Proċedura : 2016/2018(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0170/2018

Testi mressqa :

A8-0170/2018

Dibattiti :

PV 28/05/2018 - 29
CRE 28/05/2018 - 29

Votazzjonijiet :

PV 30/05/2018 - 13.9
CRE 30/05/2018 - 13.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0225

RAPPORT     
PDF 1061kWORD 121k
14.5.2018
PE 615.497v04-00 A8-0170/2018

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteurs: Pavel Svoboda, Richard Corbett

(Proċedura ta' kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(1) ("il-FII l-ġdid"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(2) ("il-Ftehim Qafas tal-2010"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-16 ta' Diċembru 2003(3) ("il-FII tal-2003"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(6),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017(9),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019(10),

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta' Marzu 2014 ("il-kawża dwar il-bijoċidi"), tas-16 ta' Lulju 2015 ("il-kawża dwar il-mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża"), tas-17 ta' Marzu 2016 ("il-kawża dwar l-att delegat dwar is-CEF"), tal-14 ta' Ġunju 2016 ("il-kawża dwar it-Tanzanija") u tal-24 ta' Ġunju 2016 ("il-kawża dwar Mauritius")(11),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-prijoritajiet strateġiċi għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2017(14),

–  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-idoneità Regolatorja tal-UE, Sussidjarjetà u Proporzjonalità – id-19-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2011(18),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2012 dwar it-18-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet – Applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità (2010)(19),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u r-Regolamentazzjoni Intelliġenti(20),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-iżgurar ta' valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti(21),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mil-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Kompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar" (COM(2017)0651),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294 tat-TFUE dwar il-proċedura ta' kodeċiżjoni,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Overview of the Union's Efforts to Simplify and to Reduce Regulatory Burdens" (Ħarsa Ġenerali tal-Isforzi tal-Unjoni Favur is-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Piżijiet Regolatorji" (SWD(2017)0675),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2016, bit-titolu "Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta' applikazzjoni aħjar" (C(2016)8600),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016, bit-titolu "Ir-Regolamentazzjoni Aħjar: Inwasslu riżultati aħjar għal Unjoni iktar b'saħħitha" (COM(2016)0615),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar - Aġenda tal-UE" (COM(2015)0215),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat "Better regulation guidelines" (Linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar) (SWD(2017)0350),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0170/2018),

A.  billi l-FII l-ġdid daħal fis-seħħ fil-jum li fih ġie ffirmat, jiġifieri fit-13 ta' April 2016;

B.  billi, fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-FII l-ġdid, il-Parlament u l-Kummissjoni għamlu dikjarazzjoni fejn affermaw li l-ftehim il-ġdid "jirrifletti l-bilanċ bejn u l-kompetenzi rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kif stipulati fit-Trattati" u "huwa mingħajr preġudizzju għall-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea"(22);

C.  billi, sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-FII l-ġdid dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali, il-Parlament irreveda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, fost affarijiet oħra, sabiex jistabbilixxi l-proċessi interni għan-negozjar u l-adozzjoni ta' konklużjonijiet konġunti dwar programmazzjoni pluriennali u dikjarazzjonijiet konġunti dwar programmazzjoni interistituzzjonali annwali;

D.  billi, fil-kuntest tal-programmazzjoni interistituzzjonali annwali, it-tliet Istituzzjonijiet qablu dwar żewġ dikjarazzjonijiet konġunti dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għas-snin 2017 u 2018-2019 rispettivament;

E.  billi, għall-kuntrarju tal-FII tal-2003, il-FII l-ġdid m'għadux jinkludi qafas legali għall-użu ta' metodi alternattivi ta' regolamentazzjoni, bħalma huma l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni, u konsegwentement ma fih l-ebda referenza għal dawn il-metodi;

F.  billi l-paragrafu 13 tal-FII l-ġdid jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni kemm jista' jkun wiesgħa fil-proċess ta' valutazzjoni tal-impatt tagħha; billi, bl-istess mod, il-paragrafu 19 tal-FII l-ġdid jirrikjedi li l-Kummissjoni, qabel ma tadotta proposta u mhux wara, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi b'mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li tiżgura li l-modalitajiet u l-iskadenzi ta' dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu jippermettu l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli, li ma tkunx limitata għall-interessi partikolari u l-lobbisti relatati;

G.  billi, f'Lulju tal-2017, il-Kummissjoni rrivediet il-linji gwida tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar bl-għan li tispjega u tisfrutta aħjar ir-rabtiet bejn id-diversi stadji tat-tfassil tal-politika fi ħdan il-Kummissjoni, billi ssostitwiet il-linji gwida awtonomi preċedenti, li kienu jindirizzaw b'mod separat il-valutazzjoni tal-impatt, l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni, filwaqt li inkludiet gwida ġdida dwar l-ippjanar u l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati;

H.  billi skont il-paragrafu 16 tal-FII l-ġdid, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq stedina mill-Parlament jew mill-Kunsill, tikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tagħha stess jew twettaq ħidma analitika oħra li tkun tqis meħtieġa.

I.  billi l-FII l-ġdid jirrikonoxxi s-sostituzzjoni tal-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt preċedenti bil-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni; billi l-kompitu ta' dan tal-aħħar, inter alia, huwa li jwettaq kontroll oġġettiv tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni; billi sabiex inizjattiva, akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt, tiġi ppreżentata għall-adozzjoni mill-Kummissjoni, hemm bżonn tal-opinjoni pożittiva tal-Bord; billi, fil-każ ta' opinjoni negattiva, l-abbozz tar-rapport irid jiġi rieżaminat u ppreżentat mill-ġdid lill-Bord, u, fil-każ ta' opinjoni negattiva sussegwenti, ikun hemm bżonn ta' deċiżjoni politika sabiex l-inizjattiva tkun tista' tkompli tipproċedi; billi l-opinjoni tal-Bord tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni fl-istess ħin bħar-rapport relatat mal-inizjattiva kkonċernata u, fil-każ tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ladarba l-Kummissjoni tkun adottat l-inizjattiva ta' politika relatata(23)1;

J.  billi fil-bidu tal-2017, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju kkompleta l-proċess ta' reklutaġġ tal-persunal tiegħu, fosthom tliet Membri minn barra l-Istituzzjonijiet tal-UE; billi fl-2016 il-Bord eżamina 60 valutazzjoni tal-impatt separata, li minnhom 25 (42 %) irċevew valutazzjoni inizjali negattiva, u dan wassal għal reviżjoni u preżentazzjoni mill-ġdid lill-Bord; billi, sussegwentement, il-Bord ta valutazzjonijiet ġeneralment pożittivi fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-impatt riveduti kollha li waslulu ħlief waħda; billi l-Bord kellu skambju ta' informazzjoni mas-servizzi tal-Parlament dwar l-aħjar prattiki u metodoloġiji relatati mal-valutazzjonijiet tal-impatt;

K.  billi skont il-paragrafu 25 tal-FII l-ġdid, jekk tiġi prevista modifika tal-bażi ġuridika li tkun tinvolvi bidla mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja għal proċedura leġiżlattiva speċjali jew għal proċedura mhux leġiżlattiva, it-tliet Istituzzjonijiet se jkollhom skambju ta' fehmiet dwar dan. billi l-Parlament irreveda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jimplimenta din id-dispożizzjoni; billi s'issa ma kienx neċessarju li din id-dispożizzjoni tiġi applikata;

L.  billi skont il-paragrafu 27 tal-FII l-ġdid, it-tliet Istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni eżistenti kollha tiġi allinjata mal-qafas legali li ġie introdott mit-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS). billi l-Kummissjoni pproponiet dak it-tali allinjament f'Diċembru 2016(24); billi l-Parlament u l-Kunsill attwalment qed jeżaminaw f'dettall kbir din il-proposta;

M.  billi hemm verżjoni ġdida tal-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati u dwar il-klawżoli standard relatati annessa mal-FII l-ġdid; billi skont il-paragrafu 28 tal-FII l-ġdid, it-tliet Istituzzjonijiet se jidħlu f'negozjati mingħajr dewmien żejjed wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, bil-ħsieb li jissupplementaw dan il-Fehim Komuni billi jipprevedu kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. billi, wara ħidma ta' tħejjija twila, finalment dawn in-negozjati bdew f'Settembru tal-2017;

N.  billi fil-paragrafu 29 tal-FII l-ġdid it-tliet Istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jistabbilixxu, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2017, reġistru funzjonali konġunt ta' atti delegati, li jipprovdi informazzjoni b'mod strutturat tajjeb u faċli għall-utent, sabiex tiżdied it-trasparenza, jiġi ffaċilitat l-ippjanar u tkun tista' ssir traċċabbiltà tal-istadji differenti kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' att delegat. billi r-reġistru issa ġie stabbilit u beda jitħaddem f'Diċembru tal-2017;

O.  billi l-punt 32 tal-FII jipprevedi li "l-Kummissjoni għandha taqdi r-rwol tagħha bħala faċilitatur bit-trattament ugwali taż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva, b'rispett sħiħ għar-rwoli assenjati mit-Trattati lit-tliet Istituzzjonijiet";

P.  ifakkar li skont il-paragrafu 34 tal-FII l-ġdid, il-Parlament u l-Kunsill, fil-kapaċità tagħhom ta' leġiżlaturi, enfasizzaw l-importanza li jinżammu kuntatti mill-qrib diġà minn qabel in-negozjati interistituzzjonali, sabiex ikun hemm fehim reċiproku aħjar tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom, u qablu, għal dak il-għan, li jiffaċilitaw skambju reċiproku ta' fehmiet u informazzjoni, inkluż billi jistiednu lir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra għal skambji informali ta' fehmiet fuq bażi regolari; billi dawn id-dispożizzjonijiet ma wasslu għall-ebda proċedura jew struttura speċifika ġdida; billi, filwaqt li l-kuntatt bejn l-Istituzzjonijiet ġie intensifikat fi ħdan il-qafas tad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi, l-esperjenza tal-kumitati tagħti x'wieħed jifhem li ma hemm l-ebda approċċ sistematiku biex jiġi ffaċilitat tali skambju reċiproku ta' fehmiet u li għadu diffiċli biex wieħed jikseb informazzjoni u feedback mill-Kunsill dwar kwistjonijiet li jitqajmu fi ħdanu mill-Istati Membri; billi l-Parlament iħoss li din is-sitwazzjoni xejn ma hija sodisfaċenti;

Q.  billi, sabiex ikompli jsaħħaħ it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv, il-Parlament irreveda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jadatta r-regoli tiegħu dwar in-negozjati interistituzzjonali matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, filwaqt li kompla jibni fuq id-dispożizzjonijiet li ddaħħlu fl-2012; billi, filwaqt li l-mandati ta' negozjar kollha tal-Parlament huma pubbliċi, dan ma japplikax għall-mandati tal-Kunsill; billi l-Parlament iħoss li din is-sitwazzjoni xejn ma hija sodisfaċenti;

R.  billi fil-paragrafu 39 tal-FII l-ġdid, sabiex tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà tad-diversi passi fil-proċess leġiżlattiv, it-tliet Istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jidentifikaw, sal-31 ta' Diċembru 2016, modi ta' kif jiżviluppaw aktar pjattaformi u għodod għal dak l-għan, bil-ħsieb li tiġi stabbilita bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi; billi, sal-lum, ma nħolqot l-ebda bażi tad-data konġunta ta' dan it-tip;

S.  billi fil-paragrafu 40 tal-FII l-ġdid, rigward in-negozjati u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, it-tliet Istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jiltaqgħu fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-FII l-ġdid sabiex jinnegozjaw arranġamenti prattiċi mtejba għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni fil-qafas tat-Trattati, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; billi dawn in-negozjati bdew f'Novembru tal-2016 u għadhom għaddejjin;

T.  billi l-kooperazzjoni regolatorja ħarġet bħala strument ewlieni fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali fit-triq lejn id-djalogu regolatorju u l-koerenza bejn is-sħab kummerċjali; billi f'dak il-proċess il-Kummissjoni għandha tibqa' impenjata favur il-prinċipji ta' kundizzjonijiet ġusti u ekwi għall-partijiet interessati kollha filwaqt li tiggarantixxi l-ogħla livell ta' trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

U.  billi fil-paragrafu 46 tal-FII l-ġdid, it-tliet Istituzzjonijiet ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jużaw it-teknika leġiżlattiva ta' riformulazzjoni għall-modifika tal-leġiżlazzjoni eżistenti b'mod aktar frekwenti u b'rispett sħiħ tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni ta' atti legali(25);

V.  billi skont il-paragrafu 28 tal-FII l-ġdid, bħala kontribut għall-programm tagħha dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), il-Kummissjoni timpenja ruħha li kull sena tippreżenta ħarsa ġenerali, inkluż stħarriġ annwali dwar il-piżijiet, tar-riżultati tal-isforzi tal-Unjoni biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni u tevita r-regolamentazzjoni eċċessiva u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi; billi r-riżultati tal-ewwel stħarriġ annwali dwar il-piżijiet ġew ippreżentati fl-24 ta' Ottubru 2017 bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018;

W.  billi l-istħarriġ annwali dwar il-piżijiet joffri opportunità unika għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-isforzi tal-UE biex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; billi dan l-istħarriġ jipprovdi opportunità eċċellenti biex jintwera l-valur miżjud tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tiġi pprovduta trasparenza liċ-ċittadini tal-UE;

X.  billi l-FII l-ġdid jitlob kooperazzjoni interistituzzjonali bl-għan li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u jiġu evitati piżijiet amministrattivi u regolamentazzjoni żejda għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u n-negozji; billi l-Parlament jenfasizza li fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali dawn l-objettivi ma għandhomx iwasslu għal standards aktar baxxi għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-ħaddiema, is-sikurezza, l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol jew id-drittijiet tal-konsumaturi;

Y.  billi skont il-paragrafu 50 tal-FII l-ġdid, it-tliet Istituzzjonijiet se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-FFI l-ġdid b'mod konġunt u regolari, kemm fil-livell politiku permezz ta' diskussjonijiet annwali, kif ukoll fil-livell tekniku fil-Grupp ta' Koordinazzjoni Interistituzzjonali; billi l-monitoraġġ fil-livell politiku jinkludi diskussjonijiet regolari fil-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u l-laqgħa ta' rendikont annwali ta' livell għoli; billi, barra minn hekk, ġew stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta' monitoraġġ fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet konġunti dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017 u l-2018-2019 rispettivament; billi, barra minn hekk, l-esperjenza miksuba s'issa mill-kumitati hija għodda imprezzabbli għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-FII l-ġdid; billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu kompetenza speċifika fir-rigward tat-tfassil aħjar tal-liġijiet u s-simplifikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

Impenji u objettivi komuni

1.  Iqis il-FII l-ġdid bħala eżerċizzju interistituzzjonali li jaspira li jtejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; ifakkar li, f'ħafna każijiet, il-leġiżlazzjoni tal-UE tarmonizza jew tissostitwixxi regoli differenti fi 28 Stat Membru, u b'hekk tagħmel is-swieq nazzjonali aċċessibbli b'mod reċiproku u ugwali u tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi b'mod ġenerali biex jinħoloq suq intern li jiffunzjona għalkollox;

2.  jilqa' l-progress u l-esperjenza miksuba fl-ewwel sena u nofs mill-applikazzjoni tal-FII l-ġdid u jinkoraġġixxi lill-Istituzzjonijiet jagħmlu sforzi ulterjuri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-ftehim, b'mod partikolari fir-rigward tan-negozjati interistituzzjonali dwar kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, l-allinjament tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS), in-negozjati interistituzzjonali dwar l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, u l-istabbiliment ta' bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi;

3.  Ifakkar li l-FII l-ġdid għandu l-għan li jiżviluppa relazzjoni aktar miftuħa u trasparenti bejn it-tliet Istituzzjonijiet bil-ħsieb li titwassal leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja fl-interess taċ-ċittadini tal-UE; iqis li, għalkemm il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet jissemma biss fil-paragrafi 9 u 32 fir-rigward ta' oqsma speċifiċi koperti mill-FII l-ġdid, dan jinħtieġ li jiġi osservat matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu bħala wieħed mill-prinċipji minquxa fl-Artikolu 13 tat-TUE;

