Proċedura : 2017/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0177/2018

Testi mressqa :

A8-0177/2018

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 25
CRE 03/07/2018 - 25

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0283

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 623kWORD 59k
17.5.2018
PE 615.325v01-00 A8-0177/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra

(12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: László Tőkés

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra

(12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (12548/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u bi qbil mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0422/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' ...(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0177/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.

(1)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(0000)0000.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (22.3.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra

(12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Elsi Katainen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem: CEPA) ġie ffirmat mill-partijiet fil-marġini tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant fl-24 ta' Novembru 2017, fi Brussell. Is-CEPA ġie negozjat matul is-snin 2015-2017 wara li fl-2013 l-Armenja ddeċidiet li ma tiffirmax il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (AA) u ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) innegozjat mal-Unjoni Ewropea (UE), iżda li minflok tingħaqad mal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU) fit-2 ta' Jannar 2015.

Bħala r-rapporteur għal opinjoni, nista' biss nesprimi d-dispjaċir tiegħi dwar din id-deċiżjoni peress li kien stmat li l-AA/DCFTA se jwassal għal żieda ta' 2,3 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Armenja fuq perjodu ta' żmien twil, u għal aktar opportunitajiet għal investiment dirett barrani, mentri s-sħubija tagħha fl-EAEU timplika inqas benefiċċji viżibbli. Madankollu, in-negozjati u l-iffirmar tal-Ftehim għandu jiġi apprezzat minn diversi aspetti. L-ewwel nett, dan juri l-interess u l-impenn tal-Armenja li jkollha rabtiet eqreb mal-UE safejn dan huwa kompatibbli mal-obbligi tagħha skont l-EAEU. It-tieni, huwa jirrappreżenta l-flessibbiltà tal-UE, f'konformità mal-approċċ differenzjat ġdid skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tinnegozja ftehim imfassal apposta għall-Armenja kompatibbli mal-EAEU.

L-UE hija l-akbar suq tal-esportazzjoni tal-Armenja, li jammonta għal madwar 27 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Armenja. L-esportazzjonijiet ewlenin tal-Armenja huma l-metalli u ħaġar prezzjuż, segwiti mill-enerġija, ix-xorb, il-ħaxix u l-frott. L-Armenja timporta l-aktar iż-żejt, il-gass naturali, iċ-ċereali, il-manifattura tal-ġomma, is-sufra u l-injam, u makkinarju elettriku. L-Armenja tibbenefika wkoll mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi tal-UE (GSP+). Ir-rata tal-użu tal-GSP+ mill-Armenja tibqa' għolja (madwar 93 %), iżda l-esportazzjonijiet GSP+ huma kkonċentrati ħafna fi ftit prodotti b'valur miżjud pjuttost baxx – il-ħadid, l-azzar u prodotti magħmula minnu, u l-ħwejjeġ.

