Proċedura : 2017/0294(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0143/2018

Testi mressqa :

A8-0143/2018

Dibattiti :

PV 03/04/2019 - 13
CRE 03/04/2019 - 13

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2018 - 10.11
CRE 19/04/2018 - 10.11
PV 04/04/2019 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0342

RAPPORT     ***I
PDF 825kWORD 91k
11.4.2018
PE 615.314v01-00 A8-0143/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

(COM(2017)0660 – C8‑0394/2017 – 2017/0294(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Jerzy Buzek

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

(COM(2017)0660 – C8‑0394/2017 – 2017/0294(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0660),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0394/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew ta' …(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0143/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-ostakli li fadal għat-tlestija tas-suq intern tal-gass naturali li jirriżultaw min-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli tas-suq tal-Unjoni lill-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva se jiżguraw li r-regoli applikabbli għall-pipelines tat-trażmissjoni tal-gass li jgħaqqdu żewġ Stati Membri jew aktar, ikunu applikabbli wkoll għall-pipelines lejn u minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Dan jistabbilixxi l-konsistenza tal-qafas legali fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-enerġija fl-Unjoni. Se jsaħħaħ ukoll it-trasparenza u jipprovdi ċertezza legali rigward ir-reġim legali applikabbli għall-parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari l-investituri fl-infrastruttura tal-gass u l-utenti tan-netwerk.

(3)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-ostakli li fadal għat-tlestija tas-suq intern tal-gass naturali li jirriżultaw min-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli tas-suq tal-Unjoni għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva se jiżguraw li r-regoli applikabbli għall-pipelines tat-trażmissjoni tal-gass li jgħaqqdu żewġ Stati Membri jew aktar, ikunu applikabbli wkoll għall-pipelines lejn u minn pajjiżi terzi fl-Unjoni li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq intern tal-gass naturali tal-Unjoni. Dan jistabbilixxi l-konsistenza tal-qafas legali fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll jipprovdi għar-riflessjoni meħtieġa dwar l-interessi strateġiċi tal-Istati Membri kollha, is-sigurtà ġenerali tal-provvista tal-Unjoni u l-indipendenza enerġetika tagħha, filwaqt li jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-enerġija fl-Unjoni. Se jsaħħaħ ukoll it-trasparenza u jipprovdi ċertezza legali rigward ir-reġim legali applikabbli għall-parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari l-investituri fl-infrastruttura tal-gass u l-utenti tan-netwerk.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex jittieħed kont tan-nuqqas preċedenti ta' regoli speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/73/KE għal tali pipelines li jkunu tlestew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li d-data rilevanti għall-applikazzjoni ta' mudelli ta' separazzjoni li mhumiex separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling) tiġi adattata għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi.

(4)  Biex titlesta l-Unjoni tal-Enerġija u jiġu applikati r-regoli tagħha għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi, f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/73/KE għal tali pipelines li kienu tlestew qabel id-data tal-adozzjoni ta' din il-proposta, biss wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni, il-funzjonament u l-effettività tas-suq intern tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-fornituri tal-enerġija. Jenħtieġ li d-data rilevanti għall-applikazzjoni ta' mudelli ta' separazzjoni li mhumiex separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling) tiġi adattata għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-applikabbiltà tad-Direttiva 2009/73/KE għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi għadha limitata għal-limitu territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni. Fir-rigward tal-pipelines offshore, jenħtieġ li tkun applikabbli fl-ibħra territorjali u fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri.

(5)  L-applikabbiltà tad-Direttiva 2009/73/KE għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi għadha limitata għal-limitu territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni. Fir-rigward tal-pipelines offshore, jenħtieġ li tkun applikabbli fl-ibħra territorjali u fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri konkreti sabiex jassistu fl-użu usa' tal-bijogass u tal-gass mill-bijomassa, l-idroġenu ekoloġiku u l-metan sintetiku minn enerġija rinnovabbli, li l-produtturi tagħhom jenħtieġ li jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, sakemm dan l-aċċess ikun kompatibbli b'mod kontinwu mar-regoli tekniċi u mal-istandards tas-sigurtà rilevanti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti ta' kwalità meħtieġa, il-bijogass u l-gass mill-bijomassa, l-idroġenu ekoloġiku u l-metan sintetiku minn enerġija rinnovabbli, jew tipi oħrajn ta' gass, jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, sakemm dan l-aċċess ikun permanentament kompatibbli mar-regoli tekniċi u mal-istandards tas-sigurtà rilevanti. Jenħtieġ li dawn ir-regoli u l-istandards jaċċertaw li dawk il-gassijiet jistgħu b'mod tekniku u sikur jiġu injettati u ttrasportati fis-sistema tal-gass naturali u jenħtieġ li jindirizzaw ukoll il-karatteristiċi kimiċi tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva għall-gass naturali, inkluż il-gass naturali likwifikat (LNG), għandhom japplikaw ukoll b'mod mhux diskriminatorju għall-biogass u gass minn biomassi jew tipi oħrajn ta' gass sa fejn dawn il-gassijiet jistgħu teknikament u b'mod sikur jiġu injettati fi, u trasportati mis-sistema tal-gass naturali.