Programmazzjoni

4.  Jilqa' l-ftehim tat-tliet Istituzzjonijiet li jsaħħu l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE permezz ta' proċedura aktar strutturata bi skeda ta' żmien preċiża; jinnota b'sodisfazzjon li t-tliet Istituzzjonijiet ipparteċipaw b'mod attiv fl-ewwel eżerċizzju ta' programmazzjoni interistituzzjonali annwali skont il-FII l-ġdid, u din il-parteċipazzjoni wasslet għal dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017, fejn ġew identifikati 59 proposta leġiżlattiva ewlenija bħala prijoritajiet għall-2017 u, b'segwitu għal dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi għall-2018-2019, ġew identifikati 31 proposta leġiżlattiva ewlenija bħala prijoritajiet sal-aħħar tal-leġiżlatura attwali; jilqa' b'mod partikolari, f'dan il-kuntest, l-involviment attiv tal-Kunsill u għandu fiduċja li tali involviment se jkompli fil-futur, inkluż fir-rigward tal-programmazzjoni pluriennali għall-mandat il-ġdid; iqis, madankollu, li t-trattament prijoritarju għal ċerti fajls leġiżlattivi maqbula f'dikjarazzjonijiet konġunti m'għandux jintuża biex titqiegħed pressjoni żejda fuq il-koleġiżlaturi, u li ż-żieda fil-veloċità m'għandhiex tkun prijoritizzata għad-detriment tal-kwalità leġiżlattiva; iqis li huwa importanti li tiġi evalwata l-applikazzjoni tal-prattika u r-regoli attwali għall-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti u jiġi evalwat ukoll jekk jistax isir ċertu titjib fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fir-rigward tan-negozjati dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali, pereżempju biex jissaħħaħ il-mandat mogħti lill-President mill-gruppi politiċi;

5.  Iqis li huwa ta' importanza assoluta li l-kumitati parlamentari jiġu kkonsultati b'mod sħiħ matul il-proċess ta' tħejjija u implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti;

6.  Jinnota li l-FII l-ġdid huwa mingħajr preġudizzju għall-impriżi mutwi maqbula bejn il-Parlament u l-Kummissjoni fil-Ftehim Qafas tal-2010; ifakkar, b'mod partikolari, li l-arranġamenti relatati mal-iskeda ta' żmien tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Anness 4 tal-Ftehim Qafas tal-2010 jridu jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 6-11 tal-FII l-ġdid;

7.  Iqis li l-Kummissjoni jinħtieġ li, meta tkun qed tippreżenta l-Programm ta' Ħidma tagħha, minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafu 8 tal-FII l-ġdid, tindika kif il-leġiżlazzjoni prevista hija ġustifikabbli fid-dawl tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità u tispeċifika l-valur miżjud Ewropew tagħha;

8.  Jilqa' t-twaqqif tat-Task Force tal-Kummissjoni dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u li "Nagħmlu Anqas b'Aktar Effiċjenza", li trid taħdem id f'id mal-FII l-ġdid biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini li jqisu l-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala aspett fundamentali tal-proċess demokratiku;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta Programmi ta' Ħidma iktar inklużivi, iktar dettaljati u iktar affidabbli; jitlob, b'mod partikolari, li l-Programmi ta' Ħidma tal-Kummissjoni jindikaw b'mod ċar in-natura legali ta' kull proposta b'perjodi ta' żmien preċiżi u realistiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi li ġejjin – speċjalment il-pakketti leġiżlattivi ewlenin – jaslu sew qabel tmiem din il-leġiżlatura, biex b'hekk il-koleġiżlaturi jingħataw biżżejjed ħin biex jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom b'mod sħiħ;

10.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni effiċjenti orjentata lejn l-iżvilupp tal-protezzjoni tal-impjiegi u l-kompetittività Ewropea b'enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, fis-setturi kollha tal-ekonomija;

11.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni wieġbet għat-talbiet tal-Parlament għal proposti għal atti tal-Unjoni skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, fil-parti l-kbira fi żmien l-iskadenza ta' tliet xhur imsemmija fil-paragrafu 10 tal-FII l-ġdid; jirrimarka, madankollu, li l-Kummissjoni naqset milli tadotta komunikazzjonijiet speċifiċi kif previst f'dik id-dispożizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta komunikazzjonijiet bħal dawn bil-ħsieb li tiġi żgurata trasparenza sħiħa u tingħata reazzjoni politika għat-talbiet li jagħmel il-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, u bil-kunsiderazzjoni dovuta fir-rigward tal-analiżi rilevanti tal-Parlament dwar il-Valur Miżjud Ewropew u l-Kost tan-Non-Ewropa;

12.  Jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni trasparenti u leali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fil-prattika għandha tfisser impenn ġenwin min-naħa tal-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-istess livell, fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' programmazzjoni tagħha u jfakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tirrispondi minnufih għar-rapporti fuq inizjattiva proprja, kemm leġiżlattivi u kemm mhux leġiżlattivi; jiddeplora l-fatt li diversi rapporti fuq inizjattiva proprja baqgħu bla tweġiba, u jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-koleġiżlaturi – fi żmien tliet xhur – ir-raġunijiet għalfejn tkun irtirat test u tagħti wkoll risposta motivata għat-talbiet għal proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi;

13.  Iqis li t-tħassir ta' kwalunkwe referenza għall-użu ta' metodi alternattivi ta' regolamentazzjoni fil-FII l-ġdid huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Parlament li l-istrumenti legali nonvinkolanti jinħtieġ li jkunu applikati b'attenzjoni kbira u fuq bażi ġustifikata b'mod xieraq biss, mingħajr ħsara għaċ-ċertezza legali u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u wara konsultazzjoni mal-Parlament(26); jinsab imħasseb, barra minn hekk, li n-nuqqas ta' limiti ċari dwar l-użu ta' strumenti legali nonvinkolanti jista' saħansitra jħeġġeġ ir-rikors għalihom, mingħajr ebda garanzija li l-Parlament ikun jista' jwettaq skrutinju;

14.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaqblu li l-metodi alternattivi ta' regolamentazzjoni, sakemm dawn ikunu strettament meħtieġa, għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti ta' programmazzjoni pluriennali u annwali, sabiex jingħata lok għall-identifikazzjoni korretta u l-iskrutinju mil-leġiżlaturi;

Għodod għal tfassil aħjar tal-liġijiet

15.   Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jinfurmaw iżda qatt ma għandhom jieħdu post id-deċiżjonijiet politiċi jew jikkawżaw dewmien żejjed fil-proċess leġiżlattiv; jenfasizza li, tul il-proċess leġiżlattiv u fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha tal-leġiżlazzjoni proposta, trid tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-impatti potenzjali fuq dawk il-partijiet interessati li għandhom l-inqas possibbiltà li jippreżentaw it-tħassib tagħhom lil dawk responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi l-SMEs u oħrajn li ma għandhomx il-vantaġġ ta' aċċess faċli għall-Istituzzjonijiet; jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jagħtu attenzjoni ugwali b'mod partikolari lill-evalwazzjoni tal-konsegwenzi soċjali, tas-saħħa u dawk ambjentali, u li jrid jiġi vvalutat l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

16.   Ifakkar li l-SMEs jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-UE, jiġġeneraw 58 % tal-fatturat tal-UE u huma responsabbli għal żewġ terzi tal-impjiegi privati kollha; ifakkar li l-Kummissjoni, fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, impenjat ruħha li timplimenta l-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" fit-tfassil tal-politika tagħha, u li dan jinkludi t-test tal-SMEs biex jiġi vvalutat l-impatt tal-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi amministrattivi futuri fuq l-SMEs(27); ifakkar li fid-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-FII l-ġdid il-Parlament iddikjara li l-formulazzjoni tal-FII l-ġdid ma timpenjax biżżejjed lit-tliet Istituzzjonijiet biex jinkludu testijiet tal-SMEs u tal-kompetittività fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom(28); jenfasizza kemm hu importanti li l-impatt kemm fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni kif ukoll fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs jiġi kkunsidrat u jingħata l-attenzjoni dovuta fl-istadji kollha taċ-ċiklu leġiżlattiv u jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar jipprevedu li l-impatti potenzjali fuq l-SMEs u fuq il-kompetittività jridu jiġu kkunsidrati u rrapportati b'mod sistematiku fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-test tal-SMEs ħafna drabi jkun ikkaratterizzat minn nuqqas ta' kwalità u implimentazzjoni koerenti; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kif l-impatt fuq l-SMEs jista' jiġi kkunsidrat aħjar, u biħsiebu jsegwi din il-kwistjoni mill-qrib fis-snin li ġejjin;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, tivvaluta aħjar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-politiki tagħha, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, billi tikkunsidra wkoll l-ispiża tan-nuqqas ta' leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew u l-fatt li l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tikkostitwixxi biss wieħed minn bosta kriterji;

18.  Itenni l-appell tiegħu għall-inklużjoni obbligatorja fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha ta' analiżi bbilanċjata tal-impatti ekonomiċi, soċjali ambjentali u fuq is-saħħa fuq perjodu medju sa twil ta' żmien;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post biex teżamina l-kompatibbiltà ta' inizjattivi, proposti jew biċċiet ta' leġiżlazzjoni eżistenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-impatt tagħhom, rispettivament, fuq il-progress u l-implimentazzjoni ta' dawn l-Għanijiet;

20.  Ifakkar li l-idea ta' panel ad hoc indipendenti tekniku supplimentari fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-FII l-ġdid ma ġietx segwita ulterjorment matul in-negozjati; jinnota li l-għan tal-ħolqien ta' tali panel kien it-tisħiħ tal-indipendenza, it-trasparenza u l-oġġettività tal-valutazzjonijiet tal-impatt; ifakkar li ġie miftiehem, fil-paragrafu 15 tal-FII l-ġdid, li l-Parlament u l-Kunsill, fejn u meta jqisu li dan ikun adatt u neċessarju, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-emendi sostanzjali tagħhom għall-proposta tal-Kummissjoni, li huma assolutament meħtieġa sabiex jieħdu deċiżjoni infurmata u fuq bażi soda; ifakkar lill-kumitati tiegħu dwar l-importanza li jagħmlu użu minn din l-għodda kull fejn ikun meħtieġ;

21.  Jilqa' r-referenza fil-FII l-ġdid għall-inklużjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fil-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom dejjem jinkludu analiżi bir-reqqa u rigoruża tal-konformità ta' proposta mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità u jispeċifikaw il-valur miżjud Ewropew tagħha;

22.  Jinnota li għadd sinifikanti ta' proposti tal-Kummissjoni ma kinux akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt u li l-kumitati esprimew tħassib minħabba li l-kwalità u l-livell ta' dettall ivarja minn valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi għal valutazzjonijiet tal-impatt pjuttost superfiċjali; jinnota li fl-ewwel fażi ta' applikazzjoni tal-FII l-ġdid, 20 minn 59 proposta tal-Kummissjoni inklużi fid-dikjarazzjoni konġunta tal-2017 ma kinux akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt; ifakkar, f'dan ir-rigward, li, filwaqt li huwa, fi kwalunkwe każ, previst li l-inizjattivi li mistennija li jkollhom impatt soċjali, ekonomiku jew ambjentali sinifikanti għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt, il-paragrafu 13 tal-FII l-ġdid jiddikjara wkoll li l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni jew fid-dikjarazzjoni konġunta għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu akkompanjati minn valutazzjoni tal-impatt;

23.  Jilqa' l-fatt li l-FII jistipula li għandhom jitqiesu l-"valur miżjud Ewropew" ta' kwalunkwe azzjoni proposta min-naħa tal-Unjoni kif ukoll il-"kost tan-non-Ewropa" fin-nuqqas ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni meta tiġi stabbilita l-aġenda leġiżlattiva; jenfasizza li l-kost tan-non-Ewropa jista' jiġi stmat f'EUR 1 750 biljun fis-sena, ekwivalenti għal 12 % tal-PDG tal-UE (2016); ifaħħar il-ħidma tad-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (ERPS) f'dan il-kuntest;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkjarifika kif għandha l-ħsieb li tivvaluta l-kost tan-non-Ewropa – inter alia l-kost għall-produtturi, il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-amministraturi u l-ambjent minħabba n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni armonizzata fil-livell tal-UE u meta regoli nazzjonali diverġenti jikkawżaw kostijiet żejda u jnaqqsu l-effettività tal-politiki – kif imsemmi fil-paragrafi 10 u 12 tal-FII l-ġdid; jirrimarka li tali valutazzjoni jeħtieġ li ma ssirx biss f'każ ta' klawżoli ta' estinzjoni, lejn tmiem il-programm, jew meta jkun previst tħassir, iżda jinħtieġ li titqies ukoll f'każijiet fejn l-azzjoni jew il-leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE tkun għadha mhux fis-seħħ jew tkun taħt rieżami;

25.  Ifakkar li l-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt preċedenti ġie sostitwit b'Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ġdid, biex b'hekk tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bord; ifakkar li l-indipendenza, it-trasparenza u l-oġġettività tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u l-ħidma tiegħu jridu jiġu mħarsa u li l-membri tal-Bord ma għandhom jiġu soġġetti għall-ebda kontroll politiku(29); jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-opinjonijiet kollha tal-Bord, inklużi dawk negattivi, isiru pubbliċi u aċċessibbli fl-istess waqt meta jiġu ppubblikati l-valutazzjonijiet tal-impatt rilevanti; jitlob evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-twettiq tar-rwol tiegħu fis-superviżjoni u fl-għoti ta' pariri oġġettivi dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt;

26.  Jirrimarka li d-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament, stabbilit fi ħdan l-amministrazzjoni tiegħu, jassisti lill-kumitati parlamentari u joffrilhom varjetà ta' servizzi, li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli riżorsi suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-Membri u l-kumitati jirċievu l-aħjar appoġġ possibbli disponibbli; jinnota b'apprezzament il-fatt li l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati adottat verżjoni aġġornata tal-"Impact Assessment Handbook – Guidelines for Committees" (Manwal għall-Valutazzjoni tal-Impatt - Linji Gwida għall-Kumitati) fit-12 ta' Settembru 2017;

27.  Jistieden lill-kumitati kollha jeżaminaw sistematikament il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u jeżaminaw l-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt ex ante tal-Parlament kmieni kemm jista' jkun fil-proċess leġiżlattiv;

28.   Ifakkar li skont il-paragrafu 14 tal-FII l-ġdid, il-Parlament Ewropew, waqt li jkun qed jikkunsidra l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni, se jieħu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-kumitati parlamentari jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tal-impatt tagħha u l-opzjoni ta' politika magħżula f'laqgħa tal-kumitat sħiħ u jistieden lill-kumitati tiegħu jagħmlu użu minn din l-opportunità b'mod aktar regolari, kif ukoll mill-possibbiltà li jaraw preżentazzjoni tal-evalwazzjoni inizjali tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni mis-servizzi proprja tal-Parlament; jindika, madankollu, li dan ma jridx iwassal għar-restrizzjoni tal-ispazju ta' manuvra tal-koleġiżlaturi;

29.  Jilqa' l-possibbiltà li l-Kummissjoni tikkomplementa l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha stess matul il-proċess leġiżlattiv; iqis li l-paragrafu 16 tal-FII l-ġdid għandu jiġi interpretat fis-sens li, fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, bħala regola ġenerali, tipprovdi minnufih tali valutazzjonijiet tal-impatt komplementari;

30.  Jisħaq fuq l-importanza li l-partijiet ikkonċernati jiġu involuti u kkonsultati pubblikament, b'mod trasparenti u f'waqtu, u li jingħataw biżżejjed żmien għal risposti sinifikanti; isostni li hu essenzjali li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi bil-lingwi uffiċjali kollha matul il-fażi ta' tħejjija;

31.  Jinnota li, kif speċifikat fil-paragrafu 17 tal-FII l-ġdid dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, "kull waħda mit-tliet Istituzzjonijiet hija responsabbli li tiddeċiedi kif torganizza l-ħidma tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, inklużi r-riżorsi interni tal-organizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità";

