Proċedura : 2016/0329(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0152/2018

Testi mressqa :

A8-0152/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/05/2018 - 7.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0208

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 662kWORD 52k
27.4.2018
PE 616.700v01-00 A8-0152/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

(05883/2/2017 – C8‑0240/2017 – 2016/0329(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Tiziana Beghin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

(05883/2/2017 – C8‑0240/2017 – 2016/0329(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05883/2/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea (05814/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0240/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0152/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim kurrenti bejn l-UE u n-Norveġja ġie nnegozjat sabiex iseħħu l-bidliet introdotti mir-riforma tar-regoli ta' oriġini tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) fl-2010. Ir-riforma introduċiet sistema ġdida ta' akkumulazzjoni ta' oriġini tal-esportaturi rreġistrati u pprevediet l-inklużjoni tat-Turkija fis-sistema ta' akkumulazzjoni li s'issa ħadmet bejn l-Unjoni, l-Iżvizzera u n-Norveġja. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida pprevediet ukoll is-sostituzzjoni tal-Formola A taċ-ċertifikati ta' oriġini preċedenti permezz ta' sistema ġdida għall-istabbiliment ta' provi ta' oriġini min-naħa ta' esportaturi rreġistrati (sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX)).

Is-sistema ta' akkumulazzjoni ġiet inizjalment stabbilita permezz tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri, tad-29 ta' Diċembru 2001, bejn l-UE u n-Norveġja (Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE). Dan il-ftehim għandu jiġi sostitwit b'wieħed ġdid. Fl-2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni twettaq negozjati man-Norveġja. Dawn in-negozjati issa ġew konklużi u rriżultaw fil-Ftehim kurrenti.

Is-sistema ta' akkumulazzjoni ta' oriġini: Is-sistema l-ġdida ta' akkumulazzjoni timplika li l-UE, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija se jippermettu lill-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP li jinkorporaw materjali, minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi fis-sistema (l-UE, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija), fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom, u jesportaw il-prodott finali lejn l-UE, l-Iżvizzera, in-Norveġja jew it-Turkija skont it-termini preferenzjali tal-SĠP, sakemm il-prodott finali jkun ġie suffiċjentement maħdum jew proċessat. Skont il-Ftehim kurrenti, l-UE u n-Norveġja se jagħtu trattament u aċċess preferenzjali lil prodotti li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji meta dawn il-pajjiżi jużaw materjali li joriġinaw rispettivament mill-UE jew min-Norveġja.

Is-sistema l-ġdida ta' provi: Ir-riforma tas-SĠP tistqarr li l-Formola A taċ-ċertifikati ta' oriġini preċedenti kellha tiġi sostitwita sal-1 ta' Jannar 2017. Is-sistema REX il-ġdida bdiet tapplika fl-1 ta' Jannar 2017 f'ċertu numru ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP li kkostitwew l-ewwel mewġa. Żewġ mewġiet oħra bħal dawn huma ppjanati fl-2018 u fl-2019. Dawn il-pajjiżi rreġistraw l-esportaturi tagħhom, li issa qed jirrilaxxaw dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini flok jużaw il-Formola A taċ-ċertifikati ta' oriġini maħruġa mill-awtoritajiet doganali tagħhom. Is-sistema REX diġà taħdem fil-qafas tal-iskema SĠP konċessa mill-UE, u fl-iskemi tas-SĠP tan-Norveġja u l-Iżvizzera. Meta s-sostituzzjoni tal-provi ta' oriġini ssir għar-rikonsenjar ta' oġġetti li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP, iċ-ċertifikati ta' sostituzzjoni tal-Formola A qegħdin fil-preżent jintużaw bħala provi ta' sostituzzjoni (skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim preżenti bejn l-UE, l-Iżvizzera u n-Norveġja).

Sabiex is-sistema ta' akkumulazzjoni tapplika għall-Iżvizzera u t-Turkija, il-partijiet għandhom jikkonkludu u japplikaw ftehimiet simili mal-Iżvizzera u mat-Turkija. Ftehim simili bejn l-UE u l-Iżvizzera ġie nnegozjat u konkluż b'mod parallel mal-Ftehim kurrenti, u huwa ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament. Bejn l-UE u t-Turkija, mhuwiex meħtieġ ftehim internazzjonali, minħabba li l-Unjoni Doganali UE-Turkija tipprovdi l-għodda ġuridika għall-integrazzjoni ta' regoli simili fil-leġiżlazzjoni tagħha.

Il-Ftehim kurrenti huwa neċessarju biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja. Dan se jippermetti lill-UE u lin-Norveġja jużaw il-provi ta' oriġini ġodda ta' sostituzzjoni previsti mis-sistema REX il-ġdida. Is-sistema diġà hija applikabbli, għalhekk in-nuqqas ta' għodda ġuridika xierqa jista' jfixkel il-kummerċ bejn l-UE u n-Norveġja. Ir-rapporteur għalhekk tirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-Ftehim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-UE u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta’ oriġini bejn l-UE, l-Iżvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-UE

Referenzi

05883/2017 – C8-0240/2017 – COM(2016)06682016/0329(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tiziana Beghin

13.2.2018

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

David Borrelli

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Agnes Jongerius, Frédérique Ries

Data tat-tressiq

27.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Dita Charanzová, Nadja Hirsch, Frédérique Ries

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Iuliu Winkler

S&D

Eric Andrieu, Goffredo Maria Bettini, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Mejju 2018Avviż legali