irċevew opinjoni mingħajr riżervi jew "kwalifikata b'impatt moderat"; billi f'40 każ il-Kummissjoni ħarġet opinjoni kwalifikata b'impatt sinifikanti;

171.  Jinnota li l-Kummissjoni kkalkulat li l-ammont globali f'riskju fil-mument tal-pagament jammonta għal bejn EUR 644,7 u EUR 1 257,3 miljun, u li l-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji, fl-eżerċizzju tar-rwol superviżorju tagħha, li jammontaw għal EUR 481 miljun fl-2016;

172.  Jinnota li l-Kummissjoni stmat li r-rata medja ta' żball kumplessiva tal-pagamenti għall-2016 għall-programmi tal-FEŻR/FK 2007-2013 kienu fil-medda ta' bejn 2,2 % u 4,2 %, u r-rata tal-iżball residwu fl-għeluq kienet ta' bejn wieħed u ieħor 0,4 %; jenfasizza li, għal darb'oħra, l-intestatura "Koeżjoni" kienet dik li kkontribwiet l-aktar għal-livell ta' żball stmat għall-2016, segwita mill-intestaturi "Riżorsi naturali", "Kompetittività" u "Ewropa Globali"; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri biex jitjiebu s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom u tkompli tuża l-għodod superviżorji legali disponibbli biex tiżgura li jiġu kkoreġuti l-iżbalji materjali kollha;

173.  Jinnota li l-Kummissjoni rreġistrat 68 riżerva għall-perjodu ta' finanzjament li għadda u 2 riżervi għall-perjodu ta' finanzjament attwali;

Kwistjonijiet speċifiċi

Il-Greċja

174.  Jilqa' l-isforzi tad-DĠ REGIO biex isir progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista tal-proġetti prijoritarji fil-Greċja;

175.  Jilqa', f'dan il-kuntest:

(a)  il-ħolqien ta' erba' konċessjonijiet ta' awtostradi (Ateni-Tessaloniki, Korinthos-Tripoli-Kalamata, Korinthos-Patras u Patras-Ioannina; li bejniethom ikopru aktar minn 1 000 km ta' toroq), u li issa nfetħu u huma apprezzati ħafna mill-utenti,

(b)  il-programm ta' "ffrankar ta' enerġija fid-djar" (taħlita ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja u għotjiet), li tejjeb l-effiċjenza enerġetika f'46 000 dar u ħoloq 6 000 impjieg; id-domanda tant kienet kbira li minnufih inħoloq programm ieħor għall-2020-2014,

(c)  strumenti finanzjarji, b'mod partikolari l-JEREMIE, li ppermettew il-ħolqien jew is-salvagwardja ta' iżjed minn 20 000 impjieg,

(d)  il-proġett ta' preskrizzjoni elettronika għall-mediċini, li ta' kull xahar jamministra aktar minn 5,5 miljun preskrizzjoni elettronika u 2,4 miljun riferiment dijanjostiku, bl-involviment ta' 13 000 spiżerija u 50 000 tabib, u li wassal għal iffrankar konsiderevoli ta' spejjeż għall-baġit tas-saħħa pubblika Grieg;

176.  Jiddispjaċih, min-naħa l-oħra, li:

(a)  il-proġetti tal-metrò f'Ateni (l-estensjoni tal-linja 3 għal Piraeus) u f'Tessaloniki (linja prinċipali) kellhom dewmien serju li rrikjeda l-integrazzjoni gradwali tagħhom fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

(b)  xi proġetti ewlenin fis-settur ferrovjarju, is-settur diġitali u s-settur tal-enerġija ġew ikkanċellati jew posposti, u li għaldaqstant kellhom jiġu integrati gradwalment u trasferiti kollha kemm huma fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

(c)  parti kbira mill-infrastruttura tal-ilma mormi u tal-immaniġġjar tal-iskart solidu għad trid titlesta;

177.  Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) lesta l-investigazzjoni amministrattiva tiegħu dwar il-Proġett Ċek "Stork Nest"; jinnota li l-fajl miftuħ mill-OLAF dwar il-każ ġie ppubbliċizzat mill-mezzi tax-xandir Ċeki; jiddispjaċih li l-OLAF sab irregolaritajiet serji;

178.  Jistieden lid-DĠ REGIO jirkupra l-kofinanzjament tal-Unjoni involut, jiġifieri EUR 1,67 miljun, u japplika s-sanzjonijiet meħtieġa;

179.  Jinnota li fil-25 ta' Jannar 2018 ir-Repubblika Ċeka rtirat il-proġett "Stork Nest" mill-finanzjament tal-UE u li, b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proġett diġà jinsab taħt stħarriġ ġudizzjarju fir-Repubblika Ċeka;

180.  Jesprimi tħassib dwar l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li s-sehem ta' kuntratti mogħtija li rċevew offerta waħda biss fl-Ungerija huwa ta' 36 %; jinnota li l-medja tal-Unjoni hija ta' 17 %; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kompetizzjoni fil-proċeduri tal-offerti;

181.  Jilqa' l-valutazzjoni pożittiva tal-10 snin ta' Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (CVM) għall-Bulgarija u r-Rumanija(82); jesprimi tħassib dwar il-pass lura li sar dan l-aħħar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' livell għoli fil-Bulgarija u r-Rumanija; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' kontra l-korruzzjoni f'dawn iż-żewġ Stati Membri; jenfasizza r-riżultati impressjonanti tal-aġenzija kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija fl-isforzi tagħha biex issolvi każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli u medju; jenfasizza li t-tkomplija ta' dan l-isforz huwa ta' importanza fundamentali biex tiġi kkonsolidata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

182.  Jikkundanna d-delitt reċenti mwettaq fil-konfront ta' ġurnalista Slovakk, li jista' jkun relatat max-xogħol investigattiv tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-fondi agrikoli tal-Unjoni fis-Slovakkja;

183.  Jinnota li l-OLAF lesta wkoll investigazzjoni amministrattiva dwar self mogħti lill-Grupp Volkswagen mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI);

184.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-BEI, Werner Hoyer, li fiha jgħid li: "Għadna ma nistgħux neskludu li s-self ta' EUR 400 miljun li tajna lil "Volkswagen Antrieb RDI" kien marbut ma' teknoloġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet żviluppati fiż-żmien meta ġie ddisinjat u użat is-software ta' manipulazzjoni. Issa se nagħmlu rieżami tal-konklużjonijiet tal-OLAF u nikkunsidraw kull azzjoni disponibbli u xierqa. [...]Aħna ddiżappuntati ħafna b'dak li affermat l-investigazzjoni tal-OLAF, jiġifieri li l-VW qarraq bil-BEI dwar l-użu tal-apparat ta' manipulazzjoni.";

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL)

185.  Jinnota li d-DĠ EMPL jenfasizza kif ġej il-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Unjoni għall-2020:

(a)  ir-rata ta' impjieg fl-Unjoni għal dawk bejn l-20 u l-64 sena laħqet il-71.2 % fit-tielet kwart tal-2016; għall-ewwel darba, din ir-rata issa hija ogħla minn dik osservata fl-2008 (70,3 %) u r-rata fil-mira tal-istrateġija Ewropa 2020 tista' tintlaħaq jekk tkompli din ix-xejra;

(b)  il-qgħad totali qed ikompli jonqos u issa qiegħed taħt l-10 % kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro; madankollu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jibqgħu sfidi ewlenin għall-UE, minkejja t-tnaqqis rispettiv osservat minn 19,5 % f'Diċembru 2015 għal 18,6 % f'Diċembru 2016, u minn 4,3 % fit-tielet kwart tal-2015 għal 3,8 % fit-tielet kwart tal-2016;

(c)  l-irkupru ekonomiku li beda fl-2013 kien ukoll akkumpanjat minn tnaqqis kontinwu, għalkemm insuffiċjenti, fil-faqar, imkejjel bir-rata ta' persuni f'riskju ta' faqar – li niżlet minn 24,7 % fl-2012 għal 23,7 % fl-2015 – iżda l-irkupru għadu mhux qed jilħaq lill-partijiet kollha tas-soċjetà u fl-2016 kien hemm 118-il miljun ruħ f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali (1,7 miljun persuna aktar mill-2008), u għaldaqstant għadna 'l bogħod milli nilħqu l-mira tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ta' Ewropa 2020;

(d)  l-investimenti biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-mobbiltà ġeografika u professjonali filwaqt li jiġu indirizzati r-riskji ta' distorsjonijiet u abbużi kkontribwew għal żieda progressiva fir-rata ta' mobbiltà fl-UE, li laħqet it-3,6 % tal-popolazzjoni fl-2015;

186.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-inugwaljanza fid-distribuzzjoni tal-introjtu żdiedet bejn l-2013 u l-2014 u, għalkemm baqgħet stabbli minn dak iż-żmien 'l hawn, f'xi każijiet kompliet tikber; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fl-2016, l-aktar 20 % sinjuri tan-nies kellhom introjtu disponibbli li kien madwar ħames darbiet ogħla minn dak tal-ifqar 20 %, b'differenzi kbar bejn il-pajjiżi (u żieda fl-inugwaljanza f'xi wħud minnhom);

187.  Jilqa' l-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-FSE 2007-2013, li ġiet iffinalizzata fit-12 ta' Diċembru 2016; jinnota li, fi tmiem l-2014, tal-inqas 9,4 miljun resident Ewropew kienu sabu impjieg bl-għajnuna tal-FSE, 8.7 miljuni kienu kisbu kwalifika jew ċertifikat u 13.7 miljun parteċipant irrappurtaw riżultati pożittivi oħrajn, bħal żieda fil-livelli tal-ħiliet; jinnota li l-FSE kellu wkoll impatt pożittiv fuq il-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta' 28 Stat Membru (żieda ta' 0,25 %) u fuq il-produttività, skont simulazzjonijiet makroekonomiċi;

188.  Josserva li din id-data kwantitattiva turi tabilħaqq xejra pożittiva iżda ma tagħtix wisq ħjiel dwar il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tal-miżuri;

189.  Jikkritika bis-saħħa lid-DĠ EMPL talli ma ppubblikax il-proposti tad-direttorat għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament;

190.  Jinnota li t-tabella ta' hawn taħt turi l-approprjazzjonijiet totali ta' impenn u ta' pagament awtorizzati fl-2016:

2016 f'EUR miljuni

 

Approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati

Approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

12 438,2

8 132

Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

534,7

278

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

27,6

27,6

L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) - Żvilupp tar-Riżorsi Umani

0

82,3

Ġestjoni Diretta (Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, Erasmus +) u aġenziji

289

275

Total

13 290

8 795

191.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ EMPL żviluppa metodoloġija biex jivvaluta kull sena l-prestazzjoni tal-programmi, iżda għandu dubji dwar il-valur informattiv ta' kriterji bħal "tajjeb", "aċċettabbli" jew "ħażin";

192.  Huwa mħasseb li, sa Marzu 2017, kienu nħatru 87 % biss tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni;

193.  Jilqa' l-fatt li, sal-15 ta' Frar 2017, id-DĠ EMPL kien irċieva pakkett ta' assigurazzjoni sħiħ li jinkludi l-kontijiet, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-opinjonijiet tal-awditjar dwar il-kontijiet, is-sistema ta' ġestjoni u kontroll, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u taqsira annwali għall-programmi kollha; jinnota li, b'mod ġenerali, id-DĠ EMPL kellu biss osservazzjonijiet minuri u aċċetta l-kontijiet annwali;

194.  Jilqa' wkoll il-fatt li, sa tmiem l-2016, id-DĠ EMPL kien lesta l-pjan ta' verifika pluriennali tiegħu u, konsegwentement, kienu ġew awditjati 89 awtorità tal-awditjar minn total ta' 92, li jkopru 115 mill-118-il programm operazzjonali;

195.  Jinnota li, fl-2016, id-DĠ EMPL implimenta korrezzjonijiet finanzjarji li kienu jammontaw għal EUR 255,8 miljun; li l-ammont kumulattiv totali aċċettat jew deċiż ta' korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi tmiem l-2016 kien ta' EUR 1 454 miljun; u li, għall-istess perjodu, l-Istati Membri rrappurtaw korrezzjonijiet finanzjarji ekwivalenti għal EUR 2 253,8 miljun;

196.  Jiddispjaċih li d-DĠ EMPL żamm jew ħareġ ir-riżervi li ġejjin, fir-rigward ta':

(a)  sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal programm operazzjonali wieħed tal-FSE fl-Italja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 (riżerva reputazzjonali);

(b)  sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 23 programm operazzjonali speċifiku tal-FSE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; u

(c)  sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 3 programmi operazzjonali tal-FSE jew tal-YEI u programm operazzjonali wieħed tal-FEAD għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

197.  Jinnota li l-ammont totali f'riskju għall-infiq rilevanti għall-2016 huwa ta' EUR 279 miljun;

Kwistjonijiet speċifiċi

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

198.  Ġie infurmat bl-ewwel konstatazzjonijiet ta' studju dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), li jgħid li:

(a)  sa tmiem l-2016, l-għadd ta' żgħażagħ li kienu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u li ħadu sehem fi proġetti appoġġjati mill-YEI biex itejbu l-ħiliet tagħhom jew jagħmlu esperjenza ta' xogħol kien it-triplu, meta mqabbel ma' tmiem l-2015 (1,3 miljun kontra 0,5 miljun persuna);

(b)  fosthom, 712 000 parteċipant qiegħed u inattiv, u barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ, lestew intervent iffinanzjat mill-YEI; 'il fuq minn nofshom, (madwar 346 000 parteċipant qiegħed u inattiv, u barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ) kisbu riżultat pożittiv billi, mat-tmiem tal-intervent, daħlu fl-edukazzjoni/fit-taħriġ, kisbu kwalifika, jew sabu impjieg (inkluż impjieg indipendenti);

(c)  fl-Italja, evalwazzjoni kontrofattwali wriet li politiki innovattivi ġodda fil-biċċa l-kbira appoġġjati mill-YEI żiedu l-opportunitajiet ta' impjieg għaż-żgħażagħ b'7,8 %, minkejja differenzi reġjonali sinifikanti li wrew li hemm diffikultajiet akbar fiż-żoni li għandhom l-ogħla rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ;

199.  Jinnota, barra minn hekk, li:

(a)  l-Italja u Spanja mmobilizzaw għadd sinifikanti ta' NEETs permezz ta' azzjonijiet tal-YEI, minkejja li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadha għolja f'dawn il-pajjiżi;

(b)  is-Slovakkja ressqet l-enfasi lil hinn minn skemi ta' xogħlijiet pubbliċi għaż-żgħażagħ u lejn miżuri aktar effikaċi bħal żieda fl-għoti ta' taħriġ professjonali;

(c)  fl-Italja, evalwazzjoni kontrofattwali wriet li politiki innovattivi ġodda fil-biċċa l-kbira appoġġjati mill-YEI żiedu l-opportunitajiet ta' impjieg taż-żgħażagħ b'7.8 %, minkejja differenzi reġjonali sinifikanti;

(d)  fil-Portugall, programmi ta' intraprenditorija kkofinanzjati mill-YEI kellhom suċċess akbar minn dak ta' miżuri ta' edukazzjoni ogħla;

(e)  il-Greċja identifikat il-ħtieġa li teżamina mill-ġdid is-sistema tagħha ta' vouchers għall-impjieg u t-taħriġ taż-żgħażagħ;

(f)  fil-Polonja, 62 % tal-parteċipanti tal-YEI rċevew offerta ta' impjieg, taħriġ jew edukazzjoni, u l-parteċipanti rrappurtaw livell għoli ġenerali ta' sodisfazzjon;

200.  Jiddispjaċih, madankollu, li bilkemm intużaw 30 % tal-fondi disponibbli, ammont li jirrifletti l-prefinanzjament inizjali u l-pagamenti interim;

201.  Jilqa' l-fatt li, sa Ottubru 2017, l-Istati Membri kollha li għalihom kienet tapplika l-kundizzjonalità ex ante dwar ir-Rom (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja) kienu ssodisfawha u, għalhekk, kellhom strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom;

202.  Jinnota li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, żewġ prijoritajiet ta' investiment tal-FSE indirizzaw direttament in-nondiskriminazzjoni u l-integrazzjoni tar-Rom (ara t-tabella ta' hawn taħt)

Prijorità ta' investiment (PI)

Stati Membri li għażlu l-PI

Allokazzjoni finanzjarja (EUR miljuni)

 

Il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs

11-il Stat Membru (BE, CY, CZ, DE, ES, FR, GR, IE, PL, PT u SK).

447

L-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom

12-il Stat Membru (AT, BE, BG, CZ, ES, FR, GR, HU, IT, PL, RO u SK).

1 600

Il-maġġoranza tal-finanzjament (EUR 1,2 miljun) hija kkonċentrata fil-pajjiżi li ġejjin: BG, CZ, HU u RO

203.  Jinnota li, għalkemm għandu baġit annwali massimu ta' EUR 150 miljun, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni mmobilizza EUR 28 miljun għall-impenji mir-riżerva fl-2016, u bbenefikaw minnu tmien Stati Membri;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

204.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, għaldaqstant, joqogħdu aktar attenti biex għall-perjodu finanzjarju ta' wara l-2020:

(a)  jinħoloq valur miżjud tal-UE bil-politika ta' koeżjoni;

(b)  tinbena koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-koeżjoni, il-governanza ekonomika u s-Semestru Ewropew billi jiġu kkunsidrati, fost l-oħrajn, inċentivi pożittivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni biex jingħelbu d-differenzi u l-inugwaljanzi kif spjegati fit-Trattati, fit-tliet dimensjonijiet tagħha – ekonomika, soċjali u territorjali;

(c)  titfassal sistema li tippermetti konċentrazzjoni tal-fondi ta' koeżjoni fir-reġjuni li jeħtiġuhom l-aktar;

(d)  jingħata appoġġ amministrattiv lil dawk ir-reġjuni li jsibuha diffiċli biex jassorbu l-fondi;

(e)  jitfassal sett uniku ta' regoli għall-fondi strutturali;

(f)  isir progress lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' awditu uniku;

(g)  il-programmi u l-proġetti jiġu implimentati aktar malajr, bil-għan li jiġi rispettat il-perjodu finanzjarju ta' seba' snin (l-ebda n+3);

(h)  l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jitħallew jawditjaw l-istrumenti finanzjarji taħt il-baġit tal-UE, inaqqsu l-għadd ta' strumenti finanzjarji, u jintroduċu regoli aktar stretti għar-rappurtar mill-amministraturi tal-fondi, inkluż mill-Grupp tal-BEI u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra dwar il-prestazzjoni u r-riżultati miksuba, u b'hekk jiżdiedu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;

(i)  jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-perjodu attwali u l-ħtieġa ta' aktar semplifikazzjoni sabiex tinħoloq sistema bilanċjata li tiżgura l-kisba tar-riżultati u ġestjoni finanzjarja tajba mingħajr piż amministrattiv eċċessiv li jista' jiskoraġġixxi lill-benefiċjarji potenzjali u jwassal għal aktar żbalji;

(j)  jintlaħaq bilanċ ġeografiku u soċjali sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jsiru fejn l-aktar li hemm bżonnhom;

205.  Jinsisti li d-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL jippubblikaw il-proposti tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fir-rapport annwali tal-attività rispettiv tagħhom, kif talab ripetutament il-Parlament;

206.  Jistieden lid-DĠ REGIO:

(a)  jirrapporta lura lill-kumitat responsabbli tal-Parlament dwar id-diversi fajls pendenti tal-OLAF meta jkunu tlestew il-proċedimenti legali relatati;

(b)  jirrapporta lura lill-kumitat responsabbli tal-Parlament, fis-segwitu għall-kwittanza 2016 tal-Kummissjoni, dwar il-progress magħmul fil-proġetti kollha msemmija hawn fuq;

207.  Jistieden lill-BEI jeżamina b'urġenza l-konstatazzjonijiet tal-OLAF u jislet il-konklużjoni meħtieġa; jistieden lill-BEI jinforma lill-Parlament bil-konklużjonijiet tiegħu u bil-miżuri meħuda;

208.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-għażliet tal-ispejjeż issemplifikati introdotti mir-Regolament "Omnibus";

209.  Jistieden lid-DĠ EMPL jimplimenta r-rakkomandazzjoni tas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) fir-rigward tal-implimentazzjoni bikrija tal-istrateġija ta' kontroll għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u jinforma lill-Parlament meta jlesti;

210.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi aktar semplifikazzjoni fir-regoli u tnaqqis fil-piż amministrattiv, sabiex ir-rata tal-iżball residwu tkun tista' tonqos saħansitra iżjed;

Riżorsi naturali

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPI) u PAK ġusta

211.  Jirrimarka li skont ir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI (p. 15 – KPI 1: l-introjtu mill-fatturi agrikoli għal kull ħaddiem full-time), il-valur miżjud u l-produttività tas-settur naqsu xi ftit fl-2016 għal darb'oħra u li, għad-DĠ AGRI, huwa diffiċli li jiġi identifikat x'kien eżatt li kkawża t-tnaqqis globali tal-introjtu mill-fatturi mill-2013 'l hawn;

212.  Ifakkar li l-KPI 4 dwar ir-rata tal-impjiegi fl-iżvilupp rurali mhuwiex rilevanti peress li r-rata ta' impjieg fl-iżvilupp rurali mhijiex influwenzata mill-miżuri tal-PAK biss;

213.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma segwietx ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 biex tiddefinixxi mill-ġdid il-KPI 4 "b'mod li tisħaq fuq l-impatt speċifiku tal-miżuri tal-PAK fuq l-impjiegi f'dawk l-oqsma";

214.  Jirrimarka li, fl-2016, 51 % tal-benefiċjarji ta' pagamenti diretti ngħataw anqas minn EUR 1 250, li jammonta għal total ta' 4 % tal-pagamenti diretti totali(83);

215.  Ifakkar fir-rimarki(84) tiegħu dwar l-istruttura insostenibbli tal-infiq tal-PAK: 44,7 % tal-irziezet kollha tal-Unjoni kellhom introjtu annwali ta' inqas minn EUR 4 000, u fl-2016, bħala medja, l-ogħla 10 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK irċevew madwar 60 % tal-pagamenti(85); jinnota li d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-konċentrazzjoni tal-art, billi 20 % tal-bdiewa huma wkoll proprjetarji ta' 80 % tal-art; (risposta għall-mistoqsija bil-miktub Nru 17 waqt is-seduta ta' smigħ tal-Kumitat CONT mas-Sur Hogan fit-28 ta' Novembru 2017); jesprimi tħassib dwar il-konċentrazzjoni kbira ta' benefiċjarji u jenfasizza li jeħtieġ jintlaħaq bilanċ aħjar bejn benefiċjarji kbar u żgħar;

216.  Jinnota li madwar 72 % tal-għajnuna tingħata lil irziezet ta' bejn 5 u 250 ettaru, li ġeneralment ikunu ta' proprjetà tal-familja;

217.  Jitlob lid-DĠ AGRI jiddefinixxi objettivi akkumpanjati b'indikaturi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-introjtu bejn l-irziezet fil-QFP li jmiss;

218.  Itenni l-fehma tiegħu li l-pagamenti diretti jaf ma jwettqux bis-sħiħ ir-rwol tagħhom bħala mekkaniżmu ta' xibka ta' sigurtà biex jiġi stabbilizzat l-introjtu tal-irziezet, partikolarment għall-irziezet ta' daqs iżgħar, minħabba d-distribuzzjoni żbilanċjata tal-pagamenti;