32.  Jilqa' l-fatt li fil-paragrafu 17 tal-FII l-ġdid, it-tliet Istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jiskambjaw informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u metodoloġiji b'rabta mal-valutazzjonijiet tal-impatt; huwa tal-opinjoni li dan għandu jinkludi l-kondiviżjoni tad-data mhux ipproċessata li tirfed il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni kull fejn ikun possibbli, u b'mod partikolari meta l-Parlament jiddeċiedi li jikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni bil-ħidma ulterjuri tiegħu stess; iħeġġeġ, għal dak il-għan, is-servizzi tat-tliet Istituzzjonijiet biex jikkooperaw kemm jista' jkun possibbli, inkluż fir-rigward ta' sessjonijiet ta' taħriġ konġunti dwar il-metodoloġiji tal-valutazzjoni ta' l-impatt, bil-ħsieb, barra minn hekk, li tinkiseb metodoloġija interistituzzjonali komuni futura;

33.  Isostni li, bħalma jgħid il-paragrafu 18 tal-FII, huwa essenzjali li "l-valutazzjoni tal-impatt inizjali tal-Kummissjoni u kwalunkwe ħidma addizzjonali fuq il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa matul il-proċess leġiżlattiv" mill-Istituzzjonijiet ser isiru pubbliċi sa tmiem il-proċess leġiżlattiv fl-interess tat-trasparenza fil-konfront taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati;

34.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-partijiet interessati, fosthom it-trade unions u s-soċjetà ċivili, għandhom ikunu jistgħu jagħtu kontribut effettiv għall-proċess ta' valutazzjoni tal-impatt kmieni kemm jista' jkun fil-fażi ta' konsultazzjoni, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, għal dak il-għan, biex tagħmel użu aktar sistematiku mill-pjanijiet direzzjonali u l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu u tippubblikahom fi żmien debitu fil-bidu tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt;

35.  Jilqa' l-impenn magħmul mill-Kummissjoni li, qabel ma tadotta proposta, twettaq konsultazzjoni wiesgħa u tħeġġeġ, b'mod partikolari, il-parteċipazzjoni diretta tal-SMEs, tas-soċjetà ċivili u ta' utenti finali oħrajn fil-konsultazzjonijiet; jinnota b'sodisfazzjon li l-Linji Gwida riveduti tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar ħadu din id-direzzjoni;

36.  Jissottolinja d-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet interessati, li għandhom iservu ta' għodda importanti kemm fil-fażi ta' tħejjija kif ukoll matul il-proċess leġiżlattiv kollu;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-iskadenzi obbligatorji stabbiliti għar-rapporti ta' implimentazzjoni u għar-rieżami tad-direttivi u r-regolamenti;

38.  Jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni eżistenti, f'konformità mal-prinċipju "l-ewwel evalwa", u jirrakkomanda li, kull meta jkun possibbli, din tieħu l-forma ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex post bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija bħall-valutazzjoni tal-impatt ex ante relatata mal-istess biċċa leġiżlazzjoni, biex b'hekk tkun tista' ssir valutazzjoni aħjar tal-prestazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni;

39.  Jilqa' l-paragrafu 22 tal-FII l-ġdid, fejn, sabiex jappoġġaw dawn il-proċessi, it-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jistabbilixxu, kif xieraq, rekwiżiti ta' rapportar, monitoraġġ u evalwazzjoni fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li jevitaw ir-regolamentazzjoni eċċessiva u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri; jinnota l-isfidi marbutin mal-ġbir tad-data fl-Istati Membri dwar il-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;

40.  Jilqa' l-paragrafu 23 tal-FII l-ġdid, fejn it-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li b'mod sistematiku jqisu l-użu tal-klawżoli ta' rieżami fil-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi klawżoli ta' rieżami fil-proposti tagħha kull meta jkun xieraq u, jekk le, biex tiddikjara r-raġunijiet tagħha għalfejn ma tkunx żammet ma' din ir-regola ġenerali;

Strumenti leġiżlattivi

41.   Jilqa' l-impenji magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja kull waħda mill-proposti tagħha; jesprimi sodisfazzjon partikolari għall-fatt li l-Kummissjoni se tispjega wkoll kif il-miżuri proposti huma ġustifikati fid-dawl tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' valutazzjoni u ġustifikazzjoni msaħħa u komprensivi rigward il-konformità ma' dawn il-prinċipji kif ukoll il-valur miżjud Ewropew tal-miżura proposta;

42.  Iqis li hemm bżonn ta' konsistenza bejn il-memorandum ta' spjegazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt relatata mal-istess proposta; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura tali konsistenza u biex tispjega l-għażla magħmula meta titbiegħed mill-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt;

43.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-paragrafu 25 tal-FII l-ġdid, il-Kummissjoni impenjat ruħha biss li "tieħu kont dovut tad-differenzi fin-natura u l-effetti bejn ir-regolamenti u d-direttivi"; itenni t-talba tiegħu li, fuq l-istess approċċ bħal dak deskritt fir-rapport Monti, għandu jsir użu akbar mir-regolamenti fil-proposti leġiżlattivi(30), f'konformità mar-rekwiżiti legali stabbiliti bit-Trattati fir-rigward tal-użu tagħhom, sabiex jiġu żgurati konsistenza, sempliċità u ċertezza legali madwar l-Unjoni;

44.  Jilqa' l-impenn tat-tliet Istituzzjonijiet li jkollhom skambju ta' fehmiet dwar il-modifiki tal-bażi ġuridika, kif imsemmi fil-paragrafu 25 tal-FII l-ġdid; jenfasizza r-rwol u l-kompetenza esperta tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Legali fil-verifika tal-bażijiet ġuridiċi(31); ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li se jirreżisti kwalunkwe tentattiv li jdgħajjef is-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew permezz ta' modifika mhux meħtieġa tal-bażi ġuridika; jistieden lill-Kunsill biex jirrispetta bis-sħiħ l-impenn tiegħu li jkollu djalogu mal-Parlament f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-bażi ġuridika proposta, speċjalment f'fajls li jkunu politikament sensittivi;

45.  Jenfasizza l-fatt li l-għażla tal-bażi ġuridika għall-proposta tal-Kummissjoni għandha ssir abbażi ta' raġunijiet oġġettivi soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; jenfasizza, madankollu, id-dritt tal-Parlament, bħala koleġiżlatur, li jipproponi modifiki għall-bażi ġuridika, abbażi tal-interpretazzjoni li jagħti lit-Trattati;

Atti delegati u ta' implimentazzjoni

46.  Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju minqux fil-paragrafu 26 tal-FII l-ġdid, u jtenni li hija l-kompetenza tal-leġiżlatur li jiddeċiedi, fil-limiti tat-Trattati u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, jekk u sa liema punt għandhomx jintużaw atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni(32);

47.  Jinnota li d-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni mhijiex sempliċement kwistjoni teknika iżda tista' tinvolvi wkoll kwistjonijiet ta' sensittività politika li huma ta' importanza konsiderevoli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi u għan-negozji tal-UE;

48.  Jilqa' l-isforz tal-Kummissjoni biex tirrispetta l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 27 tal-FII l-ġdid biex tipproponi l-allinjament tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-RPS; jikkunsidra wkoll li, bħala regola, il-każijiet kollha li ġew trattati qabel taħt l-RPS issa għandhom ikunu allinjati mal-Artikolu 290 tat-TFUE u għalhekk jiġu konvertiti f'atti delegati(33);

49.  Iwissi li l-inklużjoni tal-obbligu għall-Kummissjoni ta' rikors sistematiku għall-esperti tal-Istati Membri b'rabta mat-tħejjija tal-atti delegati m'għandux iwassal biex il-proċedura rilevanti ssir simili ħafna, jekk mhux għal kollox identika, għal dik stabbilita għat-tħejjija tal-atti ta' implimentazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-prerogattivi proċedurali mogħtija lil dawk l-esperti; iqis li dan ukoll jista' jċajpar id-differenzi bejn iż-żewġ tipi ta' atti sal-punt li dan jista' jimplika qawmien mill-ġdid de facto tal-mekkaniżmu ta' komitoloġija ta' qabel it-Trattat ta' Lisbona;

50.  jesprimi nuqqas ta' sodisfazzjon dwar il-fatt li, minkejja l-konċessjonijiet magħmula mill-Parlament, il-Kunsill għadu jsibha bi tqila li jaċċetta atti delegati meta l-kriterji tal-Artikolu 290 tat-TFUE jkunu ssodisfati; ifakkar li, kif stipulat fil-premessa 7 tiegħu, il-FII l-ġdid għandu jiffaċilita n-negozjati fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jtejjeb l-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'diversi fajls leġiżlattivi l-Kunsill, madankollu, insista fuq l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE jew fuq l-inklużjoni tal-elementi kollha eliġibbli in abstracto għad-delega tas-setgħat jew tal-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni fl-att bażiku nnifsu; jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li, f'dawk il-każijiet, il-Kummissjoni ma ddefendietx il-proposti oriġinali tagħha stess;

51.  Huwa preokkupat ħafna li l-Kunsill qed jipprova, kważi b'mod sistematiku, jissostitwixxi l-atti delegati b'atti ta' implimentazzjoni; iqis li huwa partikolarment inaċċettabbli li l-Kunsill qed jipprova juża l-allinjament ta' wara Lisbona biex jissostitwixxi l-RPS b'atti ta' implimentazzjoni, minflok b'atti delegati;

52.  Jilqa' l-bidu tan-negozjati interistituzzjonali msemmija fil-paragrafu 28 tal-FII l-ġdid; jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu dwar kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014(34); iqis li dawn għandhom ikunu l-bażi għal dawk in-negozjati;

53.  Ifakkar li elementi sinifikanti politikament, bħal-listi jew ir-reġistri tal-Unjoni ta' prodotti jew sustanzi, għandhom jibqgħu parti integrali minn att bażiku – meta jkun xieraq fil-forma ta' annessi – u għalhekk għandhom jiġu emendati biss permezz ta' atti delegati; jenfasizza li l-ħolqien ta' listi indipendenti għandu jiġi evitat fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt;

54.  Iqis li l-kriterji għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE jridu jieħdu kont tas-sentenzi tal-QtĠ-UE, bħal dawk maħruġa fil-każ tal-Bijoċidi, fil-każ l-att delegat tas-CEF u fil-każ tal-Mekkaniżmu ta' Reċiproċità tal-Viża(35);

55.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li jekk tkun meħtieġa kompetenza akbar fit-tħejjija bikrija tal-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħmel użu mill-gruppi ta' esperti, tikkonsulta lill-partijiet interessati fil-mira u twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi, kif xieraq; iqis li, kull meta jinbeda tali proċess ta' konsultazzjoni, il-Parlament għandu jiġi infurmat debitament;

56.  Jinnota b'apprezzament il-fatt li l-Kummissjoni, fil-paragrafu 28 tal-FII l-ġdid, qablet li tiżgura li l-Parlament u l-Kunsill ikollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha dwar l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni, b'tali mod li huma jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri; jilqa' l-fatt li l-esperti tal-Parlament u tal-Kunsill se jkollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri u li jikkonċernaw it-tħejjija ta' atti delegati; jistieden lill-Kummissjoni biex tosserva dan l-impenn b'mod ġenwin u konsistenti; jinnota li tali aċċess diġà ttejjeb;

57.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni informali aħjar matul il-fażi ta' tħejjija tal-atti delegati u tal-atti ta' implimentazzjoni; iwissi kontra r-riskju li tintesa l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi, kif espressa f'att leġiżlattiv u bħala parti mill-għan tiegħu, fit-tħejjija tal-atti delegati u tal-atti ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-importanza tar-Reġistru tal-Atti Delegati, li issa sar operattiv;

58.  Jiddispjaċih minħabba l-fatt li f'ħafna okkażjonijiet il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta' livell 2 proposti mit-tliet awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji (l-ESAME, l-EBA u l-EIOPA) jiġu adottati mingħajr tibdil, u dan inaqqas il-ħin ta' skrutinju disponibbli għall-Parlament meta jiġu introdotti tibdiliet importanti jew numru sostanzjali ta' tibdiliet;

59.  Ifaħħar il-progress rapidu li sar fil-livell interistituzzjonali fl-istabbiliment ta' reġistru funzjonali konġunt ta' atti delegati u jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija uffiċjali tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017;

60.  Jistenna bil-ħerqa li juża reġistru strutturat sew u faċli għall-utent ta' atti delegati, li ġie ppubblikat fit-12 ta' Diċembru 2017 u li kien ġie mitlub mill-Parlament;

61.  Jinnota li proċeduri leġiżlattivi mtejba fil-livell tal-UE, b'kooperazzjoni interistituzzjonali f'waqtha u aktar profonda, jistgħu jwasslu għal applikazzjoni aktar konsistenti u armonizzata tad-dritt tal-UE;

Trasparenza u koordinazzjoni tal-proċess leġiżlattiv

62.  Jilqa' l-fatt li skont il-paragrafu 32 tal-FII l-ġdid, il-Parlament u l-Kunsill, bħala l-koleġiżlaturi, se jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fuq l-istess livell, u l-Kummissjoni għandha twettaq ir-rwol tagħha bħala faċilitatur billi tittratta ż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva bl-istess mod; ifakkar li dan il-prinċipju diġà huwa minqux fit-Trattat ta' Lisbona; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħmel id-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-proposti leġiżlattivi, inklużi d-dokumenti informali, disponibbli għaż-żewġ leġiżlaturi fl-istess ħin u, meta jkun fattibbli, tippubblikahom;

63.  Jiddeplora l-fatt li l-paragrafi 33 u 34 tal-FII l-ġdid għadhom ma wasslux għal titjib fil-fluss tal-informazzjoni mill-Kunsill, partikolarment peress li jidher li hemm nuqqas ġenerali ta' informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill u ma hemm l-ebda approċċ sistematiku li jiffaċilita l-iskambju reċiproku tal-fehmiet u l-informazzjoni; jinnota bi tħassib li l-fluss ta' informazzjoni normalment ivarja ħafna bejn Presidenza u oħra u bejn is-servizzi tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; jenfasizza l-aċċess asimmetriku għal informazzjoni bejn il-koleġiżlaturi, peress li l-Kunsill jista' jattendi laqgħat tal-kumitati parlamentari iżda r-rappreżentanti tal-Parlament ma jkunux mistednin biex jattendu l-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill; iqis, għalhekk, li huwa mixtieq approċċ li jkun trasparenti b'mod koerenti; jissuġġerixxi li l-Kunsill, bħala regola, għandu jmexxi l-laqgħat kollha tiegħu fil-pubbliku kif jagħmel il-Parlament;

64.  Jitlob li l-paragrafi 33 u 34 tal-FII l-ġdid jiġu implimentati bis-sħiħ; jitlob lill-Kunsill, b'mod partikolari, li l-aġendi, id-dokumenti ta' ħidma u l-proposti tal-gruppi ta' ħidma u tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper) jintbagħtu lill-Parlament b'mod regolari u strutturat sabiex jingħata lok għal livell ekwu ta' informazzjoni bejn il-koleġiżlaturi; iqis li l-paragrafi 33 u 34 tal-FII l-ġdid jinħtieġ li jiġu interpretat fis-sens li, minnbarra l-iskambji informali ta' fehmiet, il-Parlament jista' jkun mistieden jibgħat rappreżentant għal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill u l-Coreper;

65.  Jenfasizza li, fi ħdan it-tifsir tal-paragrafi 35 u 36 rispettivament tal-FII l-ġdid, is-sinkronizzazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-proċess leġiżlattiv jistgħu jsiru biss jekk ikun żgurat li l-prerogattivi ta' kull Istituzzjoni jiġu ppriżervati kompletament; iqis, għalhekk, li s-sinkronizzazzjoni jew l-aċċellerazzjoni bl-ebda mod ma tista' twassal għall-impożizzjoni ta' skeda ta' żmien fuq il-Parlament minn Istituzzjonijiet oħra;

66.  Iħeġġeġ sabiex jiżdiedu l-isforzi biex tiġi stabbilita l-bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi msemmija fil-paragrafu 39 tal-FII l-ġdid; ifakkar li din il-bażi tad-data għandha tinkludi informazzjoni dwar il-passi kollha tal-proċedura leġiżlattiva biex tiffaċilita t-traċċabilità tagħha; jissuġġerixxi li tali informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt;

67.  Ifakkar lit-tliet istituzzjonijiet tal-UE li jeħtieġ isir aktar progress fl-istabbiliment ta' bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi;

