Proċedura : 2017/0004(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0142/2018

Testi mressqa :

A8-0142/2018

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 14
CRE 10/12/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0488

RAPPORT     ***I
PDF 883kWORD 97k
11.4.2018
PE 613.290v02-00 A8-0142/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(COM(2017)0011 – C8-0010/2017 – 2017/0004(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Claude Rolin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(COM(2017)0011 – C8-0010/2017 – 2017/0004(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0010/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0142/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-esponiment għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri ta' limitu, abbażi tad-data xjentifika u teknika disponibbli.

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-esponiment għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali li ma għandhomx jinqabżu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża d-data xjentifika u teknika, valutazzjoni tal-impatt dettaljata dwar l-aspetti soċjali u l-fattibbiltà ekonomika u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-esponiment okkupazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-konformità mal-valuri ta' limitu hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħrajn tal-impjegaturi skont id-Direttiva 2004/37/KE li għandhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-esponiment tal-ħaddiema, b'mod partikolari bit-tnaqqis fl-użu ta' karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-esponiment tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni u l-implimentazzjoni ta' miżuri għal dak il-għan. Sakemm ikun teknikament possibbli, jenħtieġ li dawk il-miżuri jinkludu s-sostituzzjoni tal-karċinoġeni jew tal-mutaġeni b'sustanzi, taħlitiet jew proċessi li ma jkunux perikolużi, jew li jkunu inqas perikolużi, għas-saħħa tal-ħaddiema, l-użu ta' sistemi magħluqa jew miżuri oħra li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-esponiment tal-ħaddiema, biex b'hekk titrawwem l-innovazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  L-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-mikrointrapriżi, li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandhom riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani limitati. Jenħtieġ li l-konformità tal-SMEs u l-mikrointrapriżi tkun iffaċilitata filwaqt li jinżammu livelli ta' protezzjoni ugwali għall-ħaddiema kollha. F'dan ir-rigward, miżuri, inċentivi u għodod diġitali speċifiċi jistgħu jgħinu lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi jikkonformaw b'mod aktar faċli mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2004/37/KE u b'hekk isir pass ieħor lejn l-eliminazzjoni tar-riskji karċinoġeniċi jew mutaġeniċi filwaqt li s-sħab soċjali jenħtieġ li jiskambjaw l-aħjar prattiki.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema mill-karċinoġeni u l-mutaġeni fil-livell tal-Unjoni u għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti minimi. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri ta' limitu u miżuri protettivi aktar stretti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 1d (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

(1d)  Sa tmiem l-ewwel kwart tal-2019, u filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni se tevalwa l-possibbiltà li temenda l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE biex tinkludi sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u, abbażi ta' hekk – jekk ikun xieraq u wara li tikkonsulta l-maniġment u l-ħaddiema – tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("il-Kumitat")55 jassisti b'mod partikolari lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-aħħar data xjentifika disponibbli u billi jipproponilha valuri ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE. Ġew ikkunsidrati wkoll sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, adegwatament robusta u fid-dominju pubbliku.

(3)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("l-SCOEL)55 u l-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH)55a jassistu b'mod partikolari lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-analiżi dettaljata tal-aħħar data xjentifika u teknika disponibbli u billi jipproponilha valuri ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi, li għandhom jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE. Ġew ikkunsidrati wkoll sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, adegwatament robusta u fid-dominju pubbliku, b'mod partikolari l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-aġenziji nazzjonali.

__________________

__________________

55 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/113/UE tat-3 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE (ĠU L 62, 4.3.2014, p. 18).

55 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/113/UE tat-3 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE (ĠU L 62, 4.3.2014, p. 18).

 

55a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2003/C 218/01) (ĠU L 218, 13.9.2003, p. 1).

56 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' aġenti kimiċi fuq ix-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, tal-05.05.1998, p. 11).