"2.  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva għall-gass naturali, inkluż il-gass naturali likwifikat (LNG), għandhom japplikaw ukoll b'mod mhux diskriminatorju għall-biogass u gass minn biomassi, l-idroġenu ekoloġiku u l-metan sintetiku minn enerġija rinnovabbli, jew tipi oħrajn ta' gass sa fejn dawn il-gassijiet jistgħu teknikament u b'mod sikur jiġu injettati fis-sistema tal-gass naturali u ttrasportati minnha."

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:211:0094:0136:mt:PDF)

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)   fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  Fir-rigward ta' infrastruttura tal-gass li tgħaqqad Stat Membru ma' pajjiż terz, din id-Direttiva tapplika fil-limitu territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni. Fir-rigward tal-pipelines offshore, din id-Direttiva tapplika fl-ibħra territorjali u fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri."

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 2 – punt 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "interkonnettur" tfisser linja ta' trażmissjoni li taqsam jew tifrex fuq il-fruntiera bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u pajjizi terzi sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni;

(17)  "interkonnettur tal-gass" tfisser linja ta' trażmissjoni, inklużi l-punti fiżiċi ta' dħul tagħha minn u l-punti ta' ħruġ lejn pajjiż terz, li taqsam jew tifrex fuq il-fruntiera bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u pajjizi terzi sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni, inklużi l-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a-a (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej: ;

 

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti għaliha.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 9 – paragrafu 9 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti għaliha;

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 34 – paragrafu 4 – ir-raba' sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 34(4), tiżdied ir-raba' sentenza li ġejja:

 

Fejn il-pajjiżi terzi suġġetti għal din il-konsultazzjoni ma jirrispondux għall-konsultazzjonijiet, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jieħdu d-deċiżjoni meħtieġa.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 36 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet ta' ħżin u ta' LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perijodu definit ta' żmien, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 32, 33 u 34, u l-Artikoli 41(6), (8) u (10) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

"1.  Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi tal-gass, faċilitajiet ta' ħżin u ta' LNG li jibdew l-operat kummerċjali wara l-1 ta' Jannar 2019, jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perijodu definit ta' żmien ta' mhux aktar minn 5 snin, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 32, 33 u 34, u l-Artikoli 41(6), (8) u (10) jekk il-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)   l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;

(a)  l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;

(b)   il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;

(b)  il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;

(c)   l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta' persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas f'termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;

(c)  l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta' persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas f'termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;

(d)   id-drittjiet jiġu imposti fuq l-utenti ta' dik l-infrastruttura; u

(d)  id-drittjiet jiġu imposti fuq l-utenti ta' dik l-infrastruttura; u

(e)   l-eżenzjoni m'hix detrminetali għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali jew il-funzjonament effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha.

(e)  l-eżenzjoni ma tkunx detrimentali għall-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, li aktarx jiġu affettwati mill-investiment, għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali tal-Unjoni, għall-funzjonament effettiv tas-sistemi regolati kkonċernati, jew għad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali lejn u fl-Unjoni u kwalunkwe Stat Membru."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1520584216051&uri=CELEX:32009L0073)

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -a (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 36 – paragrafu 3 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u ta' pajjiż terz wieħed (jew aktar), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tikkonsulta lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma tadotta deċiżjoni.;

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta:

 

(a)  lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri li s-swieq tagħhom aktarx jiġu affettwati mill-infrastruttura l-ġdida; u

 

(b)  lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u ta' pajjiż terz wieħed (jew aktar).

