Proċedura : 2018/2037(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0178/2018

Testi mressqa :

A8-0178/2018

Dibattiti :

PV 28/05/2018 - 25
CRE 28/05/2018 - 25

Votazzjonijiet :

PV 30/05/2018 - 13.8
CRE 30/05/2018 - 13.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0224

RAPPORT     
PDF 1204kWORD 152k
22.5.2018
PE 618.154v02-00 A8-0178/2018

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

(2018/2037(INI))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Herbert Dorfmann

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

(2018/2037(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" (COM(2017)0713),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 38 u 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxu l-politika agrikola komuni (PAK) u l-objettivi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 40 u 42 tat-TFUE li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) fil-prodotti agrikoli u l-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jiddefinixxi l-istatut tar-reġjuni ultraperiferiċi u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn ir-reġjuni,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2017/2393 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti(1) (regolament "omnibus"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja(2),

–  wara li kkunsidra d-Dokument Informattiv u Analitiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-ġejjieni tal-PAK, ippubblikat fid-19 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi(3) u r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM(2017)0587),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat ta' kumitat speċjali dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali tal-QEA Nru 16/2017 bit-titolu "Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati" u Nru 21/2017 bit-titolu "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017 dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (COM(2017)0358),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 bit-titolu "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020" (COM(2018)0098),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0 tal-2016, "Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali", maħruġa fl-okkażjoni tal-Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni kurrenti u l-prospetti futuri għas-setturi tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini – Inħeġġu l-produzzjoni tal-pjanti leguminużi u li fihom il-proteini fis-settur agrikolu Ewropew(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE: kif niffaċilitaw l-aċċess tal-bdiewa għall-art(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar in-nisa u r-rwol tagħhom fiż-żoni rurali(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar kif il-PAK tista' ttejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-Prodotti magħmula mill-Ħalib(14),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Tfassil mill-ġdid possibbli tal-Politika Agrikola Komuni"(15),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bit-titolu "Il-PAK wara l-2020"(16),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li l-maġġoranza tagħhom huma rilevanti għall-PAK,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-konklużjonijiet ta' Novembru 2016 tat-Task Force għas-Swieq Agrikoli bit-titolu "Improving Market Outcomes – Enhancing the Position of Farmers in the Supply Chain" (Intejbu l-eżiti tas-swieq – Insaħħu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi fl-okkażjoni tal-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) tal-2015, u b'mod partikolari l-impenji meħuda mill-Unjoni Ewropea bħala "kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali" (NDCs) sabiex jintlaħqu l-għanijiet dinjija tal-ftehim,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (POSEI) (COM(2016)0797),

–  wara li kkunsidra l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR), imħabbra fl-2016 (COM(2016)0316), li hija għodda li tgħin biex il-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki ambjentali tal-UE jaslu għand in-negozji u ċ-ċittadini permezz ta' implimentazzjoni aħjar,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0178/2018),

A.   billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja tirrikonoxxi li l-politika agrikola komuni (PAK) hija waħda mill-aktar politiki qodma u integrati fl-UE u hija ta' importanza strateġika globali, u għandha tkun imfassla biex tippermetti lis-settur tal-biedja u tal-forestrija tal-UE jirrispondi għall-esiġenzi ġustifikati taċ-ċittadini mhux biss fir-rigward tas-sikurezza, is-sigurtà, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-ikel, iżda anke fir-rigward tal-ħarsien ambjentali, il-bijodiversità u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali, l-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp rurali, is-saħħa, l-impjiegi u standards għoljin fil-benessri tal-annimali;

B.  billi huwa fatt li issa l-PAK trid tiġi riformata sabiex twieġeb b'mod aktar sodisfaċenti kemm għall-ħtiġijiet tal-persuni li hija primarjament indirizzata lilhom – il-bdiewa – u kemm għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini b'mod ġenerali;

C.  billi l-PAK hija ta' importanza kbira fl-Ewropa kollha għal madwar 12-il miljun azjenda agrikola;

D.  billi l-art agrikola tammonta għal 47 % tat-territorju Ewropew u fl-UE hemm 22 miljun bidwi u ħaddiem agrikolu;

E.  billi l-għanijiet tal-PAK għandhom ikunu li tiżgura s-sikurezza u s-sovranità tal-ikel, kif ukoll ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi agrikoli u t-territorji tal-UE;

F.   billi l-objettiv globali tal-UE li jkun hemm settur agrikolu u forestali multifunzjonali u diversifikat li joħloq l-impjiegi, ikun ġust, ikun xprunat minn prattiki agrikoli sostenibbli u jippermetti l-preservazzjoni ta' azjendi agrikoli żgħar u tal-familja vijabbli li jistgħu jiġu akkwistati u mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra, jibqa' kruċjali sabiex jitwasslu l-esternalitajiet pożittivi u l-beni pubbliċi li jesiġu ċ-ċittadini Ewropej (prodotti u servizzi alimentari u mhux alimentari);

G.  billi huwa essenzjali li titwaqqaf u titreġġa' lura l-konċentrazzjoni attwali tal-poter f'idejn is-settur il-kbir tal-bejgħ bl-imnut u l-kumpaniji l-kbar;

H.  billi kwalunkwe tibdil fil-PAK attwali jrid ikun ibbażat fuq miri strateġiċi biex tissaħħaħ il-kompetittività u jiġi żgurat ikel tajjeb u sikur;

I.   billi, għal aktar minn 25 sena, il-PAK għaddiet regolarment minn riformi ddettati mill-ftuħ tal-agrikoltura Ewropea għas-swieq internazzjonali u minn sfidi ġodda f'oqsma bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima; billi issa hemm bżonn pass ieħor f'dan il-proċess kontinwu ta' aġġustament sabiex il-PAK tiġi ssimplifikata, immodernizzata u orjentata mill-ġdid sabiex tassigura l-introjtu tal-bdiewa u tilħaq b'mod aktar effettiv l-aspettattivi tas-soċjetà b'mod ġenerali, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u s-sigurtà alimentari, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u l-impjiegi, filwaqt li tiżgura ċertezza politika u sigurtà finanzjarja għas-settur, sabiex ikun hemm żoni rurali sostenibbli, tiġi indirizzata s-sigurtà alimentari u jiġi żgurat li l-miri klimatiċi u ambjentali Ewropej jintlaħqu, kif ukoll biex jiżdied il-valur miżjud Ewropew;

J.   billi, għalkemm il-Kummissjoni semmiet il-komunikazzjoni tagħha dwar ir-riforma li għaddejja fil-PAK "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", ma tat l-ebda garanzija li l-baġit tal-PAK se jinżamm, u billi huwa essenzjali li dan jiġi indirizzat qabel jiġu ppreżentati l-proposti leġiżlattivi li jmiss; billi dawn iridu jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK, li l-funzjonament xieraq tas-suq uniku ma jiġix imfixkel, u li jkun hemm simplifikazzjoni ġenwina għall-benefiċjarji, mhux biss fil-livell tal-UE iżda anke fil-livell tal-Istati Membri, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, kif ukoll flessibbiltà u sigurtà ġuridika għall-bdiewa u għas-sidien tal-foresti, filwaqt li jiżguraw għanijiet ambjentali ambizzjużi u li l-miri tal-PAK il-ġdida jintlaħqu mingħajr ma jiżdiedu restrizzjonijiet ġodda fuq l-Istati Membri u, b'hekk, saff ġdid ta' kumplessità li jwassal għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali;

K.  billi mudell ta' implimentazzjoni ġdid għandu jiżgura relazzjoni diretta bejn l-UE u l-bdiewa Ewropej;

L.  billi l-PAK trid taqdi rwol importanti biex jissaħħu l-produttività u l-kompetittività fit-tul tas-settur u jiġu evitati l-istaġnar u l-volatilità tal-introjtu tal-azjendi agrikoli, li, minkejja l-konċentrazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-produzzjoni u ż-żieda fil-produttività, xorta waħda għadu, bħala medja, aktar baxx mill-bqija tal-ekonomija;

M.  billi l-pagamenti diretti jipprovdu l-ewwel saff sostanzjali ta' stabbiltà u xibka ta' sikurezza għall-introjtu tal-azjendi agrikoli, peress li jirrappreżentaw porzjon tanġibbli annwali tal-introjtu tal-biedja, u saħansitra sa 100 % tad-dħul tal-azjendi agrikoli f'ċerti reġjuni; billi dawn il-pagamenti għandhom jitkomplew sabiex il-bdiewa jiġu megħjuna jikkompetu fuq l-istess livell ma' pajjiżi terzi;

N.  billi ktajjen tal-valur rurali ġodda fil-bijoekonomija jistgħu joffru potenzjal tajjeb ta' tkabbir u impjiegi fiż-żoni rurali;

O.  billi l-pagamenti diretti jridu jkunu aktar immirati għall-bdiewa, peress li dawn huma n-nies li jikkontribwixxu għall-istabbiltà u l-futur tar-reġjuni rurali tagħna u li qed jiffaċċjaw ir-riskji ekonomiċi tas-suq;

P.  billi, f'dawn l-aħħar snin, il-bdiewa kellhom iħabbtu wiċċhom ma' żieda fil-volatilità tal-prezzijiet, li kienet tirrifletti ċ-ċaqliq tal-prezzijiet fis-swieq globali u l-inċertezza kkawżata minn żviluppi makroekonomiċi, politiki esterni bħal kwistjonijiet kummerċjali, politiċi u diplomatiċi, kriżijiet sanitarji, kwantitajiet eċċessivi f'ċerti setturi Ewropej, tibdil fil-klima u avvenimenti estremi tat-temp aktar frekwenti fl-UE;

Q.  billi l-għodod speċifiċi għas-setturi tal-Mediterran għandhom jibqgħu fil-Pilastru I;

R.  billi huwa essenzjali li jiġu previsti għodod flessibbli u reattivi li jgħinu lis-setturi sensittivi u strateġiċi jaffrontaw il-bidliet strutturali, bħall-konsegwenzi potenzjali tal-Brexit jew tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali approvati mas-sħab ewlenin tal-UE;

S.  billi l-istrateġiji settorjali għall-frott u l-ħaxix, l-inbid u l-apikultura għandhom jibqgħu obbligatorji għall-pajjiżi produtturi, u għandhom jinżammu l-ispeċifiċitajiet tal-għodod u r-regoli relatati;

T.  billi huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, prezzijiet ġusti u standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa kollha fir-reġjuni u l-Istati Membri kollha tal-UE, biex b'hekk jiġu żgurati prezzijiet aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-konsumaturi u jkun hemm attività agrikola fil-partijiet kollha tal-Unjoni inkluż f'żoni b'restrizzjonijiet naturali; billi huwa essenzjali li nippromwovu l-konsum u d-disponibbiltà ta' ikel ta' kwalità għolja u dieti sani u sostenibbli, filwaqt li jitwettqu l-impenji għas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, l-azzjoni klimatika, is-saħħa, saħħet il-pjanti u l-annimali, il-benessri tagħhom, u l-iżvilupp bilanċjat taż-żoni rurali;

U.  billi l-ilma u l-agrikoltura huma marbutin mill-qrib ma' xulxin, u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fis-settur agrikolu hija essenzjali għal produzzjoni alimentari suffiċjenti u ta' kwalità tajba u għall-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

V.  billi l-PAK teħtieġ għodod adegwati biex tindirizza l-vulnerabbiltà tal-agrikoltura quddiem it-tibdil fil-klima u fl-istess ħin tnaqqas il-pressjoni eżerċitata mis-settur fuq ir-riżervi tal-ilma ħelu, responsabbli għal 50 % tal-konsum ta' ilma ħelu fl-UE;

W.  billi, għal aktar ekwità u leġittimità, hemm bżonn sistema ta' pagamenti aġġornata, aktar sempliċi u aktar ġusta;

X.  billi l-PAK attwali m'għandhiex l-istrumenti meħtieġa biex tiżgura introjtu deċenti li jagħti ħajja dinjituża lill-bdiewa ta' età akbar;

Y.  billi ma jeżistux strumenti adegwati li jinkoraġġixxu t-trasferiment tan-negozji mill-ġenerazzjoni tal-bdiewa ta' età akbar għall-ġenerazzjoni żagħżugħa;