68.  Jipproponi li l-Kunsill jiltaqa' mill-inqas darba mal-Parlament fil-qafas tal-proċedura ta' konsultazzjoni sabiex il-Parlament ikun jista' jippreżenta u jiġġustifika r-raġunijiet għall-emendi approvati, filwaqt li l-Kunsill ikun jista' jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar kull waħda minnhom; jipproponi, fi kwalunkwe każ, li l-Kunsill jipprovdi tweġiba bil-miktub;

69.  Jissuġġerixxi li l-Parlament iwettaq studju kwantitattiv dwar l-effettività tal-proċedura ta' konsultazzjoni;

70.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-qafas ta' żmien stabbilit fir-Regolament tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex tiddeċiedi jekk tapprovax, temendax jew ma tapprovax l-istandards tekniċi abbozzati u, bħala minimu, tinforma uffiċjalment lill-koleġiżlaturi bil-quddiem sew jekk, fuq bażi straordinarja, ikollha l-ħsieb li ma tirrispettax dan iż-żmien, filwaqt li tagħti wkoll ir-raġunijiet tagħha għal dan; jenfasizza l-fatt li dan l-aħħar il-Kummissjoni naqset milli tagħmel dan f'bosta każijiet; ifakkar lill-Kummissjoni li l-proċeduri li permezz tagħhom il-Parlament jiddikjara li m'għandux oġġezzjonijiet għal att mhumiex maħsuba biex jikkumpensaw għal dewmien li joriġina min-naħa tal-Kummissjoni u li dawn il-proċeduri għandhom impatt sinifikanti fuq iż-żmien disponibbli għall-Parlament biex jeżerċita d-drittijiet ta' skrutinju tiegħu;

71.  Jilqa' l-fatt li n-negozjati interistituzzjonali msemmija fil-paragrafu 40 tal-FII l-ġdid bdew f'Novembru tal-2016; jinnota b'diżappunt li wara aktar minn sena ta' diskussjonijiet, żewġ sessjonijiet ta' negozjati fil-livell politiku u għadd ta' laqgħat fil-livell tekniku, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim minkejja ġurisprudenza ċara u stabbilita;

72.  Jilqa' t-tgħarrif bil-miktub mogħti mill-Kummissjoni qabel il-konferenzi internazzjonali u t-tgħarrif orali ta' kuljum mogħti mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni matul dawn il-konferenzi;

73.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Parlament ma jitħalliex jattendi, bħala osservatur, il-laqgħat ta' koordinazzjoni tal-UE matul il-konferenzi internazzjonali;

74.  Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet tal-UE jikkonkludu – fi żmien debitu– in-negozjati dwar arranġamenti prattiċi mtejba għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni li nbdew f'Novembru 2016 f'konformità mal-paragrafu 40 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

75.  Ifakkar lill-Kunsill u l-Kummissjoni li l-arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali jridu jkunu konformi mat-Trattati, b'mod partikolari l-Artikolu 218(10) tat-TFUE, u jieħdu kont tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħal dawk maħruġa fil-każ tat-Tanzanija u fil-każ ta' Mauritius(36);

76.  Jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra jikkonformaw mat-Trattati u mar-regolamenti u josservaw il-ġurisprudenza rilevanti sabiex jiżguraw li l-Parlament:

a.  ikun informat minnufih, bis-sħiħ u b'mod preċiż dwar iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-ftehimiet internazzjonali b'mod proattiv, strutturat u simplifikat, mingħajr ma tiġi mminata l-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE u filwaqt li jingħata biżżejjed żmien biex jesprimi l-fehmiet tiegħu fl-istadji kollha u jara li tali fehmiet jiġu kkunsidrati kemm jista' jkun;

b.  ikun informat b'mod preċiż u jkun involut fl-istadju ta' implimentazzjoni tal-ftehimiet u, speċjalment fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi stabbiliti mill-ftehimiet, jitħalla jeżerċita bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu bħala koleġiżlatur meta dawn id-deċiżjonijiet ikollhom impatt fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE;

c.  ikun informat b'mod proattiv dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'fora internazzjonali bħalma huma d-WTO, l-UNCTAD, l-OECD, l-UNDP, l-FAO u l-UNHCR;

77.  Jemmen li huwa essenzjali li tiġi rispettata b'mod orizzontali l-prattika dejjiema li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu qabel ma jiġu applikati b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet kummerċjali u ta' investiment ta' ftehimiet politikament importanti, bi qbil ukoll mal-impenn li ħadet il-Kummissarju Malmström fis-smigħ tagħha fid-29 ta' Settembru 2014; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkomplu jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha;

78.  Jinnota li l-Parlament jinsab lest li jressaq kawża quddiem il-QtĠ-UE għal darb' oħra sabiex jiżgura li d-drittijiet tal-Parlament jiġu rispettati jekk ma jsir l-ebda progress konklużiv fil-futur qarib fin-negozjati dwar il-paragrafu 40 tal-FII l-ġdid;

79.  Jinnota li kull istituzzjoni għandha tkun konxja li r-responsabilità tagħha bħala leġiżlatur ma tiqafx ladarba jiġu konklużi l-ftehimiet internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni u l-isforzi li għaddejjin sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet qed jilħqu l-għanijiet tagħhom; jitlob li l-istituzzjonijiet jestendu l-aħjar prattiki u approċċ kollaborattiv għall-fażijiet ta' implimentazzjoni u ta' evalwazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali;

80.  Jinnota li l-valutazzjonijiet tal-impatt, inkluża analiżi tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jaf ikunu għodda importanti fin-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali u dwar l-investiment u jistgħu jgħinu lill-partijiet jikkonformaw mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, u jfakkar fin-natura vinkolanti ta' ftehimiet bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

81.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw bis-sħiħ id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, kif jista' jiġi dedott mill-Opinjoni 2/15 tal-QtĠ-UE tas-16 ta' Mejju 2017, għall-adozzjoni ta' direttivi ta' negozjar, negozjati u l-bażi ġuridika tal-proposti li jridu jiġu ffirmati u konklużi, u b'mod partikolari għall-firma tal-Kunsill u l-konklużjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;

82.  Jistieden lir-rappreżentanti Ewropej jagħtu attenzjoni partikolari għall-konsistenza bejn l-istandards/ir-rekwiżiti internazzjonali u l-leġiżlazzjoni adottata u vinkolanti tal-UE;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżvela d-dokumenti li jiddeskrivu l-pożizzjoni tagħha f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards fl-oqsma finanzjarji, monetarji u regolatorji, b'mod partikolari l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja; jitlob li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-istandards internazzjonali li jista' jkollhom impatt fuq id-dritt tal-UE;

84.  Jitlob l-istabbiliment u l-formalizzazzjoni ta' djalogu finanzjarju dwar l-adozzjoni u l-koerenza tal-pożizzjonijiet Ewropej fit-tħejjija għal negozjati internazzjonali ewlenin, skont ir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji; jenfasizza li, abbażi ta' linji gwida dettaljati, li potenzjalment jistgħu jiġu kkomplementati b'riżoluzzjonijiet ta' gwida proattivi, dawn il-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu diskussi u jkunu magħrufa ex ante, filwaqt li jiġi żgurat segwitu, fejn il-Kummissjoni tirrapporta lura b'mod regolari dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-linji gwida;

85.   Ifakkar fid-dikjarazzjoni tiegħu adottata fil-15 ta' Marzu 2018 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, fejn il-Parlament wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li r-rwol u d-drittijiet tiegħu bħala koleġiżlatur ugwali mal-Kunsill, ma ġewx ikkunsidrati debitament;

86.   Jirrikonoxxi l-mandat approvat mill-Coreper fis-6 ta' Diċembru 2017 li jaqbel dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal reġistru ta' trasparenza obbligatorju; jistieden lill-partijiet kollha jiffinalizzaw in-negozjati fi spirtu ta' kooperazzjoni tajba biex titjieb it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv;

Implimentazzjoni u applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

87.  Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju stipulat fil-paragrafu 43 tal-FII l-ġdid, li meta, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jagħżlu li jżidu elementi li bl-ebda mod ma jkunu relatati ma' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tali żidiet għandhom ikunu identifikabbli permezz tal-att(i) ta' traspożizzjoni, jew permezz ta' dokumenti assoċjati; jinnota li din l-informazzjoni għadha tkun nieqsa ta' spiss; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu b'mod konġunt u konsistenti biex jindirizzaw in-nuqqas ta' trasparenza u problemi oħra relatati ma' regolamentazzjoni żejda(37);

88.  Huwa tal-fehma li fl-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni ta' atti tal-UE, trid issir distinzjoni ċara bejn każijiet ta' "regolamentazzjoni żejda", fejn l-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti amministrattivi addizzjonali mhux relatati mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-istabbiliment ta' standards ogħla li jmorru lil hinn mill-istandards minimi fl-UE kollha għall-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur, il-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;

89.   Iqis li, sabiex jitnaqqsu l-problemi relatati mar-regolamentazzjoni żejda, it-tliet Istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jadottaw leġiżlazzjoni tal-UE li tkun ċara u tista' tiġi trasposta faċilment, u li jkollha valur miżjud Ewropew speċifiku; ifakkar li, filwaqt li għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, dan ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jkollhom jew jieħdu miżuri aktar ambizzjużi u jadottaw standards soċjali, ambjentali u ta' protezzjoni tal-konsumatur ogħla f'każijiet fejn ikunu definiti biss standards minimi mid-dritt tal-Unjoni;

90.  Jistieden lill-Istati Membri jevitaw kemm jista' jkun li joħolqu rekwiżiti amministrattivi addizzjonali meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE, u f'konformità mal-paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali, jagħmlu dawn iż-żidiet identifikabbli fl-att ta' traspożizzjoni jew fid-dokumenti assoċjati;

91.  Ifakkar li skont il-paragrafu 44 tal-FII l-ġdid, l-Istati Membri mistiedna jikkooperaw mal-Kummissjoni fil-kisba tal-informazzjoni u d-data meħtieġa biex l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tiġi mmonitorjata u evalwata; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jirrispettaw l-impenji tagħhom, inkluż billi jipprovdu tabelli ta' korrelazzjoni li jkun fihom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-direttivi fl-ordni ġuridiku domestiku tagħhom, kif miftiehem fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni u fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni;

92.  Iqis li l-impenn meħud mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 45 tal-FII l-ġdid għandu jiġi interpretat fis-sens li, bir-rispett dovut għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità, l-aċċess tal-Parlament għal informazzjoni relatata ma' proċeduri ta' qabel il-ksur u ta' ksur se jissaħħaħ b'mod konsiderevoli; itenni, għal dan il-għan, it-talbiet li ilu jagħmel lill-Kummissjoni fir-rigward tad-data li l-Parlament huwa intitolat jaċċessa(38);

93.  Itenni l-apprezzament tiegħu fir-rigward tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-problemi EU Pilot bħala mod aktar informali, iżda xorta waħda effettiv, biex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni min-naħa tal-Istati Membri(39); ma japprovax it-tħabbira tal-Kummissjoni li, bħala regola ġenerali, se tniedi proċeduri ta' ksur mingħajr ma tibqa' tibbaża ruħha fuq dan il-mekkaniżmu(40);

94.  Jirrimarka li l-Membri tal-Kummissjoni huma obbligati jirrispettaw il-prerogattivi leġiżlattivi tal-Membri tal-Parlament Ewropew; huwa tal-fehma li dawn għandhom jipprovdu lill-Parlament l-istudji kollha mwettqa b'mod indipendenti li abbażi tagħhom ikunu ħadu d-deċiżjonijiet tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jiżvelaw dawk li jikkontradixxu l-konklużjonijiet tagħhom;

95.  Jiddispjaċih li mhux it-traduzzjonijiet kollha tal-proposti leġiżlattivi jsiru disponibbli fl-istess ħin, u dan iwassal għal dewmien fil-proċess leġiżlattiv;

96.  Jisħaq fuq il-punt li f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni tal-UE effikaċi għandha timmira li tiżgura li l-proċeduri stabbiliti fiha jkunu jaqblu mal-iskop sottostanti tal-att leġiżlattiv innifsu, u partikolarment mal-mira aħħarija tal-ħarsien tal-ambjent f'dak li jikkonċerna l-iżgurar ta' grad għoli ta' protezzjoni ambjentali.

97.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma li qed issir fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-valutazzjoni tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni proprja, u bħala bażi għat-titjib tat-testi u l-proċeduri leġiżlattivi; jinnota, f'dan ir-rigward, kemm hu importanti li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali ġenwina mal-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-petizzjonijiet jiġu eżaminati kif suppost;

Simplifikazzjoni

98.  Jilqa' l-impenn meħud fil-paragrafu 46 tal-FII l-ġdid favur użu aktar frekwenti tat-teknika leġiżlattiva ta' riformulazzjoni; itenni li din it-teknika għandha tikkostitwixxi t-teknika leġiżlattiva ordinarja bħala għodda imprezzabbli biex tinkiseb is-simplifikazzjoni(41); iqis, madankollu, li fil-każ ta' riforma politika sħiħa, il-Kummissjoni għandha, minflok tuża riformulazzjoni teknika, tressaq proposta għal att legali ġdid għal kollox li jħassar il-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'diskussjonijiet politiċi wiesgħa u jaraw li l-prerogattivi tagħhom kif minquxa fit-Trattati jkunu ppreżervati għal kollox;

99.  Ifakkar li, fil-valutazzjoni tal-piżijiet amministrattivi u regolatorji mhux meħtieġa, skont il-ftehim milħuq bejn it-tliet Istituzzjonijiet fil-paragrafi 47 u 48 tal-FII l-ġdid, u meta jiġu eżaminati l-objettivi ta' tnaqqis ta' piż possibbli sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-amministrazzjonijiet u n-negozji, inklużi l-SMEs, it-tfassil aħjar tal-liġijiet, fejn xieraq, jista' jfisser ukoll iktar leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża l-armonizzazzjoni tad-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b'kont meħud tal-benefiċċji tal-miżuri leġiżlattivi u l-konsegwenzi f'każ ta' nuqqas ta' azzjoni fil-livell tal-UE fir-rigward tal-istandards ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumatur, u filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-Istati Membri huma ħielsa li japplikaw standards ogħla jekk ikunu definiti biss standards minimi mid-dritt tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li l-klawsola soċjali orizzontali minquxa fl-Artikolu 9 tat-TFUE tirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra bir-reqqa l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-istandards soċjali u l-impjiegi, b'konsultazzjoni xierqa tal-partijiet soċjali interessati, b'mod partikolari t-trade unions, il-konsumaturi u r-rappreżentanti tal-interessi tal-gruppi vulnerabbli, u b'rispett għall-awtonomija tas-sħab soċjali u l-ftehimiet li jistgħu jikkonkludu f'konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE; jenfasizza, għalhekk, li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mhux bilfors ifisser deregolamentazzjoni u li, fi kwalunkwe każ, dan m'għandux jikkomprometti d-drittijiet fundamentali u l-istandards ambjentali, soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa u s-sikurezza, ta' protezzjoni tal-konsumatur, ta' ugwaljanza bejn is-sessi jew ta' benesseri tal-annimali, inklużi r-rekwiżiti ta' informazzjoni relatati magħhom, u għalhekk ma għandux ikun ta' detriment għad-drittijiet tal-ħaddiema – irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija –, jew iwassal għal żieda fil-kuntratti ta' impjieg prekarju;