56 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, tal-05.05.1998, p. 11).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Ix-xogħol tal-Kumitat huwa essenzjali għal proċess ta' politika responsabbli u jenħtieġ li jkun magħmul pubbliku fl-interess tat-trasparenza u tat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza. Jekk ix-xogħol tal-Kumitat irid jiġi riorganizzat, jeħtieġ li jiġu garantiti riżorsi dedikati għax-xogħol u li ma jintilifx l-għarfien espert speċifiku dwar l-epidemjoloġija, it-tossikoloġija, il-mediċina okkupazzjonali u l-iġjene okkupazzjonali.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Din id-Direttiva, li temenda d-Direttiva 2004/37/KE, tistabbilixxi valuri ta' limitu u notazzjonijiet dwar il-ġilda fir-rigward ta' tmien karċinoġeni oħra ma' dawk previsti fid-Direttiva 2004/37/KE u hija pass ulterjuri fi proċess itwal biex tiġi aġġornata dik id-Direttiva. Bl-iskop li jkun hemm protezzjoni aħjar għall-ħaddiema, jenħtieġ li d-Direttiva 2004/37/KE, wara konsultazzjoni mal-SCOEL u l-ACSH, tiġi eżaminata mill-ġdid fuq bażi kontinwa u tiġi emendata meta jkun meħtieġ fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika miksuba progressivament, bħal data dwar ir-riskju residwu. Jenħtieġ li emendi ulterjuri għal dik id-Direttiva jindirizzaw il-kwistjoni tal-esponiment tal-ħaddiema għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi li jirriżulta mit-tħejjija, l-għoti jew ir-rimi ta' mediċini perikolużi, inklużi l-mediċini ċitotossiċi, u xogħol li jinvolvi l-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi fit-tindif, it-trasport, il-ħasil u r-rimi tal-iskart ta' mediċini perikolużi jew ta' materjali kkontaminati b'mediċini perikolużi u fil-kura personali għall-pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b'mediċini perikolużi.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat, fejn disponibbli, in-notazzjonijiet dwar il-ġilda u/jew il-valuri ta' limitu għar-rotta ta' inalazzjoni tal-esponiment huma stabbiliti b'rabta mal-perjodu referenzjarju medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (valuri ta' limitu tal-esponiment fit-tul) u, għal ċerti karċinoġeni jew mutaġeni, għal perjodi ta' referenza iqsar, b'mod ġenerali medja ponderata skont il-ħin ta' ħmistax-il minuta (valuri ta' limitu tal-esponiment għal ħin qasir), sabiex jitqiesu l-effetti li jirriżultaw mill-esponiment għal ħin qasir.

(4)  Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-SCOEL u tal-ACSH, fejn disponibbli, in-notazzjonijiet dwar il-ġilda u/jew il-valuri ta' limitu għar-rotta ta' inalazzjoni tal-esponiment huma stabbiliti b'rabta mal-perjodu referenzjarju ta' medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (valuri ta' limitu tal-esponiment fit-tul) u, għal ċerti karċinoġeni jew mutaġeni, għal perjodi ta' referenza iqsar, b'mod ġenerali medja ponderata skont il-ħin ta' ħmistax-il minuta (valuri ta' limitu tal-esponiment għal ħin qasir), sabiex jiġu limitati, kemm jista' jkun, l-effetti li jirriżultaw mill-esponiment għal ħin qasir. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika li jkunu robusti biżżejjed u jkunu fid-dominju pubbliku.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-għan ewlieni li tiġi protetta s-saħħa tal-feti u tal-ġenerazzjonijiet futuri jimplika l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi għan-nisa f'età li jistgħu joħorġu tqal. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jvarjaw minn informazzjoni xjentifika speċifika aġġornata u dokumenti ta' gwida għall-impjegaturi u l-ħaddiema sa prevenzjoni temporanja tal-esponiment għal għadd ta' sustanzi, jekk ikun il-każ.

Ġustifikazzjoni

Fost l-oħrajn, il-futur tas-saħħa pubblika u tal-isfidi ekonomiċi fl-UE jiddependi fuq il-livell ta' protezzjoni tal-feti, li jiddependi fuq il-livell ta' protezzjoni tal-ambjent tax-xogħol tan-nisa li jistgħu joħorġu tqal. Fil-preżent diġà qed jitwettqu miżuri nazzjonali speċifiċi, bħal kampanji ta' informazzjoni sempliċi, pereżempju fl-Iżvezja, u dawn jirrappreżentaw għodda b'saħħitha li tirresponsabbilizza kemm lill-impjegaturi kif ukoll lill-ħaddiema biex jintlaħqu b'mod kollettiv l-għanijiet ta' saħħa pubblika.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Hemm biżżejjed evidenza tal-karċinoġeniċità taż-żjut li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna. Dawn iż-żjut tal-magna użati huma ġġenerati minn proċess u, għalhekk, mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57. Il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti ġol-ġilda għal dawn iż-żjut, ivvaluta li l-esponiment okkupazzjonali jseħħ permezz tar-rotta dermali u rrakkomanda ħafna li tiġi stabbilita notazzjoni dwar il-ġilda. Għaldaqstant, xieraq li tkun inkluża ħidma li tinvolvi esponiment għal żjut li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li tiġi stabbilita notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti.

(5)  Hemm biżżejjed evidenza tal-karċinoġeniċità taż-żjut li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna. Dawn iż-żjut tal-magna użati huma ġġenerati minn proċess u, għalhekk, mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57. L-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda għal dawn iż-żjut, ivvaluta li l-esponiment okkupazzjonali jseħħ permezz tar-rotta dermali u rrakkomanda ħafna li tiġi stabbilita notazzjoni dwar il-ġilda, u l-ACSH qabel li ż-żjut tal-magna użati jiżdiedu mas-sustanzi, it-taħlitiet u l-proċessi karċinoġeniċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u fuq il-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda. Għaldaqstant, xieraq li tkun inkluża ħidma li tinvolvi esponiment għal żjut li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li tiġi stabbilita notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti.