Z.  billi skont id-dokument informattiv u analitiku tal-QEA ta' Marzu 2018 dwar il-futur tal-PAK, fl-2010, għal kull 100 maniġer ta' azjenda agrikola li kellhom aktar minn 55 sena, kien hemm 14 li kellhom inqas minn 35 sena, ċifra li niżlet għal 10.8 fl-2013; billi l-età medja tal-bdiewa fl-UE żdiedet minn 49.2 għal 51.4 sena fil-perjodu bejn l-2004 u l-2013; billi, sikwit, l-iżgħar azjendi agrikoli jkunu dawk ta' bdiewa ta' età akbar;

Aa.   billi ż-żieda fil-kummerċ globali tippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi, relatati fost affarijiet oħra mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ilma, in-nuqqas ta' art agrikola u d-degradazzjoni tal-art, u għalhekk tirrikjedi aġġustament fir-regoli tal-kummerċ internazzjonali biex ikun jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet ekwi komuni bbażati fuq standards għolja u kundizzjonijiet ġusti u sostenibbli għall-iskambju tal-prodotti u s-servizzi, kif ukoll mekkaniżmi mġedda u effiċjenti għall-protezzjoni tal-kummerċ, skont l-istandards soċjali, ekonomiċi, ambjentali, tas-saħħa, sanitarji, fitosanitarji u tal-benessri tal-annimali Ewropej eżistenti;

Ab.  billi dawn l-istandards għoljin għandhom jinżammu u jkomplu jiġu promossi fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), biex jiġu ppreservati l-interessi tal-produtturi u tal-konsumaturi Ewropej billi jiġu żgurati standards Ewropej fil-ftehimiet kummerċjali dwar l-importazzjoni;

Ac.  billi madwar 80 % tal-proteina meħtieġa fl-UE hija importata minn pajjiżi terzi u s'issa għadu ma sarx biżżejjed biex tiġi implimentata strateġija dwar il-proteini fil-PAK;

Ad.  billi, filwaqt li għandha tintlaqa' tajjeb l-enfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp favur l-innovazzjoni ta' prodotti u proċessi li jiffrankaw ir-riżorsi, irid isir aktar sabiex jiġu żviluppati l-kapaċità u l-infrastruttura tar-riċerka meħtieġa biex ir-riżultati tar-riċerka jissarfu fl-ikel u fil-biedja u fi prattika sostenibbli ta' agroforestrija, bl-għajnuna ta' appoġġ adegwat, kif ukoll biex jiġi promoss approċċ b'diversi atturi li jipprevedi l-bdiewa fil-qofol tiegħu u li jkun appoġġjat minn servizzi ta' estensjoni agrikola indipendenti, trasparenti u ffinanzjati b'mod suffiċjenti fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha u bl-iskambju ta' għarfien u servizzi ta' taħriġ fil-livell tal-Istati Membri;

Ae.  billi l-appoġġ dirett għall-investiment għandu jkun immirat aħjar lejn l-esiġenzi doppji tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali u jqis il-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli nfushom;

Af.  billi l-Unjoni Ewropea żviluppat sensiela ta' programmi spazjali (EGNOS u Galileo) u programmi ta' osservazzjoni tad-dinja (Copernicus), li l-potenzjal tagħhom għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-PAK u t-tranżizzjoni tal-agrikoltura Ewropea lejn biedja ta' preċiżjoni u lejn il-prestazzjoni ambjentali u ekonomika doppja tal-azjendi għandu jiġu sfruttat kemm jista' jkun;

Ag.  billi l-biċċa l-kbira tar-riċerka fil-bijoteknoloġija issa tinsab barra mill-UE, fejn normalment tiffoka fuq kwistjonijiet agroekonomiċi li mhumiex rilevanti għas-settur tal-UE, u b'hekk tirriżulta f'telf potenzjali ta' investiment u attenzjoni;

Ah.  billi, abbażi tal-esperjenzi reċenti, l-isfruttament u l-promozzjoni tal-proċessi naturali biex jitjiebu r-rendiment u r-reżiljenza x'aktarx inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni;

Ai.  billi settur agrikolu, alimentari u forestali kompetittiv jeħtieġ ikompli jaqdi rwol b'saħħtu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u tal-ħarsien ambjentali tal-UE stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali bħall-COP21 u l-SDGs tan-NU, bl-għoti ta' inċentivi u kumpens lill-bdiewa għall-kontribut tagħhom u b'assistenza permezz ta' tnaqqis fil-piżijiet regolatorji u amministrattivi bla bżonn fil-miżuri li jidħlu għalihom;

Aj.  billi l-livell taż-żieda fit-temperaturi medji globali tal-wiċċ prevista għas-seklu 21, u l-konsegwenzi immedjati tagħha għall-kundizzjonijiet klimatiċi, jeħtieġu sistema alimentari ambjentalment sostenibbli li tiggarantixxi produzzjoni sikura u abbundanti, mingħajr ma l-Unjoni tkun dipendenti fuq swieq oħra;

Ak.  billi huwa importanti li l-PAK tal-ġejjieni tkun koerenti mal-SDGs, mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-politiki tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u l-ikel;

Al.  billi l-agrikoltura hija wieħed mis-setturi tal-ekonomija li huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettiv li, sal-2030, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra jitnaqqsu bi 30 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005 skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi;

Am.  billi l-bdiewa ż-żgħar jammontaw għal madwar 40 % tal-azjendi agrikoli tal-UE, iżda jirċievu biss 8 % tas-sussidji tal-PAK;

An.  billi s-17-il SDG jistabbilixxu objettivi ġodda u ċari għall-PAK wara l-2020;

Ao.  billi l-PAK integrat progressivament l-objettivi ambjentali billi żgurat li r-regoli tagħha jkunu kompatibbli mal-obbligi ambjentali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE u li l-bdiewa jkunu konformi ma' dawk l-obbligi u anke jippromwovu l-iżvilupp ta' prattiki agrikoli sostenibbli li jippreservaw l-ambjent u l-bijodiversità;

Ap.  billi l-konsum ta' xaħmijiet saturati u laħam aħmar fl-Unjoni jibqa' ferm ogħla mill-konsum nutrizzjonali rrakkomandat u l-industrija tal-ikel qed tkompli tagħti kontribut sostanzjali għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tan-nitroġenu;

Aq.  billi ċ-ċrieki ta' produzzjoni magħluqa – produzzjoni, pproċessar u ppakkjar fl-istess reġjun – iżommu l-valur miżjud fir-reġjun ikkonċernat u b'hekk jiżguraw aktar impjiegi fl-inħawi lokali, u għalhekk juru l-potenzjal li terġa' tingħata l-ħajja liż-żoni rurali;

Ar.  billi l-PAK issegwi objettivi ekonomiċi u ambjentali inseparabbli, u dan l-approċċ fuq żewġ binarji jrid jiġi ppreservat u anke msaħħaħ, fil-kuntest tar-riforma tal-Pilastru I u tal-iskema tal-ekoloġizzazzjoni, favur tranżizzjoni lejn mudell agrikolu Ewropew sostenibbli u effiċjenti;

As.  billi, fil-PAK tal-futur, l-Unjoni Ewropea trid tirsisti għal limitazzjoni sinifikanti fuq l-użu tal-antibijotiċi fl-agrikoltura u fis-settur alimentari sabiex tissaħħaħ il-biedja sostenibbli;

At.  billi żieda fir-reżiljenza u fis-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi u t-territorji agrikoli tkun ta' benefiċċju għall-UE kollha kemm hi;

Au.  billi l-QEA enfasizzat li, minħabba rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni li sikwit ma jirriflettux ħlief il-prattiki attwali, il-pagamenti ta' ekoloġizzazzjoni introdotti bħala parti mir-riforma tal-2013 joħolqu aktar kumplessità u burokrazija, huma diffiċli biex jinftiehmu, u fl-opinjoni tal-QEA ma jtejbux biżżejjed il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK minħabba l-mod kif inhuma mfassla, u dawn il-punti huma importanti li jitqiesu meta titfassal l-arkitettura ekoloġika l-ġdida għall-PAK;

Av.  billi l-QEA identifikat nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Pilastru II, b'mod partikolari l-proċess ta' approvazzjoni twil, kif ukoll in-natura kumplessa u burokratika tal-programmi ta' żvilupp rurali;

Aw.  billi l-metavalutazzjoni tal-"Kontroll tal-Idoneità" bbażata fuq l-evidenza tal-istudji xjentifiċi sabet li l-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni ma jtejbux il-prestazzjoni ambjentali b'mod sinifikanti, l-aktar għaliex dawk ir-rekwiżiti diġà kienu qed jintlaħqu;

Ax.   billi l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0 għal Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali jirrigwardaw żoni rurali vibranti, multifunzjonalità intelliġenti, bijodiversità fl-agrikoltura u fil-forestrija u lil hinn minnhom, razez ta' annimali rari u għelejjel ta' konservazzjoni, kif ukoll agrikoltura organika, appoġġ għal żoni żvantaġġati u impenji fil-kuntest ta' Natura 2000; billi d-Dikjarazzjoni tenfasizza wkoll l-importanza tal-isforzi biex tiġi evitata d-depopolazzjoni taż-żoni rurali u r-rwol tan-nisa u taż-żgħażagħ f'dan il-proċess, kif ukoll il-ħtieġa ta' użu aħjar ta' riżorsi endoġeni fiż-żoni rurali bl-implimentazzjoni ta' strateġiji integrati u approċċi multisettorjali li jsaħħu l-approċċ minn isfel għal fuq u s-sinerġija bejn il-partijiet ikkonċernati, u li jirrikjedu investiment fil-vijabbiltà taż-żoni rurali, preservazzjoni u titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi naturali, inċentivi għall-azzjoni klimatika, stimulazzjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni, tisħiħ tal-governanza fiż-żoni rurali, u simplifikazzjoni tal-politika ta' żvilupp rurali u l-implimentazzjoni tagħha;

Ay.  billi l-PAK għandha tqis iż-żoni inqas vantaġġużi, bħar-reġjuni fejn hemm kompetizzjoni qawwija bejn l-iżvilupp urban u l-agrikoltura, għar-restrizzjonijiet addizzjonali tagħhom fuq l-aċċess għall-art, sabiex l-agrikoltura tibqa' tiġi ppreservata f'dawn iż-żoni;

Az.  billi l-inħawi żvantaġġati, bħar-reġjuni muntanjużi u ultraperiferiċi, għandhom ikomplu jingħataw kumpens mill-PAK għall-ispejjeż żejda assoċjati mar-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom sabiex tiġi ppreservata l-attività agrikola f'dawn l-inħawi;

Ba.  billi l-PAK għandha tagħti rikonoxximent mistħoqq lill-benefiċċji ambjentali kbar li jiġġeneraw ċerti setturi, bħas-setturi tan-nagħaġ u tal-mogħoż jew l-għelejjel li fihom il-proteini;

Bb.  billi s-settur tat-trobbija tan-naħal huwa essenzjali għall-UE u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-soċjetà, kemm mil-lat ekonomiku u kemm mil-lat ambjentali;

Bc.  billi huwa essenzjali li tissaħħaħ aktar il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku permezz ta' regoli ġusti u trasparenti li jqisu n-natura speċifika tal-agrikoltura fir-relazzjonijiet bejn il-produzzjoni u l-partijiet l-oħra tal-katina tal-provvista tal-ikel, kemm upstream kif ukoll downstream, u li jkun hemm inċentivi għall-prevenzjoni effettiva tar-riskji u l-kriżijiet, inklużi għodod ta' ġestjoni attivi li jkunu kapaċi jlaqqgħu aħjar il-provvista mad-domanda u jkunu jistgħu jintużaw fil-livell settorjali u mill-awtoritajiet pubbliċi, kif indikat fir-rapport tat-Task Force għas-Swieq Agrikoli; billi anke l-aspetti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-PAK u li jaffettwaw il-kompetittività u l-kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa jridu jitqiesu u jiġu sorveljati kif xieraq;

Bd.  billi l-isfidi l-ġodda li jirrigwardaw is-sigurtà u l-awtonomija alimentari għall-agrikoltura Ewropea fl-ambitu tal-prijoritajiet politiċi tal-UE, kif imsemmi fid-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, jirrikjedu li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss iżid jew iżomm il-baġit agrikolu f'euro kostanti biex ikopri l-isfidi eżistenti u ġodda;