100.   Jilqa' l-ewwel stħarriġ annwali tal-Kummissjoni dwar il-piżijiet imwettaq fil-kuntest tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, li fir-rigward tiegħu wettqet stħarriġ Flash tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjonijiet tan-negozju dwar ir-regolament, fejn intervistat aktar minn 10 000 negozju fit-28 Stat Membru, b'mod partikolari l-SMEs, u tat stampa tad-distribuzzjoni tan-negozju fl-UE; jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet tal-istħarriġ, li jikkonfermaw li l-enfasi fuq il-qtugħ tal-ispejjeż żejda għadha xierqa u jissuġġerixxu li hemm interazzjoni kumplessa ta' fatturi differenti li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tan-negozji, li tista' tkun ikkawżata wkoll minn varjazzjonijiet fil-konfigurazzjonijiet amministrattivi u legali nazzjonali li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jirrimarka li r-regolamentazzjoni żejda u anki l-kopertura mhux eżatta min-naħa tal-midja jistgħu jaffettwaw ukoll din il-perċezzjoni; iqis li l-kunċett ta' stħarriġ annwali dwar il-piżijiet, filwaqt li huwa għodda importanti għall-identifikazzjoni ta' problemi rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ma jistax iwassal biex wieħed jassumi li r-regolamentazzjoni tirriżulta, min-natura tagħha stess, f'piżijiet amministrattivi eċċessivi; jaqbel mal-Kummissjoni li l-uniku mezz sabiex jiġi identifikat b'mod konkret dak kollu li tassew jista' jiġi ssimplifikat, imħaffef jew eliminat huwa li jinkisbu l-fehmiet tal-partijiet interessati kollha, inklużi dawk b'rappreżentanza inqas b'saħħitha, dwar biċċiet ta' leġiżlazzjoni speċifiċi jew diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni li japplikaw għal settur partikolari; jistieden lill-Kummissjoni biex tirfina l-istħarriġ annwali dwar il-piżijiet, abbażi tal-lezzjonijiet misluta mill-ewwel edizzjoni, biex tapplika metodi ta' ġbir ta' data trasparenti u verifikabbli, biex tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-SMEs, u biex tinkludi kemm il-piżijiet reali kif ukoll dawk perċepiti;

101.  barra minn hekk, jinnota l-eżitu tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fattibbiltà, mingħajr detriment għall-għan tal-leġiżlazzjoni, tal-istabbiliment ta' objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet f'setturi speċifiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ta' tnaqqis tal-piżijiet għal kull inizjattiva b'mod flessibbli iżda b'mod affidabbli u bbażat fuq l-evidenza, u f'konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet interessati, kif tagħmel diġà fir-REFIT;

102.  Jenfasizza li standard tal-UE fil-prinċipju jissostitwixxi 28 standard nazzjonali, u dan isaħħaħ is-suq intern u jwassal għal inqas burokrazija;

103.  Jenfasizza l-importanza li tiġi evitata burokrazija żejda u li titqies il-korrelazzjoni bejn id-daqs tal-kumpanija u r-riżorsi meħtieġa biex l-obbligi jiġu implimentati;

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-FII l-ġdid

104.  Jinnota li l-Konferenza tal-Presidenti se tirċievi rapport regolari, imfassal mill-President, li jiddeskrivi s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni kemm internament kif ukoll interistituzzjonalment; iqis li dan ir-rapport jinħtieġ li jieħu kont dovut tal-valutazzjoni magħmula mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati abbażi tal-esperjenzi tal-kumitati differenti, b'mod partikulari l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli għat-tfassil aħjar tal-liġijiet u s-semplifikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni(42);

105.  Jilqa' l-ewwel laqgħa ta' eżami interistituzzjonali annwali dwar is-sitwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-FII, li saret fit-12 ta' Diċembru 2017; iħeġġeġ lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati biex tipprovdi lill-Konferenza tal-Presidenti kwalunkwe rakkomandazzjoni li tqis xierqa dwar l-implimentazzjoni tal-FII l-ġdid;

o

o    o

106.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(2)

ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(3)

ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(4)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

(5)

ĠU C 73, 17.3.1999, p. 1.

(6)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(7)

ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5.

(8)

ĠU C 369, 17.12.2011, p. 15.

(9)

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 7.

(10)

ĠU C 446, 29.12.2017, p. 1.

(11)

Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-18 ta' Marzu 2014, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Kawża C-427/12, EU:C:2014:170; sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tas-16 ta' Lulju 2015, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Kawża C-88/14, ECLI:EU:C:2015:499; sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Marzu 2016, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea, Kawża C-286/14, EU:C:2016:183; sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, Kawża C-263/14, ECLI:EU:C:2016:435; sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-24 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, Kawża C-658/11, ECLI:EU:C:2014:2025.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2016)0484.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2016)0104.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0312.

(15)

Testi adottati, P8_TA(2016)0081.

(16)

ĠU C 289, 9.8.2016, p. 53.

(17)

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 11.

(18)

ĠU C 93, 24.3.2017, p. 14.

(19)

ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 117.

(20)

ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 87.

(21)

ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 31.

(22)

Ara l-Anness II għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea (Testi adottati, P8_TA(2016)0081).

(23)

1 L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-istabbilment ta' Bord tal-Iskrutinju Regolatorju indipendenti (C(2015)3263).

(24)

Ara COM(2016)0798 u COM(2016)0799.

(25)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(26)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Settembru 2010 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet - il-15-il rapport annwali mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (ĠU C 308E, 20.10.2011, p. 66), il-paragrafu 47.

(27)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs (ĠU C 289, 9.8.2016, p. 53), paragrafu 16.

(28)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea (Testi adottati, P8_TA(2016)0081), paragrafu 4.

(29)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Novembru 2014, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 12; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2016, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 6.

(30)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u r-regolamentazzjoni intelliġenti, il-paragrafu 5.

(31)

Ara r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-Anness V, punt XVI.1.

(32)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, imsemmija hawn fuq, il-premessa D.

(33)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 6.

(34)

Ibid, paragrafu 1.

(35)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Marzu 2014, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, imsemmija hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Marzu 2016, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea, imsemmija hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq.

(36)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq.

(37)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta' Novembru 2012 dwar it-28 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2010) (ĠU C 419, 16.12.2015, p. 73), il-paragrafu 7.

(38)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Frar 2014 dwar id-29 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2011) (Testi adottati, P7_TA(2014)0051), il-paragrafi 21 u 22.

(39)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE: Rapport Annwali 2014 (Testi adottati, P8_TA(2016)0385), il-paragrafu 16.

(40)

Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "EU law: Better results through better application" (Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta' applikazzjoni aħjar), imsemmija hawn fuq, il-paġna 5.

(41)

Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Settembru 2011, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 41;

(42)

Ara r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-Anness V, punt XVI.3.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

Fit-13 ta' April 2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ġdid ("il-FII l-ġdid") bil-għan li jtejbu l-mod kif l-UE tilleġiżla biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE taqdi liċ-ċittadini u lin-negozji aħjar u li l-liġijiet u l-politiki tal-UE huma effettivi fil-kisba tal-objettivi tagħhom, b'piż amministrattiv minimu kemm jista' jkun.

Il-FII l-ġdid jistabbilixxi impenji u objettivi komuni, fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni interistituzzjonali fir-rigward tal-programmazzjoni interistituzzjonali pluriennali u annwali, l-għodda għal tfassil aħjar tal-liġijiet, l-istrumenti leġiżlattivi, l-atti delegati u ta' implimentazzjoni, it-trasparenza u l-koordinament tal-proċess leġiżlattiv, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u s-simplifikazzjoni. Hu jistabbilixxi wkoll qafas ġenerali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-FII l-ġdid mit-tliet Istituzzjonijiet. Il-FII l-ġdid jimpenja wkoll lit-tliet Istituzzjonijiet għal aktar negozjati dwar kriterji xierqa għad-delineazzjoni tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni u dwar arranġamenti prattiċi mtejba għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rigward in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali. Huwa fih impenn favur l-allinjament tal-leġiżlazzjoni eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżuri adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS). Fl-aħħar nett, huwa jipprevedi wkoll l-istabbiliment ta' bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi u ta' reġistru dwar l-atti delegati.

II. Deċiżjoni tal-Parlament dwar il-konklużjoni tal-FII l-ġdid u t-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan tal-aħħar

Fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, fit-9 ta' Marzu 2016 il-Parlament iddeċieda, b'516-il vot favur, 92 kontra u 95 astensjoni, li japprova l-FII l-ġdid(1). Id-deċiżjoni tal-Parlament identifikat ukoll firxa ta' kwistjonijiet li jeħtieġu segwitu ulterjuri fil-livell tekniku u/jew fil-livell politiku(2).

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ntalbu mill-Konferenza tal-Presidenti biex jeżaminaw l-implimentazzjoni tal-FII l-ġdid skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Għal dak il-għan, huma waqqfu Grupp ta' Ħidma li s-sejbiet ewlenin tiegħu servew bħala punt ta' tluq għaż-żewġ rapporteurs biex ifasslu dan l-abbozz ta' rapport.

Il-Grupp ta' Ħidma ltaqa' 9 darbiet, bejn l-10 ta' Mejju 2016 u l-20 ta' Novembru 2017. Huwa kkonkluda l-ħidma tiegħu bl-approvazzjoni ta' sommarju tal-attivitajiet u s-sejbiet ewlenin tiegħu ġew ippreżentati fil-laqgħa konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fit-28 ta' Novembru 2017.

III. L-evalwazzjoni tar-rapporteurs dwar tal-implimentazzjoni tal-FII: aspetti ewlenin

Impenji u objettivi komuni

Il-progress u l-esperjenza miksuba fl-ewwel sena u nofs tal-applikazzjoni tal-FII l-ġdid inġenerali huma pożittivi u għandhom jinkoraġġixxi lit-tliet Istituzzjonijiet biex jagħmlu aktar sforzi biex jimplimentawh bis-sħiħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet pendenti: a) kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE u l-allinjament tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-PRS, b) l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali u c) il-ħolqien ta' bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi.

L-għan aħħari tal-FII l-ġdid huwa li titwassal leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali fost l-Istituzzjonijiet għandu jiġi osservat matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu bħala wieħed mill-prinċipji minquxa fl-Artikolu 13 tat-TUE.

Programmazzjoni

L-ewwel eżerċizzju ta' programmazzjoni interistituzzjonali annwali skont il-FII l-ġdid wassal għall-ewwel dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017 u dikjarazzjoni konġunta oħra għas-snin 2018-2019. Dan juri l-impenn tat-tliet Istituzzjonijiet, u hija ħaġa li għandha tintlaqa' tajjeb, bil-fehim li ż-żieda fil-veloċità m'għandhiex tingħata prijorità għad-detriment tal-kwalità leġiżlattiva.

Meta tippreżenta l-Programm ta' Ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tindika b'mod ċar in-natura legali ta' kull proposta b'mod preċiż u realistiku.

Fir-rigward tar-risposti tal-Kummissjoni għat-talbiet tal-Parlament għal proposti għal atti tal-Unjoni skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tadotta komunikazzjoni speċifika kif previst fil-paragrafu 10 tal-FII l-ġdid. Il-Parlament jorbot valur mal-adozzjoni ta' tali komunikazzjonijiet speċifiċi peress li huma intiżi biex jiżguraw trasparenza sħiħa u jagħtu rispons politiku għat-talbiet tal-Parlament.

Għodod għal tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-FII l-ġdid ġustament jagħmilha ċara li l-valutazzjonijiet tal-impatt qatt ma jistgħu jissostitwixxu d-deċiżjonijiet politiċi jew jikkawżaw dewmien żejjed fil-proċess leġiżlattiv. Il-valutazzjoni tal-impatt hija għodda importanti, li għandha tkopri b'mod ibbilanċjat l-aspetti varji previsti fil-FII, inklużi, kif insista l-Parlament, it-testijiet tal-SMEs. Il-Kummissjoni rrevediet il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar f'Lulju 2017.

Minkejja din ir-reviżjoni u l-impenn fil-paragrafu 13 tal-FII l-ġdid, ħafna mill-proposti tal-Kummissjoni, inklużi proposti politikament sensittivi, mhumiex akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt. B'mod partikolari, 20 minn 59 proposta identifikati bħala prijoritajiet fid-dikjarazzjoni konġunta tal-2017 ma ġewx akkumpanjata b'valutazzjoni tal-impatt. Jidher ukoll li l-kwalità u l-livell ta' dettall tal-valutazzjonijiet tal-impatt jista' jvarja ħafna.

It-twaqqif ta' bażi tad-data konġunta apposta dwar l-istat attwali tal-fajls leġiżlattivi, inkluża informazzjoni dwar il-passi kollha tal-proċedura leġiżlattiva biex tiġi ffaċilitata t-traċċabilità tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 39 tal-FII l-ġdid, huwa għan kruċjali li jeħtieġ li jiġi segwiti mingħajr dewmien żejjed.

Strumenti leġiżlattivi

Il-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja kull waħda mill-proposti tal-Kummissjoni issa għandu jispjega kif il-miżuri proposti huma ġġustifikati fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Huwa wkoll rakkomandabbli li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-memorandum ta' spjegazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt relatata;

It-tliet Istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur skambju ta' fehmiet dwar modifiki tal-bażi ġuridika fil-paragrafu 25 tal-FII l-ġdid. F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat ir-rwol u l-kompetenza tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Legali fil-verifika bażijiet ġuridiċi. Qed tiġi enfasizzata wkoll il-pożizzjoni tal-Parlament li se jirreżisti kwalunkwe tentattiv li jdgħajjef is-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew permezz ta' modifika bla bżonn tal-bażi ġuridika.

Atti delegati u ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza stipulata permezz tal-FII l-ġdid u f'Diċembru 2016 ipproponiet l-allinjament ta' numru ta' atti bażiċi li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS). Dawn il-proposti qed jiġu eżaminati mill-koleġiżlaturi.

Ir-rikors sistematiku tal-Kummissjoni għall-esperti tal-Istati Membri b'rabta mat-tħejjija ta' atti delegati hija waħda mill-konċessjonijiet ewlenin li saru mill-Parlament. Minkejja t-tħassib li dan jista' jċajpar id-differenzi bejn l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni sal-punt li dan jista' jimplika qawmien mill-ġdid de facto tal-mekkaniżmu ta' komitoloġija ta' qabel it-Trattat ta' Lisbona, din il-konċessjoni li saret waqt in-negozjati kienet maħsuba biex tħeġġeġ lill-Kunsill jaċċetta l-atti delegati, meta l-kriterji skont l-Artikolu 290 tat-TFUE ikunu ssodisfati. Sorprendentement, il-Kunsill ipprova jinsisti fuq l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE jew fuq l-inklużjoni tal-elementi kollha eliġibbli in abstracto għal delega ta' setgħa jew għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni fl-atti bażiċi nfushom. Saħansitra aktar sorprendenti, f'dawk il-każijiet il-Kummissjoni għażlet li ma tiddefendix il-proposti tagħha stess.

In-negozjati interistituzzjonali dwar kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE msemmija fil-paragrafu 28 tal-FII l-ġdid ("kriterji ta' delineazzjoni") bdew f'Settembru 2017. il-mandat tal-Parlament għal dawk in-negozjati huwa stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Frar 2014(3). Indipendentement mill-kriterji li jistgħu jiġu miftiehma, dawn għandhom jieħdu kont tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja(4).

Il-Kummissjoni qablet li tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha dwar l-atti delegati u ta' implimentazzjoni, b'mod li huma se jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri. L-esperti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għandu jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri u li jikkonċernaw it-tħejjija ta' atti delegati. L-evidenza miġbura s'issa turi li tali aċċess tjieb b'mod sinifikanti.

Sar progress rapidu fil-livell interistituzzjonali fit-twaqqif ta' reġistru funzjonali konġunt ta' atti delegati. It-tnedija uffiċjali tiegħu saret fit-12 ta' Diċembru 2017. Din hija kisba importanti.

Trasparenza u koordinazzjoni tal-proċess leġiżlattiv

Il-prinċipju li skontu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fuq bażi ugwali huwa ta' importanza assoluta, iżda hemm it-tendenza li dan jiddgħajjef minħabba l-fatt li hemm nuqqas ġenerali ta' informazzjoni mill-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat fil-Parlament Ewropew huma pubbliċi, filwaqt li l-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill mhumiex. Għaldaqstant, huwa ġustifikat li jintalab li l-aġendi, id-dokumenti ta' ħidma u l-proposti tal-Presidenza tal-gruppi ta' ħidma u tal-COREPER, jiġu trażmessi lill-Parlament b'mod strutturat u regolari. Barra mill-iskambji informali ta' fehmiet, il-Parlament għandu jkun mistieden ukoll biex jibgħat rappreżentanti fil-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill u l-COREPER.

In-negozjati interistituzzjonali dwar l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, beda f'Novembru 2016. Madankollu, wara aktar minn sena ta' diskussjonijiet s'issa għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim minkejja ġurisprudenza ċara u stabbilita(5).