__________________

__________________

57 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

57 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Teżisti biżżejjed evidenza tal-karċinoġeniċità tal-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil li jirriżultaw mill-kombustjoni tad-diżil fil-magni ta' tqabbid bil-kompressjoni. L-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil huma ġġenerati minn proċess u, għalhekk, mhumiex soġġetti għal klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-ACSH qabel li l-esponiment għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil tradizzjonali jiżdied mas-sustanzi, it-taħlitiet u l-proċessi karċinoġeniċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u talab aktar investigazzjonijiet dwar l-aspetti xjentifiċi u tekniċi ta' tipi ta' magni aktar ġodda. L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikklassifikat l-egżost mill-magni diżil bħala karċinoġeniku għall-bnedmin (kategorija 1 tal-IARC) u l-IARC speċifikat li filwaqt li l-ammont tal-partikuli u l-kimiċi huwa mnaqqas fit-tipi aktar ġodda ta' magni diżil, għadu mhux ċar kif il-bidliet kwantitattivi u kwalitattivi jistgħu jissarrfu f'effetti differenti fuq is-saħħa. L-IARC speċifikat ukoll li huwa komuni li jintuża l-karbonju elementali, li jikkostitwixxi proporzjon sinifikanti minn dawk l-emissjonijiet, bħala markatur tal-esponiment. Minħabba f'hekk, u fid-dawl tal-għadd ta' ħaddiema esposti, huwa xieraq li x-xogħol li jinvolvi esponiment għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil jiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-diżil fil-Parti A tal-Anness III tagħha għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil ikkalkulati fuq il-karbonju elementali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa dak il-valur ta' limitu billi tuża l-aktar data xjentifika u soċjoekonomika aġġornata. Jenħtieġ li l-entrati fl-Anness I u l-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE jkopru d-dħaħen minn kull tip ta' magni diżil.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fir-rigward ta' teknoloġija ġdida bi tnaqqis sinifikanti fl-egżost mill-magni diżil u fil-konċentrazzjonijiet tal-massa ta' karbonju elementali, il-karbonju elementali jista' ma jkunx indikatur tal-esponiment daqstant utli. X'aktarx, id-diossidu tan-nitroġenu huwa indikatur tal-esponiment aktar rilevanti għall-egżost mill-magni diżil b'teknoloġija ġdida. Peress li ż-żmien u t-tip tal-magni u tas-sistemi ta' postrattament tal-egżost applikati jvarjaw fil-postijiet tax-xogħol u bejniethom, jista' jkun xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali għall-egżost mid-diżil kemm bħala karbonju elementali respirabbli kif ukoll bħala diossidu tan-nitroġenu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina dawk il-valuri ta' limitu billi tuża l-aktar data xjentifika u soċjoekonomika aġġornata. Jenħtieġ li dawn iż-żewġ valuri jiġu ssodisfati fil-postijiet tax-xogħol fejn jintużaw magni diżil. Għalkemm mhix disponibbli data li tippermetti paragun dirett tal-potenzjal karċinoġeniku tal-egżost mill-magni diżil li joħroġ minn magni diżil b'teknoloġija ġdida u dawk b'teknoloġija aktar antika, it-teknoloġija l-ġdida tal-magni diżil biddlet il-kwalità u l-kwantità tal-emissjonijiet ta' diżil u r-riskji karċinoġeniċi assoċjati tnaqqsu iżda ma ġewx eliminati. It-tnaqqis sinifikanti fil-konċentrazzjoni tal-massa tal-egżost mill-magni diżil f'egżost minn magni diżil b'teknoloġija ġdida huwa mistenni li jnaqqas ir-riskju tal-kanċer tal-pulmun (għal kull kWh). Dan huwa appoġġjat mill-konklużjonijiet ta' sensiela ta' studji fuq l-annimali li turi livelli baxxi jew negliġibbli ta' ġenotossiċità pulmonari u ta' ħsara ossidattiva tad-DNA in vivo wara esponiment b'inalazzjoni għall-egżost minn magni diżil b'teknoloġija ġdida. Id-determinazzjoni ta' indikaturi tal-esponiment rilevanti għall-egżost mill-magni diżil b'teknoloġija ġdida, inkluża l-kunsiderazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli u l-metrika differenti tal-esponiment għall-partikuli (eż. numru vs konċentrazzjoni tal-massa) tkun siewja. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir paragun tal-periklu għal kull unità ta' massa tal-egżost mill-magni diżil minn magni diżil b'teknoloġija ġdida u dawk b'teknoloġija aktar antika. Hemm bżonn ukoll aktar informazzjoni dwar il-livelli ta' esponiment fuq il-postijiet tax-xogħol fejn jintużaw magni diżil ġodda.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ċerti taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) li fihom il-benżo[a]piren jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi (tal-kategorija 1A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni kif definiti fid-Direttiva 2004/37/KE. Il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti ġol-ġilda għal dawn it-taħlitiet. Għaldaqstant, xieraq li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti.