Be.  billi peress li s-soċjetà tistenna li l-bdiewa jibdlu l-prattiki tagħhom biex ikunu kompletament sostenibbli, dawn għandhom jingħataw appoġġ f'din it-tranżizzjoni permezz ta' fondi pubbliċi; 

Bf.  billi kwalunkwe tibdil fil-PAK attwali jrid jiġi introdott b'tali mod li jiżgura stabbiltà għas-settur, ċertezza ġuridika u sigurtà fl-ippjanar għall-bdiewa u s-sidien tal-foresti, permezz ta' perjodi u miżuri tranżitorji adegwati;

Bg.  billi l-Parlament jeħtieġ jaqdi rwol komprensiv fil-ħolqien ta' qafas ta' politika ċar sabiex tinżamm ambizzjoni komuni fil-livell Ewropew u dibattitu demokratiku dwar il-kwistjonijiet strateġiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini kollha f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, fosthom l-ilma, il-ħamrija u l-arja, il-kwalità tal-ikel tagħna, l-istabbiltà finanzjarja tal-produtturi agrikoli, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-modernizzazzjoni sostenibbli tal-prattiki agrikoli u iġjeniċi, bil-għan li jiġi stabbilit kuntratt soċjetali fil-livell Ewropew fost il-produtturi u l-konsumaturi;

Bh.  billi l-PAK hemm bżonn tiġi riformulata biex topera fil-livell li huwa mistenni fis-sitwazzjoni, huwa importanti ferm li l-koleġiżlaturi jingħataw il-mezzi biex iwettqu bis-sħiħ il-missjoni tagħhom f'perjodu ta' żmien regolat, u jridu jitqiesu l-inċertezzi marbuta mal-Brexit;

Bi.  billi l-ġejjieni tas-sigurtà alimentari fl-Ewropa jrid ikun żgurat kemm għar-Renju Unit u kemm għall-UE 27, u għandhom isiru l-aqwa sforzi biex jiġi minimizzat it-tfixkil għall-produzzjoni u l-aċċess għall-ikel għaż-żewġ partijiet; billi jridu jsiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi żgurat allinjament unitarju fl-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tar-Renju Unit u tal-UE ma jiffaċċjaw l-ebda tnaqqis fil-kwalità u s-sikurezza tal-ikel;

Bj.  billi waħda mis-sitt prijoritajiet ewlenin għall-iżvilupp rurali fl-UE hija r-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, inkluż fiż-żoni ta' Natura 2000;

Bk.  billi bħalissa l-UE qed taħdem fuq strateġija dwar il-proteini biex tippromwovi l-awtosuffiċjenza fl-għelejjel li fihom il-proteini;

Bl.  billi l-insigurtà alimentari laqtet 124 miljun persuna f'51 pajjiż fl-2017, jiġifieri 16-il miljun aktar mill-2016; billi l-maġġoranza tal-persuni milquta mill-insigurtà alimentari jgħixu f'żoni rurali;

Bm.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija objettiv ewlieni tal-UE u l-Istati Membri tagħha; billi ħafna mir-rwoli li jaqdu n-nisa fiż-żoni rurali jgħinu biex tinżamm il-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u tal-komunitajiet rurali; billi l-isforzi biex tiġi evitata d-depopolazzjoni rurali huma marbuta mal-opportunitajiet għan-nisa u għaż-żgħażagħ; billi n-nisa li jgħixu f'żoni rurali għadhom jiffaċċjaw diversi sfidi, filwaqt li l-politiki tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali ma jqisux biżżejjed id-dimensjoni tal-ġeneri; billi, għalkemm il-ġeneru tal-benefiċjarji tal-pagamenti diretti jew tal-iżvilupp rurali mhuwiex indikatur affidabbli tal-impatt tal-programmi, in-nisa bħala applikanti jew benefiċjarji mhumiex rappreżentati biżżejjed;

Bn.  billi, sabiex il-PAK tingħata ġustifikazzjoni quddiem il-kontribwenti Ewropej, il-finanzjament futur irid ikun marbut kemm mal-produzzjoni ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja kif ukoll ma' valur miżjud soċjetali ċar fir-rigward ta' agrikoltura sostenibbli, prestazzjoni ambjentali u klimatika ambizzjuża, standards tas-saħħa pubblika u tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, u impatti soċjetali oħra tal-PAK, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi ġenwini fl-UE u lil hinn minnha;

Bo.  billi l-istudju speċjali Nru 442 tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn il-benessri tal-annimali jindika li 82 % taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li l-benessri tal-bhejjem tat-trobbija għandu jitjieb;

Bp.  billi l-użu tal-pestiċidi, id-degradazzjoni tal-bijodiversità u t-tibdil fl-ambjent agrikolu jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-kwantità tad-dakkara u fuq il-varjetà tal-ispeċijiet ta' dakkara; billi l-isfidi li jiffaċċjaw id-dakkara, kemm domestikati kif ukoll selvaġġi, huma sinifikanti, u l-effett fuq l-agrikoltura tal-UE u fuq is-sigurtà alimentari jista' jkun ta' detriment minħabba d-dipendenza tal-maġġoranza tal-produzzjoni tal-UE fuq is-servizzi tad-dakra; billi f'Jannar 2018 tnediet konsultazzjoni pubblika fil-qafas tal-Inizjattiva tad-Dakkara tal-UE biex jiġu identifikati l-aħjar approċċ u l-passi meħtieġa biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tad-dakkara fl-UE;

Bq.  billi hemm il-ħtieġa li titfassal miżura speċifika fil-qafas tal-iżvilupp rurali – iffukata fuq it-tmien prinċipji tal-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) tal-Unjoni Ewropea – sabiex jiġi mħeġġeġ it-tnaqqis fl-użu ta' pestiċidi serji u jitrawwem l-użu ta' alternattivi mhux kimiċi;

Br.  billi l-inħawi żvantaġġati, bħar-reġjuni muntanjużi u ultraperiferiċi, għandhom ikomplu jingħataw kumpens mill-PAK għall-ispejjeż żejda assoċjati mar-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom sabiex tiġi ppreservata l-attività agrikola f'dawn l-inħawi;

Bs.  billi l-applikazzjoni tal-qafas tal-PAK fir-reġjuni ultraperiferiċi għandha tesplora bis-sħiħ il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE, għaliex dawn iż-żoni jinsabu f'pożizzjoni partikolarment żvantaġġata f'termini ta' żvilupp soċjoekonomiku, fir-rigward ta' aspetti bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni u d-depopolazzjoni; billi l-POSEI huwa għodda effettiva maħsuba għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-istrutturar tas-settur li tindirizza l-kwistjonijiet agrikoli speċifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi; ifakkar li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2016 lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-POSEI, ikkonkludiet li "b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-iskema [...], modifika tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 bażiku mhix meqjusa meħtieġa";

Bt.  billi kemm il-ġestjoni tal-foresti kif ukoll l-agroforestrija, li tikkonsisti f'livell superjuri ta' veġetazzjoni msaġġra fuq il-bwar jew fuq l-għelejjel, jistgħu jikkontribwixxu għar-reżiljenza fil-livell tal-azjendi agrikoli u tal-pajsaġġ u għal azzjonijiet ta' mitigazzjoni ambjentali u tat-tibdil fil-klima, u jipprovdu prodotti agrikoli u forestali jew servizzi ekosistemiċi oħra u b'hekk isaħħu l-objettivi tal-PAK u jippermettu li l-ekonomiji ċirkolari u l-bijoekonomiji jikkontribwixxu għal mudelli kummerċjali ġodda li jkunu ta' benefiċċju għall-bdiewa, għall-forestiera u għaż-żoni rurali; billi l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tippromwovi perspettiva koerenti u olistika tal-ġestjoni tal-foresti u tad-diversi benefiċċji tal-foresti, u tindirizza l-katina tal-valur tal-foresti kollha kemm hi; jenfasizza li l-PAK taqdi rwol kruċjali fl-objettivi tagħha u tagħti attenzjoni speċjali lill-foresti Mediterranji, li jbatu aktar mit-tibdil fil-klima u min-nirien, li jqiegħdu f'riskju l-bijodiversità u l-potenzjal tal-produzzjoni agrikola;

Relazzjoni ġdida bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bdiewa

1.  Jilqa' l-intenzjoni li l-PAK tiġi ssimplifikata u mmodernizzata għall-benefiċċju ekonomiku tal-bdiewa u biex jintlaħqu l-aspettativi taċ-ċittadini, iżda jenfasizza li l-prijoritajiet urġenti tar-riforma jridu jkunu l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat ta' Ruma, l-integrità tas-suq uniku, u politika tassew komuni, iffinanzjata b'mod adegwat mill-UE, li tkun moderna u orjentata lejn ir-riżultati, tappoġġja l-agrikoltura sostenibbli, u tiżgura ikel sikur, ta' kwalità għolja u varjat, impjiegi u żvilupp fiż-żoni rurali;

2.  Jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja u jilqa' r-rikonoxximent li wieħed mill-objettivi tal-PAK għandu jkun li ttejjeb u tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-UE;

3.  Jitlob PAK li bħala l-ogħla prijorità jkollha t-tranżizzjoni ta' kull azjenda agrikola Ewropea lejn impriża li tgħaqqad l-istandards tal-prestazzjoni ekonomika mal-istandards ambjentali;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK tippreserva r-relazzjoni essenzjali bejn il-leġiżlaturi, il-bdiewa u ċ-ċittadini tal-UE; jirrifjuta kwalunkwe possibbiltà ta' rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK, li tkun qed iżżid l-iżbilanċi fil-kompetizzjoni fis-suq uniku;

5.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti ħafna tal-azjendi agrikoli żgħar u medji, rwol li għandu jiġi rikonoxxut u vvalorizzat;

6.  Jirrimarka li l-flessibbiltà li l-Istati Membri jgawdu bħalissa rigward l-għażliet stabbiliti fir-regoli bażiċi tagħmilha possibbli li jwieġbu għal sitwazzjonijiet speċifiċi imma, fl-istess ħin, turi li partijiet mill-PAK ma jistgħux jitqiesu aktar bħala komuni; jissottolinja l-ħtieġa li jitħarsu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq uniku u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-aċċess għall-appoġġ għall-bdiewa fi Stati Membri differenti jew f'reġjuni differenti, flimkien mal-ħtieġa ta' soluzzjonijiet adegwati u effiċjenti biex jiġu minimizzati r-riskji ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni jew ir-riskji għall-koeżjoni;

7.  Iqis li l-Istati Membri għandhom igawdu livell raġonevoli ta' flessibbiltà f'qafas komuni b'saħħtu ta' regoli tal-UE, standards bażiċi, għodod ta' intervent, kontrolli u allokazzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-livell tal-UE mill-koleġiżlatur, sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa u, b'mod partikolari, approċċ tal-UE għall-appoġġ fl-ambitu tal-Pilastru I, bil-ħsieb li jiġi ggarantit ir-rispett għall-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta;

8.  Iqis li, sabiex l-implimentazzjoni tal-PAK tkun aktar effettiva u adattata aħjar għar-realtajiet tat-tipi differenti ta' agrikoltura fl-Ewropa, l-għażliet nazzjonali meħuda fil-qafas tas-sett ta' għodod iddefinit mill-UE u disponibbli fl-ambitu tal-Pilastri I u II għandhom ikunu ssimplifikati u l-Istati Membri għandhom ifasslu, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, l-istrateġiji nazzjonali koerenti tagħhom abbażi tal-evidenza u tal-objettivi u l-indikaturi tal-UE li jikkonċernaw it-tipi prinċipali ta' għodod ta' intervent possibbli, li għandhom jiġu ddefiniti wkoll fil-livell tal-UE, kif ukoll il-kriterji tal-għażla tagħhom, f'qafas ċar ta' regoli komuni applikabbli fl-UE kollha, bir-rispett dovut għar-regoli u l-prinċipji tas-suq uniku;

9.  Jenfasizza li s-sussidjarjetà addizzjonali għandha tingħata biss bil-kundizzjoni li jkun hemm sett komuni b'saħħtu ta' regoli, objettivi, indikaturi u kontrolli fil-livell tal-UE;

