Proċedura : 2017/0256(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2018

Testi mressqa :

A8-0154/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/05/2018 - 7.3

Testi adottati :

P8_TA(2018)0206

RAPPORT     ***I
PDF 671kWORD 54k
30.4.2018
PE 618.089v02-00 A8-0154/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni)

(COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni)

(COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0545),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0337/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0154/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-30 ta' Jannar 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (test kodifikat)

COM(2017)0545 of 29.9.2017 – 2017/0256(COD)

Wara li kkunsidra il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikolari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-27 ta' Ottubru u fl-14 ta' Diċembru 2017 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt(1) l-eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonat li jikkodifika r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE, il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej: li fl-Artikolu 4(4), l-artiklu "a" qabel il-kelmiet "cost-effectiveness analysis" għandu jitneħħa. [Din il-bidla ma tgħoddx għall-verżjoni Maltija].

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta peress li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

5.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

8.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

30.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Angel Dzhambazki, Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Luis de Grandes Pascual, Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner

VERTS/ALE

Max Andersson, Heidi Hautala

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Mejju 2018Avviż legali