(6)  Ċerti taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), b'mod partikolari dawk li fihom il-benżo[a]piren, jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi (tal-kategorija 1A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni kif definiti fid-Direttiva 2004/37/KE. L-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda għal dawn it-taħlitiet u l-ACSH qabel fuq l-importanza li jiġi introdott valur ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali għall-PAHs u rrakkomanda li jitwettaq ix-xogħol sabiex jiġu evalwati l-aspetti xjentifiċi bil-ħsieb li jiġi propost valur ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali fil-futur. Għaldaqstant, xieraq li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti. Jenħtieġ li jitwettqu wkoll aktar investigazzjonijiet sabiex jiġi vverifikat jekk l-annotazzjoni 2 fl-Anness I jkunx hemm bżonn tiġi estiża biex tkopri xogħol li jinvolvi proċessi ta' ħruq u proċessi ta' kombustjoni b'temperatura għolja u li jiġi stabbilit valur limitu għall-benżo[a]piren sabiex il-ħaddiema jkollhom protezzjoni aħjar minn taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  It-trikloroetilen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għal trikloroetilen b'rabta ma' perjodu ta' referenza ta' tmien sigħat (valur ta' limitu fit-tul) u perjodu ta' referenza iqsar (15-il minuta). Għal dan il-karċinoġenu, il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda. Għaldaqstant, xieraq li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu ta' esponiment fit-tul u għal żmien qasir għat-trikloroetilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti. Fid-dawl tal-evidenza xjentifika li tevolvi, il-valuri ta' limitu għal din is-sustanza se jinżammu taħt rieżami partikolarment mill-qrib.

(7)  It-trikloroetilen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għal trikloroetilen b'rabta ma' perjodu ta' referenza ta' tmien sigħat (valur ta' limitu fit-tul) u perjodu ta' referenza iqsar (15-il minuta). Għal dan il-karċinoġenu, l-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda u l-ACSH qabel fuq valur ta' limitu prattiku abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika. Għaldaqstant, xieraq li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu ta' esponiment fit-tul u għal żmien qasir għat-trikloroetilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment dermali sinifikanti. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-evidenza xjentifika u teknika, il-valuri ta' limitu għal din is-sustanza se jinżammu taħt rieżami partikolarment mill-qrib.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  4,4'-Metilendianilina (MDA) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur ta' limitu għall-4,4'-Metilendianilina. Għal dan il-karċinoġenu, il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu fil-Parti A tal-Aness III għall-4,4'-Metilendianilina u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

(8)  4,4'-Metilendianilina (MDA) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur ta' limitu għall-4,4'-Metilendianilina. Għal dan il-karċinoġenu, l-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda u l-ACSH qabel fuq valur ta' limitu prattiku abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu fil-Parti A tal-Anness III għall-4,4'-Metilendianilina u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Epikloroidrina (1-kloro-2,3-epossipropan) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk hija karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Il-Kumitat ikkonkluda li mhuwiex possibbli li jiġi derivat valur ta' limitu ta' esponiment ibbażat fuq is-saħħa għal dan il-karċinoġenu mhux ta' limitu u rrakkomanda li jiġi evitat l-esponiment okkupazzjonali. Għall-epikloroidrina, il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ("ACSH") qabel fuq valur ta' limitu prattiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għall-epikloroidrina fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

(9)  L-epikloroidrina (1-kloro-2,3-epossipropan) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk hija karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. L-SCOEL ikkonkluda li mhuwiex possibbli li jiġi derivat valur ta' limitu ta' esponiment ibbażat fuq is-saħħa għal dan il-karċinoġenu mhux ta' limitu u rrakkomanda li jiġi evitat l-esponiment okkupazzjonali. Għall-epikloroidrina, l-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda u, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, l-ACSH qabel fuq valur ta' limitu prattiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għall-epikloroidrina fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Id-dibromur tal-etilen (1,2-dibromoetan, EDB) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Il-Kumitat ikkonkluda li mhuwiex possibbli li jiġi derivat valur ta' limitu ta' esponiment ibbażat fuq is-saħħa għal dan il-karċinoġenu mhux ta' limitu u rrakkomanda li jiġi evitat l-esponiment okkupazzjonali. Il-Kumitat identifika l-possibiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda għad-dibromatur tal-etilen. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ("ACSH") qabel fuq valur ta' limitu prattiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-dibromatur tal-etilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

(10)  Id-dibromur tal-etilen (1,2-dibromoetan, EDB) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. L-SCOEL ikkonkluda li mhuwiex possibbli li jiġi derivat valur ta' limitu ta' esponiment ibbażat fuq is-saħħa għal dan il-karċinoġenu mhux ta' limitu u rrakkomanda li jiġi evitat l-esponiment okkupazzjonali. L-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda għad-dibromatur tal-etilen u, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, l-ACSH qabel fuq valur ta' limitu prattiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-dibromatur tal-etilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-diklorur tal-etilen (1,2-dikloroetan, EDC) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1 B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-diklorur tal-etilen. Għad-diklorur tal-etilen, il-Kumitat identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-diklorur tal-etilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