10.  Jissottolinja r-riskji tar-regolamentazzjoni żejda fil-livell nazzjonali u reġjonali u l-livell għoli ta' inċertezza għall-bdiewa minħabba l-possibbiltà li l-Istati Membri jkollhom jiddefinixxu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom b'mod independenti u jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom kull sena, skont il-pożizzjonijiet meħuda mill-gvernijiet inkarigati; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippreżenta lill-koleġiżlaturi, flimkien mal-proposti leġiżlattivi tagħha, mudell ċar u sempliċi ta' pjan strateġiku nazzjonali sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jivvalutaw il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' dettall u l-kontenut ta' dawn il-pjanijiet, li huma elementi essenzjali tal-proposta imminenti tal-Kummissjoni, u tiċċara l-kriterji li dawn l-istrateġiji nazzjonali se jiġu evalwati bihom;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għodod maħsuba biex iżidu l-użu ta' sinerġiji bejn il-PAK u l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK tal-futur tirrispetta bis-sħiħ id-distribuzzjoni tal-poteri fi ħdan kull Stat Membru, li ta' spiss hija stabbilita fil-kostituzzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispett għall-kompetenzi legali tar-reġjuni tal-UE, fit-tfassil, fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki, bħall-FAEŻR; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-bdiewa u benefiċjarji oħra jkunu involuti kif suppost fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politika;

13.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi tfassil ta' programm, implimentazzjoni u kontroll ta' approċċ ibbażat fuq ir-riżultati sabiex titrawwem prestazzjoni pjuttost milli konformità, filwaqt li tiżgura monitoraġġ adegwat ibbażat fuq ir-riskji permezz ta' indikaturi definiti b'mod ċar, aktar sempliċi, inqas burokratiċi (inkluża l-prevenzjoni ta' regolamentazzjoni żejda), solidi, trasparenti u li jistgħu jitkejlu fil-livell tal-UE, inklużi l-kontrolli xierqa tal-miżuri, tat-tfassil tal-programm, tal-implimentazzjoni u tas-sanzjonijiet tal-Istati Membri; iqis il-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji uniformi bażiċi għall-istabbiliment ta' penali simili għal nuqqasijiet ta' konformità ekwivalenti li jinstabu fl-implimentazzjoni tad-diversi miżuri użati mill-Istati Membri jew mir-reġjuni biex jilħqu l-objettivi ġenerali komuni stabbiliti mill-UE;

14.  Jenfasizza li approċċ ibbażat purament fuq ir-riżultati jista' jġib miegħu riskju għall-Istati Membri, li, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom, jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu r-riżultati kollha stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom, u li jistgħu jkunu soġġetti għal tnaqqis ex post tal-pakketti nazzjonali tagħhom u għal sospensjoni tal-finanzjamenti;

15.  Jirrikonoxxi li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid jeħtieġ irfinar u emendi matul diversi snin, biex b'hekk jiġi żgurat li l-bdiewa ma jkunux penalizzati bħala konsegwenza tal-bidla lejn mudell ibbażat fuq ir-riżultati;

16.  Jinnota, madankollu, li dewmien potenzjali fl-adozzjoni ta' pjanijiet strateġiċi tal-PAK jista' jwassal għal pagamenti tard, xenarju li jrid jiġi evitat;

17.  Jinnota li fil-Pilastru I, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu programmi minn katalgu prijoritarju stabbilit mill-UE;

18.  Jitlob li tiġi żviluppata sistema ta' aġġustamenti istituzzjonali u legali xierqa li għandha twassal biex jinbidel il-mudell ta' implimentazzjoni sabiex jiġi evitat li jkun hemm spejjeż addizzjonali u li jitnaqqas l-assorbiment tal-fondi fl-Istati Membri;

19.  Iqis li l-ġbir ta' informazzjoni għandu jiddependi fuq l-immaġni bis-satellita u fuq bażijiet tad-data tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u ta' kontroll u mhux fuq data individwali mressqa mill-bdiewa;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sinerġiji rilevanti bejn il-programmi ewlenin tal-UE għas-settur spazjali u l-PAK, u b'mod partikolari mal-programm Copernicus li jippreżenta interess speċifiku għall-komunità tal-biedja f'termini tat-tibdil fil-klima u l-monitoraġġ tal-ambjent;

21.  Jitlob miżuri li jżidu r-riċiklaġġ tan-nutrijenti; jitlob li l-politika strutturali agrikola tiġi allinjata mal-iskema ta' appoġġ ambjentali, pereżempju billi t-tkabbir tal-għelejjel u t-trobbija tal-bhejjem jingħaqdu flimkien b'mod aħjar;

22.  Jitlob li l-Iskema simplifikata għall-Bdiewa Żgħar (SFS) tiġi ppreservata;

23.  Jemmen li l-bdiewa b'inqas minn ħames ettari ta' art għandu jkollhom l-opportunità li b'mod volontarju jidħlu fl-SFS;

24.  Jappella lill-Kummissjoni twettaq il-kontrolli u l-awditi finanzjarji u tal-prestazzjoni bil-għan li tiggarantixxi li l-funzjonijiet jitwettqu bl-istess standards għolja u skont l-istess kriterji fost l-Istati Membri kollha, irrispettivament mit-titjib tal-flessibbiltà għall-Istati Membri fit-tfassil u l-ġestjoni tal-programmi, u bil-għan, b'mod partikolari, li tiżgura l-iżborż fil-ħin tal-fondi fl-Istati Membri għall-bdiewa u għall-komunitajiet rurali eliġibbli kollha, filwaqt li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji;

25.  Ifakkar li fir-riforma preċedenti, kien diffiċli li jintlaħaq qbil fuq id-definizzjoni ta' 'bidwi attiv'; iqis, għalhekk, li l-produzzjoni agrikola (pereżempju li l-art tinżamm fi stat agrikolu tajjeb, l-implimentazzjoni ta' trobbija tajba tal-annimali, u l-kontribuzzjoni għall-ekonomija ċirkolari) tista' tkun soluzzjoni mmirata aħjar u kwantifikabbli għal tali definizzjoni;

26.  Iqis li l-atturi kollha involuti fil-proċess tal-kontroll tal-finanzi tal-UE, inkluża l-QEA, irid ikollhom l-istess fehim tas-sistema ta' kontroll ibbażata fuq il-prestazzjoni, biex ikun evitat li l-Istati Membri jew benefiċjarji jiffaċċjaw korrezzjonijiet finanzjarji mhux mistennija;

27.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bdiewa huma intraprendituri u bħala tali għandhom jingħataw il-libertajiet korrispondenti sabiex ikunu jistgħu jiksbu prezzijiet ġusti tas-suq għall-prodotti tagħhom;

28.  Jenfasizza li l-bdiewa part-time u l-bdiewa b'introjtu mħallat ma għandhomx jiġu esklużi;

29.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-bdiewa fi ħdan il-qafas ta' livell limitu finanzjarju ogħla għar-regoli de minimis tal-agrikoltura, filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern;

30.  Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri aktar flessibbiltà fil-qafas tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu sabiex il-bdiewa jiġu mħeġġa jipprevedu b'mod volontarju tfaddil ta' prekawzjoni bil-għan li jindirizzaw aħjar iż-żieda f'daqqa tar-riskji kkawżati mill-klima u r-riskji għas-saħħa, kif ukoll il-kriżijiet ekonomiċi;

31.  Jitlob madankollu li jiġu ppremjati b'mod ġust il-beni pubbliċi pprovduti minn intrapriżi agrikoli żgħar u mikro, inkluż il-parteċipazzjoni tagħhom fl-isforzi kooperattivi u tal-komunità; 

32.  Jistieden lill-Istati Membri jistinkaw għal sinerġiji aħjar bejn il-PAK u politiki u fondi oħra bħall-fondi ta' koeżjoni, fondi strutturali u fondi oħra ta' investiment, sabiex joħolqu effett multiplikatur għaż-żoni rurali;

33.  Jitlob koordinament ta' politika aħjar bejn il-PAK u politiki u azzjonijiet oħra tal-UE – b'mod partikolari mad-Direttiva 2000/60/KE, mad-Direttiva 91/676/KEE u mar-Regolament 1107/2009 – bħala mezz biex tinkiseb protezzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma li l-kwantità u l-kwalità tagħhom qed jiġu affettwati b'mod negattiv mill-agrikoltura; jitlob inċentivi li jappoġġjaw proġetti ta' kooperazzjoni lokali bejn il-bdiewa u l-fornituri tal-ilma sabiex tittejjeb il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

34.  Jinnota li, għal raġunijiet amministrattivi, numru kbir ta' villaġġi u reġjuni, minkejja n-natura rurali tagħhom, għadhom barra mill-ambitu tal-programmi tal-iżvilupp rurali f'xi Stati Membri, li jpoġġihom fi żvantaġġ;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu approċċi aktar flessibbli sabiex ma ssirx ħsara fir-reġjuni u lill-produtturi tagħhom;

PAK intelliġenti, effiċjenti, sostenibbli u ġusta – naħdmu għall-bdiewa, għaċ-ċittadini, għaż-żoni rurali u għall-ambjent

36.  Iqis li huwa meħtieġ li tinżamm l-arkitettura attwali b'żewġ pilastri u jenfasizza li l-pilastri jridu jkunu koerenti u komplementari, bil-Pilastru I iffinanzjat kompletament permezz tal-finanzjament mill-UE u jikkostitwixxi mezz effiċjenti ta' appoġġ għall-introjtu, għall-miżuri ambjentali ta' bażi u għall-kontinwità ta' miżuri eżistenti tas-suq, u l-Pilastru II jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri; iqis li huwa meħtieġ fl-istess ħin, madankollu, li l-bdiewa u benefiċjarji oħra jingħataw l-inċentiv li jwettqu azzjonijiet li jwasslu beni pubbliċi ambjentali u soċjali li mhumiex rimunerati mis-suq, u li jirrispettaw il-prattiki kemm ġodda kif ukoll stabbiliti tal-biedja fuq il-bażi ta' kriterji komuni, uniformi u oġġettivi, filwaqt li jippreservaw il-possibbiltà għall-Istati Membri li jieħdu approċċi speċifiċi biex jirriflettu l-kundizzjonijiet lokali u settorjali; iqis li t-tranżizzjoni tal-azjendi agrikoli Ewropej kollha lejn is-sostenibbiltà, l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fl-ekonomija ċirkolari, u li l-istandards tal-prestazzjoni ekonomika jingħaqdu ma' dawk ambjentali u mingħajr l-ebda tnaqqis fl-istandards soċjali jew tal-impjiegi, għandhom ikunu prijorità ewlenija;

37.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE huma li tiżdied il-produttività agrikola, li jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, li jiġu stabbilizzati s-swieq, li tiġi ggarantita d-disponibbiltà tal-provvisti u jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli;

38.  Jissottolinja l-potenzjal ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi għal settur intelliġenti u effiċjenti li jagħti riżultati sostenibbli, partikolarment fir-rigward tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, u l-monitoraġġ tas-saħħa tal-għelejjel u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent;

39.  Jappella sabiex il-PAK tiffaċilita u tappoġġja l-applikazzjoni ta' innovazzjonijiet bħal dawn;

40.   Iqis li l-arkitettura tal-PAK tal-futur tista' twettaq l-objettivi tagħha biss jekk tkun iffinanzjata biżżejjed; jitlob, għalhekk, li l-baġit tal-PAK jiżdied jew jinżamm f'euro kostanti fil-QFP li jmiss sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ta' PAK riveduta u effiċjenti wara l-2020;

41.  Iqis li l-liberalizzazzjoni ulterjuri tas-suq li ġġib magħha tnaqqis tal-protezzjonijiet għall-bdiewa, ikun hemm bżonn il-ħtieġa ta' kumpens għas-settur agrikolu u, b'mod partikolari, għal dawk l-azjendi agrikoli li qed jiffaċċjaw żvantaġġi kompetittivi – b'mod partikolari diffikultajiet relatati mal-użu tal-art agrikola jew li jkunu jinsabu f'żoni muntanjużi – u huma biss dawn il-miżuri ta' kumpens li jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-art agrikola estensiva u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ kulturali;