219.  Huwa tal-fehma li l-introjti tal-irziezet ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjti tal-irziezet daqs dawk ta' daqs iżgħar fi żminijiet meta l-introjti jkun volatili, peress li jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti;

220.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi semplifikazzjoni ġenwina tal-proċeduri, inkluż fid-dokumentazzjoni mitluba sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament, mingħajr ma jiġu injorati l-prinċipji ta' kontroll u monitoraġġ; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-appoġġ amministrattiv għal produtturi fuq skala żgħira, li jqisu l-finanzjament bħala prerekwiżit fundamentali għas-sopravivenza tan-negozju tagħhom;

Rata ta' żball

221.  Jirrimarka li l-Qorti stmat li l-livell ta' żball għall-kapitolu kollu dwar ir-riżorsi naturali huwa ta' 2,5 % (2,9 % fl-2015 u 3.6 % fl-2014); jilqa' l-evoluzzjoni pożittiva tar-rata ta' żball filwaqt li jinnota li ċ-ċifra tal-2016 hija ogħla mil-livell limitu ta' materjalità;

222.  Jilqa' l-fatt li l-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) kkonstatat li l-pagamenti tas-suq u ta' appoġġ dirett kienu ħielsa minn żbalji materjali fl-2016, u r-rata ta' żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta' 1,7 % (2,2 % fl-2015);

223.  Jenfasizza li l-Qorti nnutat inqas żbalji dovuti għal eċċessi jew ineliġibbiltà b'rabta mal-artijiet fid-dikjarazzjonijiet magħmula mill-bdiewa, u dan hu dovut għall-introduzzjoni ta' definizzjoni ġdida aktar flessibbli ta' bwar permanenti, l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni biex tittejjeb il-kwalità tad-data f'sistemi ta' identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art u s-sistema ġeospazjali onlajn il-ġdida biex jitressqu l-applikazzjonijiet;

224.  Jinnota li l-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni kienu sors ta' żbalji u kellhom impatt ta' 17 % fuq il-livell ta' żball stmat mill-Qorti, u li l-iżbalji nstab li kienu prinċipalment relatati mar-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku, għalkemm ir-rata ta' żball għall-FAEG kienet aktar baxxa mil-livell limitu ta' materjalità; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tnaqqis fir-rata ta' żball għall-FAEG għal 1,7 %;

225.  Jirrimarka li l-Qorti sabet ukoll dgħufijiet fil-protezzjoni ta' bwar permanenti, billi r-Repubblika Ċeka u l-Polonja m'għandhomx l-istatistika storika biex jikkontrollaw il-konformità mal-obbligu li jkun hemm raba' mgħottija bil-ħaxix għal ħames snin konsekuttivi, filwaqt li l-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit ma kinux ikklassifikaw il-bwar permanenti b'mod affidabbli għalkollox;

226.  Jissottolinja x-xejra pożittiva fir-rati ta' żbalji maħruġa mill-Qorti minkejja l-evoluzzjoni tal-ammonti f'riskju rrappurtati mid-DĠ AGRI fir-Rapporti Annwali tal-Attività tiegħu, jiġifieri minn 1,38 % fl-2015 għal 1,996 % fl-2016 (il-miżuri tas-suq b'rata ta' żball ta' 2,85 % mhumiex inklużi) u 4 % għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji fl-iżvilupp rurali; jifhem li dan ma jirriflettix devjazzjonijiet statistikament sinifikanti;

227.  Jiddispjaċih li l-pagamenti fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd ma kinux ħielsa minn żbalji materjali fl-2016, u r-rata ta' żball l-aktar probabbli hu stmat li hi ta' 4.9 % (5.3 % fl-2015); jinnota li kieku l-informazzjoni kollha miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, il-livell ta' żball stmat kien ikun aktar baxx b'1,5 punt perċentwali;

228.  Jinnota li fl-iżvilupp rurali, tlieta mill-akbar żbalji ta' eliġibbiltà kienu jinvolvu benefiċjarji li ma kkomunikawx il-fatt li kienu kkontrollati minn kumpaniji li kellhom rabtiet magħhom, kienu qed japplikaw b'mod konġunt magħhom jew kienu qed jixtru mingħandhom, bi ksur tar-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 7.26);

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

229.  Jirrimarka li fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI ħareġ riżerva fil-pagamenti diretti fir-rigward ta' 18-il aġenzija tal-pagamenti li jinkludu 12-il Stat Membru u li l-ammont ġestit mill-aġenziji tal-pagamenti b'riżerva u mqiegħed taħt skrutinju rinfurzat huwa ta' EUR 13 618,6 miljun, filwaqt li l-ammont reali f'riskju għall-infiq taħt riżerva kien ta' EUR 541,2 miljun;

230.  Jenfasizza li nstabu dgħufijiet, b'mod partikolari fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-Ungerija (b'rabta ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni tardiva min-naħa tal-aġenzija tal-pagamenti u nuqqasijiet fil-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni), il-Bulgarija (b'rabta mal-ekoloġizzazzjoni u l-istatus organiku tal-bdiewa), il-Polonja (b'rabta mal-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni) u l-Italja (b'rabta ma' nuqqasijiet fid-determinazzjoni korretta tal-eliġibbiltà tal-art u ta' "bidwi attiv");

231.  Jiddeplora l-każijiet reċenti ta' frodi b'rabta mal-aġenziji tal-pagamenti fl-Italja; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni b'mod attiv u tagħti d-dettalji rilevanti lill-Parlament fis-segwitu tal-kwittanza;

232.  Jitlob lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li nfetħet fit-8 ta' Jannar 2016 sabiex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitti ta' interess li jikkonċernaw il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka; jinnota li nuqqas ta' rimedju għal kunflitt ta' interess jista' fl-aħħar mill-aħħar iwassal għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti mill-awtorità kompetenti jew l-impożizzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tinforma bla dewmien lill-Parlament dwar jekk fl-aħħar tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, l-informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tiġix trażmessa mill-OLAF lid-DĠ AGRI;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

233.  Jirrimarka li peress li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ta' xi Stati Membri huma milquta minn nuqqasijiet, id-DĠ AGRI jaġġusta l-istatistika ta' kontroll irrapportata prinċipalment abbażi tal-awditi tal-Kummissjoni u tal-Qorti mwettqa fl-aħħar tliet snin kif ukoll tal-opinjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata;

234.  Jirrimarka li, minkejja l-fatt li mill-2015 'l hawn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Istati Membri għandhom dmir li jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet:

(a)  għall-miżuri tas-suq, id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti għal total ta' 32 skema (jiġifieri inqas minn 20 % tan-numru totali ta' skemi li għalihom l-infiq ġie ddikjarat fl-2016);

(b)  għall-pagamenti diretti, saru aġġustamenti fi 52 każ (minn total ta' 69) filwaqt li l-maġġoranza ta' dawn l-aġġustamenti kienu ta' inqas minn 1 %, 7 kienu ta' bejn 1 % u 2 % u 9 kienu ta' aktar minn 2 %;

(c)  għall-iżvilupp rurali, ġew applikati żidiet għal 39 aġenzija tal-pagamenti minn fost 72 filwaqt li kien hemm 21 aġġustament ta' aktar minn 1 % u 16 ta' aktar minn 2 %;

Kwistjonijiet ta' prestazzjoni fl-iżvilupp rurali

235.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni għal kampjun ta' tranżazzjonijiet dwar l-iżvilupp rurali matul dawn l-aħħar tliet snin; jinnota b'sodisfazzjon li 95 % tal-proġetti li tlestew fiż-żmien tal-awditu kienu twettqu kif ippjanat, iżda jiddispjaċih li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-ispejjeż kienu raġonevoli;

236.   Jenfasizza li kważi l-proġetti kollha awditjati mill-Qorti użaw sistema ta' rimborż tal-ispejjeż magħmula u jinnota li fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jistgħu, bħala alternattiva, jużaw sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issemplifikati li tinvolvi skali standard ta' spejjeż għal kull unità, somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa, li effettivament tillimita r-riskju ta' prezzijiet eċċessivi;

Ekoloġizzazzjoni

237.  Jinnota li, fir-rapport annwali tagħha għall-2016 (paragrafu 7.17), f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni magħmula lit-63 razzett li żaret, il-Qorti rrappurtat li:

(a)  dawk kollha li kienu soġġetti għar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel kienu konformi;

(b)  il-biċċa l-kbira tal-iżbalji b'rabta mal-ekoloġizzazzjoni kienu jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti taż-Żona ta' Interess Ekoloġiku (ŻIE), filwaqt li;

(c)  l-irqajja' kienu rreġistrati b'mod korrett fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) fir-rigward taż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti;

(d)  mhux il-bwar permanenti kollha kienu ġew irreġistrati kif suppost bħala tali;

238.  Jesprimi tħassib partikolari, madankollu, dwar l-ewwel konklużjonijiet misluta mill-Kummissjoni fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tagħha dwar ir-rieżami tal-ekoloġizzazzjoni wara sena (SWD(2016)218, it-tieni parti, p. 14), jiġifieri li b'mod ġenerali, il-bdiewa jkollhom ibiddlu l-għelejjel fuq inqas minn 1 % tal-raba' totali fl-Unjoni sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel, u peress li l-maġġoranza kbira tar-raba' fl-Unjoni hija soġġetta għall-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, dan l-impatt limitat jidher li jirrifletti l-prattiki attwali ta' bdiewa li diġà huma konformi;

239.  Jenfasizza li, fir-rapport annwali tagħha (paragrafi 7.43 sa 7.54), il-Qorti tikkonferma l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni li tindika li d-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-iskema taż-ŻIE ma wasslu għall-ebda tibdil għall-maġġoranza tal-irziezet li żaret (89 % għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u 67 % għaż-ŻIE);

240.  Huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 21/2017 bit-titolu "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva", "Mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u għall-klima (...) [għax] ir-rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni mhumiex impenjattivi u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali" (p. 53);

241.  Jirrimarka, barra minn hekk, li l-Qorti ssostni li minħabba eżenzjonijiet estensivi, il-biċċa l-kbira tal-bdiewa (65 %) jistgħu jibbenefikaw mill-pagament għall-ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkunu effettivament soġġetti għall-obbligu ta' ekoloġizzazzjoni; minħabba f'hekk, l-ekoloġizzazzjoni twassal għal bidla pożittiva fil-prattiki agrikoli f'perċentwal limitat ħafna tal-art agrikola tal-UE;

242.  Jiddispjaċih li l-iskemi tal-ekoloġizzazzjoni huma aktar strument ta' appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa milli strument biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK; iqis li, biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ambjentali u tal-klima, il-programmi agrikoli għandhom jinkludu miri ta' prestazzjoni u finanzjament li jirriflettu l-ispejjeż magħmula u l-introjtu mitluf bħala riżultat ta' attivitajiet li jmorru lil hinn mil-linja bażi ambjentali;

243.  Jiddeplora l-fatt li, peress li huma parti mill-pagamenti skont l-erja, l-iskemi tal-ekoloġizzazzjoni fid-disinn attwali tal-programm jistgħu jżidu l-iżbilanċi fid-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tqis ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 21/2017;

244.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, l-impatt reali (tal-iskemi ta' ekoloġizzazzjoni) fuq ir-riżultati ambjentali jiddependi mill-għażliet magħmula mill-Istati Membri u mill-bdiewa, u li s'issa ftit Stati Membri għamlu użu mill-possibbiltajiet biex jiġi limitat l-użu ta' pestiċidi u fertilizzanti f'żoni ta' interess ekoloġiku;

245.  Jenfasizza li, għall-amministrazzjoni pubblika, il-piż tal-ekoloġizzazzjoni essenzjalment jiddependi mill-iżvilupp ta' għodod ġodda ta' ġestjoni bħas-saff taż-ŻIE tal-LPIS, li parzjalment jispjega għaliex id-DĠ AGRI żied l-għadd ta' riżervi u pjanijiet ta' azzjoni imposti fuq l-Istati Membri;

246.  Jieħu nota tal-fatt li l-ekoloġizzazzjoni żżid kumplessità sinifikanti fil-PAK minħabba trikkib mal-istrumenti ambjentali l-oħra tal-PAK (il-kundizzjonalità u l-miżuri ambjentali tal-Pilastru II); jinnota, f'dan ir-rigward, ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 21/2017 dwar l-ekoloġizzazzjoni, li jgħid li "l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmitigaw ir-riskju relatat ta' deadweight u ta' finanzjament doppju";

Skema għall-bdiewa żgħażagħ

247.  Jirrimarka li, b'differenzi kbar fl-iżvilupp tas-settur tal-biedja fl-UE, l-isfida demografika hija problema ewlenija, li teħtieġ politiki li jindirizzaw in-nuqqas ta' bdiewa żgħażagħ sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-agrikoltura fl-Unjoni;

248.  Jenfasizza li l-bdiewa żgħażagħ iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet speċifiċi fl-aċċess għall-finanzi u fatturat baxx fl-ewwel snin tan-negozju, flimkien ma' tiġdid ġenerazzjonali batut u diffikultajiet fl-aċċess għall-art agrikola;

249.  Jirrimarka li t-tnaqqis fl-għadd ta' żgħażagħ fis-settur jiggrava l-problema tat-tiġdid ġenerazzjonali u jista' jfisser it-telf ta' ħiliet u għarfien aktar ma persuni akbar fl-età u b'esperjenza jirtiraw; jinsisti, għaldaqstant, li hemm bżonn ta' appoġġ kemm għall-bdiewa li jirtiraw u kemm għas-suċċessuri żgħażagħ li jieħdu f'idejhom l-irżiezet;

250.  Jesprimi tħassib partikolari dwar il-fatt li, fir-Rapport Speċjali Nru 10/2017 dwar l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ, il-Qorti tinnota li – fil-każ ta' pagamenti diretti – l-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ:

(a)  mhijiex ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet soda;

(b)  ma tirriflettix l-għan ġenerali li jitħeġġeġ it-tiġdid ġenerazzjonali;

(c)  lanqas ma tingħata dejjem lill-bdiewa żgħażagħ li għandhom bżonn; u

(d)  xi drabi tingħata lil irziezet fejn il-bdiewa żgħażagħ ikollhom biss rwol sekondarju;

251.  Jiddispjaċih li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ permezz ta' skemi ta' żvilupp rurali, il-Qorti kkonkludiet li l-miżuri huma ġeneralment ibbażati fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet vaga u li m'hemmx koordinazzjoni reali bejn il-pagamenti tal-Pilastru I u l-appoġġ tal-Pilastru II lill-bdiewa żgħażagħ;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

252.  Jitlob li:

(a)  il-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-kawżi tat-tnaqqis globali fl-introjtu mill-fatturi mill-2013 'l hawn u tiddefinixxi objettiv tal-prestazzjoni ewlieni ġdid għall-QFP li jmiss, flimkien ma' indikaturi tal-eżitu u l-impatt, bil-għan li jittaffu l-inugwaljanzi fl-introjtu fost il-bdiewa;

(b)  l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jinkludu informazzjoni aktar affidabbli u aġġornata fil-bażi ta' data LPIS tagħhom;

(c)  il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-approċċ meħud mill-aġenziji tal-pagamenti fil-klassifikazzjoni u l-aġġornament tal-kategoriji tal-art fl-LPIS tagħhom u twettaq il-kontroverifiki meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' żball fil-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni;

(d)  il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri fl-iżvilupp rurali jinkludu azzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw il-każijiet ta' żball li jirriżultaw ta' spiss;

(e)  il-Kummissjoni tipprovdi gwida u xxerred l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali, u fost il-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, biex tiżgura li l-kontrolli tagħhom jidentifikaw rabtiet bejn l-applikanti u partijiet interessati oħra li jkunu involuti fil-proġetti ta' żvilupp rurali appoġġjati;

(f)  il-Kummissjoni tibqa' ssegwi b'attenzjoni l-kontrolli mwettqa u d-data kkomunikata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tqis dawn il-konstatazzjonijiet fl-allokazzjoni tal-piż tal-awditjar tagħha abbażi tal-evalwazzjonijiet tar-riskju;

(g)  l-Istati Membri, kif ukoll il-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti mis-sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issemplifikati għall-iżvilupp rurali;

(h)  il-Kummissjoni tħejji u tiżviluppa, għar-riforma tal-PAK li jmiss, loġika ta' intervent kompluta għal azzjoni tal-UE b'rabta mal-ambjent u l-klima fil-qasam tal-agrikoltura, inklużi objettivi speċifiċi u abbażi ta' fehim xjentifiku aġġornat tal-fenomeni kkonċernati;

253.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li ġejjin fil-bini ta' proposta ġdida dwar l-ekoloġizzazzjoni:

(a)  il-bdiewa għandhom jibbenefikaw minn pagamenti fil-qafas tal-PAK jekk jissodisfaw ġabra unika ta' standards ambjentali bażiċi li jinkludu rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni u kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (GAECs) li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-loġika tal-Kummissjoni ta' approċċ ta' "baġit iffukat fuq ir-riżultati"; iqis li s-sistema futura tal-implimentazzjoni għandha tkun aktar orjentata lejn ir-riżultati;

(b)  il-ħtiġijiet ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi u lokali jistgħu jiġu indirizzati b'mod xieraq permezz ta' azzjoni programmata mmirata u aktar effikaċi fir-rigward tal-agrikoltura;

(c)  meta jingħataw possibbiltajiet minn fejn jagħżlu fl-implimentazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati juru, qabel l-implimentazzjoni, li l-għażliet magħmula jkunu effikaċi u effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, b'mod partikolari b'rabta mas-sikurezza alimentari, il-kwalità tal-ikel, u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa, l-ekoloġizzazzjoni, il-ġestjoni tal-art u tal-kampanja u l-ġlieda kontra d-depopolazzjoni fl-UE;

254.  Jistieden lill-Kummissjoni:

(a)  twettaq evalwazzjoni komprensiva tal-politiki u l-għodod eżistenti kollha tal-PAK li jistgħu jiġu kkombinati biex jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ u tidentifika l-ostakli għall-aċċess għal irżiezet eżistenti jew għat-twaqqif ta' rziezet ġodda għal bdiewa żgħażagħ li jistgħu jiġu indirizzati fir-reviżjoni futura tal-PAK;

(b)  tara li, bħala komponent tar-riforma agrikola, isir aktar titjib fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif stipulat – fost l-oħrajn – fid-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-programmi ta' appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ jirnexxu;

(c)  iddaħħal fil-leġiżlazzjoni għall-PAK għal wara l-2020 (jew tobbliga lill-Istati Membri jindikaw, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża) loġika ċara ta' intervent għall-istrumenti tal-politika li jindirizzaw it-tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura; il-loġika tal-intervent għandha tinkludi:

–   valutazzjoni soda tal-ħtiġijiet tal-bdiewa żgħażagħ;

–   valutazzjoni ta' liema ħtiġijiet jistgħu jiġu indirizzati mill-istrumenti tal-politika tal-UE u liema ħtiġijiet jistgħu jew diġà qed jiġu indirizzati aħjar mill-politiki tal-Istati Membri, kif ukoll analiżi ta' liema forom ta' appoġġ (eż. pagamenti diretti, somma f'daqqa, strumenti finanzjarji) huma l-aktar adatti biex jaqblu mal-ħtiġijiet identifikati;

–  miżuri ta' sensibilizzazzjoni, immirati għall-awtoritajiet, il-benefiċjari u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, dwar il-forom possibbli ta' assistenza għal trasferiment aktar bikri ta' razzett lil suċċessur flimkien ma' servizzi jew miżuri ta' konsulenza bħal skema ta' rtirar sodisfaċenti bbażata fuq l-introjtu jew id-dħul nazzjonali jew reġjonali fis-settur agrikolu, alimentari u forestali;

–   definizzjoni ta' objettivi SMART, li tespliċita u tikkwantifika r-riżultati mistennija tal-istrumenti tal-politika f'termini tar-rata ta' tiġdid ġenerazzjonali mistennija u tal-kontribut għall-vijabbiltà tal-irziezet li jingħataw appoġġ; b'mod partikolari, għandu jkun ċar jekk l-istrumenti tal-politika għandux ikollhom l-għan li jappoġġjaw l-akbar għadd possibbli ta' bdiewa żgħażagħ jew ikunu mmirati għal tip ta' bdiewa żgħażagħ speċifiku;

(d)  garanzija ta' titjib fis-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri (f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża), permezz tal-leġiżlazzjoni proposta għall-PAK għal wara l-2020;

Ewropa Globali

Rati ta' żball

255.  Jindika li, skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti, l-infiq fuq "Ewropa Globali" hija milquta minn livell ta' żball materjali b'livell ta' żball stmat ta' 2,1 %, (2,8 % fl-2015 u 2.7 % fl-2014); jilqa' x-xejra pożittiva fir-rata ta' żball f'dan il-qasam tematiku;

256.  Jiddispjaċih li, jekk jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet b'aktar minn donatur wieħed u t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju, ir-rata ta' żball għat-tranżazzjonijiet speċifiċi taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni ġiet ikkwantifikata bħala 2,8 % (3,8 % fl-2015 u 3,7 % fl-2014);

257.  Jirrimarka li l-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' għotjiet, kif ukoll fi ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali milli għamlu f'forom oħra ta' appoġġ; jindika, b'mod partikolari, li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu ħielsa minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità;

258.  Jinnota li, kieku l-informazzjoni kollha miżmuma mill-Kummissjoni – u mill-awdituri mqabbda mill-Kummissjoni – intużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, ir-rata ta' żball stmata għall-kapitolu "Ewropa Globali" kienet tkun aktar baxxa b'0,9 punti perċentwali, jiġifieri 1,4 %, u allura taħt il-livell limitu ta' materjalità;

259.  Jirrimarka li:

(a)  37 % tal-livell ta' żball stmat huwa attribwibbli għal infiq li ma ngħatatx dokumentazzjoni ġustifikattiva essenzjali għalih;

(b)  28 % tal-livell ta' żball stmat huwa dovut għal żewġ każijiet li għalihom il-Kummissjoni aċċettat infiq li fil-fatt ma kienx sar; jiddispjaċih li din is-sitwazzjoni kienet diġà ġiet innutata s-sena li għaddiet, u jirrimarka li l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti żvela xi dgħufijiet fil-kontroll fis-sistemi tal-Kummissjoni;

(c)  26 % tal-livell ta' żball stmat kien jirrigwarda nfiq mhux eliġibbli: jiġifieri nfiq relatat ma' attivitajiet li mhumiex koperti minn kuntratt jew infiq magħmul barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà, nuqqas ta' konformità mar-regola tal-oriġini, taxxi mhux eliġibbli u spejjeż indiretti fatturati b'mod żbaljat bħala spejjeż diretti;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