Implimentazzjoni u applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

It-traspożizzjoni korretta u f'waqtha ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li tkun ċara u tista' tiġi trasposta faċilment, u li jkollha valur miżjud Ewropew speċifiku, hija kruċjali għat-tfassil aħjar tal-liġijiet. Skont il-FII l-ġdid, meta, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-direttivi fid-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jagħżlu li jżidu elementi li bl-ebda mod ma huma relatati ma' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tali żidiet jeħtieġ li jsiru identifikabbli permezz tal-att(i) ta' traspożizzjoni, jew permezz ta' dokumenti assoċjati. Għad irid isir ħafna progress fir-rigward tal-identifikazzjoni tar-regolamentazzjoni żejda.

Il-Parlament iddikjara f'diversi okkażjonijiet li għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni relatata mal-proċeduri ta' qabel il-ksur u mal-proċeduri ta' ksur. Il-mekkaniżmi effikaċi għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma huma l-EU Pilot, m'għandhomx jiġu mwarrba malajr wisq.

Simplifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni tinsab fil-qalba tat-tfassil aħjar tal-liġijiet. Mod wieħed biex dan isir huwa r-rikors sistematiku għat-teknika leġiżlattiva ta' riformulazzjoni, li għaldaqstant għandha tikkostitwixxi t-teknika leġiżlattiva ordinarja. Madankollu, fil-każ ta' riforma politika sħiħa, ikun aħjar li l-Kummissjoni tressaq proposta għal att legali ġdid għal kollox li jħassar il-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'diskussjonijiet politiċi wiesgħa u jaraw li l-prerogattivi tagħhom kif minquxa fit-Trattati jkunu ppreżervati għal kollox;

Il-Kummissjoni wettqet l-ewwel stħarriġ annwali tagħha dwar il-piżijiet u vvalutat il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet f'setturi speċifiċi kif previst fil-FII. Is-sejbiet ġew ippreżentati fl-24 ta' Ottubru 2017 bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018 u jikkonfermaw li l-enfasi fuq il-qtugħ tal-ispejjeż żejda għadha xierqa u jissuġġerixxu li hemm interazzjoni kumplessa ta' fatturi differenti li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tan-negozji. Sabiex wieħed ikun jista' jidentifika b'mod konkret x'tista' fil-fatt jiġi ssimplifikat, iridu jinġabru l-fehmiet dwar biċċiet ta' leġiżlazzjoni speċifika jew settorjali. Il-Kummissjoni għandha tirfina l-istħarriġ annwali dwar il-piżijiet, abbażi tal-lezzjonijiet misluta mill-ewwel stħarriġ u tapplika metodi ta' ġbir ta' data trasparenti u verifikabbli, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-SMEs, u bl-inklużjoni kemm tal-piżijiet reali kif ukoll ta' dawk perċepiti filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tissodisfa l-objettivi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi objettivi ta' tnaqqis tal-piżijiet għal kull inizjattiva b'mod flessibbli iżda b'mod affidabbli u bbażat fuq l-evidenza, u f'konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet interessati, kif tagħmel diġà taħt ir-REFIT;

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-FII l-ġdid

Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha rwol importanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FII l-ġdid u għandha tipprovdi lill-Konferenza tal-Presidenti kull rakkomandazzjoni li tqis xierqa. Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli għat-tfassil aħjar tal-liġijiet u s-simplifikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni(6), għandu jikkontribwixxi bil-kbir għal dan l-eżerċizzju.

(1)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, P8_TA(2016)0081).

(2)

Ara d-deċiżjoni tal-Parlament tat-9 ta' Marzu 2016, imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 16.

(3)

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 11.

(4)

Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-18 ta' Marzu 2014, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, imsemmi hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Marzu 2016, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea, imsemmija hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq.

(5)

Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, imsemmija hawn fuq.

(6)

Ara r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-Anness V, punt XVI.3.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (12.2.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar interpretazzjoni u implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Bendt Bendtsen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

A.  billi l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (FII BLM) jitlob kooperazzjoni interistituzzjonali bl-għan li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u n-negozji; billi l-Parlament jenfasizza li fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali dawn l-objettivi ma għandhomx iwasslu għal standards aktar baxxi għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-ħaddiema, is-sikurezza, l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol jew id-drittijiet tal-konsumaturi;

B.  billi l-kooperazzjoni regolatorja ħarġet bħala strument ewlieni fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali fit-triq lejn id-djalogu regolatorju u l-koerenza bejn is-sħab kummerċjali; billi f'dak il-proċess il-Kummissjoni għandha tibqa' impenjata favur il-prinċipji ta' kundizzjonijiet ġusti u ekwi għall-partijiet interessati kollha filwaqt li tiggarantixxi l-ogħla livell ta' trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

C.  billi l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet beda jwassal għal titjib tanġibbli f'ċerti prijoritajiet, u billi l-paragrafu 40 tiegħu huwa impenn favur in-negozjar ta' arranġamenti prattiċi mtejba għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar ftehimiet internazzjonali;

1.  Jemmen li huwa essenzjali li tiġi rispettata b'mod orizzontali l-prattika dejjiema li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu qabel ma jiġu applikati b'mod proviżorju d-dispożizzjonijiet kummerċjali u ta' investiment ta' ftehimiet politikament importanti, kif impenjat ruħha wkoll il-Kummissarju Malmström fis-smigħ tagħha fid-29 ta' Settembru 2014; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha;

2.  Jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra jikkonformaw mat-Trattati u mar-regolamenti u josservaw il-ġurisprudenza rilevanti sabiex jiżguraw li l-Parlament:

a.  ikun informat minnufih, bis-sħiħ u b'mod preċiż dwar iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-ftehimiet internazzjonali b'mod proattiv, strutturat u simplifikat, mingħajr ma tiġi mminata l-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE u jingħata biżżejjed żmien biex jesprimi l-fehmiet tiegħu fl-istadji kollha u biex tali fehmiet jiġu kkunsidrati kemm jista' jkun;

b.  ikun informat b'mod preċiż u jkun involut fl-istadju ta' implimentazzjoni tal-ftehimiet u, speċjalment fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi stabbiliti mill-ftehimiet, jitħalla jeżerċita bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu bħala koleġiżlatur meta dawn id-deċiżjonijiet ikollhom impatt fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE;

c.  ikun informat b'mod proattiv dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'fora internazzjonali bħalma huma d-WTO, l-UNCTAD, l-OECD, l-UNDP, l-FAO u l-UNHCR;

3.  Jinnota li l-Parlament jinsab lest li jressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) għal darb'oħra sabiex jiżgura li d-drittijiet tal-Parlament jiġu rispettati jekk ma jsir l-ebda progress konklużiv fil-futur qarib fin-negozjati dwar il-paragrafu 40 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

4.  Jinnota li kull istituzzjoni għandha tkun konxja li r-responsabilità tagħha bħala leġiżlatur ma tiqafx ladarba jiġu konklużi l-ftehimiet internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni u l-isforzi li għaddejjin sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet qed jilħqu l-għanijiet tagħhom; jitlob li l-istituzzjonijiet jestendu l-aħjar prattiki u l-approċċ kollaborattiv għall-implimentazzjoni u l-fażijiet tal-evalwazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali;

5.  Jilqa' l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar fajls ta' prijorità relatati mal-kummerċ, minkejja li dan jista' jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-iskedar tan-negozjati kummerċjali internazzjonali; jitlob li jkun hemm trasparenza akbar fil-proċess leġiżlattiv, pereżempju permezz tal-użu ta' bażi tad-data kondiviża;

6.  Jinnota li l-valutazzjonijiet tal-impatt, inkluża analiżi tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jaf ikunu għodda importanti fin-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali u dwar l-investiment u jaf jgħinu lill-partijiet jikkonformaw mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Ifakkar fin-natura vinkolanti ta' ftehimiet bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

7.  Jilqa' l-approċċ aktar sistematiku għall-valutazzjonijiet tal-impatt għalkemm il-metodoloġija użata mhijiex dejjem ottima; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssegwi politika kummerċjali bbażata fuq ir-riżultati li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji fuq in-negozji filwaqt li tirrispetta l-obbligi u l-impenji tad-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw bis-sħiħ id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, kif jista' jiġi dedott mill-Opinjoni 2/15 tal-QtĠ-UE tas-16 ta' Mejju 2017, għall-adozzjoni ta' direttivi ta' negozjar, negozjati u l-bażi ġuridika tal-proposti li jridu jiġu ffirmati u konklużi u b'mod partikolari għall-firma tal-Kunsill u l-konklużjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;

9.  Jilqa' t-titjib fil-mod kif jintużaw l-atti delegati u ta' implimentazzjoni, iżda jemmen li hemm bżonn ta' konverġenza ulterjuri li b'konformità mal-fehmiet tal-Parlament; iħeġġeġ l-użu tar-Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati u l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-esperti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Jacques Colombier

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

ENF

Mario Borghezio, Jacques Colombier

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Nicola Danti, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (24.11.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar interpretazzjoni u implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Roberto Gualtieri

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jiddispjaċih li mhux it-traduzzjonijiet kollha tal-proposti leġiżlattivi jsiru disponibbli fl-istess ħin, u dan iwassal għal dewmien fil-proċess leġiżlattiv;

2.  Jemmen li l-presidenzi tal-Kunsill jenħtieġ li jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata lill-Parlament dwar in-negozjati fil-Kunsill sabiex il-Parlament jifhem aħjar il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri u n-natura tal-problemi tagħhom, u tiġi ffaċilitata l-konklużjoni b'suċċess u f'waqtha tan-negozjati tat-Trilogu; ifakkar li skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (FII), il-koleġiżlaturi "jaqblu dwar l-importanza li jinżammu kuntatti mill-qrib diġà minn qabel in-negozjati interistituzzjonali sabiex jintlaħaq fehim reċiproku aħjar tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom" u, għal dak il-għan, qablu li se jkomplu "jiffaċilitaw l-iskambju reċiproku ta' fehmiet u informazzjoni, inkluż permezz ta' stedina lir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra, għal skambji informali ta' fehmiet fuq bażi regolari"; jirrimarka li dan il-punt tal-FII sa issa ma ġiex implimentat b'mod suffiċjenti u li għad hemm asimmetrija fl-għoti ta' informazzjoni minħabba l-fatt li l-laqgħat tal-kumitat tal-Parlament huma pubbliċi filwaqt li l-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill mhumiex; jiddispjaċih dwar l-opaċità persistenti tal-laqgħat tal-Grupp tal-Euro u jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jkollhom aċċess kemm għad-dokumenti relatati mal-pajjiż tal-programm qabel id-deċiżjonijiet, kif ukoll għan-noti ppreżentati lill-Grupp tal-Euro wara l-laqgħat, inklużi l-minuti tiegħu; jissuġġerixxi li l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament fil-laqgħat tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill tiffaċilita l-fehim reċiproku, bl-istess mod kif tiffaċilitah l-attendenza fil-laqgħat tal-gruppi ta' esperti;

3.  Ifakkar li l-punt 32 tal-FII jipprevedi li "il-Kummissjoni għandha taqdi r-rwol tagħha bħala faċilitatur bit-trattament ugwali taż-żewġ fergħat tal-awtorità leġislattiva, b'rispett sħiħ għar-rwoli assenjati mit-Trattati lit-tliet Istituzzjonijiet"; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħmel id-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-proposti leġiżlattivi, inklużi d-dokumenti informali, disponibbli għaż-żewġ leġiżlaturi fl-istess ħin u, meta jkun fattibbli, tippubblikahom;

4.  Jenfasizza li l-valutazzjoni tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi l-ġodda jenħtieġ li tqis debitament id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, il-livelli għoljin ta' inklużjoni soċjali, il-kost ta' non-Ewropa u l-ħarsien ambjentali aħjar, u timmira wkoll biex tinvolvi bis-sħiħ lill-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-dawl tal-objettiv li jiġu żgurati trasparenza sħiħa fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni informali aħjar matul il-fażi preparatorja tal-atti delegati u tal-atti ta' implimentazzjoni; iwissi kontra r-riskju li tintesa l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi, kif espressa f'att leġiżlattiv u bħala parti mill-għan tiegħu, fit-tħejjija tal-atti delegati u tal-atti ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-importanza tar-Reġistru tal-Atti Delegati, li se jkun operattiv dalwaqt; jitlob lill-Kummissjoni tinnotifika lill-koleġiżlaturi simultanjament dwar kull abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jiġi adottat, inklużi l-atti ta' implimentazzjoni u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni;

6.  Jiddispjaċih minħabba l-fatt li f'ħafna okkażjonijiet il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta' livell 2 proposti mit-tliet awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji (l-ESAME, l-EBA u l-EIOPA) huma adottati mingħajr tibdil, u dan inaqqas il-ħin ta' skrutinju disponibbli għall-Parlament meta jiġu introdotti tibdiliet importanti jew numru sostanzjali ta' tibdiliet;

7.  Jipproponi li l-Kunsill jiltaqa' mill-inqas darba mal-Parlament fil-qafas tal-proċedura ta' konsultazzjoni sabiex il-Parlament ikun jista' jippreżenta u jiġġustifika r-raġunijiet għall-emendi approvati, u li l-Kunsill jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar kull waħda minnhom; jipproponi, fi kwalunkwe każ, li l-Kunsill jipprovdi tweġiba bil-miktub;

8.  Jissuġġerixxi li l-Parlament iwettaq studju kwantitattiv dwar il-grad ta' effettività tal-proċedura ta' konsultazzjoni;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-qafas ta' żmien stabbilit fir-Regolament tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex tiddeċiedi jekk tapprovax, temendax jew ma tapprovax l-istandards tekniċi abbozzati u, bħala minimu, tinforma uffiċjalment lill-koleġiżlaturi bil-quddiem sew jekk, fuq bażi straordinarja, jkollha l-ħsieb li ma tirrispettax dan iż-żmien, filwaqt li tagħti wkoll ir-raġunijiet tagħha għal dan; jenfasizza l-fatt li dan l-aħħar il-Kummissjoni naqset milli tagħmel dan f'bosta każijiet; ifakkar lill-Kummissjoni li l-proċeduri li permezz tagħhom il-Parlament jiddikjara li m'għandux oġġezzjonijiet għal att mhumiex maħsuba biex jikkumpensaw għal dewmien li joriġina min-naħa tal-Kummissjoni u li dawn il-proċeduri għandhom impatt sinifikanti fuq iż-żmien disponibbli għall-Parlament biex jeżerċita d-drittijiet ta' skrutinju tiegħu;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-iskadenzi obbligatorji stabbiliti għar-rapporti ta' implimentazzjoni u għar-rieżami tad-direttivi u r-regolamenti;

11.  Jitlob li r-rwol tal-Parlament fis-Semestru Ewropew jissaħħaħ permezz ta' ftehim interistituzzjonali;

12.  Jistieden lir-rappreżentanti Ewropej jagħtu attenzjoni partikolari għall-konsistenza bejn l-istandards/ir-rekwiżiti internazzjonali u l-leġiżlazzjoni adottata u vinkolanti tal-UE;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżvela d-dokumenti li jiddeskrivu l-pożizzjoni tagħha f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards fl-oqsma finanzjarji, monetarji u regolatorji, b'mod partikolari l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja; jitlob li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-istandards internazzjonali li jista' jkollhom impatt fuq id-dritt tal-UE;

14.  Jitlob l-istabbiliment u l-formalizzazzjoni ta' djalogu finanzjarju dwar l-adozzjoni u l-koerenza tal-pożizzjonijiet Ewropej fit-tħejjija għal negozjati internazzjonali ewlenin, skont ir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji(1); jenfasizza li, abbażi ta' linji gwida dettaljati, li potenzjalment jistgħu jiġu kkomplementati b'riżoluzzjonijiet ta' gwida proattivi, dawn il-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu diskussi u jkunu magħrufa ex ante, filwaqt li jiġi żgurat segwitu, fejn il-Kummissjoni tirrapporta lura b'mod regolari dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-linji gwida.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Herbert Dorfmann, Frank Engel, Ashley Fox, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Siegfried Mureşan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Brunon Wenta, Wim van de Camp

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

47

+

ALDE

Thierry Cornillet

ECR

Ashley Fox, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Barbara Kappel, Bernard Monot

GUE/NGL

Dimitrios Papadimoulis

PPE

Herbert Dorfmann, Frank Engel, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Bogdan Brunon Wenta, Wim van de Camp