(11)  Id-diklorur tal-etilen (1,2-dikloroetan, EDC) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu kif definit fid-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-diklorur tal-etilen. Għad-diklorur tal-etilen, l-SCOEL identifika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda u, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, l-ACSH qabel fuq valur ta' limitu prattiku, filwaqt li enfasizza n-nuqqas ta' data xjentifika robusta u aġġornata, speċjalment dwar il-modalità ta' azzjoni. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur ta' limitu għad-diklorur tal-etilen fil-Parti A tal-Anness III u li tiddaħħal notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE li tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti mill-ġilda.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali, bħad-Djalogu Soċjali "Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u tal-Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" (NEPSI), li jipprovdi gwida u għodod li jappoġġjaw, flimkien ma' miżuri regolatorji, l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi tal-impjegaturi stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE, huma strumenti siewja li jikkomplementaw il-miżuri regolatorji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet bħal dawn. Madankollu, jenħtieġ li l-konformita ma' dawn il-ftehimiet ma titqiesx bħala preżunzjoni tal-konformità mal-obbligi tal-impjegaturi stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003. Hija wettqet ukoll konsultazzjoni f'żewġ stadji mas-sħab soċjali Ewropej skont l-Artikolu 154 tat-TFUE.

(13)  Il-Kummissjoni kkonsultat mal-ASCH u wettqet konsultazzjoni f'żewġ stadji mas-sħab soċjali Ewropej skont l-Artikolu 154 tat-TFUE.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-valuri ta' limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE58 tal-Kummissjoni kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-ECHA u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC), b'mod partikolari sabiex tiġi kkunsidrata l-interazzjoni bejn il-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u r-relazzjonijiet bejn id-doża u r-rispons, l-informazzjoni dwar l-esponiment attwali, u fejn disponibbli, id-DNELs (Livelli Derivati ta' Bla Effett) derivati għall-kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament.

(15)  Il-valuri ta' limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE58 tal-Kummissjoni kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-ECHA u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC), b'mod partikolari sabiex tiġi kkunsidrata l-interazzjoni bejn il-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u r-relazzjonijiet bejn id-doża u r-rispons, l-informazzjoni dwar l-esponiment attwali, u fejn disponibbli, id-DNELs (Livelli Derivati ta' Bla Effett) derivati għall-kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jiġu protetti b'mod effikaċi.

__________________

__________________

58 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

58 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, li huma biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u biex iħarsu s-saħħa tal-ħaddiema minn riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-esponiment għall-karċinoġeni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(16)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, li huma t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema minn riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-esponiment għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' prekawzjoni kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u l-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 13a

 

Ftehimiet bejn is-sħab soċjali

 

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet ta' djalogu soċjali li jipprovdu gwida u għodod sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi tal-impjegaturi stabbiliti f'din id-Direttiva. Dawn il-ftehimiet għandhom jiġu elenkati fl-Anness VIa. Din il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari."

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE, tivvaluta wkoll il-possibbiltà li testendi l-punt 2 eżistenti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE biex tkopri x-xogħol li jinvolvi proċessi ta' ħruq u proċessi ta' kombustjoni b'temperatura għolja u tistabbilixxi valur ta' limitu għall-benżo[a]piren sabiex il-ħaddiema jiġu protetti b'mod aħjar mit-taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, l-emendi meħtieġa b'rabta ma' dik is-sustanza."

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)  Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali, tivvaluta l-ħtieġa li jiġu modifikati l-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, l-emendi meħtieġa b'rabta ma' dak il-proċess."

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom għadd suffiċjenti ta' persunal imħarreġ u riżorsi oħra meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni xierqa u effettiva ta' din id-Direttiva. Dik l-informazzjoni għandha tkun parti mir-rapporti ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Istati Membri kull ħames snin skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE."

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness I – punt 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   Fl-Anness I, jiżdied il-punt li ġej:

 

"5b.  Xogħol li jinvolvi l-esponiment għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1

Direttiva 2004/37/KE

Anness III – parti A

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru CAS (1)

Nru tal-KE (2)

L-ISEM TAL-AĠENT

VALURI TA' LIMITU

MIŻURI TRANŻIZZJONALI

8 sigħat (3)

Terminu qasir (4)

 

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml(7)

mg/m3

ppm

f/ml

 

79-01-6

201-167-4

Trikloroetilen

54,7

10

_

164,1

30

_

 

101-77-9

202-974-4

4,4'-Metilendianilina

0,08

_

_

_

_

_

 

106-89-8

203-439-8

Epikloroidrina

1,9

-

-

-

-

-

 

106-93-4

203-444-5

Dibromur tal-etilen

0,8

0,1

_

_

_

_

 

107-06-2

203-458-1

Diklorur tal-etilen

8,2

2

_

_

_

_

 

________________________________________

(1) Nru CAS: In-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

(2) In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(3) Imkejla jew kkalkulati b'rabta ma' perjodu referenzjarju ta' medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (TWA).