 

Fejn l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi suġġetti għal din il-konsultazzjoni ma jirrispondux għall-konsultazzjoni fi żmien 3 xhur, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tieħu d-deċiżjoni meħtieġa.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 36 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun ukoll taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma jadottaw deċiżjoni bl-għan li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b'mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.;

Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun ukoll taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma jadottaw deċiżjoni bl-għan li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b'mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti għaliha;

 

Fejn l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi suġġetti għal din il-konsultazzjoni ma jirrispondux għall-konsultazzjoni fi żmien 3 xhur, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tieħu d-deċiżjoni meħtieġa.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 36 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  is-subparagrafu 2 tal-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta' kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kondizzjonijiet, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta' żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

"Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandha titqies, fuq bażi ta' kull każ individwalment, il-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kondizzjonijiet, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta' żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, kif ukoll id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali lejn u fl-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru."

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 36 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Fi żmien xahrejn mill-jum tar-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perijodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' xahrejn fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda l-għada tar-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta. Il-perijodu inizjali ta' xahrejn jista' jiġi estiż ukoll bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja.

"Fi żmien xahrejn mill-jum tar-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Meta tieħu tali deċiżjoni dwar infrastruttura ġdida tal-gass li tmur lejn pajjiż terz jew tiġi minnu, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe miżura restrittiva tal-Unjoni, bħal sanzjonijiet ekonomiċi, imposta fuq dak il-pajjiż terz. Il-perijodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' xahrejn fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda l-għada tar-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta. Il-perijodu inizjali ta' xahrejn jista' jiġi estiż ukoll bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1520584216051&uri=CELEX:32009L0073)

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bb (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bb (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 41 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)   fl-Artikolu 41, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.  Meta jkunu qed jistipulaw jew japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji u s-servizzi tal-ibbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni jingħataw inċentiva adatta, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll għal fit-tul, biex iżidu l-effiċjenzi, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

"8.  Meta jkunu qed jistipulaw jew japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji u s-servizzi tal-ibbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni jingħataw inċentiv adatt, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll fit-tul, biex iżidu l-effiċjenzi, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati. Fir-rigward tal-infrastruttura li tikkonnettja Stat Membru ma' pajjiż terz bejn il-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-ewwel punt ta' interkonnessjoni man-netwerk tal-Unjoni, it-tariffi jew il-metodoloġiji għandhom iqisu l-ispejjeż kollha tal-proġett."

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 42 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fir-rigward tat-tħaddim tal-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b'mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.

6.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fir-rigward tat-tħaddim tal-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b'mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.

 

Fejn l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi suġġetti għal din il-konsultazzjoni ma jirrispondux għall-konsultazzjoni fi żmien 3 xhur, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jistgħu jieħdu d-deċiżjoni meħtieġa.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 49 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward ta' pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi lesti qabel [PO: date of entry into force of this Directive], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mill-Artikoli 9, 10, 11 u 32 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) għat-taqsimiet ta' tali pipelines bejn il-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-ewwel punt ta' interkonnessjoni, bil-kundizzjoni li d-deroga ma tkunx ta' ħsara għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali fl-Unjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni.

Fir-rigward ta' pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi lesti qabel [PO: data tal-adozzjoni ta' din il-proposta], l-Istati Membri, wara r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw temporanjament mill-Artikoli 9, 10, 11 u 32 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) għat-taqsimiet ta' tali pipelines bejn il-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-ewwel punt ta' interkonnessjoni, bil-kundizzjoni li d-deroga ma tkunx ta' ħsara għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali fl-Unjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Kwalunkwe abbozz ta' deroga bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti għalih, u b'analiżi dettaljata tal-effett tad-deroga u tal-pipeline tal-gass fuq is-suq intern tal-gass naturali u fuq is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Fi żmien perjodu ta' tliet xhur mill-għada tar-riċezzjoni ta' din in-notifika, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni dwar il-konformità tad-deroga mar-regoli applikabbli tal-kompetizzjoni, mal-funzjonament effettiv tas-suq, mas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u mal-prinċipji rilevanti tal-politika tal-enerġija u l-objettivi ewlenin tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Unjoni tal-Enerġija. Għall-każijiet b'karatteristiċi partikolarment kumplessi, il-Kummissjoni tista' testendi l-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu bi 3 xhur addizzjonali. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u l-Aġenzija jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konformità tal-abbozz ta' deroga mal-prinċipji mniżżla f'dan l-Artikolu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika. L-Istati Membri kkonċernati għandhom iqisu bir-reqqa r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Meta l-Istat Membru kkonċernat jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni sostanzjata tajjeb u bbażata fuq data affidabbli u kriterji oġġettivi, u għandu jagħmel din il-ġustifikazzjoni pubblika. Fl-ebda każ m'għandha tingħata deroga qabel ma l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni jew qabel ma d-data ta' skadenza għall-ħruġ ta' tali opinjoni tiskadi.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 49 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deroga għandha tkun limitata fiż-żmien u tista' tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta' hawn fuq.