42.  Jenfasizza li l-baġit tal-PAK għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet u l-isfidi futuri, bħal dawk li jirriżultaw mill-impatti ta' Brexit u mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles adottati mill-UE mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħha;

43.  Jirrimarka d-differenzi persistenti fl-iżvilupp bejn iż-żoni rurali f'reġjuni differenti u bejn l-Istati Membri u għalhekk iqis li l-kriterji ta' koeżjoni għandu jibqa' jkollhom rwol importanti fit-tqassim tal-fondi tat-tieni pilastru bejn l-Istati Membri;

44.  Jissottolinja l-importanza li jiġi allokat baġit b'saħħtu għall-Pilastru II (il-politika tal-iżvilupp rurali), fi ħdan il-baġit ġenerali tal-PAK;

45.  Iqis li l-bdiewa jeħtieġ li jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni lejn sostenibbiltà sħiħa;

46.  Iqis li l-iżvilupp ta' politiki u objettivi ġodda tal-UE ma jridux ikunu ta' detriment għas-suċċess tal-PAK u r-riżorsi tagħha;

47.  Jirrikonoxxi l-inċertezza attwali dwar il-baġit futur tal-PAK;

48.  Jenfasizza li r-riżorsi tal-PAK huma l-flus tal-kontribwenti minn kull Stat Membru u li l-kontribwenti madwar l-UE għandhom id-dritt li jiġu rassigurati li dawn il-fondi huma użati esklussivament b'mod immirat u trasparenti;

49.  Jikkunsidra li għandhom jiġu evitati linji ta' żvilupp rurali ġodda li mhumiex akkumpanjati b'finanzjament addizzjonali;

50.  Jemmen li huwa meħtieġ appoġġ aktar immirat għal sistemi agrikoli differenti, b'mod speċjali azjendi agrikoli tal-familja żgħar u medji u bdiewa żgħażagħ, sabiex jissaħħu l-ekonomiji reġjonali permezz ta' settur agrikolu produttiv f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali; iqis li dan jista' jinkiseb permezz ta' rata ta' appoġġ ridistributtiva ogħla obbligatorja għall-ewwel ettari ta' azjenda, marbuta mad-daqs medju tal-azjenda fl-Istati Membri, fid-dawl tal-firxa wiesgħa tad-daqsijiet tal-azjendi agrikoli fl-UE kollha; jenfasizza li l-appoġġ għall-azjendi agrikoli akbar għandu jkun digressiv, biex jirrifletti l-ekonomiji ta' skala, bl-iffissar ta' limitu massimu obbligatorju li għandu jiġi deċiż fil-livell Ewropew, u kriterji flessibbli biex iqisu l-kapaċità tal-azjendi agrikoli u tal-kooperattivi biex jipprovdu impjiegi stabbli li jżommu n-nies fit-territorji rurali; jemmen li l-fondi disponibbli bl-iffissar ta' limitu massimu u bid-digressjoni għandhom jinżammu fl-Istat Membru jew fir-reġjun li jiġu minnhom;

51.  Jemmen li huwa essenzjali li jkun żgurat li l-appoġġ hu mmirat lejn bdiewa ġenwini, b'enfasi fuq dawk li huma attivi fil-biedja sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom;

52.  Iqis li huwa neċessarju li tinżamm skema simplifikata għal produtturi żgħar biex tiffaċilita l-aċċess tagħhom u l-ġestjoni ta' pagamenti diretti tal-PAK;

53.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu identifikati l-elementi ewlenin ta' sistema bbilanċjata tajjeb, trasparenti, sempliċi u oġġettiva ta' penali u inċentivi, ikkombinata ma' sistema trasparenti u f'waqtha għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-benefiċjarji li jirċievu flus pubbliċi għat-twettiq ta' beni pubbliċi, sistema li għandha tikkonsisti f'miżuri sempliċi, volontarji u obbligatorji u li jkunu orjentati lejn ir-riżultati, biex b'hekk jiċċaqlaq l-enfasi minn fuq il-konformità għal fuq il-prestazzjoni attwali;

54.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bdiewa part-time u l-individwi li jmexxu l-ażjendi agrikoli b'introjtu mħallat – li jagħtu ħajja lill-kampanja f'ħafna modi – jinvolvu ruħhom fil-biedja sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u huma bdiewa ġenwini, kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

55.  Jitlob li s-sistema kurrenti għall-kalkolu tal-pagamenti diretti taħt il-Pilastru I, b'mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-valur tal-intitolamenti għadu jiġi kkalkulat parzjalment fuq il-bażi ta' referenzi storiċi, għandha tiġi mmodernizzata u mibdula b'metodu tal-kalkolu tal-pagamenti tal-UE, li l-komponent bażiku tiegħu jkun l-appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa f'ċerti limiti u li jista' jiżdied f'biċċiet mal-kontribuzzjoni għat-twettiq tal-beni pubbliċi skont l-objettivi u l-miri tal-UE sal-2030, sabiex is-sistema tkun aktar sempliċi u aktar trasparenti;

56.  Jilqa' l-Iskema ta' Pagament Uniku skont l-Erja (SPUE) li hija sempliċi, trasparenti u faċli biex tiġi implimentata, li ġiet applikata b'suċċess f'ħafna Stati Membri; jitlob, għalhekk, li l-SPUE għandha tinżamm wara l-2020 u jissuġġerixxi li għandha tintuża fi kwalunkwe Stat Membru jew minn kwalunkwe bidwi fl-UE;

57.  Jenfasizza li din l-iskema tista' tbiddel is-sistema amministrattiva kumplessa ta' intitolamenti għal pagament, li twassal għal tnaqqis konsiderevoli fil-burokrazija;

58.  Jemmen li, bil-għan li tiġi żgurata l-effettività tagħhom fuq medda twila ta' żmien, dawn il-pagamenti l-ġodda ma għandhomx isiru kummerċjabbli;

59.  Jitlob li l-Kummissjoni teżamina l-ħtieġa ta' talbiet għal pagament fir-rigward tal-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO;

60.  Jissottolinja l-fatt li l-fondi pubbliċi tal-PAK attwali, li qed jintefqu fuq attivitajiet attwali tal-bdiewa, huma suġġetti għal kontrolli preċiżi ħafna u fuq skala żgħira, filwaqt li l-akbar ammonti tal-baġit tal-PAK (pagamenti diretti) effettivament qed jintefqu biss fuq is-sjieda, mhux verifikata, ta' art u għalhekk dan il-fatt ma jistax jiġi ġġustifikat quddiem iċ-ċittadini Ewropej;

61.  Iqis li l-pagamenti għandhom jinkludu wkoll kundizzjonalità komuni b'saħħitha inklużi riżultati ambjentali u beni pubbliċi oħra bħall-impjiegi ta' kwalità;

62.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE: kif niffaċilitaw l-aċċess tal-bdiewa għall-art tirrikonoxxi li l-pagamenti tal-art mingħajr kundizzjonalità ċara twassal għal distorsjonijiet tas-suq tal-artijiet, u b'hekk jinfluwenzaw il-konċentrazzjoni ta' aktar u aktar art agrikola f'idejn ftit proprjetarji;

63.  Jiċċara li l-beni pubbliċi huma dawk is-servizzi li huma ogħla mil-leġiżlazzjoni statutorja dwar l-ambjent, il-klima u l-benessri tal-annimali, inkluż b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ilma, il-protezzjoni tal-bijodiversità, tal-fertilità tal-ħamrija, tad-dakkara, tas-saff tal-ħumus u tal-benessri tal-annimali;

64.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri, li hija essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku, u li trid tqis il-kriterji oġġettivi bħall-ammonti rċevuti mill-Istati Membri taħt il-Pilastri I u II u l-fatt li l-kundizzjonijiet naturali, l-impjiegi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, l-istandards tal-għajxien ġenerali, l-ispejjeż tal-produzzjoni, b'mod speċjali l-ispejjeż tal-art, u l-kapaċità tal-akkwist mhumiex l-istess fl-UE kollha;

65.  Jenfasizza li konverġenza akbar tal-ammont ta' pagamenti diretti bejn l-Istati Membri tista' tinkiseb biss jekk il-baġit jiżdied b'mod adegwat;

66.  Jisħaq fuq il-fatt li l-pagamenti diretti qegħdin hemm biex jappoġġjaw il-bdiewa fil-produzzjoni tal-ikel u fil-protezzjoni tal-ambjent kif ukoll tal-istandards relatati mal-benessri tal-annimali;

67.  Jemmen li, taħt il-kundizzjonijiet stretti li jkunu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, b'mod speċjali fir-rigward tal-komoditajiet, tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli tad-WTO, u biex ma tiġix kompromessa l-kisba tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi, il-pagamenti ta' appoġġ akkopjat volontarju (VCS) għandhom jinżammu, iżda jiġu attivati biss wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni; jemmen li l-VCS iservi bħala għodda biex jindirizza l-ħtiġijiet tas-setturi sensittivi u l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent, il-klima jew il-kwalità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, biex jinċentiva l-prattiki tal-biedja li jissodisfaw standards għolja tal-benessri tal-annimali u ambjentali, biex jegħleb diffikultajiet speċifiċi, b'mod partikolari dawk li jinħolqu mill-iżvantaġġ kompetittiv strutturali ta' reġjuni żvantaġġati u muntanjużi, kif ukoll diffikultajiet li huma aktar ta' natura temporanja u li jinħolqu mill-abbandun tal-iskema l-antika tal-intitolamenti, pereżempju; jemmen, barra minn hekk, li l-VCS huwa wkoll għodda li tippromwovi l-produzzjoni importanti b'mod strateġiku, bħall-għelejjel li fihom il-proteini, fil-futur, jew li tikkumpensa għall-effetti tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles; jenfasizza, barra minn hekk, li l-pagamenti tal-VCS huma importanti għaż-żamma tad-diversità tal-UE tal-produzzjoni agrikola, tal-impjiegi agrikoli u tas-sistemi tal-produzzjoni sostenibbli;

68.  Ifakkar li l-iżgurar tat-tiġdid ġenerazzjonali u ta' min jidħol ġdid huma sfida għall-biedja f'ħafna Stati Membri u li kull strateġija nazzjonali jew reġjonali trid għalhekk tindirizza din il-kwistjoni permezz ta' approċċ komprensiv, li jimmobilizza r-riżorsi finanzjarji kollha tal-PAK, inkluż il-pagament addizzjonali għall-bdiewa żgħażagħ taħt il-Pilastru I, u miżuri li jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ jistabbilixxu ruħhom taħt il-Pilastru II, li t-tnejn li huma għandhom isiru obbligatorji għall-Istati Membri, flimkien mal-appoġġ minn strumenti finanzjarji ġodda, bħall-għodda li tagħti aċċess għall-kapital fil-kuntest ta' riżorsi limitati; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' miżuri nazzjonali fit-tneħħija ta' ostakoli regolatorji u ekonomiċi filwaqt li jippromwovu l-ippjanar tas-suċċessjoni, il-pakketti tal-irtirar u l-aċċess għall-art, u fl-iffaċilitar u l-inkoraġġiment ta' arranġamenti kollaborattivi, bħal sħubiji, biedja kondiviża, trobbija b'kuntratt u kiri bejn il-bdiewa anzjani u żgħażagħ; iqis li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat għandhom jqisu wkoll l-importanza tat-tiġdid ġenerazzjonali u jipprevjenu t-tmiem tal-biedja tal-familja;

69.  Jemmen li l-leġiżlazzjoni l-ġdida teħtieġ li tagħmel distinzjoni aktar ċara bejn il-kriterji li jiffurmaw il-bażi ta' inċentivi għal "bdiewa żgħażagħ" u għal "min jidħol ġdid fil-biedja" (bdiewa żgħażagħ qed jiġu definiti skont l-età, u min jidħol ġdid skont in-numru ta' snin minn meta stabbilew l-azjendi agrikoli tagħhom) sabiex issaħħaħ il-potenzjal għaż-żewġ gruppi biex iġġib magħha tiġdid ġenerazzjonali u ttejjeb il-ħajja fiż-żoni rurali;