(4) Limitu ta' esponiment għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm esponiment u li huwa marbut ma' perjodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat xorta oħra.

(5) mg/m3 = milligrammi għal kull metru kubu ta' arja f'20°C u 101,3 kPa (pressjoni ta' merkurju ta' 760 mm).

(6) ppm = partijiet għal kull miljun għall kull volum fl-arja (ml/m3).

(7) f/ml = fibri għal kull millilitru.

Emenda

Fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru CAS (1)

Nru tal-KE (2)

L-ISEM TAL-AĠENT

VALURI TA' LIMITU

MIŻURI TRANŻIZZJONALI

8 sigħat (3)

Terminu qasir (4)

 

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml (7)

mg/m3

ppm

f/ml

 

-

-

Emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil

0,05 (7a)

-

-

-

-

-

 

-

-

Emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil

 

0,5 (7b)

-

-

-

-

 

79-01-6

201-167-4

Trikloroetilen

54,7

10

_

164,1

30

_

 

101-77-9

202-974-4

4,4'-Metilendianilina

0,08

_

_

_

_

_

 

106-89-8

203-439-8

Epikloroidrina

1,9

-

-

-

-

-

 

106-93-4

203-444-5

Dibromur tal-etilen

0,8

0,1

_

_

_

_

 

107-06-2

203-458-1

Diklorur tal-etilen

8,2

2

_

_

_

_

 

________________________________________

(1) Nru CAS: In-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

(2) In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(3) Imkejla jew ikkalkulati b'rabta ma' perjodu referenzjarju ta' medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (TWA).

(4) Limitu ta' esponiment għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm esponiment u li huwa marbut ma' perjodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat xorta oħra.

(5) mg/m3 = milligrammi għal kull metru kubu ta' arja f'20°C u 101,3 kPa (pressjoni ta' merkurju ta' 760 mm).

(6) ppm = partijiet għal kull miljun għall kull volum fl-arja (ml/m3).

(7) f/ml = fibri għal kull millilitru.

(7a) Imkejla bħala karbonju elementali.

(7b) Imkejla bħala diossidu tan-nitroġenu.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1

Direttiva 2004/37/KE

Anness III – Parti B – ringiela 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

_

_

Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi li fihom il-benżo[a]piren li huma karċinoġeni skont it-tifsira tad-Direttiva

ġilda

Emenda

_

_

Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, inklużi dawk li fihom il-benżo[a]piren, li huma karċinoġeni skont it-tifsira tad-Direttiva

ġilda

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness IVa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jiżdied l-anness li ġej:

 

"Anness IVa

 

Lista ta' Ftehimiet ta' Djalogu Soċjali li jipprovdu gwida u għodod sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi tal-impjegaturi

 

(1) Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u tal-Prodotti li fihom is-Silika Kristallina*.

 

__________________

 

* ĠU C 279, 17.11.2006."

Preambolu

Fl-10 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għal direttiva li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. L-għan tagħha hu li ttejjeb u tiċċara l-ambjent legali attwali sabiex tħares aktar is-saħħa tal-ħaddiema billi tnaqqas l-esponiment okkupazzjonali tagħhom għall-aġenti kimiċi karċinoġeniċi jew mutaġeniċi, tipprovdi aktar ċarezza u tippromwovi kundizzjonijiet aktar ekwi għall-operaturi ekonomiċi.

Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li l-kanċer huwa l-kawża ewlenija ta' mwiet marbuta max-xogħol fl-UE. Skont rapport tal-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika u għall-Ambjent (RIVM)(2) tan-Netherlands, fl-2012 ġew djanjostikati bejn 91 500 u 150 500 każ ġdid ta' kanċer dovuti għal esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi fuq il-post tax-xogħol. Skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni(3), fl-Unjoni Ewropea jmutu bejn sebgħa u tnax-il persuna kull siegħa b'kanċer relatat max-xogħol.

Din it-tieni proposta ta' reviżjoni tista' tippermetti aktar protezzjoni għal mill-inqas 4 miljun ħaddiem u ttejjeb iċ-ċarezza għall-impjegaturi u għall-infurzaturi. Flimkien, l-ewwel ż-żewġ proposti(4) ta' reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE għandhom jevitaw il-mewt ta' aktar minn 100 000 persuna b'kanċer relatat max-xogħol.