Id-deroga għandha tkun limitata fiż-żmien u għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta' hawn fuq.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 49 – paragrafu 9 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-pipeline tal-gass ikkonċernat ikun jinsab fil-ġurisdizzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li l-ewwel punt ta' interkonnessjoni jkun fil-ġuriżdizzjoni tiegħu għandu jiddeċiedi fuq deroga għall-pipeline.

Fejn il-pipeline tal-gass ikkonċernat ikun jinsab fil-ġurisdizzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li l-ewwel punt fiżiku ta' ħruġ mill-interkonnettur ikun fil-ġuriżdizzjoni tiegħu għandu jiddeċiedi fuq deroga għall-pipeline. Qabel ma jagħti deroga bħal din, l-Istat Membru fil-ġurisdizzjoni ta' fejn jinsab l-ewwel punt ta' interkonnessjoni għandu jikkonsulta mal-Istati Membri li magħhom hija konnessa l-infrastruttura ta' dan l-Istat Membru, u għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha lil dawk l-Istati Membri, u għandu jqis l-opinjoni ta' dawk l-Istati Membri.

[Ir-referenza fl-intestatura relatata mal-att li jemenda ("Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8)") tikkorrispondi għall-"Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7" tal-Proposta tal-Kummissjoni. Din id-diskrepanza hija kkawżata min-numerazzjoni żbaljata (Artikolu 1, paragrafu 1, punt 3 huwa dduplikat) fil-proposta tal-Kummissjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ħlief fl-Ungeriż.]

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma' din id-Direttiva qabel [PO: one year after the date of entry into force]. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma' din id-Direttiva qabel [PO: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

(1)

  ...

(2)

  ...


NOTA SPJEGATTIVA

Is-sigurtà tal-enerġija kif ukoll l-abbiltà li tiġi pprovduta enerġija affordabbli u sostenibbli lill-konsumaturi Ewropej kollha jikkostitwixxu objettivi ewlenin tal-Istrateġija tal-"Unjoni tal-Enerġija", adottata mill-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta' Frar 2015. Qafas legali konsistenti u stabbli huwa prerekwiżit għall-ilħuq ta' dawn l-objettivi. Għalhekk, ir-rapporteur jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta għal emenda tad-Direttiva tal-Gass attwali, f'konformità mat-talbiet magħmula f'diversi drabi minn Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur iqis li din il-proposta, bil-kamp ta' applikazzjoni limitat u bin-natura pjuttost teknika tagħha, tirrifletti l-fatt li diġà ġew implimentati b'mod wiesa' dispożizzjonijiet usa' tad-Direttiva. Madankollu, jinsab konvint li r-reviżjoni proposta se tgħin kif xieraq biex timtela l-lakuna regolatorja li tirriżulta minn interpretazzjoni diverġenti tal-liġi eżistenti u l-approċċ selettiv ta' xi Stati Membri u parteċipanti fis-suq fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għall-pipelines tat-trażmissjoni tal-gass li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 194 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("It-Trattat ta' Lisbona"), id-Direttiva 2009/73/KE aġġornata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill la tħalli dubji u lanqas lok għal interpretazzjoni ħażina li r-regoli dwar l-enerġija tal-Unjoni japplikaw bis-sħiħ għall-infrastrutturi kollha tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-UE. Fir-rigward tal-pipelines offshore, din hija applikabbli fl-ibħra territorjali u fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri. Dawn ir-regoli jinkludu s-separazzjoni tat-TSOs, aċċess għal partijiet terzi, regolazzjoni tat-tariffi u rekwiżiti ta' trasparenza, u huma ta' importanza kruċjali għall-kompetittività tas-suq intern tal-enerġija tal-UE kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista u l-indipendenza enerġetika kumplessivi tal-Unjoni, b'mod speċjali fil-kuntest tal-importazzjonijiet tal-gass li qed jikbru fl-UE.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni fl-aġġustament tad-definizzjoni ta' "interkonnettur", sabiex din tapplika wkoll għall-infrastruttura li tgħaqqad lill-UE ma' pajjiżi terzi. Dan huwa konformi bis-sħiħ ma' proposti preċedenti tal-Kummissjoni riflessi fil-Pakkett "Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha" u jikkostitwixxi pass ieħor lejn l-iżgurar tal-kompatibbiltà meħtieġa tas-swieq tal-elettriku u tal-gass tal-Unjoni.