260.  Jesprimi tħassib profond dwar il-fatt li, skont il-Qorti, l-awdituri tad-DĠ NEAR sabu dgħufijiet fil-ġestjoni indiretta tat-tieni Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b'mod aktar speċifiku, fl-awtoritajiet tal-awditjar ta' tliet pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II – l-Albanija, it-Turkija u s-Serbja, u dan minkejja l-fatt li l-awtoritajiet tal-awditjar Albaniżi u Serbi għamlu bidliet bil-ħsieb li jsolvu l-problemi identifikati; fil-każ tat-Turkija hemm xi aspetti sinifikanti fis-sistemi tal-awtorità tal-awditjar li għadhom jistgħu jillimitaw l-assigurazzjoni li tista' tagħti lill-Kummissjoni (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 9.24);

261.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Qorti stmat li l-kapaċità korrettiva tad-DĠ NEAR kienet ġiet esaġerata u, konsegwentement, anke l-ammont totali f'riskju fil-mument tal-pagament;

Prestazzjoni

262.  Jinnota li d-DĠ DEVCO, fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, iddefinixxa indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin dwar l-iżvilupp tal-bniedem, it-tibdil fil-klima, il-ġeneru u r-rata ta' żball, iżda jiddispjaċih li l-ebda wieħed minn dawk l-indikaturi mhu kapaċi jkejjel il-prestazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, billi dawn jindikaw biss il-parti tal-għajnuna allokata lil kull wieħed mill-objettivi minflok ikejlu l-progress magħmul biex jintlaħqu l-objettivi;

263.   Jesprimi tħassib dwar il-fatt li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni qal li f'termini ta' rappurtar, it-tip ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO fir-rapporti differenti relatati mal-ippjanar strateġiku u mal-programmazzjoni (Rapport ta' attività annwali, Rapport tal-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega, EAMR) huwa limitat u ma jagħtix valutazzjoni konkreta dwar jekk l-objettivi jkunux intlaħqu jew le;

Rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna

264.  Jiddispjaċih, għal darb'oħra, li r-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (EAMR) maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni mhumiex mehmuża mar-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn sistematikament jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali filwaqt li, skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";

265.  Jieħu nota tal-fatt li fir-risposta tiegħu għall-ittra tar-rapporteur, il-Kummissarju Oettinger indika li l-Kummissjoni qed tesplora format ġdid għar-rapporti li jippermetti t-trażmissjoni lill-Parlament mingħajr il-bżonn ta' proċeduri ta' kunfidenzjalità, iżda b'mod li ma jkunx ta' detriment għall-politika diplomatika tal-Unjoni;

266.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ DEVCO ppubblika l-lista tad-delegazzjonijiet involuti fl-EAMR u pprovda analiżi tas-sommarju tal-KPIs tad-DĠ DEVCO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu; jinsisti, madankollu, li r-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rispettat bis-sħiħ;

Fondi fiduċjarji

267.  Ifakkar li l-possibbiltà li l-Kummissjoni toħloq u tamministra fondi fiduċjarji tal-Unjoni hija maħsuba biex:

(a)  issaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-Unjoni, kif ukoll issaħħaħ il-viżibbiltà u l-effiċjenza tal-azzjoni esterna u tal-għajnuna għall-iżvilupp tagħha;

(b)  tassigura proċess mgħaġġel ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-għażla tal-miżuri li jridu jiġu implimentati, li huwa kruċjali f'azzjonijiet ta' emerġenza u ta' wara emerġenza;

(c)  tiżgura l-"effett ta' lieva" tar-riżorsi addizzjonali ddedikati għall-azzjoni esterna; u

(d)  permezz tal-akkomunament tar-riżorsi, iżżid il-koordinazzjoni fost id-donaturi differenti tal-Unjoni f'ċerti oqsma ta' intervent;

268.  Fid-dawl tal-esperjenzi reċenti, jesprimi xi tħassib dwar il-kisba tal-objettivi ewlenin segwiti permezz tat-twaqqif ta' fondi fiduċjarji u jinnota, b'mod partikolari, li:

(a)  l-"effett ta' lieva" ta' din l-għodda l-ġdida mhuwiex neċessarjament garantit, billi l-kontribut ta' donaturi oħra f'ċerti każijiet huwa limitat ħafna;

(b)  il-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni ma tjibitx, minkejja l-eżistenza ta' arranġamenti differenti mal-partijiet ikkonċernati, u t-titjib fil-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha mhuwiex neċessarjament żgurat;

(c)  il-preferenza a priori għall-aġenziji tal-Istati Membri fil-ftehimiet kostituttivi ta' wħud mill-fondi fiduċjarji twassal għal kunflitt ta' interess minflok inċentiv għall-Istati Membri biex jipprovdu aktar riżorsi finanzjarji;

269.  Ifakkar, b'mod partikolari, li l-fond fiduċjarju għall-Afrika għandu valur ta' aktar minn EUR 3,2 biljun: minn dawn, EUR 2,9 biljun ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u EUR 228,667 miljun minn donaturi oħra; iqis bħala inaċċettabbli li l-involviment tal-FEŻ f'fondi fiduċjarji jkompli jillimita l-possibbiltà li l-Parlament iwettaq skrutinju fuq l-infiq tal-UE;

270.  Jirrimarka li l-akkomunament ta' riżorsi mill-FEŻ, il-baġit tal-Unjoni u donaturi oħra m'għandux ikollu bħala konsegwenza li l-flus maħsuba għall-AKP ma jaslux għand il-benefiċjarji normali tagħhom;

271.  Jenfasizza li l-użu dejjem akbar ta' mekkaniżmi finanzjarji oħra, bħall-fondi fiduċjarji, għat-twettiq tal-politiki tal-UE id f'id mal-baġit tal-UE għandu r-riskju li jimmina dan il-livell ta' obbligu ta' rendikont u trasparenza, billi l-arranġamenti ta' rappurtar, awditjar u skrutinju pubbliku mhumiex allinjati (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 2.31); jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-impenn tal-Kummissjoni li żżomm lill-awtorità baġitarja informata perjodikament bil-finanzjament tal-fondi fiduċjarji u bl-operazzjonijiet skedati u li għaddejjin, inklużi l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri;

Fondi lill-Awtorità Palestinjana

272.  Jinsisti li l-programmi ta' tagħlim u taħriġ iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, bħall-PEGASE, għandhom jirriflettu valuri komuni bħal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni fl-edukazzjoni, kif deċiż mill-ministri tal-edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu:

273.  Jistieden lid-DĠ NEAR (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 9.37):

(a)  jaħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar tal-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II biex jitjiebu l-kompetenzi tagħhom;

(b)  jiżviluppa indiċijiet tar-riskju għat-titjib tal-valutazzjoni abbażi tal-mudelli ta' kontroll intern li d-Direttorat Ġenerali kien introduċa kif xieraq, biex b'hekk l-impatt tal-iżbalji jkun jista' jitkejjel aħjar;

(c)  jiżvela b'mod ċar l-ambitu tal-istudju dwar ir-rata tal-iżball residwu u l-limiti inferjuri u superjuri ta' żball stmati fir-rapport ta' attività annwali tiegħu li jmiss;

(d)  itejjeb il-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2017 billi jindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti;

274.  Jistieden lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR jikkunsidraw li jiddefinixxu – f'kooperazzjoni mad-DĠ HOME – indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-eliminazzjoni tal-kawżi sottostanti u ewlenin tal-migrazzjoni irregolari;

275.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi n-nuqqasijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tagħha rigward ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO u tittrasforma l-EAMR f'dokument applikabbli u kompletament pubbliku li jissostanzja d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni magħmula mill-kapijiet tad-delegazzjonijet u mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO; jitlob lid-DĠ DEVCO jiddefinixxi l-KPIs b'tali mod li jagħmluha possibbli li titkejjel il-prestazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, u li dan isir mingħajr ma tiġi kompromessa l-politika diplomatika tal-UE permezz tad-delegazzjonijiet tagħha;

276.  Iqis li huwa essenzjali li s-sospensjoni tal-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni tkun possibbli mhux biss fil-każijiet fejn tkun ġiet ipprovata l-approprjazzjoni indebita ta' fondi, iżda anke fil-każijiet fejn il-pajjiżi fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni jiksru bi kwalunkwe mod id-drittijiet stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

277.  Jenfasizza li l-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu biss jekk l-użu tagħhom ikun ġustifikat u l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista' ssur b'mezzi ta' finanzjament eżistenti oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta toħloq fondi fiduċjarji, tistabbilixxi prinċipji gwida għat-twettiq ta' valutazzjoni konċiża u strutturata tal-vantaġġi komparattivi tal-fondi fiduċjarji meta mqabbla ma' mezzi ta' għajnuna oħrajn u twettaq anke analiżi ta' liema lakuni speċifiċi mistennija jimlew il-fondi fiduċjarji; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tikkunsidra li tagħlaq il-fondi fiduċjarji li ma jkunux kapaċi jattiraw kontribut sinifikanti migħand donaturi oħrajn jew li ma jiġġenerawx valur miżjud meta mqabbla ma' strumenti esterni tal-UE "tradizzjonali";

278.  Jiddeplora profondament il-każijiet rikonoxxut ta' vjolenza, abbuż sesswali u mġiba għalkollox ħażina min-naħa tal-ħaddiema li jipprovdu l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni ċivili f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara kunflitt; jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat l-impenn tagħha biex teżamina mill-ġdid u, jekk ikun hemm bżonn, tissospendi l-finanzjament lil dawk is-sħab li ma jirrispettawx l-istandards etiċi għoljin meħtieġa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' prevenzjoni fil-proċeduri tal-għażla tal-persunal u tipprovdi taħriġ inizjali u kontinwu f'dan ir-rigward, sabiex tinqered din il-pjaga u tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni; jitlob ukoll li jkun hemm politika għall-protezzjoni tal-informaturi f'dawn il-każijiet;

279.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal id-dokumenti strateġiċi tagħha b'aktar reqqa, sabiex tingħata valutazzjoni aktar wiesgħa u preċiża tal-ħtiġijiet finanzjarji u tal-aħjar strumenti li għandhom jintużaw;

280.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-UE jinħareġ skont l-istandards tal-UNESCO ta' paċi u tolleranza;

281.  Iqis li huwa essenzjali li l-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi li jirċievu finanzjament tingħata appoġġ attiv min-naħa tal-Kummissjoni permezz ta' assistenza teknika xierqa;

Migrazzjoni u Sigurtà

282.  Jinnota li fil-Kapitolu 8 ("Sigurtà u ċittadinanza")(86) tar-rapport annwali tagħha, il-Qorti ma kkalkulatx rata ta' żball abbażi tal-15-il tranżazzjoni li eżaminat, billi dan il-kampjun ma kienx maħsub li jkun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP;

283.  Jinnota bi tħassib il-konstatazzjoni tal-Qorti li "kien għadu ma sarx wisq progress fil-pagamenti mill-AMIF [il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni](87) u l-FSI [il-Fond għas-Sigurtà Interna], taħt ġestjoni kondiviża" (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, kaxxa 8.2);

284.   Jirrimarka li l-Qorti sabet diversi dgħufijiet fis-sistemi relatati mas-SOLID, l-AMIF u l-FSI fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri;

285.  Jiddispjaċih, b'mod partikolari, li:

(a)  il-Qorti enfasizzat l-għadd għoli ta' abbozzi ta' programmi AMIF jew FSI mħejjija mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni tagħhom, li jista' jdewwem l-implimentazzjoni;

(b)   skont il-Qorti, il-valutazzjoni li twettqet mill-Kummissjoni tas-sistemi tal-Istati Membri għall-AMIF u l-FSI kienet sikwit ibbażata fuq informazzjoni li ma kinitx dettaljata biżżejjed, b'mod partikolari fil-qasam tal-istrateġiji tal-awditjar;

(c)  kien hemm dewmien fir-rappurtar ta' awditi ex post tal-konformità għall-programmi SOLID, u proċeduri ta' kontroll tal-kwalità mhux dokumentati biżżejjed għax-xogħol ta' awditjar esternalizzat;

286.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet ukoll in-nuqqasijiet li ġejjin fil-livell tal-Istati Membri: kontrolli fuq il-post mhux dokumentati biżżejjed, nuqqas ta' għodda tal-IT dedikata għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u xi dgħufijiet fl-awditjar imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri;

287.  Jiddeplora l-fatt li, fir-rapport annwali tagħha, il-Qorti nnutat li "[f]l-2016, il-Kummissjoni ma rrappurtatx l-ammont kumplessiv ta' fondi mmobilizzati għall-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, u huwa diffiċli biex dan jiġi stmat" (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 2.28);

288.  Jiddispjaċih li, fir-rigward tal-hotspots, il-Qorti kkonkludiet (Rapport speċjali tal-Qorti Nru 6/2017) li:

(a)  minkejja appoġġ konsiderevoli mill-Unjoni, il-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-Greċja u l-Italja fi tmiem l-2016 kienu għadhom mhux adegwati;

(b)  kien hemm ukoll nuqqas ta' faċilitajiet adegwati għall-akkomodazzjoni u l-ipproċessar ta' minorenni mhux akkumpanjati f'konformità mal-istandards internazzjonali;

(c)  l-approċċ ibbażat fuq il-hotspots jirrikjedi wkoll li l-migranti jiġu mgħoddija fi proċeduri ta' segwitu xierqa, jiġifieri applikazzjoni nazzjonali għall-asil jew ritorn lejn il-pajjiż ta' oriġini, u l-implimentazzjoni ta' dawn il-proċeduri ta' segwitu sikwit ssir bil-mod u tiffaċċja diversi ostakli, u dan jista' jkollu riperkussjonijiet fuq il-funzjonament tal-hotspots;

289.  Jiddeplora l-fatt li, skont il-Human Rights Watch, in-nisa rrappurtaw fastidju sesswali frekwenti fil-hotspots fil-Greċja;

290.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar nuqqas ta' trasparenza rigward is-separazzjoni tal-finanzjament bejn riżorsi pubbliċi u dawk għall-migranti fil-kwistjoni tal-assistenza ta' emerġenza biex migranti minn barra l-Unjoni jiġu ttrasportati mill-gżejjer Griegi lejn il-Ġreċja kontinentali, imsemmi mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha (ir-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti, kaxxa 8.4); ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tippermettix li l-benefiċjarji ta' għotjiet mill-Unjoni jagħmlu profitti mill-implimentazzjoni ta' proġett; iqis li dan il-każ iqajjem xi kwistjonijiet ta' reputazzjoni għall-Kummissjoni u jikkontesta l-mod kif ġie ġestit mil-lat etiku;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

291.  Jitlob li:

(a)  id-DĠ HOME jikkunsidra li jiddefinixxi, f'koperazzjoni mad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR, indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-eliminazzjoni tal-kawżi sottostanti u aħħarin tal-migrazzjoni irregolari;

(b)  il-Kummissjoni terġa' tgħaqqad flimkien il-linji baġitarji marbuta mal-finanzjament tal-politika tal-migrazzjoni taħt intestatura waħda, bil-għan li ssaħħaħ it-trasparenza;

(c)  il-Kummissjoni tiddefinixxi strateġiji speċifiċi ma' timijiet ta' appoġġ tal-UE biex tiżgura s-sikurezza tan-nisa u tal-minorenni akkumpanjati fil-hotspots;

(d)  il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-Greċja u fl-Italja;

(e)  il-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrimedjaw id-dgħufijiet fis-sistema identifikati mill-Qorti fil-ġestjoni ta' fondi AMIF/FSI;

(f)   il-Kummissjoni tipprovdi stima tan-nefqa mħallsa għal kull migrant jew applikant għall-asil, skont il-pajjiż;

(g)  il-Kummissjoni tipprovdi għal sistema ta' monitoraġġ bil-ħsieb li tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu l-asil jiġu rrispettati;

(h)  il-Kummissjoni tintensifika l-verifiki li jsiru fuq il-fondi għar-rifuġjati, li l-Istati Membri, fl-emerġenzi, spiss jallokawhom b'mod li ma jikkonformax mar-regoli fis-seħħ;

Il-Kodiċi ta' kondotta tal-Kummissarji u l-proċeduri għall-ħatra ta' uffiċjali għolja

292.  Japprezza li t-talbiet tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-kodiċi ta' kondotta tal-Kummissarji sa tmiem l-2017, inkluż billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interessi kif ukoll billi tintroduċi kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg wara l-mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-President tal-Kummissjoni, ingħataw ir-risposta meħtieġa; jinnota li l-kodiċi l-ġdid daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar ta' din is-sena;

293.  Ifakkar li nuqqas ta' kunflitt ta' interessi jrid ukoll ikun prerekwiżit biex isiru s-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, u li għalhekk il-formoli tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji jridu jimtlew u jkunu disponibbli qabel ma l-Kummissarju jinstema' mill-kumitat kompetenti tal-Parlament, u jridu jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena u kull darba li l-informazzjoni tinbidel;

294.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-konsulenti speċjali tal-Kummissarju aktar soġġetti għall-obbligu ta' rendikont u r-rabtiet professjonali tagħhom tagħmilhom trasparenti u miftuħa għall-iskrutinju pubbliku, biex tipprevjeni kunflitti ta' interess potenzjali tagħhom peress li għandhom aċċess bla xkiel għall-Kummissjoni; jemmen li dawn il-passi se jgħinu biex jillimitaw il-possibbiltà ta' lobbying fl-ogħla livell b'mod irregolari;

295.  Jirrimarka li l-estensjoni tal-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għandha tikkonċerna lill-Membri kollha tal-Kummissjoni, kif talab il-Parlament diversi drabi; jinsisti li l-opinjonijiet tal-kumitat għall-etika għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta jinħarġu;

296.  Jibża' li l-proċessi ta' ħatra tal-kumitat għall-etika indipendenti ma jiggarantixxux l-indipendenza tiegħu, u jenfasizza li esperti indipendenti m'għandux ikun kellhom huma stess il-kariga ta' Kummissarju, u lanqas m'għandu jkun kellhom pożizzjoni bħala uffiċjal għoli tal-Kummissjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta regoli ġodda dwar kumitat għall-etika indipendenti f'konformità ma' din ir-rimarka;

297.  Jitlob lil l-Kummissjoni,fl-interessi ta' amministrazzjoni pubblika Ewropea eċċellenti, , tippreżenta proposta dwar proċedura għall-ħatra ta' uffiċjali għolja qabel tmiem l-2018, li tiżgura li jintgħażlu l-aħjar kandidati f'qafas ta' trasparenza massima u ta' opportunitajiet indaqs, u li tkun wiesgħa biżżejjed biex tkun applikabbli fl-istituzzjonijiet l-oħra, bħall-Parlament u l-Kunsill;

298.  Bil-ħsieb tal-ġejjieni, jitlob li l-Kummissjoni tipprevedi li tintroduċi t-titjibiet li ġejjin:

(a)  l-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet minn donaturi minn Stati Membri għandha tkun ipprojbita (l-Artikolu 6(4));

(b)  il-parteċipazzjoni tal-Kummissarji fil-politika nazzjonali matul iż-żmien tal-kariga tagħhom għandha tiġi sospiża jew limitata għal sħubija passiva f'partit;

(c)   kjarifika tar-referenza għal "użu diplomatiku jew ta' korteżija" (l-Artikolu 6(2) u (5)), li hija nieqsa mill-preċiżjoni u ċ-ċarezza u tista' tkun suxxettibbli għall-abbuż;

(d)   il-parteċipazzjoni tal-Kummissarji f'kampanji elettorali nazzjonali għandha tkun allinjata mal-parteċipazzjoni f'kampanja elettorali Ewropea (l-Artikoli 9 u 10); fiż-żewġ każijiet, il-Kummissarji għandu jkollhom l-obbligu li jieħdu liv elettorali mingħajr ħlas;

(e)   għandu jkun hemm aktar ċarezza dwar il-kriterji għar-riferiment possibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 245 jew 247 tat-TFUE;

(f)  Il-Kummissarji għandhom jiddikjaraw l-interessi kollha rilevanti tagħhom (bħala azzjonisti, membri ta' bordijiet tal-kumpaniji, konsulenti, membri ta' fondazzjonijiet assoċjati, eċċ.) u mhux jagħżlu biss dawk li jaħsbu li jistgħu jagħtu lok għal kunflitt ta' interess;

(g)  id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jittejbu f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji – linji gwida (2016/2080(INI));

Amministrazzjoni

Is-Sejbiet tal-Qorti

299.  Jinnota li l-istituzzjonijiet kollettivament naqqsu l-għadd ta' postijiet tax-xogħol fit-tabella tal-persunal b'4,0 % tul il-perjodu bejn l-2013 u l-2017 (minn 39 649 għal 38 072 post), u li l-istituzzjonijiet naqqsu l-għadd tal-persunal (postijiet effettivament okkupati minn membru tal-persunal) b'1,4 % bejn l-2013 u l-2017 (minn 37 153 għal 36 657 post);

300.  Jinnota wkoll il-konklużjonijiet addizzjonali tal-Qorti:

"30. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-awtorità baġitarja tat postijiet ġodda lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Dawn il-postijiet saru disponibbli, l-aktar għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom (dan jispjega ż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' postijiet mogħtija lill-aġenziji), l-adeżjoni tal-Kroazja u l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.