70.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-bidliet soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi l-ġodda, bħall-enerġija nadifa, id-diġitalizzazzjoni u s-soluzzjonijiet intelliġenti għandhom impatt fuq il-ħajja rurali;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fiz-zoni rurali sabiex tinkoraġġixxi lill-persuni – u b'mod speċjali ż-żgħażagħ – jibqgħu jew jirritornaw lejn ż-żoni rurali, u jħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ta' servizzi ġodda minn intraprendituri, prinċipalment min-nisa u ż-żgħażagħ;

72.  Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' ħaddiema f'diversi setturi agrikoli qed iwassal għall-waqfien tal-attivitajiet tal-biedja; jitlob li jingħata appoġġ sabiex jiġu attirati aktar ħaddiema lejn l-agrikoltura;

73.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm skambju tal-mudelli li għamlu suċċess fl-Istati Membri u li jiġbru flimkien bdiewa żgħażagħ u anzjani għal tiġdid ġenerazzjonali;

74.  Jirrakkomanda li l-aċċess għall-finanzjament għandu jitjieb permezz ta' rati tal-imgħax issussidjati fuq self għal min jidħol ġdid;

75.  Ifakkar li ż-żoni rurali u l-insedjamenti jirrikjedu attenzjoni speċjali u sforzi integrati biex jiżviluppaw irħula intelliġenti;

76.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni mtejba mal-BEI u mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) sabiex jitrawwem il-ħolqien ta' strumenti finanzjarji ddedikati għall-bdiewa żgħażagħ fl-Istati Membri kollha;

77.  Jappella għal kundizzjonijiet ekwi għal titjib teknoloġiku speċjali għaċ-ċentri u l-grilji rurali;

78.  Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp rurali, inkluża l-inizjattiva LEADER, għat-titjib tas-sinerġiji bejn politiki differenti u għat-tisħiħ tal-kompetittività, għall-promozzjoni ta' ekonomiji effettivi u sostenibbli, għall-appoġġ ta' agrikoltura u forestrija sostenibbli u multifunzjonali, u għall-produzzjoni ta' ikel u prodotti u servizzi mhux tal-ikel, li jiġġeneraw valur miżjud u impjiegi; jisħaq fuq l-importanza tal-iżvilupp rurali fil-promozzjoni ta' sħubiji bejn il-bdiewa, il-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili u fit-trawwim ta' attivitajiet u opportunitajiet imprenditorjali addizzjonali, li spiss ma jistgħux jiġu rilokati, fin-negozju agrikolu, fl-agrituriżmu, fil-kummerċjalizzazzjoni diretta, fl-agrikoltura appoġġjata mill-komunità, fil-bijoekonomija u fil-produzzjoni sostenibbli tal-bijoenerġija u tal-enerġija rinnovabbli, li lkoll jgħinu biex jiżguraw il-preservazzjoni tal-attività ekonomika fir-reġjuni; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tat-tisħiħ finanzjarju tal-Pilastru II, biex b'hekk jiżdied il-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-introjtu, biex jgħin fl-indirizzar tad-depopolazzjoni, il-qgħad, il-faqar u biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, il-provvista tas-servizzi soċjali u t-tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika fiż-żoni rurali, bl-objettiv ġenerali ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja fihom;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi approċċ ta' investiment iffinanzjat minn diversi sorsi fil-perjodu leġiżlattiv ta' wara l-2020 sabiex tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-għodod integrati ta' żvilupp rurali, bħall-inizjattiva tal-irħula intelliġenti;

80.  Jitlob li jinħoloq fond ġdid għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD), imsejjes fuq l-inizjattiva LEADER u fuq l-esperjenza fil-qasam, li għandu jiġi allokat f'livell ta' 10 % fil-fondi kollha strutturali għall-objettivi stabbiliti mill-istrateġiji mmexxija mill-komunità lokali, mingħajr ebda demarkazzjoni bejn il-fondi strutturali li għandhom jintużaw fuq bażi deċentralizzata;

81.  Jenfasizza li l-programmi ta' żvilupp rurali għandu jkollhom valur miżjud għall-azjendi agrikoli u jżommu r-rwol importanti tagħhom fl-iffaċilitar ta' azzjoni fit-tul rigward prattiki innovattivi u miżuri agroambjentali;

82.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni addizzjonali fl-inizjattiva LEADER għall-ħtiġijiet u l-proġetti tal-azjendi agrikoli tal-familja fuq skala mikro, minbarra li tingħata l-assistenza finanzjarja meħtieġa;

83.  Jemmen li ġie ppruvat li ż-żoni rurali jeħtieġu nisa u rġiel li jinvolvu ruħhom fil-biedja fuq skala żgħira u medja;

84.  Jisħaq fuq l-importanza li jinżamm l-appoġġ kompensatorju speċifiku għall-azjendi agrikoli f'żoni żvantaġġati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali partikolari tagħhom;

85.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji fl-iżvilupp rurali għandha ssir fuq bażi volontarja, filwaqt li l-investimenti f'żoni rurali għandhom jissaħħu;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri għall-inizjattiva tal-irħula intelliġenti biex l-irħula intelliġenti jkunu prijorità fil-politika ta' żvilupp rurali li jmiss;

87.  Jemmen li l-finanzjament tal-Pilastru II għat-trobbija tan-naħal għandu jiġi mmirat aħjar u jsir aktar effettiv u li l-qafas leġiżlattiv il-ġdid għandu jipprovdi skema ġdida ta' appoġġ tal-Pilastru I għal min irabbi n-naħal, inkluż appoġġ dirett għal kull xehda tad-duqqajs;

88.  Jenfasizza li għandha tiġi applikata rata ogħla ta' kofinanzjament għall-miżuri li huma inqas relatati mal-biedja;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi reġim ta' kundizzjonalità ġdid, koerenti, rinfurzat u simplifikat fil-Pilastru I, li jippermetti l-integrazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tipi differenti ta' azzjonijiet ambjentali eżistenti, bħall-miżuri attwali ta' kundizzjonalità u ta' ekoloġizzazzjoni; jenfasizza li l-linja bażi tal-Pilastru I biex jinkiseb l-iżvilupp agrikolu sostenibbli għandha tkun obbligatorja u tistipula b'mod ċar il-miżuri u r-riżultati mistennija mill-bdiewa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li tiġi żgurata burokrazija minima fil-livell tal-azjenda agrikola u, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali, il-kontroll adegwat mill-Istati Membri; jitlob, barra minn hekk, skema ġdida u sempliċi, li għandha tkun obbligatorja għall-Istati Membri u fakultattiva għall-azjendi agrikoli, ibbażata fuq ir-regoli tal-UE li jmorru lil hinn mil-linja bażi biex tinċentiva t-tranżizzjoni tal-bdiewa lejn tekniki u prattiki sostenibbli għall-klima u għall-ambjent u li huma kompatibbli mal-miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs) fil-Pilastru II; jemmen li l-implimentazzjoni ta' din l-iskema għandha tkun iddeterminata fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali f'qafas tal-UE;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-AECMs tal-Pilastru II għall-iżvilupp rurali jkomplu jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali u n-nuqqasijiet assoċjati mal-istabbiliment volontarju mill-bdiewa ta' prattiki ambjentali u li ma jagħmlux ħsara lill-klima, bil-possibbiltà ta' żieda ta' inċentiv għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali, fil-bijodiversità u fl-effiċjenza fir-riżorsi; iqis li dawn il-programmi għandhom ikunu simplifikati, immirati aħjar u aktar effiċjenti, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv l-għanijiet ambizzjużi tal-politika fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità, il-ġestjoni tal-ilma u l-azzjoni klimatika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiżguraw burokrazija minima fil-livell tal-azjenda agrikola u, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali, kontroll adegwat mill-Istati Membri;

91.  Jitlob, barra minn hekk, li l-azjendi agrikoli jipproduċu biss agrikola organika f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huma eżentati mir-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li l-azjendi agrikoli li jwettqu miżuri agroambjentali fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom ukoll ikunu eżentati;

92.  Jenfasizza li r-reġjuni Mediterranji tal-UE huma aktar vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima, bħan-nixfa, in-nirien u d-deżertifikazzjoni, u li l-bdiewa jeħtieġu jagħmlu sforzi akbar f'dawn iż-żoni biex jadattaw l-attivitajiet tagħhom għat-tibdil fl-ambjent;

93.  Iqis li l-proposti leġiżlattivi futuri tal-Kummissjoni għandhom jippermettu appoġġ lill-akbar numru possibbli ta' bdiewa fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw lejn aktar żvilupp agrikolu sostenibbli;

94.  Jitlob li, fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-PAK, jinżammu l-eżenzjonijiet eżistenti u mhux jintefa piż fuq l-iżgħar azjendi agrikoli taħt 15-il ettaru b'aktar miżuri ambjentali u klimatiċi skont il-PAK;

95.  Jipproponi li din il-forma ġdida ta' ekoloġizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn mezzi sinifikanti, ikkoordinati u aktar effiċjenti fil-Pilastru II permezz ta' investimenti mmirati tanġibbli u mhux tanġibbli (trasferiment ta' għarfien, taħriġ, pariri, skambju tal-għarfien, netwerking u innovazzjoni permezz tas-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs)), u hija forma oħra li tixpruna bidla;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha għar-riforma tal-PAK ikunu jinkludu miżuri u strumenti adatti biex jintegraw il-produzzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteina fis-sistemi mtejba tan-newba tal-għelejjel, bil-għan li jingħeleb id-defiċit li hemm bħalissa tal-proteini, jittejjeb l-introjtu tal-bdiewa u jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-agrikoltura, bħalma huma t-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u tal-fertilità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma;

97.  Jemmen li ammont minimu mill-baġit totali disponibbli fil-Pilastru II għandu jiġi allokat għall-AECMs, inklużi l-agrikoltura organika, is-sekwestru tal-karbonju, is-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-ippjanar tal-ġestjoni tan-nutrijenti għall-protezzjoni tal-bijodiversità, u d-dakkir u d-diversità ġenetika fl-annimali u fil-pjanti; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza taż-żamma tal-pagamenti ta' Natura 2000 u li jiġi żgurat li jkunu suffiċjenti biex iservu ta' inċentiv ġenwin għall-bdiewa;

98.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal pagamenti skont l-iżvilupp rurali lill-bdiewa f'żoni b'restrizzjonijiet naturali, kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, għoljiet weqfin jew limitazzjonijiet f'termini ta' kwalità tal-ħamrija; jitlob simplifikazzjoni u titjib fl-approċċ tal-pjan ANC wara l-2020;

99.  Ifakkar li l-Parlament diġà enfasizza li l-"Kontroll tal-Idoneità" tad-Direttiva Natura jenfasizza l-bżonn li tittejjeb il-koerenza mal-PAK, u jenfasizza t-tnaqqis inkwetanti fl-ispeċijiet u fil-ħabitats marbuta mal-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità; jerġa' jitlob pagamenti ogħla għan-Natura 2000 biex tiġi inċentivata aktar il-protezzjoni tas-siti agrikoli tan-Natura 2000, li jinsabu fi stat ħażin ħafna;

100.  Jitlob li jiġu implimentati u msaħħa l-miżuri agrikoli intelliġenti fil-livell klimatiku billi se jiżdiedu impatti futuri tal-bidla fil-klima fuq l-agrikoltura fl-Ewropa;

101.  Iqis li r-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima u mad-degradazzjoni tal-art fil-pajsaġġ maħdum kollu jeħtieġ li jiġu ġestiti fil-PAK, permezz ta' investiment sabiex l-agroekosistemi jsiru reżiljenti u robusti, u investiment fl-infrastruttura ekoloġika biex tibni ħamrija tal-wiċċ, treġġa' l-erożjoni tal-ħamrija, tintroduċi/ittawwal in-newba tal-uċuħ tar-raba', iżżid aktar siġar fil-pajsaġġ u ttejjeb id-diversità bijoloġika u strutturali fl-azjendi agrikoli;

102.  Iqis li għandu jingħata appoġġ u jiġi promoss l-użu akbar ta' skart agrikolu bħala sors rinnovabbli, effiċjenti u sostenibbli tal-enerġija għal żoni rurali;