Il-valutazzjoni tar-rapporteur hija li, billi tipprovdi ċ-ċarezza tad-dritt u t-trasparenza sħaħ tal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva tal-Gass attwali tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-parteċipanti kollha fis-suq tal-enerġija tal-UE kif ukoll ċertezza u prevedibbiltà tal-investiment fuq terminu twil. Dawn huma elementi prinċipali għal kull investitur jew operatur affidabbli li jkunu lesti joperaw skont regoli ġusti u ugwali. Iżda dawn l-elementi huma essenzjali wkoll għaċ-ċittadini u għall-industrija tal-Ewropa. Huma jsaħħu l-kompetizzjoni fis-suq u għalhekk mistennija jirriżultaw fi prezzijiet aktar baxxi u trattament nondiskriminatorju tal-klijenti kollha. L-aħħar iżda mhux l-inqas, l-emendi proposti huma importanti għall-ikkompletar u għar-reżiljenza tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna – abbażi ta' prinċipji u valuri, mhux ta' eċċezzjonijiet.

Filwaqt li jqis dan kollu, ir-rapporteur jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni taqbel mal-għan sottostanti u tissodisfa l-aspettattivi ġenerali tal-Parlament Ewropew. Madankollu, huwa jipproponi li d-dispożizzjonijiet jiġu kkomplementati u msaħħa aktar, f'konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li:

1)  Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju dwar il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, l-applikabbiltà territorjali tad-Direttiva għandha tiġi speċifikata fit-test tad-Direttiva, billi tirrifletti l-formulazzjoni eżatta tal-premessa 5 tal-preambolu. Tali kjarifika tipprovdi ċertezza tad-dritt ogħla u tgħin biex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina ulterjuri tad-Direttiva tal-Gass, li huwa l-għan prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni.

2)  L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom ikunu intitolati li jistipulaw jew japprovaw tariffi jew metodoloġiji, li jqisu l-ispejjeż kollha relatati mal-kostruzzjoni u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Għal dan l-għan, għandu jingħata rendikont xieraq u trasparenti tal-ispejjeż kollha mġarrba minn kwalunkwe proġett ta' infrastruttura tal-gass bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

3)  Filwaqt li jista' jitqies ġustifikabbli li tingħata possibbiltà ta' deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva għall-infrastruttura tal-gass diġà kkompletata, deċiżjoni bħal din għandha tipprevedi kif xieraq l-involviment tal-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa neċessarju sabiex jinżamm l-ogħla grad possibbli ta' koerenza regolatorja tas-suq intern, kif ukoll biex jiġi żgurat li deroga bħal din ma tkunx ta' detriment għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass tal-UE, għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew għall-prinċipji rilevanti tal-politika tal-enerġija tal-UE, inklużi l-objettivi ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija. Barra minn hekk, għall-fini tal-ikkompletar u l-iżvilupp ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija tal-UE, il-limitu taż-żmien ta' deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandu jiġi speċifikat fit-test u m'għandux jaqbeż l-10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendata.

4)  Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat u n-natura teknika tal-proposta tal-Kummissjoni, kif ukoll il-fatt li din prinċipalment tiċċara l-applikabbiltà tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għal proġetti li jinvolvu pajjiżi terzi, jitqies li perjodu ta' tliet xhur għat-traspożizzjoni tagħha jkun biżżejjed.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

Referenzi

COM(2017)0660 – C8-0394/2017 – 2017/0294(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

29.11.2017

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

29.11.2017

ENVI

29.11.2017

IMCO

29.11.2017

 

Not delivering opinions

       Data tad-deċiżjoni

ECON

23.1.2018

ENVI

13.12.2017

IMCO

4.12.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jerzy Buzek

17.11.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.11.2017

11.1.2018

22.2.2018

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

13

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Dennis Radtke, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Hökmark, Luděk Niedermayer, Răzvan Popa, Dominique Riquet, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Rosa D’Amato

Data tat-tressiq

11.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Gunnar Hökmark, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Julia Reda, Claude Turmes

13

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Gerolf Annemans, Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Neoklis Sylikiotis

PPE

Sven Schulze, Hermann Winkler

S&D

Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Patrizia Toia, Martina Werner

9

0

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo

PPE

Pilar del Castillo Vera, Nadine Morano, Dennis Radtke, Massimiliano Salini, Vladimir Urutchev

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' April 2018Avviż legali