31. Bħala konsegwenza, l-għadd ta' postijiet fit-tabelli tal-persunal naqas b'1,1 % bejn l-2012 u l-2017, b'varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-istituzzjonijiet (- 3,5 %), l-aġenziji deċentralizzati (+ 13,7 %) u l-aġenziji eżekuttivi (+ 42,9 %). L-għadd ta' postijiet effettivament okkupati mill-1 ta' Jannar 2013 sal-1 ta' Jannar 2017 żdiedu b'0,4 % matul il-perjodu (- 1,3 % għall-istituzzjonijiet u l-korpi u + 11,3 % għall-aġenziji, b'9,6 % fl-aġenziji deċentralizzati u 33,7 % fl-aġenziji eżekuttivi). Ir-rata medja ta' pożizzjonijiet vakanti naqset minn 6,9 % fl-1 ta' Jannar 2013 għal 4,5 % fl-1 ta' Jannar 2017 u laħqet livell ta' inqas minn 2 % f'xi istituzzjonijiet u korpi."(88);

301.  Jinnota bi tħassib id-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-membri tal-persunal tal-UE bbażati fil-Lussemburgu, minkejja s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' Ottubru 2000 fil-każ Ferlini (C-411/98) u d-Direttiva 2011/24/UE, li t-tnejn li huma jikkundannaw il-prattika; jenfasizza li t-tariffi eċċessivi għadhom għaddejja, u li qed isir użu minn żewġ ftehimiet mal-Federazzjoni tal-Isptarijiet tal-Lussemburgu (FH) u mal-Assoċjazzjoni tat-Tobba u tad-Dentisti (AMD), li jistabbilixxu limitu ta' 15 % għat-tariffi eċċessivi iżda jippermettu 500 % għal trattament fl-isptarijiet; jiddeplora l-fatt li s-sentenza tal-2000 tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Direttiva 2011/24/UE qed jinkisru mhux biss mill-ftehimiet, iżda wkoll minn għadd ta' operaturi tal-kura tas-saħħa nazzjonali; jitlob li l-Kummissjoni l-ewwel nett tikkalkola l-ispiża addizzjonali annwali tat-tariffi eċċessivi għall-baġit tal-UE (JSIS) u tiġġustifikaha, it-tieni nett tiddetermina proċedura ta' ksur jew azzjoni legali simili kontra l-Gran Dukat, it-tielet nett tinforma lill-Parlament dwar l-eżitu tal-Petizzjoni pubblika Nru 765 imressqa lill-Kamra tad-Deuptati tal-Lussemburgu u tad-dibattitu pubbliku organizzat hemmhekk fid-19 ta' Ottubru 2017, u r-raba' nett tipprotesta kontra ż-żewġ ftehimiet mal-FH u mal-AMD;

302.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet li għamel il-Kummissarju Oettinger dwar it-tmiem tar-restrizzjonijiet fil-politika tal-persunal bil-għan li jiġi evitat preġudizzju serju għall-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-kwalità li s-servizz pubbliku tal-UE jagħti liċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza li huwa importanti li jkollna servizz ċivili Ewropew b'saħħtu, li jkun għas-servizz taċ-ċittadini u kapaċi jirrispondi għall-isfidi li tħabbat wiċċha magħhom l-UE u jimplimenta l-politiki tagħha bl-ogħla standards possibbli ta' eċċellenza u professjonaliżmu, u dan is-servizz jagħtih bl-istrumenti legali u bir-riżorsi u; jenfasizza l-importanza li s-servizz ċivili Ewropew jerġa' jsir propożizzjoni attraenti għal professjonisti żgħażagħ tal-UE; jitlob li l-Kummissjoni tfassal rapport dwar il-konsegwenzi tar-restrizzjonijiet għall-attraenza tas-servizz ċivili tal-UE u dwar l-istat kurrenti ta' nuqqas ta' riżorsi, u tipproponi soluzzjonijiet biex tqarreb is-servizz lejn iċ-ċittadini Ewropej u tqawwi l-interess ta' dawn tal-aħħar f'li jingħaqdu miegħu;

303.  Jenfasizza l-importanza li tinstab soluzzjoni għall-problema tat-tariffi eċċessivi, u f'ħafna każijiet abbużivi, għall-ispejjeż mediċi tal-membri tal-persunal u tal-Membri tal-Parlament f'xi Stati Membri; jitlob li l-Kummissjoni tfittex soluzzjonijiet għal din il-problema li, f'pajjiżi bħal-Lussemburgu, tiswa madwar EUR 2 miljun fis-sena (eż. negozjati mas-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, pubbliċi jew privati, il-ħolqien ta' kard simili għall-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea għal ivvjaġġar barra l-pajjiż, eċċ.);

Il-Binjiet Jean Monnet (JMO I, JMO II) fil-Lussemburgu

304.  Jirrikonoxxi li l-kostruzzjoni tal-binja Jean Monnet il-ġdida (JMO II) ġarrbet dewmien konsiderevoli, marbut ma' spejjeż addizzjonali;

305.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Lussemburgiżi ħadu 15-il sena (mill-1994 sal-2009) biex jaqblu dwar l-arranġamenti futuri għall-akkomodazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu;

306.  Jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-istorja sħiħa tal-JMO I/JMO II bejn l-1975 u l-2011 kif wiegħdet il-Kummissjoni fir-risposti bil-miktub tagħha bi tħejjija għas-smigħ mal-Kummissarju Oettinger fit-23 ta' Jannar 2018;

307.  Jiddispjaċih li għalkemm inventarju sħiħ ta' materjali li fihom l-asbestos fil-JMO I sar fl-1997, il-Kummissjoni ma ħarġitx mill-binja qabel Jannar 2014, u li AIB-Vinçotte Luxembourg damet sal-2013 biex tirrevedi s-sejbiet tagħha; jinnota li folji tal-asbestos fil-JMO I kienu ta' densità aktar baxxa milli kien maħsub qabel u li għaldaqstant kienu aktar sensittivi għal impatt mekkaniku (frizzjoni bażika hija biżżejjed biex tirrilaxxa l-fibri fl-arja, hekk li jistgħu jiddaħħlu fil-ġisem man-nifs); iqis li l-Kummissjoni, fid-dawl tar-riskji serji għas-saħħa li jirriżultaw mill-asbestos fin-nifs, kien messha kkunsidrat ir-rapport tal-espert u l-opinjonijiet kwalifikati ta' esperti oħra f'dan il-qasam, speċjalment wara dak li ġara fil-Berlaymont fi Brussell; jitlob li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar jekk il-ħaddiema kollha kinux debitament infurmati dwar is-sitwazzjoni u dwar ir-riskji serji għas-saħħa, jekk ġiex osservat xi mard li seta' jirriżulta mid-dħul fil-ġisem ta' partikoli tal-asbestos man-nifs, u liema miżuri ttieħdu f'każijiet tali, u jekk ittiħdux miżuri preventivi (testijiet ta' screening u identifikazzjoni bikrija, eċċ.); jitlob ukoll li l-Kummissjoni tirrapporta dwar jekk bdietx proċedimenti kontra AIB-Vinçotte Luxembourg f'dan ir-rigward;

308.  Jinnota li, f'Diċembru 2015, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Lussemburgiżi qablu dwar il-qsim tal-ispejjeż assoċjati mal-ħruġ bikri mill-JMO I; jinnota li l-JMO II kien oriġinarjament maħsub li jsir disponibbli fil-31 ta' Diċembru 2014;

309.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-kiri ta' sitt binjiet okkupati mill-Kummissjoni fil-frattemp (ARIA, LACC, HITEC, DRB, BECH u T2), minħabba d-dewmien fit-tlestija tal-JMO II, u dwar il-konsegwenzi ta' estensjoni tal-kuntratti tal-kera; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu f'dawn is-sitt binjiet, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol (CHSW), u tikkonkludi malajr in-negozjati mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu rigward it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-mobbiltà u tal-aċċess għalihom; ifakkar li uffiċċji mediċi għandhom jiġu stabbiliti f'kull binja bi qbil mal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża;

310.  Sar jaf reċentement li l-ewwel fażi ta' kostruzzjoni tal-JMO II għandha titlesta biss fl-2020, u t-tieni fażi fl-2024; jinnota li l-Kummissjoni tagħti l-ispjegazzjonijiet li ġejjin għad-dewmien:

(a)  il-konsorzju ta' periti KSP talab li jeżamina ċerti klawżoli tal-kuntratt ta' ġestjoni;

(b)  proċedura ta' sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta' tħaffir ħabbtet wiċċha ma' problemi amministrattivi;

(c)  saru bidliet sinifikanti rigward il-miżuri ta' sigurtà;

311.  Jixtieq jirċievi d-dokumenti ta' sostenn għal dawn l-ispjegazzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2018;

L-Iskejjel Ewropej

312.  Ifakkar li l-Kummissjoni ħallset 61 % (EUR 177,8 miljun) tal-baġit tal-iskejjel fl-2016;

313.  Jiddispjaċih li, wara aktar minn 15-il sena(89), għadha ma ġiet implimentata l-ebda sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-iskejjel Ewropej;

314.  Jirrileva, f'dan il-kuntest, ir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016, li kixef in-nuqqasijiet li ġejjin(90):

"27. Il-Qorti sabet dgħufijiet sinifikanti fl-applikazzjoni ta' kontabbiltà abbażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-Uffiċċju Ċentrali u l-Iskejjel ta' Alicante u ta' Karlsruhe, b'mod partikolari fil-kalkolu u r-riżerva ta' provvedimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u r-reġistrazzjoni ta' pagabbli u riċevibbli. Żbalji materjali kienu kkoreġuti matul il-proċedura ta' konsolidazzjoni. Filwaqt li s-sistemi interni ta' kontroll tal-Iskejjel ta' Alicante u ta' Karlsruhe wrew dgħufijiet limitati, għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali. Ir-rapporti tal-awditjar tal-awditur indipendenti estern żvelaw ukoll dgħufijiet sinifikanti fis-sistemi ta' reklutaġġ, akkwist u proċeduri ta' ħlas. Il-Qorti għalhekk ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet imwettqa skont il-Qafas Ġenerali."

315.  Jirrikonoxxi li d-direttur ġenerali għalhekk aġixxiet biss b'mod kongruenti meta llimitat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha: "Id-Direttur Ġenerali, fil-kapaċità tagħha bħala l-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega, iffirmat id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni minkejja li din kienet ikkwalifikata b'riżerva ta' reputazzjoni dwar il-ġestjoni effettiva ta' xi fondi tal-Kummissjoni assenjati lill-Iskejjel Ewropej."(91);

316.  Jiddeplora l-fatt li r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016 kixef diversi dgħufijiet: jemmen li l-obbligu ta' rendikont tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej għandu jitqawwa u jinġieb għal livell xieraq permezz ta' proċess ta' kwittanza ddedikat għall-EUR 177,8 miljun li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha;

317.  Itenni l-fehma tal-Parlament li "rieżami komprensiv" tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej huwa meħtieġ b'mod urġenti biex jikkunsidra "riforma li tkopri kwistjonijiet maniġerjali, finanzjarji, organizzattivi u pedagoġiċi" u jfakkar fit-talba tiegħu li "l-Kummissjoni tippreżenta kull sena rapport li fih tagħti l-valutazzjoni tagħha rigward l-istat tal-progress" lill-Parlament;

318.  Jistaqsi lill-Kummissjoni meta tistenna li jkun hemm implimentata sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-Iskejjel Ewropej; jitlob li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-Iskejjel Ewropej tkun tista' tiġi introdotta mill-aktar fis possibbli;

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

319.  Huwa mistagħġeb li l-iżvilupp ta' sistema ġdida ta' ġestjoni tal-każijiet, imfassla internament, se jiswa EUR 12,2 miljun; jistaqsi jekk l-OLAF wettaqx xi riċerka tas-suq għal soluzzjonijiet irħas qabel ma impenja ruħu f'din in-nefqa; jistenna li l-Kummissjoni u l-OLAF jippreżentaw lill-awtorità ta' kwittanza spjegazzjoni dettaljata dwar l-istima tal-ispejjeż u dwar il-passi meħuda biex tinstab soluzzjoni aktar ekonomika;

320.  Għandu ħafna dubji dwar:

(a)  il-ħolqien ta' postijiet bil-għan waħdieni li jaqdu bħala punt ta' tluq għal sekondar,

(b)  li uffiċjal għoli ma rrispettax perjodu ta' preklużjoni qabel ma aċċetta pożizzjoni b'rabtiet mill-qrib mal-impjieg preċedenti tiegħu,

(c)  li uffiċjal għoli jinsab fir-riskju li jitħabbel f'kunflitt ta' interess bejn il-lealtà tiegħu lejn l-impjegatur preċedenti u dak kurrenti tiegħu;

Gruppi esperti

321.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ta' esperti; jieħu nota tar-rapport tal-Corporate Europe Observatory tal-14 ta' Frar 2017 "Corporate interests continue to dominate key expert groups"(92); huwa mħasseb dwar il-konklużjoni ta' dak ir-rapport, speċifikament rigward in-nuqqas ta' bilanċ fil-gruppi ta' esperti GEAR2030, Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment, il-Pjattaforma għal Governanza Tajba tat-Taxxa, u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur sottogrupp Emissjonijiet fis-Sewqan Reali – Vetturi Ħfief; iqis li l-Parlament għadu ma rċeviex risposta formali għar-riżoluzzjoni tiegħu dwar "il-Kontroll tar-Reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni" tal-14 ta' Frar 2017(93); jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi risposta eżawrjenti mingħajr dewmien;

Grupp Volkswagen

Il-ġurnaliżmu investigattiv u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

322.  Jikkundanna l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk Jan Kuciak u għarustu Martina Kusnirova fit-22 ta' Frar 2018, jinsab imħasseb ħafna dwar informazzjoni li skontha dan il-qtil jista' jkun marbut ma' pagament frodulenti ta' fondi ta' trasferiment mill-Unjoni lil resident fis-Slovakkja u mal-allegati rabtiet mal-grupp tal-kriminalità organizzata 'Ndràngheta; jitlob li l-Kummissjoni u l-OLAF jeżaminaw dan il-fajl mill-qrib u jirrapportaw dwaru fil-qafas tas-segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni;

Allowances tranżizzjonali

323.  Jieħu nota tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju tad-Dipartiment Tematiku D tal-Parlament "Allowances tranżizzjonali għal ex detenturi ta' karigi tal-UE – ftit wisq kundizzjonijiet?"; jitlob li l-Kummissjoni tieħu kont ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u tagħti bidu għal reviżjoni tal-allowances tranżizzjonali għal ex detenturi ta' karigi tal-UE sabiex issaħħaħ it-trasparenza u r-rispett tal-obbligu ta' rendikont tal-baġit tal-UE lejn iċ-ċittadini;

L-Aġenziji Eżekuttivi

324.  Jitlob li l-aġenziji eżekuttivi kkonċernati:

(a)  jagħtu segwitu għar-rakkomandazzjonijet tas-Servizz tal-Awditjar Intern u jimplimentawhom;

(b)  jevitaw ir-riporti kemm jista' jkun billi jintroduċu approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati ħalli jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet;

(c)  iżommu reġistri dettaljati u komprensivi dwar proċeduri ta' akkwist pubbliku u ta' reklutaġġ.

Opinjonijiet tal-Kumitati

L-Affarijiet Barranin

325.  Jieħu nota tar-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) maħruġ f'Ġunju 2017; jilqa' l-indikazzjonijiet li l-osservazzjoni elettorali tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-EIDHR; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat appoġġ kontinwu fost il-popolazzjonijiet lokali għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali (MOE); għal dan il-għan, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kosteffettività kif ukoll li tiġi introdotta proporzjonalità bejn ir-riżorsi li jintefqu fuq l-MOE u dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra l-proposti li saru fir-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-EIDHR biex tkompli ssaħħaħ is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ elettorali;

326.  Jinnota, filwaqt li jilqa' l-progress li sar, li l-Kummissjoni għadha ma rrikonoxxietx il-konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju ta' erbgħa mill-għaxar missjonijiet ċivili li saru taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma biex takkredita l-missjonijiet ċivili kollha tal-PSDK, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA, sabiex tippermettilhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja taħt ġestjoni indiretta; L-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni

327.  Huwa inkwetat ħafna bit-tendenza perċettibbli fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li ma jingħatax kas tad-dispożizzjonijiet ġuridikament vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014(94) f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq eliġibbli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-iżvilupp u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-Unjoni hija prinċipju kruċjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi ċari; ifakkar li d-DCI huwa l-ewwel u qabel kollox strument imfassal biex jiġġieled il-faqar;

328.  Jappoġġja l-użu ta' appoġġ baġitarju, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi aħjar u tivvaluta ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull każ, u fuq kollox ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward il-kondotta tal-istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju f'pajjiżi neqsin mis-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-mezzi ta' komunikazzjoni, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza;

329.  Huwa inkwetat bid-dikjarazzjoni tal-Qorti li hemm riskju serju li l-Unjoni ma tilħaqx l-għan tagħha li tintegra t-tibdil fil-klima fil-baġit tal-Unjoni kollu u li l-objettiv li 20 % tal-infiq tagħha ssir għal azzjoni relatata mal-klima mhuwiex ser jintlaħaq;

330.  Huwa inkwetat bis-sejbiet tal-Qorti li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex għalkollox affidabbli; jissottolinja l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ikkonstatat mill-Qorti: "il-Kummissjoni ma esiġietx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal jew furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza"; jitlob li l-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni;

331.  Jistenna b'interess li jkun infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tad-DCI li għandha tieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp;

332.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju "aktar għal aktar", waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li pajjiż, aktar ma jimxi 'l quddiem u aktar ma jħaffef fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jenfasizza li dan l-approċċ ta' "kundizzjonalità pożittiva", flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli; min-naħa l-oħra, jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex l-għajnuna ssir kundizzjonali fuq il-kontroll tal-fruntieri;

L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

333.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li, matul ir-rieżami mill-Qorti ta' 168 proġett mitmum taħt il-qasam ta' nfiq "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", terz biss kellhom sistema ta' kejl tal-prestazzjoni b'indikaturi tal-output u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programm operazzjonali, u li 42 % ma kellhom l-ebda indikatur jew mira, hekk li ma setgħet issir l-ebda valutazzjoni tal-kontribut speċifiku ta' dawk il-proġetti għall-objettivi globali tal-programm;

334.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li, meta terġa' tikkunsidra l-mekkaniżmu ta' tfassil u twettiq għall-Fondi SIE għal wara l-2020, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-enfasi tal-programm fuq il-prestazzjoni u tissemplifika l-mekkaniżmu għall-pagamenti billi tinkoraġġixxi, kif xieraq, l-introduzzjoni ta' miżuri ulterjuri li jorbtu l-livell ta' pagamenti mal-prestazzjoni, minflok ma sempliċiment tirrimborża l-ispejjeż;

335.  Jilqa' r-riżultati miksuba fl-2016 taħt it-tliet assi tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ tal-EaSI, u, b'mod partikolari għall-assi tan-netwerk tiegħu "Progress" u "Servizzi Ewropej tax-Xogħol" (EURES), għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota bi tħassib li t-taqsima tematika dwar l-Intraprenditorija Soċjali fi ħdan l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI għadha mhijiex tagħti prestazzjoni tajba; jitlob li l-Kummissjoni tinsisti li l-Fond Ewropew tal-Investiment jimpenja ruħu li l-użu sħiħ tar-riżorsi taħt it-taqsima tematika ta' Intraprenditorija Soċjali;

L-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

336.  Jisħaq fuq il-fatt li fl-2016, wara l-kummenti tal-Qorti, ġie stabbilit pjan ta' azzjoni sabiex jiżgura li jsir titjib dwar id-dewmien fil-pagamenti taħt il-programm LIFE; jinnota li r-rata ta' dewmien fil-ħlas tal-pagamenti għall-2016 laħqet it-3,9 %;

337.  Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda qafas ta' rappurtar speċifiku ġestit mill-Kummissjoni b'rabta mal-identifikazzjoni u l-kejl tal-implikazzjonijiet mhux mixtieqa tal-politiki tal-Unjoni li jaffettwaw b'mod negattiv it-tibdil fil-klima, u b'rabta mal-kwantifikazzjoni tas-sehem ta' dan l-infiq fil-baġit totali tal-Unjoni;

338.  Jisħaq li l-awditi interni wrew ukoll li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni importanti ħafna relatata mas-sigurtà tal-IT (dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistema tal-IT tal-UE ETS), li jesponi lis-servizzi tal-Kummissjoni għar-riskju ta' ksur tas-sigurtà;

339.  Jinnota li l-evalwazzjoni ex post tat-tieni Programm tas-Saħħa, mibdija f'Lulju 2016, sabet li filwaqt li l-Programm ta riżultati pożittivi b'rabta ċara mal-prijoritajiet tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni u ma' dawk nazzjonali, kien għad hemm lok għal titjib rigward id-disseminazzjoni tal-outputs tal-azzjonijiet u s-sinerġiji ma' strumenti ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, bħall-fondi strutturali;

It-Trasport u t-Turiżmu

340.  Jiddispjaċih li, waqt li għaddejja t-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, il-Qorti ma tat l-ebda informazzjoni komprensiva dwar l-awditi li saru għas-settur tat-trasport fil-qasam tal-"Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF);

341.  Jinnota li, sa tmiem l-2016, is-CEF tat appoġġ lil 452 proġett tat-trasport għall-ammont totali ta' EUR 19,4 biljun f'investimenti madwar l-Ewropa; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tas-CEFgħall-ikkompletar tan-netwerk TEN-T u biex tinkiseb Żona Unika Ewropea tat-Trasport; jisħaq li t-tnaqqis baġitarju għas-CEF li sar fil-passat, minħabba l-finanzjament għall-inizjattiva tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), għandu jiġi evitat fil-futur;

342.  Jinnota li, fl-2016, il-FEIS ipprovda EUR 3,64 biljun ta' finanzjament lil 29 operazzjoni: 25 proġett tat-trasport u 4 fondi multisettorjali, fejn huwa mistenni li se jkun hemm investimenti totali ta' EUR 12,65 biljun; jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ma tawx informazzjoni komprensiva settur b'settur dwar il-bażi annwali tal-proġetti appoġġjati mill-FEIS;

343.  Jieħu nota tat-tnedija fl-2016 tal-Programm ta' Garanzija għat-Tbaħħir Ekoloġiku permezz tal-prodott finanzjarju ġdid tal-Istrument tad-dejn tas-CEF u tal-FEIS, li potenzjalment se jimmobilizza investiment ta' EUR 3 biljun li se jgħammar lill-bastimenti b'teknoloġija nadifa; jitlob li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, inkluż kemm dwar l-aspetti finanzjarji u teknoloġiċi kif ukoll dwar l-impatti ambjentali u ekonomiċi;

344.  Jinnota li l-għadd ta' strumenti finanzjarji żdied b'mod konsiderevoli, b'mod li jippermetti opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diversifikat fis-settur tat-trasport, filwaqt li joħloq nisġa kumplessa ta' arranġamenti madwar il-baġit tal-Unjoni; huwa mħasseb li dawn l-istrumenti paralleli mal-baġit tal-Unjoni jistgħu jirriskjaw li jimminaw il-livell ta' rendikont u trasparenza, peress li r-rappurtar, l-awditjar u l-iskrutinju pubbliku mhumiex allinjati; jiddispjaċih, barra minn hekk, li bl-użu tal-fondi FEIS, is-setgħat ta' implimentazzjoni ġew delegati lill-BEI bi skrutinju pubbliku aktar limitat minn dak għal strumenti oħra appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni;

345.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod ċar, għas-settur tat-trasport, valutazzjoni tal-impatt tal-FEIS fuq strumenti finanzjarji oħra, b'mod partikolari fir-rigward tas-CEF, kif ukoll dwar il-koerenza tal-Istrument tad-Dejn tas-CEF ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni, f'ħin debitu qabel il-proposta għall-QFP li jmiss u għas-CEF li jmiss; jitlob li din il-valutazzjoni tippreżenta analiżi ċara dwar il-bilanċ ġeografiku tal-investimenti fis-settur tat-trasport; ifakkar, madankollu, li l-ammont ta' flus li jintefqu taħt strument finanzjarju ma għandux jitqies bħala l-uniku kriterju rilevanti meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kisbiet li saru taħt proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-Unjoni u tkejjel il-valur miżjud tagħhom;

346.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni, fid-dawl tad-diversi sorsi ta' finanzjament, tipprovdi aċċess faċli għall-proġetti, f'forma ta' punt uniku ta' servizz, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu b'mod ċar l-iżviluppi u l-finanzjament ta' infrastrutturi kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u mill-FEIS;

347.  Jitlob li l-Kummissjoni tevalwa l-effikaċja finanzjarja tal-ftehim mal-Eurocontrol rigward il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) u tmexxi 'l quddiem il-proposta għall-istabbiliment tal-PRB bħala regolatur ekonomiku Ewropew taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni; barra minn hekk, filwaqt li jqis il-ħtieġa li l-Ajru Uniku Ewropew jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli u sabiex tiżdied il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni, jitlob li l-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem il-proposta li taħtar il-Maniġers tan-Netwerk bħala fornitur ta' servizz awtonomu stabbilit bħala sħubija industrijali;

348.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti ffinanzjati mill-Istati Membri, fil-qasam tat-trasport taħt l-Istrateġija tad-Danubju, u tressaq proposta li tkattar il-valur miżjud tal-proġetti futuri sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta' dan il-kuritur ta' trasport importanti;