Is-CEPA huwa ftehim komprensiv u f'bosta oqsma ambizzjuż li fil-biċċa l-kbira jsegwi l-istruttura tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni nnegozjat. L-impenji inklużi fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huma kważi l-istess f'ħafna oqsma, bħad-djalogu politiku u l-maġġoranza tal-kapitoli settorjali. Madankollu, f'xi oqsma speċifiċi, ġiet estiża l-iskadenza ta' żmien għall-implimentazzjoni. Għal raġunijiet evidenti, il-parti kummerċjali tas-CEPA hija l-aktar waħda milquta bis-Sħubija tal-Armenja fl-EAEU. Is-CEPA ma jabolixxix it-tariffi fuq il-prodotti peress li d-deċiżjonijiet relatati mat-tariffi jittieħdu fil-livell tal-EAEU, li għandha tariffa esterna komuni. Madankollu, l-Armenja tkompli tibbenefika mill-aċċess għas-suq tal-UE li jirriżulta mit-tneħħija tat-tariffi tal-GSP+. Il-kapitoli tal-Ftehim dwar l-ostakli tekniċi għall-kummerċ u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji jipprevedu kooperazzjoni eqreb ibbażata fuq ir-regoli u l-prinċipji internazzjonali, għalkemm mhumiex komprensivi u ambizzjużi bħal fil-każ ta' DCFTAs, partikolarment fir-rigward tal-approssimazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-UE. L-Armenja hija parti għall-Ftehim plurilaterali dwar l-Akkwisti Pubbliċi, u diġà impenjat ruħha li tikkonforma man-normi internazzjonali. Fis-CEPA, l-Armenja qablet li tagħmel progress kemm f'termini ta' trasparenza kif ukoll ta' aċċess għas-suq għall-prodotti u l-operaturi tal-UE. Il-kummerċ fis-servizzi huwa kapitolu ambizzjuż li għandu l-intenzjoni li jmur lil hinn mill-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). Il-kapitolu dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali wkoll imur lil hinn mill-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS). F'dan il-kuntest, huwa interessanti li wieħed jinnota li l-UE qablet li tagħti lill-Armenja 24 sena bħala perjodu ta' tranżizzjoni biex tuża l-kelma "cognac" miktuba biss b'ittri Ċirilliċi biex tirreferi għall-brandy Armen u tesportah esklussivament lir-Russja. Barra minn hekk, hemm ukoll elementi li jmorru lil hinn mir-regoli tad-WTO f'oqsma bħall-kompetizzjoni, is-sussidji u l-intrapriżi tal-istat. Konsegwentement, inħolqot bażi ġuridika għall-assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali li ssaħħaħ il-kooperazzjoni kontra l-irregolaritajiet u l-frodi doganali. L-UE u l-Armenja qablu wkoll fuq kapitolu ambizzjuż dwar il-kummerċ u s-sostenibbiltà, li għandu l-għan li jiżgura li l-kummerċ ikun promoss b'mod sostenibbli.

Minkejja l-interess min-naħa tal-Armenja, is-CEPA ma jinkludix kapitolu dwar l-investiment. Dan huwa minħabba n-nuqqas ta' mandat tal-Kummissjoni u l-ħtieġa għal kjarifiki legali fil-livell tal-UE. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat l-opinjoni tagħha dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapore fis-16 ta' Mejju 2017, fejn hija sostniet li d-dispożizzjonijiet relatati mal-portafoll tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS) huma parti mill-kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha.

Bħala r-rapporteur għall-opinjoni, jien nirrakkomanda li jingħata appoġġ għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim li se jkun biss il-bidu tal-proċess. L-implimentazzjoni effettiva tas-CEPA bl-involviment tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat se tkun sfida li tirrikjedi monitoraġġ kontinwu u mill-qrib.

******

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra

Referenzi

12543/2017 – C8-0422/2017 – JOIN(2017)0037 – 2017/0238(NLE)

Kumitat responsabbli

 

AFET

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elsi Katainen

11.10.2017

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Hannu Takkula

Eżami fil-kumitat

22.1.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Elsi Katainen, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Franz Obermayr, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Seán Kelly, Gabriel Mato, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Pedro Silva Pereira, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Nadja Hirsch, Elsi Katainen, Frédérique Ries, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

GUE/NGL

Helmut Scholz

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Seán Kelly, Gabriel Mato, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira

1

-

ENF

Franz Obermayr

2

0

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra

Referenzi

12543/2017 – C8-0422/2017 – JOIN(2017)0037 – 2017/0238(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

30.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

László Tőkés

1.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

2

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Wajid Khan, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Jean-Luc Schaffhauser, Alyn Smith, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Doru-Claudian Frunzulică, Norica Nicolai, Urmas Paet, Miroslav Poche, Soraya Post, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Helmut Scholz, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renate Weber, Francis Zammit Dimech, Joachim Zeller

Data tat-tressiq

17.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Renate Weber

ECR

Charles Tannock, Geoffrey Van Orden

EFDD

Fabio Massimo Castaldo, Aymeric Chauprade

ENF

Mario Borghezio

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Helmut Scholz, Marie-Christine Vergiat

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Francis Zammit Dimech, Joachim Zeller, Željana Zovko

S&D

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Andi Cristea, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Arne Lietz, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Soraya Post, Boris Zala, Janusz Zemke

2

-

EFDD

David Coburn

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

7

0

NI

Dobromir Sośnierz

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Michel Reimon, Alyn Smith, Bodil Valero

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2018Avviż legali