Proċedura : 2017/0272(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0147/2018

Testi mressqa :

A8-0147/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/05/2018 - 7.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0209

RAPPORT     *
PDF 599kWORD 54k
25.4.2018
PE 618.055v02-00 A8-0147/2018

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'isem l-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0621 – C8-0407/2017 – 2017/0272(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Miguel Viegas

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'isem l-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0621 – C8-0407/2017 – 2017/0272(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0621),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (14390/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0407/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0147/2018),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 u d-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE jipprevedu l-qafas legali biex l-Istati Membri jikkooperaw sabiex tkun evitata u miġġielda l-frodi u sabiex jiġġilduha, u biex jirkupraw it-talbiet fil-qasam tal-VAT.

Madankollu, l-esperjenza fl-Istati Membri wriet li dawk li jwettqu l-frodi spiss jisfruttaw in-nuqqasijiet fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet li fihom ikunu involuti kumpaniji li jinsabu f'pajjiżi terzi. Il-frodi tal-VAT li tinvolvi operaturi ta' pajjiżi terzi hija riskju b'mod partikolari fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi elettroniċi. Meta jitqies it-tkabbir ta' dawn is-setturi, għodod aktar effiċjenti biex tiġi miġġielda tali frodi huma essenzjali biex jiġu protetti l-baġits pubbliċi. L-għan ġenerali ta' dawn il-ftehimiet huwa li jiġi stabbilit qafas ta' assistenza reċiproka għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT transfruntiera u biex jgħin lil kull pajjiż jirkupra l-VAT dovuta lilu. Ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-ġirien u mas-sħab kummerċjali tal-UE jtejbu l-possibilitajiet tal-Istati Membri li jidentifikaw u jrażżnu l-frodi tal-VAT, u jwaqqfu t-telf finanzjarju li din tikkawża.

Għalhekk, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi hija essenzjali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. B'mod partikolari, in-Norveġja hija membru taż-Zona Ekonomika Ewropea u għandha sistema tal-VAT li tixbah lil dik li tintuża fl-UE, u għandha tradizzjoni tajba ta' kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fil-qasam tal-VAT.

Fl-2009, in-Norveġja kellha rwol ewlieni meta avżat lill-Istati Membri dwar il-frodi tal-VAT li kienu qed jagħmlu ċerti negozjanti neqsin fil-qasam tal-krediti tal-karbonju. Bejn l-2009 u l-2012, l-awtoritajiet tat-taxxa Norveġiżi bagħtu tagħrif lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar tranżazzjonijiet frodulenti li b'kollox kienu jammontaw għal EUR 2,703 miljun. L-uffiċjali Norveġiżi ħadu sehem ukoll f'kontrolli multilaterali fil-qasam tal-enerġija ma' ċerti Stati Membri u ġew mistiedna jieħdu sehem fl-osservatorju tal-VAT bħala osservaturi. In-Norveġja avżat ukoll lil diversi Stati Membri dwar it-tranżazzjonijiet ta' ċerti negozjanti neqsin li kienu qed jisfruttaw il-pjattaformi ta' pagamenti alternattivi tan-Norveġja.

Dan juri l-vantaġġi li jkollhom l-Istati Membri jekk jikkooperaw man-Norveġja. Madankollu, bil-qafas legali attwali, il-kooperazzjoni amministrattiva man-Norveġja ssir biss darba fil, u hija possibbli biss abbażi ta' ftehimiet bilaterali bejn in-Norveġja u Stati Membri individwali, jew fil-kuntest tal-Konvenzjoni Nordika, jew inkella f'dawk l-okkażjonijiet rari meta n-Norveġja tiġi mistiedna tieħu sehem fil-laqgħat tal-osservatorju tal-VAT bħala osservatur.

Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li dan il-ftehim bilaterali bejn l-UE u n-Norveġja jipprovdi qafas legali sod għal kooperazzjoni tajba bejn in-Norveġja u l-Istati Membri. Din il-kooperazzjoni għandha l-istess struttura bħall-kooperazzjoni li hemm bħalissa bejn l-Istati Membri tal-UE, u se tibbenefika mill-istess strumenti bħall-pjattaformi elettroniċi u l-formoli elettroniċi.

Ir-rapporteur jilqa' dan il-ftehim, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet simili dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-VAT anke ma' pajjiżi oħra tal-EEA/EFTA.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Referenzi

COM(2017)0621 – C8-0407/2017 – 2017/0272(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

21.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

29.11.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miguel Viegas

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Krišjānis Kariņš, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Romana Tomc

Data tat-tressiq

25.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

1

-

ENF

Bernard Monot

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Mejju 2018Avviż legali