349.  Jiddispjaċih profondament li, minħabba n-nuqqas ta' linja baġitarja speċifika għat-turiżmu, hemm nuqqas ta' trasparenza rigward il-fondi tal-Unjoni li ntużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet għat-turiżmu; itenni t-talba tiegħu li, fil-baġits futuri tal-Unjoni, tiżdied linja baġitarja ddedikata għat-turiżmu;

L-Iżvilupp Reġjonali

350.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li għandhom il-kapaċitajiet amministrattivi fl-użu regolari tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); iqis li skambju ta' prattiki tajba jistgħu effettivament jikkontribwixxu biex itejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam;

351.  Huwa mħasseb ħafna li d-dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kompla saħħaħ il-bosta inugwaljanzi kemm madwar l-Unjoni kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri u r-reġjuni, u b'hekk ipperikola l-integrità tal-Unjoni;

352.  Jieħu nota tar-rapport strateġiku 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE(95), filwaqt li jenfasizza li l-għażla ta' proġetti tal-Fondi SIE laħqet is-somma kumplessiva ta' EUR 278 biljun, jew 44 % tal-investiment totali ppjanat għall-2014-2020, li ntefgħu fl-ekonomija reali tal-Ewropa mindu beda l-perjodu ta' finanzjament; iqis li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 issa laħqet ir-ritmu massimu tagħha, b'mod li jagħti prova tal-valur miżjud tal-investiment tal-politika ta' koeżjoni għar-reġjuni kollha fl-Unjoni, iżda wkoll tal-ħtieġa li jsiru aktar sforzi fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

353.  Jilqa' l-fatt li s-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art (LPIS) sarilha aktar titjib u ssaħħitilha l-preċiżjoni, li tagħmilha għodda tajba ħafna għat-tnaqqis fir-rata ta' żball u fil-piż amministrattiv għall-bdiewa u għall-aġenziji tal-pagamenti;

354.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-volatilità sinifikanti fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li għandha effett negattiv fuq l-introjtu tal-bdiewa, u jirreaġixxu fil-pront u b'mod effikaċi meta jkun meħtieġ;

355.  Jinnota li l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni apparentement ma kellhiex impatt fuq ir-rata ta' żball, u dan jista' jitqies bħala kisba kbira għall-bdiewa u għall-aġenziji tal-pagamenti, fid-dawl tan-natura kumplessa tar-regoli tal-ekoloġizzazzjoni; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li għadu kmieni wisq biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-eżiti ambjentali preċiżi; jinnota li, b'mod partikolari, fatturi oħra apparti l-ekoloġizzazzjoni jinfluwenzaw ukoll il-prestazzjoni ambjentali tas-settur agrikolu; jenfasizza li l-ekoloġizzazzjoni sservi bħala eżempju tal-ħtieġa ikbar ta' awditjar tal-prestazzjoni anke fil-qasam tal-agrikoltura;

356.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iskema ta' ekoloġizzazzjoni u l-mira tagħha li tagħmel l-azjendi agrikoli tal-Unjoni aktar ekoloġiċi permezz ta' prattiki ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', iż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti u l-istabbiliment ta' żoni ta' fokus ekoloġiku fuq ir-raba', kif deskritt fir-rapport annwali tal-Qorti;

357.  Ifakkar li hemm differenza sinifikanti fit-tip u l-iskala tal-iżbalji, jiġifieri bejn ommissjonijiet mhux intenzjonati, ta' natura amministrattiva u każijiet ta' frodi, u li bħala regola ġenerali l-ommissjonijiet ma jikkawżawx danni finanzjarji għall-kontribwenti, u dan għandu jitqies ukoll meta ssir l-istima tar-rata vera tal-iżbalji; ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonati minħabba r-regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jaqa' fuq il-benefiċjarju; jiddispjaċih li, anke kieku l-investiment kien effettiv, l-infiq xorta jibqa' jitqies 100 % ineliġibbli mill-Qorti fil-każ ta' żbalji fl-akkwist pubbliku; jenfasizza, għalhekk, li tajjeb li l-metodu tal-ikkalkolar tal-iżbalji jiġi rrazzjonalizzat aktar;

358.  Jinnota li l-aċċess għad-data u għall-monitoraġġ tajjeb, speċjalment tal-aspetti ambjentali, huwa essenzjali, meta wieħed iqis li ċerti riżorsi naturali bħall-ġestjoni tal-ħamrija u l-bijodiversità jirfdu l-produttività agrikola fit-tul;

359.  Jittama li l-Qorti qed tadatta l-approċċ superviżorju tagħha sabiex tagħti l-istess importanza lill-użu tal-fondi bħalma tagħti lill-allokazzjoni tagħhom;

Is-Sajd

360.  Iħeġġeġ lill-Qorti biex, fir-rapporti futuri tagħha, tippreżenta rata ta' żball separata għas-sajd u għall-affarijiet marittimi sabiex telimina d-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-fatt li oqsma oħra jiddaħħlu taħt l-istess intestatura; jinnota li l-affarijiet marittimi u s-sajd mhumiex koperti b'dettall suffiċjenti fir-rapport annwali tal-Qorti, u li, għaldaqstant, diffiċli li ssir evalwazzjoni sewwa tal-ġestjoni finanzjarja f'dawk l-oqsma;

361.  Jifraħ lill-Kummissjoni għar-rata ta' implimentazzjoni partikolarment għolja tat-Titolu 11 tat-Taqsima III tal-baġit tal-2016 (Affarijiet Marittimi u Sajd) kemm fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (99,2 %) kif ukoll tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (94,7 %); jirrimarka li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014(96), ir-riżorsi baġitarji jitqassmu skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

362.  Jieħu nota tar-riżerva espressa fir-rapport tal-attività tad-DĠ MARE, li taffettwa tmien Stati Membri, fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' nfiq ineliġibbli taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES);

363.  jinkoraġġixxi lid-DĠ MARE fl-isforzi tiegħu biex jikkontrolla l-approprjazzjonijiet ġestiti b'mod konġunt, u b'mod partikolari l-miżuri tiegħu rigward il-FES u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS);

364.  Jinnota li ċ-ċifra għar-riskju ta' telf ta' fondi hija ta' EUR 5,9 miljun, u li l-Kummissjoni ħadet il-miżuri rekwiżiti biex tevalwa l-infiq tal-2017 u, jekk ikun meħtieġ, tirkupra l-flus allokati;

365.  Jinnota li, tliet snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, il-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu 2014-2020 għad mhuwiex sodisfaċenti, peress li sa Settembru 2017 kienu ntużaw biss 1,7 % mill-EUR 5,7 biljun disponibbli bħala fondi ġestiti b'mod konġunt; jinnota li r-rata ta' konsum tal-FEMS hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri; jirrimarka li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ir-riżorsi baġitarji huma analizzati skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

366.  Iqis li jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-appoġġ kollu possibbli bil-għan li jiżguraw użu xieraq u sħiħ tar-riżorsi tal-FEMS, b'rati għolja ta' implimentazzjoni, skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd;

Il-Kultura u l-Edukazzjoni

367.  Jilqa' l-fatt li, fl-2016, permezz tal-Erasmus+, 500,000 ruħ setgħu jistudjaw, jitħarrġu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom, u li l-programm jinsab fit-triq it-tajba biex, sal-2020, jilħaq il-mira tiegħu ta' 4 miljun parteċipant; jenfasizza li l-istudenti tal-Erasmus+ għandhom it-tendenza li jiżviluppaw sett wiesa' ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien trasferibbli u jgawdu minn prospetti aħjar fil-karriera minn studenti mhux mobbli, u li l-programm jitqies bħala investiment strateġiku fiż-żgħażagħ tal-Ewropa; jirrimarka madankollu dwar il-bżonn li tiġi żgurata aċċessibilità usa' tal-programm, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet;

368.  Jilqa' l-fatt li l-proċedura ta' applikazzjoni għal finanzjament ta' Erasmus+ fil-parti l-kbira ġiet ittrasferita online; jemmen, madankollu,li l-proċedura tista' tiġi ssemplifikata aktar billi jitneħħa r-rekwiżit li l-ittri ta' akkreditazzjoni tas-sħab tal-proġett ikunu ffirmati bl-id;

369.  Jirrimarka li għad hemm problemi rigward l-aċċess għall-finanzjament ta' Erasmus+ fis-settur "taż-żgħażagħ" minħabba li l-programm huwa ġestit fuq bażi deċentralizzata mill-aġenziji nazzjonali; jitlob li l-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa, pereżempju billi tiċċentralizza parti mill-finanzjament fi ħdan l-aġenzija eżekuttiva; jitlob li l-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi l-mezzi meħtieġa biex il-benefiċjarji kollha tal-programm ikunu involuti aktar, pereżempju billi jitwaqqfu sottokumitati permanenti speċifiċi għas-setturi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1288/2013(97);

370.  Isostni li, sal-lum, iċ-ċavetta li wasslet għas-suċċess ta' Erasmus+ kienet l-iskambji universitarji u li, sabiex ma jitħalliex li dan kollu jiġi pperikolat, l-ebda finanzjament ma għandu jintuża għal programm ieħor, u lanqas ma għandu jitwessa' l-iskop ta' Erasmus+ biex jinkludi lil benefiċjarji oħra, pereżempju l-migranti;

371.  Huwa allarmat bir-rati ta' suċċess kronikament baxxi tal-proġett fl-ambitu tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u tas-sottoprogramm kulturali "Ewropa Kreattiva" (16 % u 11 % rispettivament fl-2016); jenfasizza li r-rati baxxi ta' suċċess jikkawżaw frustrazzjoni fost l-applikanti u huma sintomi ta' livelli inadegwati ta' finanzjament, li ma jikkorrispondux mal-għanijiet ambizzjużi tal-programmi;

372.  Jirrimarka li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tal-Kummissjoni stess tgħid li l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" laħaq il-maturità sħiħa tiegħu fl-2016, fit-tielet sena ta' implimentazzjoni tiegħu; jitlob li l-Kummissjoni u l-Kunsill, għalhekk, jipprevedu b'mod adegwat għaż-żminijiet twal li ntwera li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa ta' programmi ġodda fi ħdan il-QFP 2014-2020, sabiex ma jħallux li jseħħ dewmien simili fil-qafas finanzjarju li għandu jiġi stabbilit wara l-2020;

373.  Ifaħħar ir-rwol tal-EACEA fl-implimentazzjoni tat-tliet programmi tal-kultura u l-edukazzjoni, kif turi l-evalwazzjoni pożittiva tal-ħidma kkompletata mill-Aġenzija fl-2016; jilqa' l-użu akbar tar-rappurtar elettroniku min-naħa tal-EACEA għall-proġetti ffinanzjati, li għandu jtejjeb il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-proġetti, jgħin biex jikkontribwixxi għall-ħidma ta' politika tal-Kummissjoni u jassisti lill-benefiċjari; jieħu pjaċir jinnota li l-EACEA tħallas 92 % tal-pagamenti tagħha fi ħdan l-iskadenzi tar-Regolament Finanzjarju; minħabba li l-benefiċjarji tal-programm tal-edukazzjoni u l-kultura spiss huma organizzazzjonijiet żgħar ħafna, jitlob li l-EACEA tagħmel ħilitha biex tikseb riżultati aħjar, potenzjalment permezz ta' indikatur taż-żmien medju għall-ħlas;

374.  Jinnota l-varar, fl-2016, tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi, b'baġit ta' EUR 121 miljun sal-2022, u l-interess inizjali li wrew is-settur u l-intermedjarji finanzjarji; jappella għall-implimentazzjoni rapida tas-EUR 60 miljun ippjanati mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għall-forniment minn qabel tal-Faċilità; ifakkar li s-self jikkomplementa sorsi ta' finanzjament oħra li huma essenzjali għas-settur, bħall-għotjiet;

375.  Huwa mħasseb dwar il-livell baxx ħafna ta' finanzjament mill-FEIS li wasal għand l-edukazzjoni u s-setturi kulturali u kreattivi fl-2016; iqis li appoġġ imfassal apposta u speċifiku għas-settur huwa essenzjali biex jiżgura li s-settur kulturali u kreattiv jibbenefika minn self mill-FEIS;

376.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal kopertura tal-affarijiet Ewropej minn midja indipendenti, b'mod partikolari permezz ta' assistenza baġitarja għan-netwerks tat-televiżjoni, tar-radju u online; jilqa' l-kontinwazzjoni tal-għotja għal Euranet+ sal-2018, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib mudell ta' finanzjament aktar sostenibbli għan-netwerk;

Il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

377.  Ifakkar li strumenti speċjali ntużaw b'mod estensiv anke fl-2016 bħala risposta għas-sitwazzjoni umanitarja li jħabbtu wiċċhom magħha dawk li jfittxu l-asil fl-Unjoni, u li għalhekk hemm riskju li l-ammonti li fadal sa tmiem il-QFP kurrenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jirrispondu għal ġrajjiet mhux mistennija li jistgħu jseħħu qabel l-2020; jitlob lill-Kummissjoni ssolvi din il-kwistjoni strutturali fil-QFP li jmiss u tinforma sewwa lill-Parlament;

378.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' strateġija koerenti u sistematika bi prijoritajiet politiċi u operazzjonali aktar ċari, aktar b'saħħithom u fit-tul għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, filwaqt li l-implimentazzjoni effikaċi tagħha tiġi żgurata wkoll bil-provvediment ta' fondi suffiċjenti għal dan il-għan;

Id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

379.  Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha tal-politika; itenni, għalhekk, is-sejħa tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inklużi l-implimentazzjoni tal-baġit u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu;

380.  Jiddispjaċih li l-linji baġitarji relatati mal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 ma jispeċifikawx ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' l-fatt li, fl-2016, in-Netwerk "Women against Violence" (nisa kontra l-vjolenza) u l-Lobby Ewropea tan-Nisa rċevew għotjiet fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

381.  Itenni t-talba tiegħu biex tinżamm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne, li jkollha aktar riżorsi biex jitreġġa' lura t-tnaqqis fil-fondi allokati lil Daphne matul il-perjodu 2014-2020;

382.  Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ma jinkludix perspettiva tal-ġeneri, u jenfasizza li ma jista' jkun hemm l-ebda proċess ta' rkupru mingħajr ma jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżijiet fuq in-nisa;

383.  Jissottolinja l-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija wkoll fost il-prinċipji ta' bażi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); jiddeplora, madankollu, in-nuqqas ta' azzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi b'linji baġitarji ddedikati, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament biex id-dimensjoni tal-ġeneru titqies anki fi ħdan il-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil;

384.  Itenni t-talba tiegħu biex fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiddaħħlu wkoll indikaturi speċifiċi skont il-ġeneru, fil-qies debitu tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, jiġifieri skont il-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effikaċja;

385.  Jitlob li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri bħala parti mill-kundizzjonalità ġenerali ex ante għall-fondi tal-UE, u li tinġabar data diżaggregata, fejn possibbli skont is-sess, dwar il-benefiċjarji u l-parteċipanti;

386.  Jilqa' l-parteċipazzjoni relattivament ibbilanċjata skont is-sessi (52 % nisa mqabbla ma' 48 % rġiel) fl-interventi tal-Fond Soċjali Ewropew fl-2016;

387.  Jitlob impenn imġedded mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-QFP li jmiss, permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP, inkluż impenn li jsir ibbaġitjar skont il-ġeneru, u monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni fil-proċeduri baġitarji annwali, billi tiddaħħal dispożizzjoni fi klawżola ta' reviżjoni tar-regolament dwar il-QFP l-ġdid.

26.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej Zdrojewski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li fl-2016 l-Erasmus+ ippermetta lil 500,000 ruħ jistudjaw, jitħarrġu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom u l-programm jinsab fit-triq it-tajba biex, sal-2020, jilħaq il-mira tiegħu ta' 4 miljun parteċipant; jenfasizza li l-istudenti tal-Erasmus+ għandhom it-tendenza li jiżviluppaw sett wiesa' ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien trasferibbli u jgawdu minn prospetti aħjar fil-karriera minn studenti mhux mobbli, u li l-programm jaġixxi bħala investiment strateġiku fiż-żgħażagħ tal-Ewropa; jirrimarka madankollu dwar il-bżonn li tiġi żgurata aċċessibbiltà usa' tal-programm, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet;

2.  Jilqa' l-fatt li l-proċedura ta' applikazzjoni għal finanzjament ta' Erasmus+ ġiet ittrasferita b'mod wiesa' onlajn; jemmen madankollu li l-proċedura tista' tiġi semplifikata ulterjorment billi jiġi abolit ir-rekwiżit li l-ittri ta' akkreditazzjoni tas-sħab tal-proġett jiġu ffirmati bl-idejn;

3.  Jirrimarka li għad hemm problemi fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament ta' Erasmus+ fis-settur taż-'żgħażagħ' minħabba li l-programm huwa ġestit fuq bażi deċentralizzata mill-aġenziji nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa, pereżempju billi tiċċentralizza parti mill-finanzjament fi ħdan l-aġenzija eżekuttiva; jistieden lill-Kummissjoni biex, barra minn hekk, tipprovdi l-mezzi meħtieġa biex il-benefiċjarji kollha tal-programm ikunu iktar involuti, pereżempju billi jitwaqqfu sottokumitati permanenti speċifiċi għas-settur, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1288/2013(98);

4.  Isostni li, sal-lum, iċ-ċavetta li wasslet għas-suċċess ta' Erasmus+ kienet l-iskambji universitarji u li, sabiex jiġi evitat li dan kollu jiġu pperikolat, l-ebda finanzjament ma għandu jintuża għal programm ieħor, u lanqas ma għandu jitwessa' l-iskop ta' Erasmus+ biex jinkludi lil riċevituri oħra, pereżempju l-migranti;

5.   Jinnota l-użu baxx u l-kopertura ġeografika inadegwata tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti tal-Erasmus+; jittama li l-ftehim dirett li ntlaħaq reċentement mal-Università tal-Lussemburgu se joffri indikazzjonijiet għal mudell ta' self aktar effikaċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Fond Ewropew tal-Investiment jirduppjaw l-isforzi tagħhom sabiex jimmassimizzaw l-effikaċja tal-Faċilità u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji tal-Faċilità;

6.  Jinsab allarmat bir-rati ta' suċċess kronikament baxxi tal-proġett fl-ambitu tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u s-sottoprogramm kulturali "Ewropa Kreattiva" (16 % u 11 % rispettivament fl-2016); jenfasizza li r-rati baxxi ta' suċċess jikkawżaw frustrazzjoni fost l-applikanti u huma sintomi ta' livelli inadegwati ta' finanzjament, li ma jikkorrispondix għall-għanijiet ambizzjużi tal-programmi;

7.  Jirrimarka li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (AECEA) tal-Kummissjoni stess tgħid li l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" laħaq il-maturità sħiħa tiegħu fl-2016, fit-tielet sena ta' implimentazzjoni tiegħu; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprevedu b'mod adegwat għaż-żminijiet twal li ntwera li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa ta' programmi ġodda fi ħdan il-QFP 2014-2020, sabiex jiġi evitat li jseħħ dewmien simili fil-qafas finanzjarju li għandu jiġi stabbilit wara l-2020;

8.  Ifaħħar ir-rwol tal-EACEA fl-implimentazzjoni tat-tliet programmi tal-kultura u l-edukazzjoni, kif muri mill-evalwazzjoni pożittiva tal-ħidma tal-Aġenzija kkompletata fl-2016; jilqa' l-użu ikbar min-naħa tal-EACEA tar-rappurtar elettroniku għall-proġetti ffinanzjati, li għandu jtejjeb il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-proġetti, jgħin fl-issupplimentar tal-ħidma politika tal-Kummissjoni u jassisti lill-benefiċjari; jinsab kuntent li l-EACEA tħallas 92 % tal-pagamenti tagħha sal-iskadenzi tar-Regolament Finanzjarju; minħabba li l-benefiċjarji tal-programm tal-edukazzjoni u l-kultura spiss huma organizzazzjonijiet żgħar ħafna, jistieden lill-EACEA tistinka għal riżultati aħjar, potenzjalment permezz ta' indikatur tad-dewmien medju għall-ħlas;

9.  Jinnota t-tnedija, fl-2016, tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi, b'baġit ta' EUR 121 miljun sal-2022, u l-interess inizjali li wrew is-settur u l-intermedjarji finanzjarji; jappella għall-implimentazzjoni rapida tas-EUR 60 miljun ippjanati għall-forniment minn qabel tal-Faċilità mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); ifakkar li s-self jikkomplementa sorsi ta' finanzjament oħra li huma essenzjali għas-settur, bħall-għotjiet;

10.  Huwa mħasseb dwar il-livell baxx ħafna ta' finanzjament FEIS li laħaq lis-settur tal-edukazzjoni u lil dak kulturali u kreattiv fl-2016;iqis li appoġġ imfassal apposta u speċifiku għas-settur huwa essenzjali biex jiġi żgurat li s-settur kulturali u kreattiv jibbenefika minn self FEIS;

11.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal kopertura tal-affarijiet Ewropej minn midja indipendenti, b'mod partikolari permezz ta' assistenza baġitarja għan-netwerks tat-televiżjoni, tar-radju u onlajn; jilqa' t-tkomplija tal-għotja għal Euranet+ sal-2018, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib mudell ta' finanzjament iktar sostenibbli għan-netwerk;

12.  Għadu mħasseb dwar il-fatt li l-Iskejjel Ewropej ma jindirizzawx in-nuqqasijiet fil-kontabbiltà li tidentifika ripetutament il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u li l-Parlament Ewropew jenfasizza fir-rapporti ta' kwittanza tiegħu; jinnota, pereżempju, li, filwaqt li b'mod ġenerali l-Iskejjel tjiebu f'termini ta' għeluq ta' kontijiet, tnejn mill-erbatax-il skola, kif ukoll l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, xorta waħda ma pproduċewx il-kontijiet tagħhom qabel l-iskadenza legali; jiddispjaċih li, minkejja l-isforzi li għamlu l-Iskejjel Ewropej biex isaħħu l-kontrolli interni ul-introduzzjoni milqugħa tajjeb ta' awditjar estern, għadhom jippersistu nuqqasijiet fir-rigward tal-akkwist, tar-reklutaġġ u tal-proċeduri ta' pagament;

13.   Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ma sabet l-ebda evidenza ta' żbalji materjali, iżda jiddispjaċih li hija ma tistax tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-Iskola fl-2016 kienet twettqet skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu u r-Regolamenti tal-Persunal; iqis li l-Iskejjel Ewropej irid ikollhom sistema ta' ġestjoni adegwata u responsabbli li tissodisfa r-rekwiżiti bażiċi għat-twettiq ta' uffiċċju pubbliku, u għalhekk iridu jilħqu standards ogħla għall-obbligu ta' rendikont u għar-responsabbiltà maniġerjali; jilqa', f'dan ir-rigward, l-adozzjoni fl-2017 ta' Regolament Finanzjarju rivedut għall-Iskejjel Ewropej, li għandu jipprovdi l-qafas legali biex jiġu indirizzati xi wħud min-nuqqasijiet li identifikat il-Qorti tal-Awdituri, b'mod partikolari fir-rigward tas-separazzjoni tar-rwoli tal-kontabbiltà minn funzjonijiet oħra; ifakkar, madankollu, li l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli l-ġodda għadha essenzjali biex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; jinsisti, għalhekk, li l-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-miżuri ta' implimentazzjoni qabel tmiem l-2018;