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

0

-

6

0

ALDE

Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Miguel Viegas

NI

Sotirios Zarianopoulos

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0108.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (28.3.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet

(2016/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Anthea McIntyre

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jieħu nota tal-ftehim interistituzzjonali (FII) dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet u l-inklużjoni ta' elementi ġodda u innovattivi biex tittejjeb il-kwalità tar-regolamentazzjoni, li jista' jgħin biex jingħata valur miżjud reali f'termini ta' kompetittività, tkabbir u impjiegi, b'mod partikolari bl-introduzzjoni ta' stħarriġ annwali dwar il-piżijiet, miri għat-tnaqqis tal-piżijiet, testijiet tal-SMEs u testijiet tal-kompetittività – li għandhom jikkostitwixxu t-tema rikorrenti ta' kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt – u bl-involviment tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fil-kontroll tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, iżda anke bit-titjib tal-proċeduri leġiżlattivi, b'kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u bit-tisħiħ tat-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-leġittimità demokratika, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

2.  Iqis il-ftehim dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet bħala eżerċizzju interistituzzjonali li jaspira li jtejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; ifakkar li, f'ħafna każijiet, il-leġiżlazzjoni tal-UE tarmonizza jew tissostitwixxi regoli differenti fi 28 Stat Membru, u b'hekk tagħmel is-swieq nazzjonali aċċessibbli b'mod reċiproku u ugwali u tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi b'mod ġenerali biex jinħoloq suq intern li jiffunzjona għalkollox;

3.  Jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni trasparenti u leali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fil-prattika għandha tfisser impenn ġenwin min-naħa tal-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-istess livell, fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' programmazzjoni tagħha u jfakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tirrispondi minnufih għar-rapporti fuq inizjattiva proprja, kemm leġiżlattivi u kemm mhux leġiżlattivi; jiddeplora l-fatt li diversi rapporti fuq inizjattiva proprja baqgħu bla tweġiba, u jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-koleġiżlaturi – fi żmien tliet xhur – ir-raġunijiet għalfejn tkun irtirat test u tagħti wkoll risposta motivata għat-talbiet għal proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi;

4.  Jirrimarka li fil-preżent teżisti disparità ta' informazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, peress li l-laqgħat tal-kumitati parlamentari huma pubbliċi filwaqt li dawk tal-Kunsill mhumiex; jinsisti fuq l-importanza, għaldaqstant, li jiġi applikat bla dewmien il-punt 34 tal-ftehim, li jgħid li l-Parlament u l-Kunsill, fil-kapaċità tagħhom ta' koleġiżlaturi, għandhom iżommu kuntatt mill-qrib tul in-negozjati interistituzzjonali, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' fehmiet u ta' informazzjoni reċiproka;

5.  Jieħu nota – bħala koleġiżlatur inkarigat mill-iskrutinju tal-Kummissjoni – tat-twaqqif tat-Taskforce tal-Kummissjoni dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u biex "Nagħmlu anqas b'aktar effiċjenza", li l-ħidma tagħha għandha tkun armonizzata mal-FII biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini, li jqisu l-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala aspett ewlieni tal-proċess demokratiku, u li jistennew li l-UE taġixxi fejn ikun hemm valur miżjud reali u tinvolvihom aktar fil-proċess deċiżjonali fil-livell tal-UE;

6.  Jemmen li l-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" għandu jkollu rwol importanti fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir billi jnaqqas l-ispejjeż inġustifikati tal-leġiżlazzjoni fuq l-SMEs; jirrimarka li l-leġiżlazzjoni jista' jkollha impatt differenti fuq l-intrapriżi l-kbar u fuq l-SMEs, u dan għandu jitqies tul il-proċess leġiżlattiv kollu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tara kif il-ħtiġijiet tal-SMEs jistgħu jitqiesu ulterjorment fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni u twettaq "test tal-SMEs" sabiex tivvaluta kif l-SMEs jistgħu jintlaqtu mill-proposti tagħha filwaqt li tkompli tiżgura standards għoljin għall-ħarsien tal-konsumatur, tal-impjegati, tas-saħħa u tal-ambjent, irrispettivament mid-daqs tal-intrapriża; jirrimarka li l-kooperazzjoni mas-sħab soċjali tista' tgħin biex jiġi żgurat li l-miżuri jiġu implimentati mingħajr burokrażija żejda, anke fil-kumpaniji żgħar u medji;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, tivvaluta aħjar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-politiki tagħha, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, billi tikkunsidra wkoll l-ispiża tan-nuqqas ta' leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew u l-fatt li l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tikkostitwixxi biss wieħed minn bosta kriterji;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-Manwal tal-Valutazzjoni tal-Impatt, u b'mod partikolari l-linji gwida dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt dwar emendi sostantivi; jemmen bis-sħiħ li l-valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-emendi tal-Parlament se jgħinu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu; jirrimarka li filwaqt li l-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni, il-FII madankollu jgħid li dan m'għandux iwassal għal dewmien żejjed fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet jew jippreġudika l-kapaċità tal-koleġiżlaturi li jipproponu emendi, u lanqas jieħu post il-proċess deċiżjonali politiku;

9.  Jinnota li, kif speċifikat fil-FII dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, "[k]ull waħda mit-tliet Istituzzjonijiet hija responsabbli li tiddeċiedi kif torganizza l-ħidma tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, inklużi r-riżorsi interni tal-organizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità";

10.  Isostni li, bħalma jgħid il-FII, huwa essenzjali li "[l]-valutazzjoni tal-impatt inizjali tal-Kummissjoni u kwalunkwe ħidma addizzjonali fuq il-valutazzjoni tal-impatt [i]mwettqa matul il-proċess leġislattiv [sic] mill-Istituzzjonijiet" isiru pubbliċi sa tmiem il-proċess leġiżlattiv fl-interess tat-trasparenza fil-konfront taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati;

11.  Jisħaq fuq l-importanza li l-partijiet ikkonċernati jiġu involuti u kkonsultati pubblikament, b'mod trasparenti u f'waqtu, u li jingħataw biżżejjed żmien għal risposti sinifikanti; isostni li hu essenzjali li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi bil-lingwi uffiċjali kollha matul il-fażi preparatorja;

12.  Jisħaq fuq l-importanza tal-Istħarriġ Annwali dwar il-Piżijiet miftiehem bħala għodda għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-isforzi tal-UE biex jiġu evitati piżijiet żejda u titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jeħtieġ tkun ambizzjuża;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta bla dewmien il-miżuri kollha proposti fil-FII, speċjalment dawk b'rabta mal-kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet u b'mod partikolari l-Istħarriġ Annwali dwar il-Piżijiet, peress li dan jista' jkollu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari l-iskrutinju tat-traspożizzjoni u l-infurzar tad-direttivi min-naħa tal-Istati Membri, u tal-miżuri nazzjonali kollha li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE (l-hekk imsejjaħ "gold-plating"), filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri jistgħu dejjem japplikaw standards ogħla jekk id-dritt tal-Unjoni jiddefinixxi standards minimi biss; jemmen li, f'dan ir-rigward, l-Istħarriġ Annwali dwar il-Piżijiet jipprovdi opportunità oħra biex tingħata prova ulterjuri tal-valur miżjud tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tingħata trasparenza liċ-ċittadini;

14.  Jinnota li l-RSB huwa l-ewwel pass pożittiv lejn it-twaqqif ta' bord tal-iskrutinju indipendenti; jemmen li l-RSB il-ġdid jeħtieġ juri aktar ambizzjoni; jitlob evalwazzjoni u segwitu regolari tal-ħidma tal-RSB fit-twettiq tar-rwol tiegħu ta' superviżjoni u għoti ta' pariri oġġettivi dwar il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt; iqis li jkun utli li, kemm jista' jkun, l-opinjonijiet tal-RSB jiġu ppubblikati simultanjament mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt;

15.  Jilqa' l-fatt li l-FII jistipula li għandhom jitqiesu l-"valur miżjud Ewropew" ta' kwalunkwe azzjoni proposta min-naħa tal-Unjoni kif ukoll il-"prezz tan-non-Ewropa" fin-nuqqas ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni meta tiġi stabbilita l-aġenda leġiżlattiva; jenfasizza li l-prezz tan-non-Ewropa jista' jiġi stmat f'EUR 1 750 biljun fis-sena, ekwivalenti għal 12 % tal-PDG tal-UE (2016)(1); ifaħħar il-ħidma tad-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (ERPS) f'dan il-kuntest;

16.  Jenfasizza l-fatt li l-għażla tal-bażi ġuridika għall-proposta tal-Kummissjoni għandha ssir abbażi ta' raġunijiet oġġettivi soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; jenfasizza, madankollu, id-dritt tal-Parlament, bħala koleġiżlatur, li jipproponi modifiki għall-bażi ġuridika, abbażi tal-interpretazzjoni li jagħti lit-Trattati;

17.  Jenfasizza li t-tfassil aħjar tal-liġijiet għandu jiffoka inqas fuq it-tnaqqis tar-regolamentazzjoni u aktar fuq leġiżlazzjoni ta' kwalità u fuq il-ħila tagħha li tħares u tippromwovi l-interessi taċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza l-importanza li, meta jitwettqu l-kontrolli tal-idoneità leġiżlattiva, id-drittijiet fundamentali, l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza jingħataw l-istess importanza li tingħata lill-kunsiderazzjonijiet finanzjarji; jirrimarka li, f'każ ta' kunflitt, id-drittijiet fundamentali għandhom dejjem jieħdu preċedenza;

18.  Ifakkar li, bħalma jgħid il-FII, "[i]l-Kummissjoni [għandha] tivvaluta wkoll il-fattibbiltà li, fir-REFIT [il-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni], jiġu stabbiliti objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet f'setturi speċifiċi" sabiex tgħin biex jitnaqqas il-piż regolatorju u amministrattiv; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-piżijiet inġustifikati f'setturi kruċjali u, jekk ikun xieraq, tistabbilixxi miri biex jitnaqqsu, mingħajr ma tagħmilha aktar diffiċli biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi ambizzjużi tal-UE;

19.  Ifakkar li, fid-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-FII l-ġdid, il-Parlament sostna li l-formulazzjoni tal-FII ma timpenjax biżżejjed lit-tliet Istituzzjonijiet biex jinkludu testijiet tal-SMEs u testijiet tal-kompetittività fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom; jemmen bis-sħiħ li għandhom jittieħdu passi ulterjuri biex it-tliet Istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jinkludu dawn it-testijiet fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom;

20.  Jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jalloka żmien fil-kumitat fuq bażi regolari biex titwettaq analiżi tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jemmen li l-kumitat għandu jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha fuq bażi regolari f'laqgħa sħiħa tal-kumitat;

21.  Jistieden lill-kumitati kollha jeżaminaw sistematikament il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u jeżaminaw l-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt ex ante tal-Parlament kmieni kemm jista' jkun fil-proċess leġiżlattiv.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

18

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dominique Martin, Miroslavs Mitrofanovs, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Tania González Peñas, Ivari Padar, Anne Sander, Sven Schulze, Jasenko Selimovic, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis, Ivo Vajgl

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Ana Miranda, James Nicholson, Massimo Paolucci

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Ivo Vajgl, Renate Weber

ECR

Amjad Bashir, Arne Gericke, Czesław Hoc, James Nicholson, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

18

-

GUE/NGL

Tania González Peñas, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Ivari Padar, Massimo Paolucci, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Ana Miranda, Miroslavs Mitrofanovs

3

0

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Mara Bizzotto

NI

Lampros Fountoulis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2017/603239/EPRS_STU%282017%29603239_EN.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (21.3.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Ftehimiet internazzjonali

1.  Jiddispjaċih għall-fatt li ġeneralment l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-Kunsill dwar ftehimiet internazzjonali, partikolarment mandati ta' negozjar, ma jkunx possibbli;

2.  Jappella għal approċċ aktar armonizzat u strutturat, b'aċċess garantit għall-Parlament, għat-testi tan-negozjar u d-dokumenti relatati kollha, anke dawk ta' natura kunfidenzjali jew klassifikata, inklużi l-mandati ta' negozjar, u għal dokumenti rilevanti oħra użati matul l-istadji preparatorji u n-negozjati nnifshom; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħtu lill-Parlament listi aġġornati regolarment tad-dokumenti għad-dispożizzjoni tagħhom relatati man-negozjati;

3.  Jilqa' t-tgħarrif bil-miktub mogħti mill-Kummissjoni qabel il-konferenzi internazzjonali u t-tgħarrif orali ta' kuljum mogħti mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni matul dawn il-konferenzi;

4.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Parlament ma jitħalliex jattendi, bħala osservatur, il-laqgħat ta' koordinazzjoni tal-UE matul il-konferenzi internazzjonali;

5.  Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet tal-UE jikkonkludu – f'waqthom – in-negozjati dwar arranġamenti prattiċi mtejba għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni li nbdew f'Novembru 2016 f'konformità mal-paragrafu 40 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

Atti delegati u ta' implimentazzjoni

6.  Jinnota li d-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni mhijiex sempliċement kwistjoni teknika iżda tista' tinvolvi wkoll kwistjonijiet ta' sensittività politika li huma ta' importanza konsiderevoli għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi u għan-negozji tal-UE;

7.  Ifakkar il-fatt li, kif stabbilit fil-premessa 7 tiegħu, il-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid għandu jiffaċilita n-negozjati fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għandu jtejjeb l-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, iżda jiddeplora l-fatt li dan għadu ma seħħx; jesprimi nuqqas ta' sodisfazzjon kbir dwar il-fatt li l-Kunsill għadu riluttanti ħafna li jaċċetta l-atti delegati meta l-kriterji tal-Artikolu 290 tat-TFUE jkunu ssodisfati; jenfasizza li dan iqiegħed pressjoni sostanzjali fuq in-negozjati;

8.  Huwa preokkupat ħafna li l-Kunsill qed jipprova, kważi b'mod sistematiku, jissostitwixxi l-atti delegati b'atti ta' implimentazzjoni; iqis li huwa partikolarment inaċċettabbli li l-Kunsill qed jipprova juża l-allinjament ta' wara Lisbona biex jissostitwixxi l-proċedura regolatorja bi skrutinju b'atti ta' implimentazzjoni, minflok b'atti delegati;

9.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem iddefendiet il-proposti oriġinali tagħha stess fir-rigward tal-użu tal-atti delegati;

10.  Ifakkar li elementi sinifikanti politikament, bħal-listi jew ir-reġistri tal-Unjoni ta' prodotti jew sustanzi, għandhom jibqgħu parti integrali minn att bażiku – meta jkun xieraq fil-forma ta' annessi – u għalhekk għandhom jiġu emendati biss permezz ta' atti delegati; jenfasizza li l-ħolqien ta' listi indipendenti għandu jiġi evitat fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt;

11.  Jistenna bil-ħerqa li juża reġistru strutturat sew u faċli għall-utent ta' atti delegati, li ġie ppubblikat fit-12 ta' Diċemrbu 2017 u li kien ġie mitlub mill-Parlament;

12.  Ifakkar lit-tliet istituzzjonijiet tal-UE li jeħtieġ li jsir aktar progress biex tiġi stabbilita bażi ta' data konġunta ddedikata dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġiżlattivi;

Valutazzjonijiet tal-impatt

13.  Itenni l-appell tiegħu għall-inklużjoni obbligatorja fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha ta' analiżi bbilanċjata tal-impatti ekonomiċi, soċjali ambjentali u fuq is-saħħa fuq perjodu medju sa twil ta' żmien;

14.  Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iservu biss ta' gwida għat-tfassil aħjar tal-liġijiet, u bħala għajnuna biex jittieħdu deċiżjonijiet politiċi, u fl-ebda każ m'għandhom jieħdu post id-deċiżjonijiet politiċi fil-proċess deċiżjonali demokratiku, u lanqas m'għandhom ifixklu r-rwol ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u li huma politikament responsabbli għalihom;

15.  Iqis li l-valutazzjonijiet tal-impatt m'għandhomx jikkawżaw dewmien bla bżonn fil-proċeduri leġiżlattivi, u lanqas m'għandhom jintużaw bħala ostakli proċedurali f'tentattiv li tiġi posposta l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni mhux mixtieqa;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post biex teżamina l-kompatibbiltà ta' inizjattivi, proposti jew biċċiet ta' leġiżlazzjoni eżistenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-impatt tagħhom, rispettivament, fuq il-progress u l-implimentazzjoni ta' dawn l-Għanijiet;

