Proċedura : 2017/0348(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0149/2018

Testi mressqa :

A8-0149/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/05/2018 - 7.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0205

RAPPORT     ***I
PDF 590kWORD 55k
26.4.2018
PE 618.322v02-00 A8-0149/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku

(COM(2017)0774 – C8-0446/2017 – 2017/0348(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Alain Cadec

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità

mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar

Baltiku

(COM(2017)0774 – C8-0446/2017 – 2017/0348(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0774),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0446/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0149/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kontenut tal-proposta

Wieħed mill-għanijiet ċentrali tar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) attwali(1) huwa li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament li tippermetti rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet kollha, sabiex il-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut jirkupraw u jinżammu f'livelli sostenibbli. L-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jista' jinkiseb aħjar permezz ta' approċċ pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd, imsejjes fuq l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali tas-sajd li skont il-PKS attwali għandhom jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti tas-sajd u tal-istokkijiet. Il-pjanijiet ta' ġestjoni plurienniali għandhom jipprovdu l-qafas għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet billi jiddefinixxu b'mod ċar il-perjodu ta' żmien u l-mekkaniżmi ta' salvagwardja f'każ ta' żviluppi mhux previsti fl-istatus tal-istokkijiet tal-ħut.

Il-mira li tikkorrispondi għall-objettiv MSY għandha tiġi espressa bħala medda ta' valuri FMSY ipprovduta mix-xjentisti, li mbagħad tiġi ffissata mill-koleġiżlaturi u stabbilita fil-pjan. Il-Kunsill jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, fuq bażi annwali, fuq il-bażi ta' parir xjentifiku u b'tali mod li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan(2).

L-ewwel pjan ta' ġestjoni pluriennali wara r-riforma tal-PKS ġie adottat għar-reġjun tal-Baħar Baltiku. Ir-Regolament (UE) 2016/1139 stabbilixxa pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal (minn issa 'l quddiem l-"istokkijiet ikkonċernati") tal-Baħar Baltiku (minn issa 'l quddiem, il-"pjan"). L-objettiv tal-pjan hu li jiggarantixxi li l-isfruttament tal-istokkijiet ikkonċernati, jirkupra u jżomm il-popolazzjonijiet ta' dawk l-istokkijiet f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. Il-pjan jistabbilixxi l-objettivi kwantifikabbli, jiġifieri l-meded ta' mortalità mis-sajd, kif ukoll il-livelli ta' referenza tal-konservazzjoni espressi f'termini ta' MSY Btrigger u Blim. Il-valuri numeriċi tal-parametri msemmija ġew stabbiliti mill-pariri xjentifiċi tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-2015(3). Il-valutazzjoni xjentifika mwettqa fl-2017 turi li l-valuri rispettivi tal-MSY għall-istokkijiet tal-aringi tal-Baħar tal-Botnja u tal-aringi tal-Bajja tal-Botnja nbidlu.

L-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1139 jipprevedi li meta, abbażi ta' pariri xjentifiċi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-punti ta' referenza ta' konservazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament ma jibqgħux jesprimu b'mod korrett l-objettivi tal-pjan, il-Kummissjoni tista', bħala kwistjoni ta' urġenza, tissottometti proposta għar-reviżjoni ta' dawk il-punti ta' referenza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għaldaqstant ipproponiet emenda tar-Regolament (UE) 2016/1139 fid-dawl tal-aħħar u l-aħjar pariri xjentifiċi.

Riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-valutazzjonijiet tal-impatt

L-ICES ipprovda l-bażi xjentifika għall-emenda. Fl-2017, l-ICES wettaq valutazzjoni tal-istokkijiet tal-aringi fil-Baħar tal-Botnja u fil-Bajja tal-Botnja(4). Kwistjoni ewlenija meqjusa mix-xjentisti kienet l-identifikazzjoni tal-istokkijiet, jiġifieri jekk iż-żewġ żoni għandhomx ikunu suġġetti għal valutazzjoni waħda, jew għandhomx ikomplu jiġu evalwati separatament. Ġie deċiż li jikkombinaw l-istokkijiet abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

a) ma teżistix evidenza bijoloġika qawwija li tiġġustifika l-fatt li nikkombinaw jew nisseparaw l-istokkijiet;

b) id-data disponibbli ma tippermettix li ssir valutazzjoni ta' kwalità affidabbli għall-aringa tal-Bajja tal-Botnja u aktarx li din mhux se jkun possibbli li titjieb fil-futur;

c) ma hemm l-ebda tħassib dwar l-isfruttar żejjed tal-komponent tal-istokk iżgħar fil-Bajja tal-Botnja meta jingħaqad flimkien ma' komponent akbar ta' aringi fil-Baħar tal-Botnja.

Wara l-amalgamazzjoni taż-żewġ stokkijiet, l-ICES ikkalkola l-valuri ta' referenza l-ġodda tal-MSY. Il-valur tal-FRMD huwa ta' 0,21. Il-meded korrispondenti tal-FRMD ġew ikkalkulati u l-FRMD inferjuri ġie stabbilit għal 0,15 u l-FRMD superjuri għal 0,21. Minħabba li hemm il-probabilità li l-bijomassa tal-istokk taqa' taħt il-livelli ta' salvagwardja, l-FRMD superjuri għalhekk huwa limitat u ugwali għall-valur tal-FRMD, jiġifieri 0,21. Il-livelli tal-bijomassa korrispondenti tal-RMD Btrigger u Blim ġew stabbiliti bħala 283 180 u 202 272 tunnellata rispettivament.

Ma saret ebda valutazzjoni tal-impatt speċifika billi l-impatti tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-MSY fuq il-ġestjoni tas-sajd diġà ġew ivvalutati skont il-valutazzjoni tal-impatt tar-riforma tal-PKS. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni tal-impatt(5), ġew ikkwantifikati l-impatti tal-ilħiq tal-MSY. Valutazzjoni ulterjuri tal-impatt mhu se żżid xejn mal-informazzjoni diġà disponibbli mill-valutazzjoni tal-impatt preċedenti. Il-bidliet għar-regolament eżistenti huma konformi mal-Artikolu 5(6) tiegħu u joriġinaw minn parir xjentifiku. Huma essenzjali biex jiġu stabbiliti jew rieżaminati, meta xieraq, l-opportunitajiet annwali tas-sajd għall-Baħar Baltiku kif ukoll għall-funzjonament tajjeb tal-PKS il-ġdida.

Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon din il-proposta leġiżlattiva dwar emenda teknika tal-pjan ta' ġestjoni għall-istokkijiet tal-Baħar Baltiku, b'mod aktar speċifiku għall-aringa tal-Golf ta' Botnja.

Ir-rapporteur jipproponi l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni bi proċedura simplifikata b'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

(1)

  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22

(2)

  Task Force dwar il-pjanijiet pluriennali. Rapport finali, April 2014 http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/pech/dv/taskfor/taskforce.pdf

(3)

  Parir b’segwitu tat-talba speċjali tal-ICES. Parir tal-ICES tal-2015, il-Volum 6. L-UE tirrikjedi li l-ICES jipprovdi l-meded tal-FRMD għal ċerti stokkijiet tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku.

(4)

  ICES, 2017. Rapport tal-"Benchmark Workshop on Baltic Stocks" (WKBALT), 7-10 ta' Frar 2017, Copenhagen, id-Danimarka. ICES CM 2017/ACOM:30, 108 p.

(5)

  SEC(2011) 891.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta’ salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta’ aringi fil-Baħar Baltiku

Referenzi

COM(2017)0774 – C8-0446/2017 – 2017/0348(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

15.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Alain Cadec

27.2.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.4.2018

Eżami fil-kumitat

26.2.2018

21.3.2018

24.4.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

26.4.2018

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Mejju 2018Avviż legali