14.   Ifakkar li l-Iskejjel Ewropej għandhom baġit annwali kumplessiv ta' kważi madwar EUR 300 miljun, li minnhom madwar 60 fil-mija ġej mill-Kummissjoni Ewropea; jenfasizza li l-baġit tal-2018 jinkludi approprjazzjonijiet maħsuba biex jistabbilixxu l-governanza l-ġdida tal-kontabbiltà u jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju rivedut; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha vot wieħed biss fil-Bord tal-Gvernaturi u li għalhekk ir-responsabbiltà prinċipali għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Iskejjel Ewropej tinsab f'idejn l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw lill-Kummissjoni u lill-Iskejjel Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

15.   Iqis li l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea joħloq sfida partikolari fir-rigward tal-Iskejjel Ewropej, speċjalment peress li madwar 21 % tal-istudenti kollha fl-Iskejjel Ewropej għas-sena skolastika 2016-2017 kienu fit-taqsima lingwistika Ingliża (it-tieni biss meta mqabbel mat-taqsima lingwistika Franċiża), u l-Ingliż kien it-tieni lingwa magħżula minn 61 % tal-istudenti kollha fl-Iskejjel Ewropej; huwa konxju mill-fatt li l-inċertezza madwar il-provvista ta' tagħlim bl-Inlgiż wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE qed toħloq tħassib għall-ġenituri u l-istudenti tal-Iskejjel Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Iskejjel Ewropej jirrapportaw lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni dwar il-pjanijiet tagħhom biex jittrattaw l-isfidi speċifiċi maħluqa mill-irtirar tar-Renju Unit mill-UE, u dwar kif biħsiebhom ikomplu jipprovdu tagħlim bil-lingwa Ingliża tal-aqwa kwalità fi ħdan l-iskejjel Ewropej fil-ġejjieni, inklużi kunsiderazzjonijiet għal arranġamenti ta' kuntrattar alternattivi possibbli għall-għalliema;

16.  Jirrimarka li, kif iddikjarat il-Qorti tal-Awdituri, ġie stabbilit rekord ġdid fis-sena finanzjarja 2016 fir-rigward ta' pagamenti riportati lejn baġits futuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill inaqqsu għal minimu d-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament, billi jagħmlu l-previżjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati mingħajr dewmien l-obbligi kuntrattwali fir-rigward ta' benefiċjarji tal-programmi;

17.  Jemmen li l-baġit tal-UE jeħtieġ isir aktar indipendenti mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali diretti; jappoġġa l-proposta għal riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Rupert Matthews, Stefano Maullu, Luigi Morgano, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Algirdas Saudargas

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Angel Dzhambazki, Rupert Matthews, John Procter

EFDD

Isabella Adinolfi

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Algirdas Saudargas, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

0

-

3

0

ENF

Dominique Bilde

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

24.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Karin Kadenbach

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li għall-agrikoltura, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) użat kampjuni ta' 217-il tranżazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija f'21 pajjiż u 163 tranżazzjoni f'20 pajjiż li jkopru s-sajd, l-ambjent/il-klima u l-iżvilupp rurali (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali), u jilqa' t-tiċkin li għadu għaddej fir-rata ta' żball għal 2,5 % fl-2016 (minn 2,9 % fl-2015) stabbilita mill-QEA għar-"riżorsi naturali";

2.  Jirrimarka li l-kapaċità korrettiva mill-korrezzjonijiet finanzjarji u mill-irkupri ssaħħet, u b'hekk naqas b'mod sinifikanti (bi 2,04 %) l-ammont f'riskju għall-politika agrikola komuni (PAK) għall-2016; jinnota li r-rata ta' żball baqgħet l-istess (2,5 %), iżda l-impatt finanzjarju tagħha naqas b'dawk il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri minħabba li parti mill-ammonti mħallsa indebitament tiġi lura fil-baġit. 3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-fondi allokati għar-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu fil-baġit għall-2016 u li sussegwentement baqgħu ma ntefqux ikunu magħmula disponibbli bis-sħiħ bħala pagamenti diretti għas-sena baġitarja ta' wara;

4.  Jilqa' l-fatt li s-Sistema ta' Identifikazzjoni għall-Ħbula Agrikoli (LPIS) rat aktar titjib u preċiżjoni msaħħa, li tagħmilha għodda tajba ħafna għat-tnaqqis fir-rata ta' żball u fil-piż amministrattiv għall-bdiewa u għall-aġenziji ta' pagament;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw il-volatilità sinifikanti fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li għandha effett negattiv fuq l-introjtu tal-bdiewa, u biex jirreaġixxu fil-pront u b'mod effikaċi meta jkun meħtieġ;

6.  Jinnota li l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni apparentament ma kellhiex impatt fuq ir-rata ta' żball, u dan jista' jitqies bħala kisba kbira għall-bdiewa u għall-aġenziji tal-pagamenti meta titqies in-natura kumplessa tar-regoli tal-ekoloġizzazzjoni; iżda jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li għadu kmieni wisq biex isiru konklużjonijiet dwar l-eżiti ambjentali preċiżi; jinnota li, b'mod partikolari, fatturi oħra apparti l-ekoloġizzazzjoni jinfluwenzaw ukoll il-prestazzjoni ambjentali tas-settur agrikolu; jenfasizza li l-ekoloġizzazzjoni sservi bħala eżempju tal-ħtieġa ikbar ta' awditjar tal-prestazzjoni anke fil-qasam tal-agrikoltura;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iskema ta' ekoloġizzazzjoni u l-għan tagħha li tagħmel l-azjendi agrikoli tal-Unjoni aktar ekoloġiċi permezz ta' prattiki ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', iż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti u l-istabbiliment ta' żoni ta' fokus ekoloġiku fuq art li tinħarat, kif deskritt fir-Rapport Annwali tal-QEA;

8.  Jinnota li għadd żgħir ta' benefiċjarji jirċievu l-ikbar pagamenti u li 4 % tal-pagamenti diretti jinqasmu bejn aktar minn nofs tal-benefiċjarji attwali li jirċievu anqas minn EUR 1250 fis-sena; jemmen li huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-PAK li jkun hemm konverġenza ta' pagamenti lill-benefiċjarji, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom;

9.  Jenfasizza, madankollu, li l-fatturat annwali ta' dawn l-azjendi agrikoli huwa inqas minn EUR 2 000 u li huma ma jitmexxewx fuq bażi kummerċjali u orjentata lejn is-suq iżda pjuttost għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' għall-ikel minn bdiewa li għandhom impjieg ieħor, u li jammontaw għal anqas minn 4,6 % taż-żona agrikola utilizzata fl-Unjoni; iqis, għalhekk, li jeħtieġ li jiġi kkoreġut għadd ta' kunċetti żbaljati ħafna rigward l-affermazzjoni li "20 % tal-azjendi agrikoli qed jirċievu 80 % tal-għajnuna", peress li din iċ-ċifra tinkludi l-azjendi agrikoli kollha ta' 10 ettari u aktar, li jammontaw għal aktar minn 88 % tal-art agrikola tal-Unjoni u 90 % tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni;

10.  Jinnota r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA dwar miżuri intiżi biex titnaqqas l-età tal-komunità tal-biedja u l-ħtieġa għal aktar programmi mmirati għal dan il-għan;

11.  Jilqa' t-tnaqqis fir-rata ta' żball għall-iżvilupp rurali, li issa hija ta' 4,9 %, meta din kienet 5,3 % fl-2015 u 6 % fl-2014; jirrikonoxxi li l-problemi rurali jirrikjedu programmi ta' investiment kumplessi, u li r-rata ta' żball tirriżulta mill-objettivi differenti għall-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi, ambjentali, tal-infrastruttura rurali u tas-saħħa tal-annimali, u dan jikkuntrasta mar-rata tal-FAEG ta' 1,7 %; jiddispjaċih, għalhekk, li l-enfasi tas-simplifikazzjoni hu fuq il-Pilastru I meta huwa rikonoxxut li hemm iktar kumplessità fil-Pilastru II; jemmen ukoll li l-investimenti fl-iżvilupp rurali huma parti essenzjali mill-politika li trid tinżamm, flimkien ma' mudelli evidenzjati sodi u benefiċjali tal-ġestjoni tar-riskju; jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-impjieg fl-agrikoltura, u jemmen li l-investimenti tal-Pilastru II huma essenzjali għall-iżvilupp u l-infrastruttura rurali; jenfasizza li l-metodu tal-ikkalkolar tar-rata ta' żball għall-pagamenti tal-PAK (b'mod partikolari l-programmi tal-iżvilupp rurali) jista' jittejjeb permezz ta', inter alia, simplifikazzjoni u inqas burokrazija.

12.  Ifakkar li hemm differenza importanti fit-tip u l-iskala tal-iżbalji, jiġifieri bejn ommissjonijiet mhux intenzjonati, ta' natura amministrattiva u każijiet ta' frodi, u li bħala regola ġenerali l-ommissjonijiet ma jikkawżawx danni finanzjarji għall-kontribwenti, u dan għandu jitqies ukoll meta ssir l-istima tar-rata vera tal-iżbalji; ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonati minħabba r-regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jinġarr mill-benefiċjarju; jiddispjaċih li, anke kieku l-investiment kien effettiv, l-infiq xorta għadu meqjus 100 % ineliġibbli mill-QEA fil-każ ta' żbalji fl-akkwist pubbliku; jenfasizza, għalhekk, li hi mixtieqa aktar razzjonalizzazzjoni fil-metodu tal-ikkalkolar tal-iżbalji.

13.  Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-iżvilupp rurali għadu qasam li jeħtieġ li jiġi eżaminat bir-reqqa; jilqa' l-promozzjoni ta' Għażliet tal-Ispejjeż Issimplifikati (SCOs) mill-Kummissjoni, speċjalment peress li l-użu ta' dawn il-miżuri jillimita r-riskji ta' prezzijiet eċċessivi u jtaffi l-piż amministrattiv impoġġi fuq il-bdiewa; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar l-użu tal-SCOs, peress li l-użu tagħhom huwa limitat fl-Unjoni; jilqa' d-deċiżjoni tal-QEA li tħejji rapport dwar l-użu tal-SCOs fid-dettall, li għandu jitlesta fl-2018;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn skema ta' awditu uniku li tippermetti tnaqqis fil-piż amministrattiv fil-livelli kollha minħabba l-kontrolli, filwaqt li jinżamm kontroll effiċjenti fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;

15.  Jinnota li, skont l-Eurostat, il-valur totali tal-output agrikolu fl-2016 kien ta' EUR 405 biljun, li hu ftit (2,8 %) inqas minn dak tal-2015, minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli;

16.  Jinnota li l-aċċess għad-data u l-monitoraġġ tajjeb - speċjalment tal-aspetti ambjentali - huwa essenzjali, meta wieħed iqis li ċerti riżorsi naturali jirfdu l-produttività agrikola fit-tul, bħall-ġestjoni tal-ħamrija u l-bijodiversità.

17.  Jittama li l-QEA qed tadatta l-approċċ superviżorju tagħha sabiex tagħti l-istess importanza lill-użu tal-fondi fir-rigward tal-allokazzjoni tagħhom;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI 2016, li juri b'mod ċar il-kontribut tal-PAK lejn żieda fir-rati ta' impjieg fiż-żoni rurali, u l-kontribut speċifiku biex dawn marru lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi: 65 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol għandhom impjieg, meta mqabbla ma' 64,8 % fl-2008 u 62,5 % (l-aktar livell baxx) fl-2011; jilqa' l-fatt li l-ħlasijiet diretti issa huma mmirati aħjar lejn bdiewa żgħażagħ, bdiewa żgħar u l-bdiewa f'żoni b'limitazzjonijiet naturali;

19.  Jilqa' l-fatt li r-rati ta' żball ġenerali rrappurtat mill-QEA u għall-PAK fir-rapport tal-attività annwali tad-DĠ AGRI 2016 huma simili ħafna, u dan juri l-effikaċja tal-pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju implimentati fis-snin preċedenti mill-Istati Membri kkonċernati, b'mod partikolari rigward titjib fl-LPIS tagħhom.

20.  Itenni t-talba tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 (ir-Riżoluzzjoni A8-0240/2015) li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-QEA jkomplu jiżviluppaw strateġiji tal-awditjar ibbażati fuq ir-riskju li jqisu d-data rilevanti kollha.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Stefan Eck, Jens Gieseke, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Tom Vandenkendelaere, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller

ECR

Richard Ashworth, Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Stanisław Ożóg

EFDD

Marco Zullo

ENF

Laurentiu Rebega

GUE/NGL

Stefan Eck, Luke Ming Flanagan

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Esther Herranz García, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Tom Vandenkendelaere

S & D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Karin Kadenbach, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

2

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Philippe Loiseau

0

0

-

-

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

24.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Claude Rolin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-fatt li kien hemm titjib kostanti fil-livell ta' żball stmat globali fil-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE f'dawn l-aħħar snin (4,4 % fl-2014; 3,8 % fl-2015; 3,1 % fl-2016); jinnota wkoll li l-pagamenti bbażati fuq drittijiet, parti sinifikanti min-nefqa awditjata li tammonta għal madwar 49 % tal-infiq tal-Unjoni, urew livelli (1,3 %) taħt il-livell limitu ta' 2 % għal-livell materjali ta' żball; jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba mill-1994 'il hawn, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2016;

2.  Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv globali tal-azzjonijiet korrettivi mill-awtoritajiet fl-Istati Membri u mill-Kummissjoni, li kellhom impatt pożittiv fuq il-livell ta' żball stmat u li mingħajrhom il-livell ta' żball stmat kien ikun 1,2 % ogħla;

3.  Jinnota bi tħassib il-livell għoli ta' żball stmat ta' 4,8 % fil-qasam tal-politika ta' "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", li huwa ogħla mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % u mil-livell ta' żball għall-baġit kollu tal-UE (3,1 %); jinnota, madankollu, li dan jirrappreżenta tnaqqis żgħir mis-sena preċedenti (5,2 %);

4.  Jinnota li l-livell għoli ta' żball stmat fil-qasam tal-politika ta' "Koeżjoni ekomika, soċjali u territorjali" huwa prinċipalment dovut għall-kostijiet ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji, l-għażla ta' attivitajiet, proġetti jew benefiċjarji ineliġibbli, u l-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effettivi sabiex jitnaqqsu dawk is-sorsi ta' żball filwaqt li tinkiseb prestazzjoni għolja;

5.  Jinnota bi tħassib li l-livell ta' żball stmat fil-qasam tal-"Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" huwa ta' 4,1 % u li l-maġġoranza tal-iżbalji kienu relatati mar-rimborż ta' kostijiet ineliġibbli tal-persunal u kostijiet indiretti ddikjarati mill-benefiċjarji ta' proġetti tar-riċerka; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effettivi sabiex jitnaqqsu dawk is-sorsi ta' żball filwaqt li tinkiseb prestazzjoni għolja;

6.  Jiddeplora l-fatt li, kif diġà kien il-każ fis-snin preċedenti, l-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jipprevjenu, jew jidentifikaw u jikkoreġu, għadd sinifikanti ta' żbalji; jinnota li kieku l-informazzjoni ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, il-livell ta' żball stmat għall-infiq globali fuq il-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" kien ikun ta' 1,1 %, jiġifieri taħt il-livell limitu tal-materjalità ta' 2 %, u għall-infiq globali fuq il-"Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" kien ikun ta' 2,9 %; jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li ma jiġix introdott kontroll addizzjonali fl-infiq tal-Unjoni, iżda li jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' kontroll eżistenti jiġu msaħħa kif xieraq;

7.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li matul ir-reviżjoni tal-Qorti ta' 168 proġett mitmum taħt il-qasam ta' nfiq "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", terz biss kellhom sistema ta' kejl tal-prestazzjoni b'indikaturi tal-output u r-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programm operazzjonali, u li 42 % ma kellhom l-ebda indikatur jew mira, filwaqt li dan jagħmilha impossibbli li ssir stima tal-kontribut speċifiku ta' dawk il-proġetti għall-objettivi globali tal-programm;

8.  Jinnota bi tħassib li tliet snin wara l-bidu tal-perjodu bejn l-2014 u 2020, l-Istati Membri nnominaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programm responsabbli għall-implimentazzjoni tal-fondi SIE, u li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit minn nofs l-2017 huwa akbar mill-istess punt fil-perjodu 2007-2013;

9.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li meta jitqies mill-ġdid il-mekkaniżmu ta' tfassil u twettiq għall-Fondi SIE għal wara l-2020, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-enfasi tal-programm fuq il-prestazzjoni u tissemplifika l-mekkaniżmu għal pagamenti billi tinkoraġġixxi, kif xieraq, l-introduzzjoni ta' miżuri ulterjuri li jgħaqqdu l-livell ta' pagamenti mal-prestazzjoni minflok sempliċiment rimborż tal-kostijiet.

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja 2016 li, fl-aħħar ħames snin ma kkwantifika l-ebda żball marbut mal-użu tal-għażliet ta' kostijiet issimplifikati għat-tranżazzjonijiet skont il-qasam ta' politika tal-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali"; iqis għalhekk li l-promozzjoni ta' użu usa' ta' għażliet ta' kostijiet issimplifikati tista' twassal għal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi, inqas żbalji milli rimborż tal-kostijiet attwali u enfasi akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida u appoġġ lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-għażliet ta' kostijiet issimplifikati minħabba ż-żieda fl-applikabbiltà tagħhom, sabiex tiġi ffaċilitata l-aktar utilizzazzjoni wiesgħa possibbli tal-għażliet ta' kostijiet issimplifikati;

11.  Jilqa' l-kisbiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) fl-2016, u jilqa' l-fatt li fl-2016 kważi tliet darbiet iżjed mill-għadd ta' persuni ġew appoġġjati minnhom meta mqabbla mal-perjodu 2014-2015 (7,8 miljun persuna fl-2016 meta mqabbla mat-2,7 miljun persuna fl-2014-2015); jinnota li, bħala riżultat tal-appoġġ tal-FSE u l-YEI, 787 000 parteċipant sabu impjieg, 820 000 parteċipant kisbu kwalifika, u 276 0000 parteċipant segwew l-edukazzjoni jew it-taħriġ;

12.  Jilqa' r-riżultati miksuba fl-2016 taħt it-tliet assi tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ tal-EaSI, u, b'mod partikolari għall-assi tan-netwerk tagħha "Progress" u "Servizzi Ewropej tax-Xogħol" (EURES), għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota bi tħassib li t-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali fi ħdan l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI għadha mhijiex tilħaq il-livell mixtieq, u jistieden lill-Kummissjoni tinsisti fuq il-ħtieġa li l-Fond Ewropew tal-Investiment jimpenja ruħu għall-utilizzazzjoni sħiħa tar-riżorsi skont it-taqsima tematika tal-Intraprenditorija Soċjali;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Morten Messerschmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

8

-

ECR

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

NI

Lampros Fountoulis

2

0

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

2.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Doru-Claudian Frunzulică

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti") Nru 33/2016 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM); jenfasizza l-konklużjoni tal-Qorti skont liema, b'mod ġenerali, il-Kummissjoni kienet effikaċi fir-rwol tagħha ta' koordinament, kif jidher matul l-għargħar fil-Bożnija-Ħerzegovina (2014), it-tifqigħa tal-virus tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent (2014-2016), u t-terremot fin-Nepal (2015); jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex issaħħaħ aktar il-funzjonament tal-UCPM;

2.  Jevidenzja r-riżultati pożittivi fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 30/2016 dwar l-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras u fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 3/2017 dwar assistenza mill-UE lit-Tuneżija; jissottolinja l-valutazzjoni tal-Qorti, skont ir-rapporti speċjali preċedenti dwar l-infiq tal-Unjoni fuq l-iżvilupp, li b'mod ġenerali l-flus tal-Unjoni ntefqu b'mod tajjeb, prova għall-kwalità għolja tal-infiq tal-Unjoni fuq l-iżvilupp; jinnota l-kuntrarju assolut tal-oqsma oħra ta' politika bħall-infiq fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni, fejn is-sejbiet huma ħafna aktar negattivi(99);

3.  Jinnota li skont ir-Rapport Speċjali Nru 9/2017 tal-Qorti dwar appoġġ mogħti mill-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t'Isfel/ix-Xlokk tal-Asja, l-Istrateġija tal-Unjoni dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (THB) kienet parzjalment effikaċi fl-appoġġ tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin f'dan ir-reġjun, għalkemm mhuwiex ċar sa liema punt it-titjib kien riżultat tal-azzjoni tal-Unjoni; jirrimarka li ma teżisti l-ebda sħubija fir-rigward tat-Traffikar tal-Bnedmin ma' xi pajjiż fir-reġjun; jinnota li minkejja li ħafna mill-proġetti jagħtu riżultati pożittivi, dawn rari jkunu sostenibbli; jiddispjaċih li hemm nuqqas ta' sjieda u impenn fil-pajjiżi kkonċernati; jinsab imħasseb dwar id-durabilità inċerta tar-riżultati miksuba;

4.  Huwa mħeġġeġ mis-sejbiet pożittivi fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 11/2017 dwar il-Fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, li jwieġeb għall-ħtiġijiet ta' assistenza u riabilitazzjoni u jorbot dan ir-rispons mal-iżvilupp; jinnota d-differenza fundamentali bejn fondi fiduċjarji ta' dan it-tip u l-Fond Fiduċjarju għall-Afrika; jappoġġa r-rakkomandazzjoni li titħejja gwida dwar l-għażla tal-mezzi ta'għajnuna u jissottolinja li din il-gwida trid tirrifletti r-riskji possibbli u l-iżvantaġġi tal-fondi fiduċjarji u l-esperjenza kuntrastanti tal-użu li sar minnhom s'issa; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi, permezz ta' rapportar dettaljat u regolari, mekkaniżmi effikaċi għall-iskrutinju parlamentari dwar kif il-Fond qed jiġi implimentat;

5.  Jinsab preokkupat ħafna bit-tendenza evidenti fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li jiġu injorati d-dispożizzjonijiet ġuridikament vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(100) f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa eliġibbli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-iżvilupp u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-Unjoni hija prinċipju kruċjali ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ma jmisshomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi spjegati b'mod ċar; ifakkar li d-DCI huwa l-ewwel u qabel kollox strument imfassal biex jiġi miġġieled il-faqar;

6.  Jappoġġa l-użu ta' appoġġ baġitarju, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aħjar u tivvaluta b'mod ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull każ u fuq kollox ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward il-kondotta tal-Istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-mezzi ta' komunikazzjoni, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza; josserva li r-Rapport Speċjali Nru 35/2016 tal-Qorti dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana, li jikkonstata li l-analiżijiet ex ante tal-Kummissjoni tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku mhumiex dettaljati biżżejjed u ma jsegwux il-linji gwida tagħha stess, li spiss il-Kummissjoni ma tivvalutax l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-ħruġ illeċitu ta' kapital u ma tqisx b'mod xieraq id-dividendi tal-estrazzjoni u jekk tħallsux ir-royalties biex jinkiseb aċċess għar-riżorsi naturali; jinsab imħasseb dwar l-użu skars u kultant irrilevanti li l-Kummissjoni tagħmel mill-kundizzjonijiet tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-kuntratti ta' appoġġ baġitarju;

7.  Jinsab inkwetat bid-dikjarazzjoni tal-Qorti(101) li hemm riskju serju li l-Unjoni ma tilħaqx l-għan tagħha ta' integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-baġit tal-Unjoni kollu u li l-objettiv li jintefaq 20 % tan-nefqa tagħha għall-azzjoni relatata mal-klima mhuwiex ser jintlaħaq;

8.  Jinsab inkwetat bis-sejbiet tal-Qorti li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti ma kenitx għalkollox affidabbli(102); jissottolinja konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ikkonstatat mill-Qorti: "il-Kummissjoni ma ħtiġitx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal/xogħol furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza", u jitlob lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni;

9.  Jevidenzja s-sejbiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 8/2017 dwar il-kontrolli tas-sajd tal-UE u jiddispjaċih dwar id-dgħufijiet sinifikanti misjuba; jissottolinja r-riskju sostanzjali li l-qabdiet iddikjarati huma fil-verità inqas, riskju li jista' jkollu konsegwenzi serji għall-istokkijiet ta' ħut fl-ilmijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(103);

10.  Jistenna b'interess li jkun infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tad-DCI li għandu jieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp;

11.  Ifakkar fl-impenn kollettiv tal-Unjoni biex iżżid l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għal 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross.