Simplifikazzjoni

17.  Jemmen li ċerti piżijiet amministrattivi huma meħtieġa għall-iżgurar ta' konformità xierqa mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni u l-livell meħtieġ ta' protezzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika – setturi li fihom iridu jinżammu r-rekwiżiti ta' informazzjoni;

18.  Jenfasizza l-importanza li tiġi evitata burokrazija żejda u li titqies il-korrelazzjoni bejn id-daqs tal-kumpanija u r-riżorsi meħtieġa biex l-obbligi jiġu implimentati;

19.  Jemmen li, peress li l-kwalità hija ta' importanza fundamentali, il-ħidma tas-simplifikazzjoni regolatorja m'għandhiex isservi bħala pretest biex tintwera inqas ambizzjoni rigward kwistjonijiet ta' importanza vitali għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa pubblika jew is-sikurezza tal-ikel;

20.  Filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li titqies u tittejjeb l-effiċjenza tal-interventi eżistenti billi jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji mhux meħtieġa, iqis li l-iffissar ta' mira netta għat-tnaqqis tal-ispejjeż regolatorji mhuwiex xieraq, peress li dan inaqqas bla bżonn il-firxa ta' strumenti disponibbli għall-indirizzar ta' kwistjonijiet ġodda jew mhux solvuti, u jinjora l-benefiċċji korrispondenti tar-regolamentazzjoni;

21.  Jilqa' l-aħbar tal-Kummissjoni li, fir-rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti u ta' dik ippjanata, se tikkunsidra l-interessi partikolari tal-mikrointrapriżi u l-SMEs, u se tapplika skemi anqas stretti għal dawn il-kumpaniji f'forma ta' eżenzjonijiet u simplifikazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja kif il-ħtiġijiet tal-SMEs u l-mikrointrapriżi jistgħu jitqiesu aktar fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, filwaqt li tkompli tiżgura standards għoljin ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tal-impjegati, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent;

22.  Jilqa' t-twaqqif tat-Task Force tal-Kummissjoni dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u li "Nagħmlu Anqas b'Aktar Effiċjenza", li trid taħdem id f'id mal-Ftehim Interistituzzjonali biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini li jqisu l-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala aspett fundamentali tal-proċess demokratiku;

23.  Jissottolinja d-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet ikkonċernati, li għandhom iservu bħala għodda importanti kemm fil-fażi ta' tħejjija kif ukoll matul il-proċess leġiżlattiv kollu;

Implimentazzjoni u applikazzjoni tad-dritt tal-UE

24.  Huwa tal-fehma li fl-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni ta' atti tal-UE, trid issir distinzjoni ċara bejn każijiet ta' "gold-plating", li fihom l-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti amministrattivi addizzjonali mhux relatati mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-istabbiliment ta' standards ogħla li jmorru lil hinn mill-istandards minimi fl-UE kollha għall-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur, il-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jevitaw kemm jista' jkun li joħolqu rekwiżiti amministrattivi addizzjonali meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE, u f'konformità mal-paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali, jagħmlu dawn iż-żidiet identifikabbli fl-att ta' traspożizzjoni jew fid-dokumenti assoċjati;

°

°  °

26.  Jissottolinja li fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u meta l-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi biss standards minimi, l-Istati Membri huma liberi li jintroduċu standards ogħla għall-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur, għall-kura tas-saħħa u għas-sikurezza tal-ikel;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Elena Gentile, Merja Kyllönen, Norbert Lins, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fernando Ruas, Ruža Tomašić, Jadwiga Wiśniewska

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries

EFDD:

Piernicola Pedicini

GUE/NGL:

Stefan Eck, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE:

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, Christofer Fjellner, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Lukas Mandl, Fernando Ruas, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Mihai Ţurcanu, Adina-Ioana Vălean

S&D:

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE:

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

5

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Ruža Tomašić, Jadwiga Wiśniewska

3

0

ECR:

Mark Demesmaeker

EFDD:

Julia Reid

ENF:

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (25.1.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

(2016/2018(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Notis Marias

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jinnota l-objettiv tal-Kummissjoni ta' tfassil aħjar tal-liġijiet, li hija prijorità ta' dan il-mandat, u jafferma l-ħtieġa li tinħoloq leġiżlazzjoni tal-UE ċara, sempliċi, effikaċi u bbilanċjata mmirata biex tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni fil-qasam soċjali, ambjentali u tal-impjiegi, li tkun faċli biex tiġi trasposta u implimentata;

2.  Jinnota li proċeduri leġiżlattivi mtejba fil-livell tal-UE, bil-kooperazzjoni interistituzzjonali f'waqtha u aktar fil-fond, jistgħu jwasslu għal applikazzjoni aktar konsistenti u armonizzata tad-dritt tal-UE;

3.  Iqis li l-iżvilupp ulterjuri tat-trasparenza tal-proċess tan-negozjati, b'mod speċjali f'dak li jikkonċerna s-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) u l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA), kif ukoll tal-proċess leġiżlattiv u l-iskrutinju mtejjeb tal-leġiżlazzjoni eżistenti għandu jkun il-prinċipju gwida tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

4.  Jisħaq fuq il-punt li n-negozjati dwar ftehim dwar il-ħruġ skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jitwettqu fuq bażi interistituzzjonali; ifakkar li l-Artikolu 50 jikkjarifika biss il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill; jenfasizza li l-Membri tal-Parlament Ewropew ta' Stat Membru li jkun ħiereġ mill-Unjoni ma jinżammux milli jipparteċipaw fid-dibattiti u fil-votazzjonijiet tal-Parlament u tal-kumitati; ifakkar fil-ħtieġa li tittejjeb it-trasparenza fir-rigward tan-negozjati dwar il-ħruġ kemm fil-livell tal-Parlament kif ukoll fil-livell interistituzzjonali;

5.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat u mmexxi 'l quddiem ulterjorment ir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur u li tiġi żgurata l-ugwaljanza meta mqabbel mal-Kunsill, kif ukoll li jittejjeb ir-rwol tiegħu bħala korp superviżorju tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

6.  Jisħaq fuq il-punt li f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni tal-UE effikaċi għandha timmira li tiżgura li l-proċeduri stabbiliti fiha jkunu jaqblu mal-iskop sottostanti tal-att leġiżlattiv innifsu, u partikolarment il-mira aħħarija tal-ħarsien tal-ambjent f'dak li jikkonċerna l-iżgurar ta' grad għoli ta' protezzjoni ambjentali.

7.  Ifakkar fil-bosta petizzjonijiet li waslu dwar il-kriżi ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea, u jemmen li għandha tingħata prijorità lil inizjattivi leġiżlattivi bil-għan li jingħata nifs ġdid lill-ekonomija u jiġu miġġielda l-qgħad u l-impjieg prekarju, l-inugwaljanzi soċjali u l-faqar;

8.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma li qed issir fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-valutazzjoni tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni reali tiegħu, u bħala bażi għat-titjib tat-testi u l-proċeduri leġiżlattivi; jinnota, f'dan ir-rigward, kemm hu importanti li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali ġenwina mal-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-petizzjonijiet jiġu eżaminati kif suppost;

9.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni effiċjenti orjentata lejn l-iżvilupp tal-protezzjoni tal-impjieg u l-kompetittività Ewropea b'enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, fis-setturi kollha tal-ekonomija;

10.  Jopponi kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva jew qafas ġuridiku stabbiliti bil-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe istituzzjoni tal-UE li jistgħu jwasslu għal prekarizzazzjoni reali tas-suq tax-xogħol, li jirriskjaw li jdaħħlu ammont akbar ta' nies effettivament taħt il-limitu tal-faqar jew li jimminaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

11.  Jiddikjara li l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' proposti leġiżlattivi ġodda għandhom iqisu sistematikament l-effetti reali, anki fuq perjodu ta' żmien qasir, fuq objettivi bħalma huma l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, livelli ogħla ta' inklużjoni soċjali, il-kost ta' non-Ewropa u forom ta' impjieg li jipproteġu bis-sħiħ id-drittijiet soċjali u tal-pagi taċ-ċittadini, kif ukoll il-ħarsien xieraq tal-ambjent; iqis li għandu jiġi inkluż ukoll każ ta' prova għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jemmen bis-sħiħ li l-UE jeħtiġilha tadotta leġiżlazzjoni li għandha l-għan li tiżgura l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali; iqis li huwa essenzjali, għaldaqstant, li l-miżuri u l-istrumenti kollha użati fil-livell tal-UE jridu jkunu mfassla u implimentati b'tali mod li jikkumbattu lill-inugwaljanza, lill-impjieg prekarju u lill-esklużjoni soċjali b'mod effikaċi u konsistenti;

12.  Jitlob li jkun hemm konsultazzjoni akbar mas-sħab soċjali fi stadju bikri, u involviment akbar tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, u li jitqies kif dovut it-tħassib tagħhom;

13.  Jinnota li l-adozzjoni ta' valutazzjonijiet tal-impatt sistematiċi m'għandhiex twassal għal depolitiċizzazzjoni tal-proċess leġiżlattiv, li konsegwentement taffettwa r-rwol prinċipali tal-Parlament fil-funzjonament demokratiku tal-Unjoni, bħala r-rappreżentant veru tar-rieda diretta u tad-diversità taċ-ċittadini tal-UE, u lanqas m'għandha ddgħajjef il-poter leġiżlattiv tiegħu, billi tagħmel id-dibattiti tiegħu inqas b'saħħithom jew bla sens, u tissostitwixxi d-deċiżjonijiet politiċi meħuda hemmhekk;

14.  Jisħaq fuq il-punt li, minħabba l-objettiv li jiġu żgurati t-trasparenza sħiħa fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali, l-adozzjoni ta' konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt għandu jkollha bħala skop prinċipali l-involviment primarju u sħiħ taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għandha tħeġġeġ l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tiżgura l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u l-protezzjoni tal-ambjent; jemmen li l-konsultazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu parti minn proċess usa' ta' demokratizzazzjoni li jwassal għall-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini fil-fażijiet kollha tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE;

15.  Jemmen li l-indipendenza tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni għandha tissaħħaħ u li r-rwol tiegħu għandu jiġi definit b'mod aktar ċar, u jissuġġerixxi li jitwaqqaf korp komuni għat-tliet istituzzjonijiet, pereżempju Korp Konsultattiv dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

16.  Jilqa' l-parteċipazzjoni ta' esperti tal-PE fil-laqgħat tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni u l-pubblikazzjoni sistematika tal-abbozzi ta' miżuri delegati jew ta' implimentazzjoni u l-ħolqien ta' reġistru tal-atti delegati;

17.  Jitlob li l-Parlament jiġi mistieden jattendi l-grupp ta' ħidma tal-Kunsill u l-laqgħat tal-Coreper, u jinsisti li l-aġendi jiġu trażmessi lill-Parlament b'mod strutturat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Notis Marias, Roberta Metsola, Julia Pitera, Virginie Rozière, Josep-Maria Terricabras, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin


ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU

TRAN/D/2018/LR/sf - 5251

Is-Sur Pavel Svoboda

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Parlament Ewropew

ASP 06F365

Is-Sa Danuta Maria Hübner

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Parlament Ewropew

ASP 12E157

Suġġett:   Regolamentazzjoni aħjar u l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (2016/2018(INI))

Sur President,

Sinjura President,

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu favur il-prijorità ewlenija tal-Ftehim Interistituzzjonali, it-twassil ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta' kwalità għolja li tiffoka fuq l-oqsma bl-ogħla valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej; jemmen li l-adozzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha ssir bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fil-mira bi spiża u piżijiet amministrattiv minimi, filwaqt li jitqiesu l-leġittimità demokratika, is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u ċ-ċertezza legali;

2.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu interistituzzjonali dwar il-programmazzjoni pluriennali, kif ukoll dwar il-programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni, sabiex jiġu identifikati, b'mod konġunt, kwistjonijiet ta' importanza ewlenija għall-Unjoni; jinsisti li meta tkun qed tiddefinixxi l-prijoritajiet tagħha, il-Kummissjoni tieħu kont aħjar taċ-ċikli politiċi marbuta mal-elezzjonijiet Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq il-fajls ewlenin sa mhux iktar tard minn nofs il-perjodu ta' leġiżlatura;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti programmi ta' ħidma annwali li jinkludi l-inizjattivi leġiżlattivi kollha, inklużi l-proposti biex tiġi emendata jew biex titħassar leġiżlazzjoni eżistenti, bi skeda ta' żmien realistika rigward tali sottomissjonijiet;

4.  Jisħaq fuq l-importanza li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt mhux biss għall-fajls leġiżlattivi, iżda anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' atti delegati u ta' implimentazzjoni, li mistennija jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali;

5.  Jilqa' l-prattika tal-Kummissjoni li l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar inizjattivi importanti tagħmilhom disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, b'segwitu għat-tħassib espress mill-Parlament Ewropew, biex tintlaħaq l-akbar udjenza possibbli u sabiex ikun iktar faċli li jingħata feedback;

6.  Iqis li t-trasparenza hija l-pedament tal-proċessi demokratiċi, inkluż it-tfassil tal-liġijiet; jenfasizza, għalhekk, li t-trasparenza għandha tkun prinċipju kruċjali tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Regolamentazzjoni Aħjar; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tirrispetta l-obbligu tagħha li tinforma b'mod sħiħ lill-Parlament fl-istadji kollha tan-negozjati ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

7.  Jilqa' l-fatt li l-esperti tal-Parlament Ewropew għandhom aċċess għal-laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni kif ukoll il-komunikazzjoni fil-pront tal-abbozzi ta' atti delegati u l-ħolqien ta' reġistru tal-atti delegati; jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-aċċess għad-dokumenti waqt it-tħejjija tal-atti delegati meta tali tħejjija tkun tinvolvi Gruppi ta' Esperti li jiltaqgħu barra mill-qafas tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tħejjija ta' standards;

8.  Jiddispjaċih dwar il-prattika tal-Kummissjoni li teskludi l-esperti tal-Parlament matul it-tħejjija ta' atti ta' implimentazzjoni fi ħdan il-qafas tal-laqgħat tal-kumitati tal-Komitoloġija; jiddispjaċih ukoll li din il-prattika tintuża wkoll għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tfassal aġenda aktar ċara tal-laqgħat tal-kumitati tal-Komitoloġija, u tagħmel distinzjoni, minn naħa waħda, bejn is-sessjoni fejn issir il-votazzjoni, u min-naħa l-oħra, il-punti relatati ma' atti ta' implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291 tat-TFUE u l-punti relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li fir-rigward tagħhom l-esperti tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu mistiedna;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed żmien lill-Parlament, bejn il-votazzjoni fil-Kumitati tal-Komitoloġija u l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, biex il-Parlament ikun jista' jwettaq skrutinju b'mod adegwat tal-atti ta' implimentazzjoni, speċjalment meta jiġi introdott numru sostanzjali ta' bidliet.

Dejjem tiegħek,

Karima Delli

CC:   Antonio Tajani, President

  Cecilia Wikström, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

  Richard Corbett, Rapporteur tal-Kumitat AFCO

  Koordinazzjoni leġiżlattiva


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Elmar Brok, Jean-Marie Cavada, Richard Corbett, Mady Delvaux, Pascal Durand, Enrico Gasbarra, Esteban González Pons, Heidi Hautala, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Alain Lamassoure, Gilles Lebreton, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Evelyn Regner, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Pavel Svoboda, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Charles Goerens, Jérôme Lavrilleux, Cristian Dan Preda, Virginie Rozière, Rainer Wieland, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Manolis Kefalogiannis, Flavio Zanonato


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

EFDD

Joëlle Bergeron

PPE

Elmar Brok, Esteban González Pons, Manolis Kefalogiannis, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Cristian Dan Preda, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pavel Svoboda, Axel Voss, Rainer Wieland, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Richard Corbett, Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pedro Silva Pereira, Tiemo Wölken, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Heidi Hautala, Josep-Maria Terricabras

3

-

ENF

Gerolf Annemans, Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

4

0

ECR

Morten Messerschmidt, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Helmut Scholz

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Mejju 2018Avviż legali