103.  Jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-immodernizzar fil-biedja, fl-agroforestrija u fis-settur tal-ikel billi tappoġġja sistema ta' konsulenza b'saħħitha u taħriġ li huwa adattat aħjar għall-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-PAK fl-iżvilupp tal-prattiki tagħhom lejn aktar sostenibbiltà u protezzjoni tar-riżorsi, u billi tappoġġja l-applikazzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti sabiex iwieġbu b'mod aktar effettiv għall-isfidi fl-oqsma tas-saħħa, l-ambjent u l-kompetittività; jenfasizza li t-taħriġ u l-estensjoni jridu jkunu prekundizzjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm fl-Istati Membri kollha u li huwa essenzjali li jitrawwem it-trasferiment tal-għarfien espert, il-mudelli tal-aħjar prattika u l-iskambji fost il-kooperattivi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi madwar l-Istati Membri, ngħidu aħna permezz tas-sistema tal-għarfien u tal-innovazzjoni agrikoli (AKIS); jemmen li l-metodi agroekoloġiċi, u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-biedja ta' preċiżjoni, jistgħu jiġġeneraw benefiċċji sinifikanti għall-ambjent, iżidu l-introjtu tal-bdiewa, jirrazzjonalizzaw l-użu ta' makkinarju agrikolu u jżidu b'mod sinifikanti l-effiċjenza tar-riżorsi;

104.  Jenfasizza l-ħtieġa importanti li l-PAK, Orizzont 2020 u skemi oħra ta' finanzjament ta' appoġġ jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex jinvestu f'teknoloġiji ġodda li jkunu adattati għad-daqs tal-azjendi agrikoli tagħhom, bħal għodod tal-biedja ta' preċiżjoni u diġitali li jtejbu r-reżiljenza u l-impatt ambjentali tal-agrikoltura;

105.  Jistieden lill-Kummissjoni tistimola l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi għall-azjendi agrikoli ta' kull tip, irrispettivament mid-daqs tagħhom u mill-produzzjoni, sew jekk konvenzjonali jew organiċi, trobbija tal-bhejjem jew uċuħ tar-raba', fuq skala żgħira jew kbira;

106.  Jitlob li l-Kummissjoni twettaq PAK li tikseb aktar innovazzjoni, tikkontribwixxi għal progress fil-bijoekonomija u tipprovdi soluzzjonijiet għall-bijodiversità, il-klima u l-ambjent;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq il-kwalità tal-ħajja f'żoni rurali, biex tagħmilha attraenti għan-nies kollha, b'mod speċjali għall-ġenerazzjoni żagħżugħa;

108.  Jemmen li d-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura u l-agrikoltura ta' preċiżjoni promossi fil-PAK ma għandhomx jagħmlu lill-bdiewa aktar dipendenti fuq kontribuzzjonijiet addizzjonali jew finanzjament estern, u lanqas ma għandhom jipprevjenu l-aċċess tagħhom għar-riżorsi, iżda għandhom ikunu pubbliċi, miftuħa u żviluppati b'mod inklużiv bl-involviment tal-bdiewa;

109.  Jitlob li, mingħajr preġudizzju għal definizzjoni mill-ġdid tal-ammont totali ta' appoġġ mill-UE għall-iżvilupp rurali, il-programmi attwali tal-iżvilupp rurali, approvati skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 1305/2013, jibqgħu japplikaw sal-2024 jew sakemm tiġi adottata riforma ġdida;

110.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippromwovi l-kunċett ta' "irħula intelliġenti" fl-UE, li permezz ta' żvilupp aktar ikkoordinat tal-politiki differenti, se jkun possibbli li tiġi indirizzata b'mod komprensiv l-insuffiċjenza tal-konnessjonijiet broadband, tal-opportunitajiet ta' impjiegi u tal-forniment ta' servizzi f'żoni rurali;

111.  Jitlob li tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata l-problema serja ta' inċidenti fl-azjendi agrikoli, li jirriżultaw f'korrimenti u fatalitajiet f'dawn l-azjendi tal-UE, permezz ta' miżuri tal-Pilastru II li jappoġġjaw investiment f'miżuri ta' sikurezza u taħriġ;

112.  Jitlob li, fil-kuntest tal-iżvilupp ta' strateġija tal-UE dwar l-għelejjel tal-proteini, ikun hemm applikazzjoni unika tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti matul il-perjodu minn qabel sa ftit żmien biss wara ż-żrigħ, u li għandha tiġi awtorizzata għall-artijiet kollha fosthom l-għelejjel tal-proteini;

113.  Jemmen li l-investimenti fl-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ huma vitali għall-futur tal-agrikoltura Ewropea;

114.  Jenfasizza li approċċ ibbażat fuq ir-riżultati fil-livell tal-Istati Membri u dak reġjonali u soluzzjonijiet innovattivi pprovduti minn skemi ta' ċertifikazzjoni għandhom ikomplu jiġu investigati fil-qafas tal-PAK tal-futur, mingħajr ma tiżdied il-burokrazija u il-kontrolli fuq il-post;

115.  Jitlob l-introduzzjoni ta' modernizzazzjoni mmirata u miżuri ta' titjib strutturali taħt il-Pilastru II, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi prijoritarji bħal "Digital Farming 4.0";

116.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw u jippromwovu l-aċċess għaż-żrieragħ u għall-produzzjoni agrikola lill-bdiewa żgħar u lill-gruppi emarġinati, u jippromwovu u jissalvagwardjaw l-iskambju taż-żrieragħ u s-sjieda pubblika tagħhom, flimkien mat-tekniki tradizzjonali sostenibbli li jiggarantixxu d-dritt tal-bniedem għall-ikel u n-nutrizzjoni xierqa;

117.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar enfasi fuq l-opportunitajiet imprenditorjali għal servizzi lejn l-irħula u servizzi li joriġinaw minnhom;

118.  Jinnota li kull azjenda agrikola hija differenti u li għalhekk hemm bżonn ta' soluzzjonijiet individwali;

Pożizzjoni b'saħħitha għall-bdiewa fis-sistema alimentari globali

119.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-qafas attwali tal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika (OKS unika) fi ħdan il-Pilastru I, inklużi l-istrumenti speċifiċi ta' politika u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u ttejjeb l-iskema tal-UE ta' frott, ħxejjex u ħalib għall-iskejjel; jenfasizza l-importanza tas-sistemi tal-ġestjoni tal-produzzjoni eżistenti għal prodotti speċifiċi u ż-żamma ta' programmi ta' setturi individwali obbligatorji (inbid, frott u ħxejjex, żejt taż-żebbuġa u apikultura) għall-pajjiżi produtturi, bl-għan aħħari tat-tisħiħ tas-sostenibbiltà u tal-kompetittività ta' kull settur u ż-żamma ta' kundizzjonijiet ekwi filwaqt li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-bdiewa kollha;

120.  Jemmen li l-esperjenza pożittiva u "orjentata lejn is-suq" tal-programmi operazzjonali tal-OKS unika fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ffinanzjati fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, uriet l-effikaċja tagħhom fit-tisħiħ tal-kompetittività u fl-istrutturar tas-setturi mmirati u fit-titjib tas-sostenibbiltà tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tqis l-introduzzjoni ta' programmi operazzjonali simili għal setturi oħra; jemmen li dan jista' jkun ta' benefiċċju partikolari għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirrappreżentaw lill-bdiewa fis-settur tal-ħalib fir-reġjuni muntanjużi u fiż-żoni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, li jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw prodotti ta' kwalità għolja u jżommu l-produzzjoni tal-ħalib f'dawn iż-żoni diffiċli għall-biedja;

121.  Ifakkar li l-inugwaljanza tas-saħħa fis-suq tirrappreżenta ostaklu partikolari għall-produzzjoni li tkopri l-ispejjeż fis-settur tal-ħalib;

122.  Jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà li tiġi introdotta Skema Volontarja għat-Tnaqqis tal-Provvista tal-Ħalib fl-ambitu tal-OKS;

123.  Jappella għall-introduzzjoni ta' strument ġdid għall-ġestjoni tal-awtoassistenza għaż-żejt taż-żebbuġa, li jippermetti li ż-żejt jinħażen fis-snin meta jkun hemm eċċess tal-produzzjoni, u biex jiġi rilaxxat fis-suq meta l-produzzjoni tkun inqas mid-domanda;

124.  Jinsisti fuq il-ħtieġa kritika li l-PAK tal-futur tappoġġja lill-bdiewa b'mod aktar effiċjenti, ġust u fil-pront sabiex ilaħħqu mal-volatilità tal-prezzijiet u tal-introjtu minħabba l-klima, il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, u riskji sanitarji u tas-suq, billi jinħolqu inċentivi addizzjonali u kundizzjonijiet tas-suq li jistimolaw l-iżvilupp u l-użu volontarju tal-ġestjoni tar-riskju u tal-għodod għall-istabbilizzazzjoni (skemi ta' assigurazzjoni, għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu, mekkaniżmi ta' forniment individwali u fondi mutwi) filwaqt li tiżgura l-aċċessibbiltà għall-bdiewa kollha u l-kompatibbiltà mal-iskemi nazzjonali eżistenti;

125.  Jappella biex jingħata appoġġ aħjar biex tiżdied il-produzzjoni tal-pjanti leguminużi fl-UE u biex jingħataw għajnuniet speċifiċi lil dawk li jrabbu n-ngħaġ u l-mogħoż b'mod estensiv, fid-dawl tal-benefiċċji li dawn is-setturi għandhom fuq l-ambjent u l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni ta' proteini għall-għalf;

126.  Jenfasizza li l-PAK orjentata lejn il-futur għandha tkun imfassla biex tindirizza aħjar kwistjonijiet tas-saħħa kritiċi, bħal dawk relatati mar-reżistenza għall-antimikrobiċi, mal-kwalità tal-arja, u man-nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa;

127.  Jissottolinja l-isfidi imposti fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin mir-reżistenza għall-antimikrobiċi; jemmen li l-qafas ġuridiku ġdid għandu jippromwovi b'mod attiv livell ogħla ta' saħħa u benessri tal-annimali bħala mezz sabiex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antibijotiċi, u b'hekk jipproteġi aħjar is-saħħa pubblika u s-settur tal-biedja kollu kemm hu;

128.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riskji tas-suq jistgħu wkoll jiġu ġestiti permezz ta' titjib fl-aċċess tas-suq għall-prodotti agrikoli u alimentari tal-UE fis-swieq tal-esportazzjoni;

129.  Jinsisti fuq l-importanza tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina tal-provvista tal-ikel, b'mod partikolari billi tiġi ggarantita distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud bejn il-produtturi, il-proċessuri u s-settur tal-bejgħ bl-imnut, billi jiġu introdotti r-riżorsi u l-inċentivi finanzjarji meħtieġa biex jappoġġjaw il-ħolqien u l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet ekonomiċi, kemm vertikali kif ukoll orizzontali, bħal organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi kooperattivi, u l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom, billi jistabbilixxu standards minimi armonizzati biex jiġġieldu prattiki kummerċjali inġusti u abbużivi tul il-katina tal-provvista tal-ikel u billi jsaħħu t-trasparenza fis-swieq u permezz ta' għodod ta' prevenzjoni tal-kriżijiet;

130.  Jenfasizza li, skont l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-TFUE u l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 42 tat-TFUE, ir-regolament omnibus iċċara r-relazzjoni legali bejn id-dispożizzjonijiet tal-OKS unika u r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u introduċa possibbiltajiet kollettivi ġodda għall-bdiewa biex isaħħu s-setgħa ta' negozjar tagħhom fil-katina tal-provvista tal-ikel; jemmen li dawn id-dispożizzjonijiet huma essenzjali fil-qafas tal-PAK tal-futur u għandhom jittejbu aktar;

131.  Iqis li billi nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat tal-funzjonament tal-Osservatorji differenti tas-Suq tal-UE (Ħalib, Laħam, Zokkor u Għelejjel), dawn l-għodod għandhom jiġu estiżi għas-setturi li għadhom mhumiex koperti u żviluppati aktar biex joffru data u tbassir affidabbli lill-operaturi tas-suq sabiex titwassal twissija bikrija u jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet fil-pront u preventivi fil-każ ta' disturbi fis-suq bil-għan li jiġu evitati l-kriżijiet;