Proċess ta' reviżjoni regolari u kontinwu

Għalkemm ir-rapporteur jilqa' din il-proposta ta' reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE u jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi t-tielet reviżjoni ta' dik id-Direttiva, iħeġġiġha wkoll tkompli f'din id-direzzjoni billi tintroduċi rieżami regolari u kontinwu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol(5) ("il-Kumitat Xjentifiku") u l-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(6) ("il-Kumitat ta' Konsulenza"). Reviżjonijiet futuri għandhom, b'mod partikolari, jippermettu r-rieżami tal-valuri ta' limitu eżistenti, jekk ikun hemm bżonn, jistabbilixxu valuri ta' limitu għal sustanzi ġodda, u jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE għall-aġenti tossiċi għar-riproduzzjoni, kif appoġġjat mill-Parlament Ewropew.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Kumitat ta' Konsulenza

Ir-rapporteur jilqa' l-proċess ta' konsultazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni qabel kull proposta ta' reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE, kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha(7).

Ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat Xjentifiku u mill-Kumitat ta' Konsulenza jipprovdu data xjentifika u teknika lill-Kummissjoni bħala bażi għall-proposta jew ir-reviżjoni tal-valuri ta' limitu tal-esponiment okkupazzjonali.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni xjentifika oħra minn sorsi affidabbli fid-dominju pubbliku, jgħinu wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jevalwaw il-proposti mressqa mill-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, iressqu emendi. Ir-rapporteur qed iressaq dan l-abbozz ta' rapport fuq din il-bażi, u permezz tiegħu qed jgħaqqad il-protezzjoni tal-ħaddiema mal-fattibbiltà teknika għan-negozji.

Dħaħen tal-egżost mill-magni diżil

Ir-rapporteur jieħu nota tar-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha għall-għażla li ma tinkludix il-gassijiet tal-egżost mill-magni diżil fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li ma timponi l-ebda valur ta' limitu ta' esponiment korrispondenti fl-Anness III.

Madankollu, jeħtieġ jiġi mfakkar li, skont l-Istitut tal-Mediċina Okkupazzjonali(8), 3.6 miljun ħaddiem tal-UE huma potenzjalment esposti għall-egżost mill-magni diżil 'il fuq mil-livelli ta' bażi u li l-medja ġeometrika tal-esponiment stmat hija ta' 13µg/m³ (jew 0.013 mg/m³). Dejjem skont l-Istitut, 4 556 persuna mietu b'kanċer relatat mal-esponiment għall-egżost mill-magni diżil fuq il-post tax-xogħol fl-2010.

Għaldaqstant ir-rapporteur iqis li tenħtieġ azzjoni urġenti fil-livell Ewropew sabiex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema għall-egżost mill-magni diżil billi fl-Anness I jiddaħħlu l-professjonijiet li jinvolvu esponiment għal dan l-egżost u billi jiġi stabbilit valur ta' limitu ta' esponiment ta' 50 µg/m³ (0.05 mg/m³) fuq il-post tax-xogħol fl-Anness III, ikkalkulat abbażi tal-karbonju elementali(9). Dan l-indikatur, approvat mill-parti l-kbira tal-komunità xjentifika, jintuża b'mod partikolari mill-Awstrija u jista' jintuża wkoll minn Stati Membri oħrajn bħall-Ġermanja u n-Netherlands sabiex jiffissaw il-valur ta' limitu tagħhom għall-emissjonijiet tal-egżost mill-magni diżil.

Filwaqt li l-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li ssir distinzjoni bejn il-magni diżil ta' qabel u dawk ġodda, fl-2012, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (li tifforma parti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) ikklassifikat l-egżost mill-magni diżil bħala karċinoġeniku għall-bniedem. Skont din l-Aġenzija Internazzjonali, kienu meħtieġa bidliet fil-kompożizzjoni tal-fjuwils, inkluż tnaqqis sinifikanti fil-kontenut ta' kubrit, tibdil fid-disinn tal-magni biex il-fjuwil jinħaraq b'mod aktar effiċjenti, u tnaqqis fl-emissjonijiet permezz ta teknoloġiji ta' kontroll tal-egżost. L-Aġenzija tkompli tgħid li għalkemm l-emissjoni tal-partikuli u tal-prodotti kimiċi naqset b'dan it-tibdil, għadu mhux ċar jekk dawn il-bidliet fil-kwantità u fil-kwalità humiex se jħallu effett differenti fuq is-saħħa(10).

Għaldaqstant, u fuq il-bażi tal-premessa 14 tad-Direttiva 2004/37/KE li tiddikjara li l-prinċipju tal-prekawzjoni għandu jiġi applikat għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, ir-rapporteur jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet tal-magni diżil kollha, bla ebda distinzjoni.

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Ir-rapporteur jieħu nota tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv(11) dwar il-benżo[a]piren u jqis li valur ta' limitu ta' esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) huwa importanti. Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li tiddaħħal emenda li tistieden lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha sabiex tipproponi valur ta' limitu ta' esponiment għall-PAHs ikkalkulat abbażi tal-benżo[a]piren.