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju "aktar għal aktar", waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li, fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar ma pajjiż jagħmel progress u aktar ma dan il-progress jimxi b'rata mgħaġġla, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jisħaq li dan l-approċċ ta' "kundizzjonalità pożittiva", flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli; min-naħa l-oħra, jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex l-għajnuna ssir kondizzjonali fuq il-kontroll tal-fruntieri.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, György Hölvényi, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ádám Kósa, Paul Rübig, Judith Sargentini, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Lambert, Miroslav Mikolášik

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

Charles Goerens

PPE

György Hölvényi, Ádám Kósa, Miroslav Mikolášik, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

Ħodor/AĦE

Jean Lambert, Judith Sargentini

1

-

NI

Eleftherios Synadinos

4

0

EFDD

Ignazio Corrao, Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Joachim Zeller

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

31.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota b'mod pożittiv it-tnaqqis fir-rata ta' żball materjali fl-Intestatura 4 għas-sena finanzjarja 2016 meta mqabbla mal-2015 (minn 2,8 % għal 2,1 %), kif stmat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-rapport annwali tagħha; jappoġġa kompletament r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-QEA, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timplimentahom minnufih;

2.  Jissottolinja li, meta jiġu esklużi l-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u l-proġetti ffinanzjati minn diversi donaturi, il-livell ta' żball stmat huwa ferm ogħla; jenfasizza li l-Kummissjoni setgħet tnaqqas il-livell ta' żball stmat b'0,7 % aktar kieku użat l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha; iħeġġeġ li l-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri attivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

3.  Jenfasizza li l-parti l-kbira tal-iżbalji (37 %) huma dovuti għan-nuqqas ta' dokumenti ta' prova essenzjali; ifakkar fl-importanza li tittejjeb is-superviżjoni tal-għotjiet u l-assistenza teknika pprovduta għal dan il-għan; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħaq dan l-għan;

4.  Jissottolinja li r-rappurtar kumplessiv dwar l-infiq fuq il-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni jeħtieġ li jkun aktar koerenti u komprensiv; f'dan il-kuntest jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-użu ta' mekkaniżmi finanzjarji oħra apparti l-baġit tal-UE biex jitwettqu l-politiki tal-UE, bħall-fondi fiduċjarji u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, jissogra li jimmina r-responsabbiltà u t-trasparenza;

5.  Jinnota bi tħassib id-dgħufijiet tal-awtoritajiet tal-awditjar li jaħdmu f'ġestjoni indiretta f'xi pajjiżi benefiċjarji tat-tieni Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II); jistieden lid-DĠ NEAR biex jassisti mill-qrib lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet u, b'mod aktar speċifiku, biex tittejjeb il-metodoloġija tal-awditjar, l-ippjanar u s-sorveljanza, kif ukoll, ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tagħhom; ifakkar li l-allokazzjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għandha tkun marbuta mal--impenn għal riformi u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-riformi f'pajjiżi riċeventi;

6.  Jieħu nota tar-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem maħruġ f'Ġunju 2017; jilqa' l-indikazzjonijiet li l-osservazzjoni elettorali tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-EIDHR; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat appoġġ kontinwu fost il-popolazzjonijiet lokali għall-MOEs; għal dan il-għan, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kosteffettività kif ukoll introdotta l-proporzjonalità bejn ir-riżorsi li jintefqu fuq l-MOEs u dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-proposti li saru fir-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-EIDHR biex tkompli ssaħħaħ is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn monitoraġġ elettorali;

7.  Jinnota, filwaqt li jilqa' l-progress miksub, li l-Kummissjoni għadha ma rrikonoxxietx il-konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju ta' erba' mill-għaxar missjonijiet ċivili li saru taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma biex takkredita l-missjonijiet ċivili kollha tal-PSDK, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA, sabiex tippermettilhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja taħt ġestjoni indiretta;

8.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-QEA dwar l-"Assistenza mill-UE għat-Tuneżija" u jinnota b'sodisfazzjon li, permezz tal-finanzjament tagħha, l-UE għamlet kontribut sinifikanti u f'waqtu għat-transizzjoni demokratika u għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż f'ambjent diffiċli; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-QEA u jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom, inkluż rigward l-approċċ "aktar għal aktar" u l-ħtieġa li jitnaqqas l-għadd ta' prijoritajiet sabiex jiżdied l-impatt tal-assistenza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora għażliet biex jitħaffu l-proċeduri ta' approvazzjoni ta' Assistenza Makrofinanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' finanzjament ta' emerġenza;

9.  Jieħu nota tar-Rapport Speċjali 11/2017 tal-QEA dwar il-fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-QEA u jitlob lill-Kummissjoni biex timplimentahom; f'dan id-dawl, jenfasizza b'mod partikolari l-importanza li jiġi indirizzat it-tħassib rigward il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati, l-attrazzjoni ta' donaturi addizzjonali, it-trasparenza u l-kosteffettività kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni;

10.  Jilqa' bl-istess mod ir-rapport speċjali tal-QEA dwar "L-appoġġ tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fin-Nofsinhar/fix-Xlokk tal-Asja"; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'koordinazzjoni mas-SEAE, biex issegwi l-iżvilupp tal-qafas strateġiku kontra t-traffikar tal-bnedmin, li jikkonċerna wkoll lin-Nofsinhar tal-Asja u x-Xlokk tal-Asja, sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-proġetti implimentati f'dan il-qasam u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tagħhom;

11.  Fid-dawl tal-appoġġ bilaterali sinifikanti mogħti lil-Libja f'numru ta' setturi inklużi s-soċjetà ċivili, il-governanza, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-migrazzjoni u l-protezzjoni, l-appoġġ fil-proċess politiku, kif ukoll is-sigurtà u l-medjazzjoni, jitlob lill-QEA tippubblika Rapport Speċjali dwar l-Għajnuna tal-UE għal-Libja. INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Rebecca Harms, Marek Jurek, Jo Leinen, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

ECR

Amjad Bashir, Bas Belder, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Traian Ungureanu

S&D

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Eugen Freund, Jo Leinen, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Miroslav Poche, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Rebecca Harms, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Bodil Valero

3

-

EFDD

James Carver

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

5

0

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

25.1.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2016;

2.  Huwa sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu fl-oqsma ta' responsabilità tiegħu u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw politiki fil-qasam tal-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits ta' dawk l-aġenziji;

3.  Fir-rigward tar-rata globali ta' żball tat-taqsima "Żvilupp rurali, sajd, ambjent u klima", jinnota tnaqqis żgħir fir-rata ta' żball fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") għall-2016, b'4,9 % kontra 5,3 % fl-2015 u 6,2 % fl-2014; jilqa' l-isforzi li saru biex jitnaqqsu r-rati ta' żball iżda jinnota li hemm bżonn li ssir iktar ħidma; jinnota wkoll li 50 % tal-għaxar tranżazzjonijiet għall-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li ġew ikkampjunati, kien fihom żbalji;

Ambjent u Azzjoni Klimatika

4.  Jenfasizza li l-baġit ta' DĠ ENV huwa implimentat prinċipalment permezz ta' ġestjoni ċentralizzata diretta, u li fl-2016 l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ammontaw għal EUR 438,31 miljun u EUR 357,62 miljun rispettivament; jenfasizza li huwa sodisfaċenti li r-rati ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-impenn laħqu t-98,95 % u dawk tal-approprjazzjonijiet ta' pagament laħqu d-99,17 % fi tmiem is-sena;

5.  Jinnota li f-2016, il-program LIFE pprovda EUR 315 miljun għall-kofinanzjament ta' 157 proġett ġdid fi 23 Stat Membru, li xprunaw investimenti addizzjonali ta' EUR 236 miljun;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li fl-2016 ġie stabbilit pjan ta' azzjoni wara l-kummenti tal-Qorti, sabiex jiġi żgurat titjib dwar id-dewmien fil-pagamenti skont il-program LIFE; jinnota li r-rata ta' morożità fil-ħlas tal-pagamenti għall-2016 laħqet it-3,9 %;

7.  Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda qafas ta' rappurtar speċifiku ġestit mill-Kummissjoni b'rabta mal-identifikazzjoni u l-kejl tal-implikazzjonijiet mhux mixtieqa tal-politiki tal-Unjoni li jaffettwaw b'mod negattiv it-tibdil fil-klima, u b'rabta mal-kwantifikazzjoni tas-sehem ta' din in-nefqa fil-baġit totali tal-Unjoni;

8.  Jinnota li l-awditi interni mwettqa fl-2016 indikaw li t-titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani fid-DĠ ENV seħħew għaliex dan id-DĠ ma kienx kapaċi li jimmonitorja u jqabbel b'effikaċja l-ammont ta' xogħol fi ħdan id-DĠ;

9.  Jisħaq li l-awditi interni indikaw ukoll li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna relatata mas-sigurtà tal-IT (dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistema tal-IT tal-UE ETS), li jesponi lid-DĠ għar-riskju ta' ksur tas-sigurtà;

10.  Jenfasizza li l-baġit ta' DĠ CLIMA hu prinċipalment implimentat permezz ta' ġestjoni ċentralizzata diretta, u li l-impenji u l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2016 ammontaw għal EUR 118,1 miljun u għal EUR 59,25 miljun rispettivament; jenfasizza li filwaqt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,72 %, din kienet biss ta' 70,49 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, minħabba l-firma li saret biss fl-aħħar ta' Diċembru 2016 għal tliet operazzjonijiet ġodda skont l-istrument finanzjarju ta' Finanzjament Privat għall-Enerġija Effiċjenti (PF4EE);

Is-Saħħa Pubblika

11.  Jinnota li fl-2016 id-DĠ SANTE kien responabbli mill-implimentazzjoni ta' EUR 184,40 miljun għal linji baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika, li minnhom 89,88 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; jieħu nota li l-livell ta' implimentazzjoni tal-pagamenti huwa ta' 89,86 %;

12.  Jinnota li l-evalwazzjoni ex-post tat-tieni Programm tas-Saħħa, iffinalizzata f'Lulju 2016, indikat li filwaqt li l-Programm ta riżultati pożittivi b'rabta ċara mal-prijoritajiet tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni u dawk nazzjonali, kien għad hemm lok għal titjib rigward id-disseminazzjoni tal-outputs tal-azzjonijiet u s-sinerġiji ma' strumenti ta' finanzjament oħra tal-Unjoni bħall-fondi strutturali;

Sikurezza tal-ikel, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti

13.  Jinnota li fl-2016 id-DĠ SANTE kien responsabbli għall-implimentazzjoni ta' EUR 240,5 miljun li jikkorrispondu għal linji baġitarji fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti, li minnhom 98,37 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; jieħu nota li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti huwa ta' 98,00 %;

14.  Jinnota li l-Qorti ppubblikat Rapport Speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni dwar il-programmi relatati mal-qerda tal-mard tal-annimali li jkopri l-perjodu 2009-2014, li jikkonkludi li l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni kien tajjeb u rrikonoxxa xi suċċessi notevoli, pereżempju, it-tnaqqis fil-każijiet ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) fl-ifrat, is-salmonella fil-pollam, u r-rabja fl-annimali selvaġġi;

15.  Jinnota li l-Qorti ppubblikat Rapport Speċjali dwar kif hemm bżonn ta' iktar sforzi biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tan-Netwerk Natura 2000 inklużi rakkomandazzjonijiet għal titjib bħal stima iktar ċara u kompluta tan-nefqa reali u l-finanzjament futur meħtieġ fil-livell tas-sit;

16.  Jinnota li fl-2016 id-DĠ SANTE nieda l-ewwel prodott tal-inizjattiva "L-Istat tas-Saħħa fl-UE", ir-rapport konġunt tal-OECD u l-Kummissjoni "Health at a Glance: Europe 2016" (Ħarsa Ġenerali dwar is-Saħħa: Ewropa 2016), ħoloq 23 Netwerks Ewropej ta' Referenza dwar il-mard rari, stabbilixxa grupp ta' ħidma dwar ir-reżistenza antimikrobika u stabbilixxa pjattaforma ġdida tal-UE dwar it-telf u l-ħela tal-ikel;

17.  Huwa tal-opinjoni, abbażi tad-data disponibbli u r-rapport ta' implimentazzjoni, li l-kwittanza tista' tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq fl-oqsma tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

7

-

ECR

Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Julia Reid

1

0

EFDD

Piernicola Pedicini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

2.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;

B.  billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab lill-Kummissjoni timplimenta l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-ibbaġittjar skont il-ġeneru u l-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi fl-oqsma differenti tal-politika tal-Unjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri biex tinkorpora perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

1.  Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha tal-politika; itenni, għalhekk, is-sejħa tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inklużi l-implimentazzjoni tal-baġit u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu;

2.  Jiddispjaċih li l-linji baġitarji relatati mal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 (REC) ma jispeċifikawx ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' l-fatt li, fl-2016, in-Netwerk "Women against Violence" (nisa kontra l-vjolenza) u l-Lobby tan-Nisa Ewropew irċevew għotjiet fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.  Jitlob li l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun imsemmija b'mod espliċitu f'intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza";

4.  Itenni t-talba tiegħu biex tinżamm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne, li jkollha aktar riżorsi biex jitreġġa' lura t-tnaqqis fil-fondi allokati lil Daphne matul il-perjodu 2014-2020;

5.  Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ma jinkludix perspettiva tal-ġeneri u jenfasizza li proċess ta' rkupru li jirnexxi mhuwiex possibbli mingħajr ma jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżijiet fuq in-nisa;

6.  Jissottolinja l-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija wkoll fost il-prinċipji ta' bażi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); jiddeplora, madankollu, in-nuqqas ta' azzjonijiet immirati fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi b'linji baġitarji speċifiċi minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament biex titqies id-dimensjoni tal-ġeneru anki fi ħdan il-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil;

7.  Itenni t-talba tiegħu biex fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiġu inklużi wkoll indikaturi speċifiċi skont il-ġeneru, b'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja;

8.  Jitlob għal valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru bħala parti mill-kundizzjonalità ġenerali ex ante għall-fondi tal-UE, u għall-ġbir ta' data diżaggregata, fejn possibbli skont is-sess, dwar il-benefiċjarji u l-parteċipanti;

9.  Jilqa' l-parteċipazzjoni relattivament ibbilanċjata skont is-sessi (52 % nisa mqabbla ma' 48 % rġiel) fl-interventi fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew fl-2016;

10.  Jitlob għal impenn imġedded mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-QFP li jmiss, permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP, inkluż impenn biex jiġu implimentati l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni fil-proċeduri baġitarji annwali billi tiġi inkluża dispożizzjoni fi klawżola ta' reviżjoni tar-regolament il-ġdid dwar il-QFP.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Heinz K. Becker, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, João Pimenta Lopes, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Ángela Vallina, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Izaskun Bilbao Barandica, Lívia Járóka, Urszula Krupa, Edouard Martin, Clare Moody, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Artis Pabriks, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Catherine Bearder, Izaskun Bilbao Barandica, Angelika Mlinar

ECR

Arne Gericke

EFDD

Daniela Aiuto

PPE

Heinz K. Becker, Anna Maria Corazza Bildt, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Lívia Járóka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Artis Pabriks, Michaela Šojdrová, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jarosław Wałęsa

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Edouard Martin, Clare Moody, Maria Noichl

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Ernest Urtasun, Monika Vana

1

-

ECR

Urszula Krupa

4

0

GUE/NGL

Malin Björk, João Pimenta Lopes, Ángela Vallina

PPE

Marijana Petir

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

7.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-2016 tal-Unjoni; jenfasizza b'mod partikolari t-tnaqqis ulterjuri fl-iżbalji fil-pagamenti matul l-2016 għal ammont baxx storiku ta' 3,1 %, u josserva li, mill-1994 'l hawn, din hija l-ewwel darba li l-Qorti tat opinjoni kwalifikata dwar il-pagamenti; jinnota li r-rata ta' żball fil-pagamenti għall-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) ma ġietx ikkalkulata mill-Qorti, minħabba l-kampjun limitat ta' tranżazzjonijiet awditjati;

2.  Jinnota li pagamenti ta' ġestjoni kondiviżi għall-Fond dwar l-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna kienu bil-mod wisq meta wieħed iqis li l-2016 kienet it-tielet sena ta' implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali; jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu r-riskji ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u fil-korrezzjoni ta' nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati s-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri abbażi ta' informazzjoni suffiċjentement dettaljata;

3.  Jinnota li fl-2016, il-Kummissjoni ma rrappurtatx l-ammont kumplessiv ta' fondi mmobilizzati għall-migrazzjoni u l-asil, u li dan huwa diffiċli biex jiġi stmat; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa struttura ta' rappurtar koerenti, komprensiva u speċifika għal dan il-għan; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex taqsam il-linji baġitarji sabiex iżżid it-trasparenza u l-effiċjenza ekonomika;

4.  Ifakkar li l-istrumenti speċjali ntużaw b'mod estensiv anke fl-2016 bħala rispons, b'mod partikolari għas-sitwazzjoni umanitarja li jħabbtu wiċċhom magħha dawk li jfittxu l-asil fl-Unjoni, u li għalhekk hemm riskju li l-ammonti li fadal sa tmiem il-QFP attwali jistgħu ma jkunux biżżejjed għar-rispons għal avvenimenti mhux mistennija li jistgħu jseħħu qabel l-2020; jitlob lill-Kummissjoni ssolvi din il-kwistjoni strutturali fil-QFP li jmiss u tinforma kif xieraq lill-Parlament;

5.  Jirrimarka li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni wera li l-programm ta' ħidma ta' xi aġenziji ma kienx ta' kwalità f'termini ta' stabbiliment ta' għanijiet u definizzjonijiet ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni; jenfasizza li d-DĠ HOME għandu jipprovdi opinjoni sistematika dwar il-programm ta' ħidma tal-aġenziji tiegħu;

6.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' strateġija koerenti u sistematika bi prijoritajiet politiċi u operattivi aktar ċari, iktar b'saħħithom u fit-tul għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, filwaqt li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha ukoll billi jiġu pprovduti biżżejjed fondi għal dan il-għan.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Frank Engel, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Gérard Deprez, Maria Grapini, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Jonathan Bullock, Julia Reda, Francis Zammit Dimech

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

45

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar

ECR

Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Georges Bach, Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Francis Zammit Dimech, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Julia Reda, Judith Sargentini

6

-

EFDD

Jonathan Bullock, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

GUE/NGL

Malin Björk

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

21.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li kif indikat fir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti"), il-livell ta' żball stmat fin-nefqa relatata mal-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" naqas minn 5,2 % fl-2015 għal 4,8 % fl-2016; jinnota t-titjib sostnut matul dawn l-aħħar tliet snin; jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2016; jirrikonoxxi li r-rata ta' żball għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tibqa' inqas b'mod sinifikanti mir-rati rrappurtati għall-perjodu preċedenti, fatt li juri li l-azzjonijiet korrettivi meħuda kellhom impatt pożittiv ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' taħdem mal-Istati Membri biex ittejjeb is-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u kontroll u tkompli tuża għodod superviżorji legali disponibbli biex tiżgura li jiġu kkoreġuti l-iżblaji materjali kollha; iqis ir-rekwiżiti ta' assigurazzjoni addizzjonali għall-programmi tal-2014-2020 li jinvolvu proċedura ta' aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet iċċertifikati, bil-għan li jkun hemm tnaqqis permanenti tal-ammont ta' żbalji residwi; jenfasizza li aktar simplifikazzjoni tar-regoli u aktar tnaqqis tal-piż amministrattiv jistgħu jgħinu biex titnaqqas saħansitra aktar ir-rata ta' żball;

2.  jinnota li, bħalma kien il-każ fis-snin preċedenti, l-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu numru sinifikanti ta' żbalji qabel ma jitolbu r-rimborż u li r-rata ta' żball stmata setgħet tnaqqset għal livell inqas mil-livell limitu ta' materjalità; jieħu nota tal-konklużjoni li ħadet il-Qorti li m'hemmx bżonn ta' kontrolli addizzjonali fin-nefqa tal-UE, iżda li l-kontrolli eżistenti jeħtieġ li jiġu infurzati kif suppost; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jinfurzaw kif xieraq is-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u kontroll biex jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet abbażi tal-kontroll u l-awditi tagħhom stess; jenfasizza li, għall-perjodu l-ġdid 2014-2020, il-kapaċità korrettiva kumplessiva hija msaħħa ulterjorment mill-possibilità li għandha l-Kummissjoni li timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti f'każ li jkunu ġew identifikati nuqqasijiet serji, li se tkun inċentiv importanti biex l-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet serji qabel ma jiċċertifikaw il-kontijiet annwali lill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tuża b'mod effettiv l-għodod kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluża l-assistenza teknika, biex tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom, ikomplu għaddejjin bil-ġlieda kontra l-frodi u jibqgħu ambizzjużi fl-evitar tal-irregolaritajiet, fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u fit-tnaqqis ulterjuri tar-rati ta' żball; iqis li l-bini tal-kapaċità bil-ħsieb li jintlaħaq dan l-iskop jeħtieġ li jitkompla, anki b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-implimentazzjoni ta' patti ta' integrità; jenfasizza l-ħtieġa ta' komunikazzjoni ċara kostanti mal-pubbliku rigward id-differenza bejn frodi u żball; ifakkar li l-irregolaritajiet mhux bilfors ikunu kollha frodi u għandha ssir distinzjoni bejn irregolaritajiet frodulenti u irregolaritajiet mhux frodulenti; huwa parzjalment minħabba din ir-raġuni li s-sospensjoni tal-pagamenti f'każ ta' irregolaritajiet għandha intuża biss bħala l-aħħar istanza;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li jaqdu l-kapaċitajiet amministrattivi fl-użu regolari tal-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) u jqis li skambju ta' prattiki tajba jista' b'mod effikaċi jikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam;

5.  Jinnota li s-sorsi ewlenin ta' żball kienu l-inklużjoni ta' spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji (l-inklużjoni ta' spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tammonta għal 42 % tal-livell ta' żball stmat ikkalkulat mill-Qorti), kif ukoll il-ksur ta' regoli tal-akkwist pubbliku (30 % tal-livell ta' żball stmat); f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjonijiet preventivi u korrettivi xierqa; jinsab imħasseb ħafna li, skont ir-Rapport Annwali tal-Qorti, tliet snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri nnominaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkollaboraw mill-qrib biex jikkumpletaw il-proċess għalkollox; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-istat u tipproponi modifiki li jnaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-benefiċjarji, u li jneħħu l-ostakli li jqiegħdu lill-kumpaniji u lill-organizzazzjonijiet tal-Unjoni fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom minn pajjiżi terzi;

6.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi SIE 2014-2020 u r-riperkussjonijiet ta' dan id-dewmien fuq ir-reġjuni biex jimmobilizzaw u jużaw il-fondi tal-UE biex b'hekk iwettqu investimenti pubbliċi li kulma jmur qed isiru dejjem aktar meħtieġa wara d-diversi kriżijiet li seħħew f'dawn l-aħħar għaxar snin; jinnota li, fi tmiem l-2016, l-ammont totali ta' impenji baġitarji allokat għal proġetti magħżula laħaq madwar EUR 186,6 biljun, u li EUR 41,9 biljun biss tħallsu, u b'hekk ġew akkumulati aktar minn 77 % tal-impenji pendenti mhux imħallsa (EUR 144,6 biljun), l-aktar minħabba dan id-dewmien fl-implimentazzjoni; jissottolinja li dan l-ammont huwa mistenni li jiżdied sal-2020; jenfasizza li l-eliminazzjoni ta' dawn l-arretrati għandha tkun prijorità meta jkun qed jiġi ppjanat il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss; jenfasizza li d-dewmien fl-implimentazzjoni ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat bħala li qed tonqos il-ħtieġa ta' finanzjament tal-UE;

7.  Ifakkar li l-iżbalji fil-"Politika ta' Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" huma prinċipalment dovuti għal benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew nefqa ineliġibbli (pagamenti tar-rimborż tal-ispejjeż); jenfasizza li s-sena finanzjarja 2016 hija l-aħħar waħda li fiha n-nefqa kollha li ġiet awditjata hija marbuta mal-perjodu tal-QFP 2007-2013 u fis-snin li ġejjin nistennew li naraw sehem dejjem akbar ta' fondi tal-QFP 2014-2020;

8.  Jinsab imħasseb ħafna li d-dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kompla saħħaħ il-bosta inugwaljanzi kemm madwar l-Unjoni kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri u r-reġjuni, u b'hekk ipperikola l-integrità tal-Unjoni;

9.  Jieħu nota tar-rapport strateġiku 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE(104), filwaqt li jenfasizza li l-għażla ta' proġetti tal-Fondi SIE laħqet is-somma kumplessiva ta' EUR 278 biljun, jew 44 % tal-investiment totali ppjanat għall-2014-2020, li ntefgħu fl-ekonomija reali tal-Ewropa mindu beda l-perjodu ta' finanzjament; iqis li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 issa laħqet ir-ritmu sħiħ tagħha, fatt li jagħti xhieda tal-valur miżjud tal-investiment tal-politika ta' koeżjoni għar-reġjuni kollha fl-Unjoni, iżda wkoll tal-ħtieġa li jsiru aktar sforzi fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

10.  Jenfasizza li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit li kien jidher f'nofs l-2017 kien akbar milli kien fl-istess punt tal-perjodu 2007-2013;

11.  Jinnota li r-rata medja ta' żborż għall-istrumenti finanzjarji kienet biss ta' 75 % fi tmiem l-2015; jinnota madankollu li l-iżborż minn strumenti finanzjarji lir-riċevituri finali ammonta għal 93 % sal-31 ta' Marzu 2017 u li fl-għeluq il-Kummissjoni rrappurtat progress sinifikanti fir-rata medja ta' żborż, li juri l-utilità prattika ta' dawn l-istrumenti; iqis madankollu li l-għotjiet huma l-forma ewlenija ta' appoġġ tal-politika ta' koeżjoni minħabba l-fatt li mhux l-investimenti kollha huma bankabbli jew għandhom riżultati kwantifikabbli fuq perjodu ta' żmien qasir; jirrimarka li r-rieżami tar-Regolament Finanzjarju li huwa mistenni jidħol fis-seħħ fl-2018 jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-simplifikazzjoni, it-titijib u l-ottimizzazzjoni tal-użu tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali; jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jsir aktar titjib fir-rigward tar-rata ta' assorbiment;

12.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-Qorti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex iżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Annwali 2016 fir-rigward tal-qafas tar-rappurtar tal-prestazzjoni u tadotta prattiki tajba internazzjonali meta tkun qed tirrieżamina l-effikaċja tal-indikaturi użati taħt l-inizjattiva Baġit tal-UE Ffukat fuq ir-Riżultati (BFOR) u biex ittejjeb is-sistema attwali tal-kejl tal-prestazzjoni, kif ukoll meta tkun qed tikkunsidra mill-ġdid il-mekkaniżmu eżekuttiv wara l-2020; jenfasizza, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tissimplifika l-kejl tal-prestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ aktar l-enfasi tal-programmi fuq ir-riżultati u tissimplifika l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Raymond Finch, John Flack, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Paul Nuttall, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Andor Deli, Ivana Maletić, Urmas Paet, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Bronis Ropė, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anna Hedh, Bogdan Brunon Wenta

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Urmas Paet

ECR

John Flack, Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Steeve Briois

GUE/NGL

Martina Michels, Ángela Vallina

PPE

Daniel Buda, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller, Milan Zver

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Anna Hedh, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Bronis Ropė

2

-

EFDD

Raymond Finch, Paul Nuttall

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

20.2.2018

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Isabella De Monte

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") li l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni għas-sena 2016 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016 huma, in ġenerali, legali u regolari fl-aspetti materjali kollha, ħlief għal pagamenti tar-rimborż tal-ispejjeż li huma milquta bi żbalji; jiddispjaċih li l-livell kumplessiv stmat ta' żball huwa ta' 3,1 % ogħla mil-limitu massimu ta' materjalità tal-Qorti (2 %); jistenna li l-Qorti tagħti rapport dettaljat tal-iżbalji lill-Parlament;

2.   Jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba mill-1994, il-Qorti tat opinjoni kwalifikata dwar il-pagamenti li saru mill-baġit tal-Unjoni, u dan jirrifletti titjib importanti fil-finanzi tal-Unjoni;

3.  Jiddispjaċih li, waqt li għaddejja t-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, il-Qorti ma tat l-ebda informazzjoni komprensiva dwar l-awditjar li sar għas-settur tat-trasport taħt it-taqsima "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

4.  Jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti dwar ir-riskju ta' akkumulazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mhux imħallsa fl-aħħar snin tal-QFP attwali u fl-ewwel snin tal-QFP li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill valutazzjoni tal-implikazzjonijiet b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għas-settur;

5.  Jinnota li fl-2016:

–   EUR 4 346 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 321 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki dwar it-trasport, inkluż il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, is-sigurtà tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri, l-aġenziji ta' trasport, u r-riċerka u l-innovazzjoni relatati mat-trasport (Orizzont 2020),

–   EUR 3 854,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 1 794,6 miljun f'approrpjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport (Kapitolu 06 02 01) u għall-Orizzont 2020 (Trasport - Artikolu 06 03 03);  

–   EUR 71,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu disponibbli għan-nefqa amministrattiva;

6.  Jinnota li sa tmiem l-2016, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tat appoġġ lil 452 proġett tat-trasport li jammonta għal total ta' EUR 19,4 biljun f'investimenti madwar l-Ewropa; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex jitlesta n-netwerk TEN-T u biex tinkiseb Żona Unika Ewropea tat-Trasport; jisħaq li t-tnaqqis baġitarju għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li sar fil-passat, minħabba l-finanzjament għall-inizjattiva tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), għandu jiġi evitat fil-futur;

7.   Jiddispjaċih dwar il-progress kemmxejn limitat li sar għat-tlestija tan-netwerks strateġiċi TEN-T ippjanati taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga kif jistgħu jitnaqqsu l-problemi relatati mar-rati ta' implimentazzjoni u l-iżbilanċ fost l-Istati Membri; jistieden lill-Koordinaturi Ewropej tat-TEN-T biex iwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-proġetti li tlestew u tat-titjib miksub tul il-kurituri tat-TEN-T fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali, u biex jippreżentawha lill-Kummissjoni u lill-Parlament; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tipproproni mekkaniżmu, inkluża assistenza teknika, biex jiżdied il-valur miżjud tal-Fondi Ewropej għat-tlestija tal-kurituri TEN-T u jiġi massimizzat il-progress;

8.  Jinnota li fl-2016, il-FEIS ipprovda EUR 3,64 biljun ta' finanzjament lil 29 operazzjoni: 25 proġett tat-trasport u 4 fondi multisettorjali, fejn huwa mistenni li se jkun hemm investimenti b'total ta' EUR 12,65 biljun; jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ma tawx informazzjoni komprensiva settur b'settur dwar il-bażi annwali tal-proġetti appoġġati mill-FEIS;

9.  Jieħu nota tat-tnedija fl-2016 tal-Programm ta' Garanzija għat-Tbaħħir Ekoloġiku permezz tal-prodott finanzjarju ġdid tal-Instrument tad-Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tal-FEIS, li potenzjalment se jimmobilizza investiment ta' EUR 3 biljun li se jgħammar lill-bastimenti b'teknoloġija nadifa; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, inkluż kemm dwar l-aspetti finanzjarji, teknoloġiċi kif ukoll dwar l-impatti ambjentali u ekonomiċi;

10.  Jinnota li l-għadd ta' strumenti finanzjarji żdied b'mod sostanzjali, u dan jippermetti opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diversifikat fis-settur tat-trasport, filwaqt li joħloq firxa kumplessa ta' arranġamenti madwar il-baġit tal-Unjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawn l-istrumenti b'mod parallel mal-baġit tal-Unjoni, jistgħu jirriskjaw li jimminaw il-livell ta' responsabbiltà u trasparenza, peress li r-rappurtar, l-awditjar u l-iskrutinju pubbliku mhumiex allinjati; jiddispjaċih, barra minn hekk, li bl-użu tal-fondi FEIS, is-setgħat ta' implimentazzjoni ġew delegati lill-BEI bi skrutinju pubbliku aktar limitat minn dak għal strumenti oħra appoġġati mill-baġit tal-Unjoni;

11.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, b'mod partikolari, dwar il-ħtieġa biex jinstab kif is-sistema baġitarja tal-Unjoni tista' tiġi riformata, partikolarment kif jiġi żgurat bl-aħjar mod li l-arranġamenti globali ta' finanzjalment mhumiex aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni u jiġu ggarantiti r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-kapaċità li jsir awditjar;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod ċar għas-settur tat-trasport, valutazzjoni tal-impatt tal-FEIS fuq strumenti finanzjarji oħra, b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll dwar il-koerenza tal-Instrument tad-Dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni, f'ħin debitu qabel il-proposta għall-QFP li jmiss u għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li jmiss; jitlob li din il-valutazzjoni tippreżenta analiżi ċara dwar il-bilanċ ġeografiku tal-investimenti fis-settur tat-trasport; ifakkar, madankollu, li l-ammont ta' flus li jintefqu taħt strument finanzjarju ma għandux jiġi kkunsidrat bħala l-uniku kriterju rilevanti biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kisbiet li saru taħt proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-Unjoni u tikkalkula l-valur miżjud tagħhom;

13.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni, fid-dawl tad-diversi sorsi ta' finanzjament, tipprovdi aċċess faċli għall-proġetti, f'forma ta' punt uniku ta' servizz, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu b'mod ċar l-iżviluppi u l-finanzjament ta' infrastrutturi kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u mill-FEIS;

14.  Jinnota li r-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 59 % tal-infiq fis-subintestatura tal-QFP "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi"; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-livell ta' żbalji huwa għoli (4,1 %); jenfasizza li l-innovazzjoni hija element fundamentali sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta aktar miżuri ta' simplifikazzjoni u tiżgura li jingħata appoġġ tekniku u finanzjarju sabiex il-finanzjament jintuża b'mod adegwat, u aktar parteċipanti, b'mod partikolari l-SMEs, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni; itenni l-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed fondi tal-Unjoni f'forma ta' għotjiet għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-QFP li jmiss;

15.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tas-servizz inizjali ta' Galileo fl-2016; jissottolinja l-importanza tal-EGNOS għas-settur tat-trasport; jinnota, f'dan ir-rigward, li fi tmiem l-2016 kien hemm 219-il ajruport EGNOS fejn proċeduri ta' nżul ibbażati fuq l-EGNOS ġew implimentati fl-Unjoni, u li fir-rigward tat-trasport bit-triq, l-għadd ta' trakkijiet li jużaw l-EGNOS għall-pedaġġ kien ta' EUR 1,1 miljun; jitlob lill-Kummissjoni sabiex fil-baġits annwali li jmiss tipprevedi l-finanzjament meħtieġ li jipprovdi kopertura tal-EGNOS għat-territorju kollu tal-UE;

16.  Jappella lill-Kummissjoni tevalwa l-effettività finanzjarja tal-ftehim mal-Eurocontrol fir-rigward tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) u biex tavvanza l-proposta għall-istabbiliment tal-PRB bħala regolatur ekonomiku Ewropew taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni; jappella lill-Kummissjoni, barra minn hekk, filwaqt li jqis il-ħtieġa li malajr kemm jista' jkun jiġi implimentat l-Ajru Uniku Ewropew u sabiex tiżdied il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni, biex tmexxi 'l quddiem il-proposta li taħtar lill-Maniġers tan-Netwerk bħala l-fornitur ta' servizz awtonomu stabbilit bħala sħubija industrijali;

17.  Jinnota li fl-2016, l-INEA adottat l-Istrateġija tal-Awditjar tal-INEA 2017-2024, u li l-istimi tar-rati ta' żball għadhom mhumiex disponibbli, peress li l-ewwel awditi fuq il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jsiru fl-2017;

18.  Jilqa' l-istrateġija tal-kontroll ex ante tal-INEA għat-trasport, adottata fl-2016, li tieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar prattiki mill-programm TEN-T kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-sottoprogramm ta' trasport tal-Faċlità Nikkollegaw l-Ewropa, u mmexxija permezz ta' teħid immirat ta' kampjuni bl-għan li tinżamm rata baxxa ta' żbalji; jilqa' wkoll il-fatt li l-kontrolli ex ante jippermettu valutazzjoni fi stadju bikri tal-legalità u r-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji;

19.  Jappella lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti ffinanzjati mill-Istati Membri, fil-qasam tat-trasport taħt l-Istrateġija tad-Danubju, u tressaq proposta biex jiżdied il-valur miżjud tal-proġetti futuri sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta' dan il-kuritur ta' trasport importanti;

20.  Jiddispjaċih bil-kbir li, minħabba n-nuqqas ta' linja baġitarja speċifika għat-turiżmu, hemm nuqqas ta' trasparenza rigward il-fondi tal-Unjoni li ntużaw biex jappoġġaw azzjonijiet għat-turiżmu; itenni t-talba tiegħu biex tiżdied linja baġitarja fil-baġits futuri tal-Unjoni ddedikata għat-turiżmu;

21.  Jipproponi li, fir-rigward tas-setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Michael Detjen, Markus Ferber, Maria Grapini, Rolandas Paksas, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

4

-

ECR

Jacqueline Foster

EFDD

Rolandas Paksas, Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu

1

0

EFDD

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

2.3.2018

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2017/2136(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016; jieħu nota tar-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti tal-Awdituri (minn issa 'l quddiem "il-Qorti"); jieħu nota tar-rapport ta' attività annwali 2016 tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd (DĠ MARE);

2.  Jinnota li t-tendenza favorevoli ta' dawn l-aħħar snin fil-ġestjoni baġitarja ġiet ippreservata u li l-Qorti ma għandha l-ebda kumment partikolari x'tagħti dwar ir-rapport tal-attività 2016 tad-DĠ MARE;

3.  Iħeġġeġ lill-Qorti, fir-rapporti futuri tagħha, tippreżenta rata ta' żball separata għas-sajd u għall-affarijiet marittimi sabiex telimina d-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-fatt li jiġu inklużi oqsma oħra taħt l-istess intestatura; jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti ma jkoprix l-affarijiet marittimi u s-sajd f'biżżejjed dettall, u għalhekk jagħmilha diffiċli li ssir evalwazzjoni xierqa tal-ġestjoni finanzjarja f'dawk l-oqsma;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li r-rata globali ta' żball irreġistrata mill-Qorti fir-rapport tagħha hija inqas minn dik tas-sena finanzjarja preċedenti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli b'din it-tendenza ta' tnaqqis;

5.  Jifraħ lill-Kummissjoni dwar ir-rata ta' implimentazzjoni partikolarment għolja tat-Titolu 11 tat-Taqsima III tal-baġit tal-2016 (Affarijiet Marittimi u Sajd) kemm fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (99,2 %) kif ukoll tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (94,7 %); jirrimarka li skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ir-riżorsi baġitarji jitqassmu skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

6.  Jieħu nota tar-riżerva espressa fir-rapport tal-attività tad-DĠ MARE, li taffettwa tmien Stati Membri fir-rigward tad-detezzjoni ta' nefqa ineliġibbli taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES);

7.  Iħeġġeġ lid-DĠ MARE fl-isforzi tiegħu biex jikkontrolla l-approprjazzjonijiet ġestiti b'mod konġunt, u b'mod partikolari l-miżuri tiegħu fir-rigward tal-FES u tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS);

8.  Jinnota li ċ-ċifra għar-riskju ta' telf ta' fondi hija ta' EUR 5,9 miljun u li l-Kummissjoni ħadet il-miżuri rekwiżiti biex tevalwa n-nefqa tal-2017 u, jekk xieraq, tirkupra l-flus allokati;

9.  Jinnota li, tliet snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, il-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu 2014-2020 għadu wieħed insuffiċjenti, u dan peress li sa Settembru 2017 kienu ntużaw biss 1,7 % mill-EUR 5,7 biljuni disponibbli bħala fondi ġestiti b'mod konġunt; Jinnota li r-rata ta' konsum tal-FEMS hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri; jirrimarka li skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ir-riżorsi baġitarji jitqassmu skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

10  Iqis li huwa neċessarju li jingħata l-appoġġ kollu possibbli lill-Istati Membri bl-għan li jiżguraw użu xieraq u sħiħ tar-riżorsi tal-FEMS, b'rati għolja ta' implimentazzjoni, skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd;

11.  Jipproponi, abbażi tad-data disponibbli, li tingħata kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq tagħha fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena finanzjarja 2016.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Alain Cadec, David Coburn, Linnéa Engström, João Ferreira, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Maria Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liliana Rodrigues

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

PPE

Alain Cadec, Norbert Erdős, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Liliana Rodrigues, Ulrike Rodust, Isabelle Thomas

4

-

EFDD

David Coburn, Mike Hookem

ENF

Sylvie Goddyn

VERTS/ALE

Linnéa Engström

2

0

GUE/NGL

João Ferreira, Liadh Ní Riada

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

26.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Benedek Jávor, Andrey Novakov, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anneli Jäätteenmäki, Norbert Lins, Rupert Matthews, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

16

+

ALDE

Martina Dlabajová, Anneli Jäätteenmäki, Lieve Wierinck

ECR

Rupert Matthews

PPE

Ingeborg Gräßle, Norbert Lins, Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

7

-

ECR

Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L ◄#

(2)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(3)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.

(4)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(5)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(7)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(8)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(9)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p. 2.

(10)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 63.

(11)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(12)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(13)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(14)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(15)

  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(16)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(17)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(18)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(19)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p. 11.

(20)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 74.

(21)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(22)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(23)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(24)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(25)

  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(26)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(27)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(28)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(29)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p 2.

(30)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 52.

(31)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(32)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(33)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(34)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(35)

  ĠU L 341,18.12.2013, p. 69.

(36)

  ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.

(37)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(38)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(39)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(40)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p 9.

(41)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 171.

(42)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(43)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(44)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(45)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(46)

  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.

(47)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(48)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(49)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(50)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p 12.

(51)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 252.

(52)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(53)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(54)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(55)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(56)

  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(57)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(58)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(59)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(60)

  ĠU C 384, 14.11.2017, p 11.

(61)

  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 247.

(62)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(63)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(64)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(65)

  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(66)

  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(67)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(68)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(69)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(70)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.

(71)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(72)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(73)

  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(74)

  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0000.

(75)

  COM(2017) 351 final, p. 81.

(76)

  Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni 2016, p. 82, DĠ AGRI, anness 10 għar-rapporti annwali tal-attività, p. 140.

(77)

  Ara r-Rapport Annwali 2016 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE, p. 81.

(78)

  P8_TA(2017)0143, punti 120 u 121.

(79)

  Ir-rapport jinsab hawn: http://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/cohesion-report/.

(80)

  ĠU C 322/2017, 28/9/2017, p. 19; kaxxa  1.2, nota f'qiegħ il-paġna 1.

(81)

  Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja rrapportat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 paġna 11.

(82)

  Studju "Assessment of the 10 years' Cooperation and Verification Mechanism for Bulgaria and Romania"; DĠ IPOL, Dipartiment Tematiku D: affarijiet baġitarji.

(83)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2016 tad-DĠ AGRI, p. 17.

(84)

  Ara l-paragrafu 207 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 252, 29.09.2017, p. 28).

(85)

  Ara ċ-ċifri indikattivi dwar id-distribuzzjoni tal-għajnuna, skont il-klassi tad-daqs tal-għajnuna, fil-kuntest tal-għajnuna diretta mogħtija lill-produtturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1307/2013 (sena finanzjarja 2016).

(86)

  L-Intestatura 3 tal-QFP tkopri firxa ta' politiki; l-aktar qasam ta' nfiq sinifikanti huwa dak tal-migrazzjoni u s-sigurtà; iżda jingħata finanzjament anke għall-ikel u l-għalf, kif ukoll għal attivitajiet kulturali u kreattivi u għal programmi li jkopru l-ġustizzja, id-drittijiet, l-ugwaljanza, iċ-ċittadinanza, il-konsumaturi u s-saħħa.

(87)

  L-AMIF jissostitwixxi l-programm ġenerali "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" (SOLID).

(88)

  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapid case review on the implementation of the 5% reduction of staff posts, p. 27.

(89)

  P8_TA(2017)0143, punti 276, 281, 282.

(90)

  Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mat-tweġibiet tal-Iskejjel, Novembru 2017, 11 u 12.

(91)

  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/aar-hr-2016_en_0.pdf, p. 10.

(92)

  https://corporateeurope.org/expert-groups/2017/02/corporate-interests-continue-dominate-key-expert-groups.

(93)

  (2015/2319(INI))

(94)

  Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).

(95)

  http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/how/stages-step-by-step/strategic-report/.

(96)

  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(97)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru  2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

(98)

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru  2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

(99)

Rapport Speċjali Nru 9/2016: L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014.

(100)

Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).

(101)

Rapport Speċjali Nru 31/2016: Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti.

(102)

Rapport Speċjali Nru 18/2016: Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli.

(103)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343 22.12.2009, p. 1).

(104)

http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/how/stages-step-by-step/strategic-report/

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2018Avviż legali