Filwaqt li l-inklużjoni ta' notazzjoni dwar il-ġilda fil-Parti B tal-Anness III għat-taħlitiet tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi li fihom il-benżo[a]piren huwa pass importanti lejn protezzjoni akbar tal-ħaddiema, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li taħlitiet oħrajn ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi li ma fihomx benżo[a]piren ukoll jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi karċinoġeniċi tal-Kategorija 1A jew 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u jistgħu wkoll ikunu assorbiti mill-ġilda. Għalhekk ir-rapporteur qed jipproponi li "n-notazzjoni dwar il-ġilda" tiġi estiża għat-taħlitiet kollha ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, kif irrakkomandat mill-Kunsill fl-approċċ ġenerali tiegħu.

Prevenzjoni u spezzjonijiet

Id-Direttiva 2004/37/KE tippermetti protezzjoni akbar tal-ħaddiema kontra s-sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi fuq il-post tax-xogħol. Ir-rapporteur jixtieq ukoll jenfasizza l-importanza tal-ftehimiet settorjali jew multisettorjali nnegozjati mis-sħab soċjali. Dawn il-ftehimiet jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva billi jelenkaw l-aqwa prattiki li jippermettu lill-kumpaniji jieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex inaqqsu l-esponiment tal-ħaddiema għal xi sustanza karċinoġenika jew mutaġenika jew aktar. Għaldaqstant, ir-rapporteur jilqa' l-ftehim NEPSI(12) dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema permezz tat-trattament u l-użu tajjeb tas-silika kristallina u tal-prodotti li fihom is-silika kristallina li, flimkien mad-Direttiva 2004/37/KE, jista' jżid il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

Ir-rapporteur jixtieq ukoll jenfasizza l-importanza tal-ispezzjonijiet imwettqa fuq il-post tax-xogħol biex ikun ivverifikat li l-kumpaniji qegħdin japplikaw b'mod korrett id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/37/KE. Ir-rapporteur iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-azzjoni tal-korpi superviżorji nazzjonali ma tkunx limitata għas-sanzjonar tal-kumpaniji li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija Direttiva. L-identifikazzjoni tal-kawżi u s-suġġeriment ta' soluzzjonijiet lill-kumpaniji kkonċernati jgħinu biex tiżdied l-effikaċja ta' din id-direttiva, speċjalment fost il-kumpaniji żgħar u medji.

(1)

  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 56.

(2)

"Work-related cancer in the European Union: Size, impact and options for further prevention", pubblikazzjoni fuq is-sit tal-RIVM, p. 11.

(3)

COM(2017) 11 final.

(4)

L-ewwel proposta ta' reviżjoni: COM(2016) 248 final.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/113/UE tat-3 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE (ĠU L 62, 4.3.2014, p. 18).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 2018, 13.9.2003, p. 1-4).

(7)

SWD(2017) 7 final.

(8)

Proġett ta' Riċerka P937/13 tal-IOM, Mejju 2011 – Health, socio-economic and environmental aspects of possible amendments to the EU Directive on the protection of workers from the risks related to exposure to carcinogens and mutagens at work – Diesel engine exhaust emissions.

(9)

L-egżost mill-magni diżil, prodott mill-kombustjoni tad-diżil, hija taħlita kumplessa ta' sustanzi dannużi, fosthom il-karbonju elementali. Il-karbonju elementali, li jikkostitwixxi parti sinifikanti mill-gassijiet tal-egżost mill-magni diżil, sikwit jintuża bħala indikatur tal-esponimenti.

(10)

Stqarrija għall-istampa tal-IARC, 12 ta' Ġunju 2012 – IARC: Diesel engine exhaust carcinogenic.

(11)

CCSS, Dok. 727/13.

(12)

NEPSI huwa l-akronimu għan-*Netwerk Ewropew għas-Silika* iffurmat mill-assoċjazzjonijiet settorjali tal-impjegati u l-impjegaturi Ewropej li ffirmaw id-Djalogu Soċjali "Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u tal-Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" fil-25 ta' April 2006.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

Referenzi

COM(2017)0011 – C8-0010/2017 – 2017/0004(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.1.2017

ITRE

19.1.2017

IMCO

19.1.2017

AGRI

6.4.2017

 

JURI

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

28.2.2017

IMCO

9.2.2017

AGRI

10.10.2017

JURI

31.1.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Claude Rolin

14.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.7.2017

28.11.2017

22.1.2018

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Miroslavs Mitrofanovs, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Karima Delli, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Ivari Padar, Anne Sander, Sven Schulze, Jasenko Selimovic, Neoklis Sylikiotis

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Ana Miranda, James Nicholson, Massimo Paolucci

Data tat-tressiq

11.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Yana Toom, Renate Weber

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Mara Bizzotto

GUE/NGL

Tania González Peñas, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Ivari Padar, Massimo Paolucci, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Karima Delli, Ana Miranda, Miroslavs Mitrofanovs

0

-

 

 

7

0

ECR

Amjad Bashir, Arne Gericke, Czesław Hoc, James Nicholson, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' April 2018Avviż legali