132.  Jappella għal appoġġ imsaħħaħ għas-swieq lokali u għall-ktajjen qosra tal-provvista alimentari, u għall-promozzjoni tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati servizzi lokali marbuta mal-ktajjen qosra tal-provvista;

133.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika aktar u taġġorna, fejn meħtieġ, ir-regoli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni, bl-għan li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jadottaw miżuri u jikkonkludu ftehimiet sabiex jissodisfaw l-esiġenzi tas-soċjetà;

134.  Jenfasizza li l-għodod storiċi tal-ġestjoni tas-suq tal-PAK (jiġifieri l-intervent pubbliku u l-ħżin privat) għandhom effett iżgħar u insuffiċjenti fil-kuntest ta' ekonomiji globalizzati u li l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju mhumiex dejjem suffiċjenti biex ilaħħqu mal-volatilità sinifikanti tal-prezzijiet u ma' disturbi severi fis-suq;

135.  Jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li l-OKS unika tkompli taqdi rwol importanti fil-PAK tal-futur bħala xibka ta' sikurezza fi swieq agrikoli li qed jistabbilizzaw malajr u fl-antiċipazzjoni ta' kriżijiet, u jissottolinja l-importanza tar-regolament omnibus biex jippermetti u jinkoraġġixxi – mit-tagħlimiet meħuda mill-aħħar kriżijiet tas-suq, b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib – l-użu komplementari ta' strumenti innovattivi tas-suq u tal-ġestjoni ta' kriżijiet, bħall-ftehimiet tas-settur volontarji, biex jimmaniġġjaw u, fejn xieraq, inaqqsu l-provvista f'termini kwantitattivi fost il-produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-proċessuri (eż. l-Iskema tat-Tnaqqis tal-Produzzjoni tal-Ħalib tal-UE);

136.  Jilqa' l-ħidma li qiegħda ssir fuq l-istrateġija sostenibbli tal-UE dwar il-proteini;

137.  Jinnota n-neċessità li jinħolqu swieq lokali u reġjonali għall-għelejjel tal-legumi madwar l-UE, għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali bl-użu tas-sistema tan-newba tal-għelejjel, filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-għalf, tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi, u jiżdiedu l-vijabbiltà u l-inċentivi ekonomiċi biex issir bidla għal prattiki agrikoli aktar sostenibbli;

138.  Iqis li l-miżuri għall-ġestjoni tal-provvista ta' ġobnijiet u prieżet b'denominazzjonijiet ta' oriġini protetta jew b'indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jew ta' nbejjed, urew l-effiċjenza tagħhom fit-titjib tas-sostenibbiltà, tal-kompetittività u tal-kwalità tal-prodotti fil-mira, u għandhom għalhekk jinżammu u, jekk meħtieġ, estiżi sabiex ikopru kwalunkwe prodott b'tikketta ta' kwalità skont l-objettivi tal-PAK;

139.  Jitlob li jsir rieżami fil-fond tal-mekkaniżmu ta' riżerva għall-kriżijiet attwali sabiex jinħoloq fond tal-UE indipendenti u li jista' jitħaddem għall-kriżijiet agrikoli, li jkun eżentat mill-prinċipju tal-annwalità tal-baġit, sabiex jippermetti trasferimenti baġitarji minn sena għall-oħra, b'mod speċjali meta l-prezzijiet tas-suq ikunu għoljin biżżejjed, filwaqt li r-riżerva tal-kriżijiet tinżamm f'livell kostanti tul il-perjodu kollu tal-QFP, biex b'hekk ikunu permessi azzjonijiet u reazzjonijiet ta' prevenzjoni aktar rapidi, aktar koerenti u effettivi li jkunu komplementari għall-użu tal-għodod tas-suq u tal-ġestjoni tar-riskju fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżijiet severi, inklużi dawk li jinvolvu konsegwenzi ekonomiċi għall-bdiewa minħabba kwistjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali, il-mard tal-pjanti u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn xokkijiet esterni b'impatt fuq l-agrikoltura;

140.  Jemmen li l-ftehimiet kummerċjali, filwaqt li huma ta' benefiċċju għal xi setturi agrikoli tal-UE, u huma meħtieġa biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni fis-suq agrikolu globali u tibbenefika minnhom l-ekonomija tal-UE inġenerali, jippreżentaw ukoll għadd ta' sfidi, b'mod partikolari għall-biedja fuq skala żgħira u medja u għal setturi sensittivi li jridu jitqiesu, bħar-rispett għall-istandards sanitarji, fitosanitarji, tal-benessri tal-annimali, ambjentali u soċjali, b'hekk jeħtieġ li jkun hemm koerenza bejn il-politika kummerċjali u ċerti objettivi tal-PAK u li ma jirriżultawx fid-dgħufija tal-istandards għolja tal-Ewropa jew li t-territorji rurali jitqiegħdu f'riskju;

141.  Jenfasizza li l-applikazzjoni ta' standards differenti żżid ir-riskju tal-esportazzjoni tal-produzzjoni domestika tal-UE lejn pajjiżi oħra, għad-detriment tal-iżvilupp rurali, tal-ambjent u, f'ċerti każijiet, tal-kwalità tal-ikel;

142.  Jissottolinja li l-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja msaħħa għandha wkoll tkun parti mid-dibattiti dwar il-ftehimiet kummerċjali futuri (Mercosur, New Zealand, l-Awstralja eċċ.) u l-impatt tagħhom fuq l-agrikoltura fl-Ewropa;

143.  Jenfasizza li, filwaqt li huwa importanti li titkompla l-ħidma għal żieda fl-aċċess għas-suq għall-prodotti agrikoli Ewropej, hemm bżonn miżuri adegwati għall-protezzjoni tal-agrikoltura Ewropea li jqisu t-tħassib speċifiku tas-settur, bħal mekkaniżmi ta' salvagwardja, l-esklużjoni potenzjali min-negozjati tas-setturi l-aktar sensittivi u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' reċiproċità fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa fl-UE u l-kompetituri barranin tagħhom; jinsisti li l-produzzjoni Ewropea ma tridx tiġi mminata minn importazzjonijiet inferjuri u li mhumiex konformi mal-istandards;

144.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda tqis l-agrikoltura bħala attività strateġika u tadotta approċċ għall-ftehimiet ta' kummerċ ħieles b'tali mod li l-agrikoltura ma titqiesx bħala varjabbli ta' aġġustament tas-setturi l-oħra involuti fil-kummerċ u tipproteġi setturi ewlenin bħall-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat;

145.  Huwa tal-fehma li r-rekwiżiti tal-kummerċ internazzjonali u tad-WTO kellhom impatt sinifikanti kbir fuq is-serje ta' reviżjonijiet tal-PAK li twettqu sa mid-disgħinijiet; iqis li dawn ir-reviżjonijiet wasslu biex il-prodotti agrikoli Ewropej u s-settur agroalimentari Ewropew ikunu aktar kompetittivi, iżda imminaw ukoll partijiet kbar tas-settur agrikolu billi esponuhom għall-instabbiltà tas-swieq dinjija; huwa tal-fehma li issa huwa ż-żmien, kif tissuġġerixxi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Biedja u tal-Ikel fl-Ewropa, li jkun hemm aktar enfasi fuq l-objettivi l-oħra tal-PAK, bħall-istandards ta' għajxien tal-bdiewa u kwistjonijiet dwar is-saħħa, l-impjiegi, l-ambjent u l-klima;

146.  Jissottolinja li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tkun koerenti ma' politiki oħra tal-UE, bħall-politika tal-iżvilupp u l-politika ambjentali, u għandha tappoġġja l-kisba tal-SDGs, u li tista' tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi tal-PAK, b'mod partikolari biex jiġi żgurat standard ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli; jisħaq fuq il-fatt li s-settur agroalimentari tal-UE għandu jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet għat-tkabbir offruti mill-esportazzjonijiet, peress li madwar 90 % tad-domanda globali addizzjonali għall-prodotti agroalimentari matul l-għaxar snin li ġejjin se tiġi minn barra l-Ewropa; jenfasizza li l-PAK trid tissodisfa l-ħtiġijiet relatati mal-ikel, l-ambjent u l-klima tas-soċjetà Ewropea qabel ma tiffoka fuq il-produzzjoni għall-bejgħ fis-suq agrikolu internazzjonali; jenfasizza li l-hekk imsejħa pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkollhom biżżejjed opportunitajiet biex jistabbilixxu u jżommu settur agroalimentari b'saħħtu waħedhom;

147.  Ifakkar fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid għall-Iżvilupp li fih l-UE u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom u jirrikonoxxu l-importanza fundamentali tar-rispett effettiv tal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, li jimplika li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki kollha tal-UE, inklużi l-politika u l-finanzjament agrikoli, li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp b'mod negattiv; iqis, f'dan il-kuntest, li r-riforma tal-PAK għandha tirrispetta d-dritt tal-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li jfasslu l-politiki agrikoli u l-politiki tal-ikel tagħhom mingħajr ma jdgħajfu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fit-tul, b'mod partikolari dawk tal-pajjiżi l-inqas żviluppati;

148.  Ifakkar fl-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għall-SDGs u jissottolinja li l-koerenza tal-PAK mal-SDGs hija kruċjali, speċjalment fil-każ tal-SDG 2 (xejn ġuħ), 5 (ugwaljanza bejn is-sessi), 12 (konsum u produzzjoni responsabbli) 13 (azzjoni klimatika) u 15 (il-ħajja fuq l-art), li l-PAK tal-futur trid tkun allinjata magħhom;

149.  Jitlob, skont il-prinċipju tal-effiċjenza baġitarja, li jkun hemm koerenza u sinerġiji aħjar bejn il-PAK u l-politiki u l-impenji internazzjonali l-oħra kollha tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, tal-provvista tal-ilma, tal-użu tal-art, tal-bijodiversità u l-ekosistemi, u fl-iżvilupp ta' żoni remoti u muntanjużi;

150.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt sistematika tad-dispożizzjonijiet rigward is-settur agrikolu fil-ftehimiet kummerċjali kollha, u tipproponi strateġiji speċifiċi ħalli tiżgura li l-ebda settur agrikolu ma jsofri minħabba xi ftehim kummerċjali konkluż ma' pajjiż terz;

151.  Jinsisti li l-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni huma parti essenzjali mill-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali fil-kummerċ agrikolu globali, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tħeġġeġ lid-WTO tirrikonoxxi l-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni bħala tali;

152.  Jissottolinja li t-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-kisba tal-SDGs irid ikun wieħed mill-prinċipji li jirregolaw kwalunkwe politika kummerċjali fir-rigward tal-prodotti agrikoli; jinnota li l-Kummissjoni, fid-dokument ta' riflessjoni tagħha dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni, ġustament indikat it-talba għal aktar kummerċ ġust u sostenibbli u prodotti lokali bħala xejra li qiegħda tinbidel fil-globalizzazzjoni; jenfasizza li l-politika kummerċjali tal-UE tista' tikkontribwixxi b'mod estensiv għall-kisba tal-SDGs u tal-objettivi fil-qasam tal-klima kif stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi;

153.  Ifakkar li l-UE eliminat is-sussidji għall-esportazzjoni min-naħa tagħha u li ma għad baqa' l-ebda linja baġitarja għas-sussidji għall-esportazzjoni fil-baġit attwali tal-UE; jistieden lis-sħab kummerċjali tal-UE, f'dan ir-rigward, biex jieħdu impenji biex jitnaqqas l-appoġġ domestiku li jfixkel il-kummerċ; jappella lill-membri tad-WTO jkomplu jagħtu sussidji għall-esportazzjoni biex jimplimentaw id-Deċiżjoni Ministerjali dwar il-Kompetizzjoni tal-Esportazzjoni adottata f'Nairobi fid-19 ta' Diċembru 2015;

154.  Jitlob li l-Kummissjoni żżomm għajnejha miftuħin u tintensifika l-azzjoni difensiva tal-Unjoni sabiex telimina l-ostakli eżistenti u futuri għall-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, li qed jiżdiedu, filwaqt li jitħarsu l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ikel; jissottolinja li l-maġġoranza ta' dawn l-ostakli jaffettwaw il-prodotti agrikoli (27 % skont il-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Suq tal-Kummissjoni), li jirrigwardaw l-aktar il-miżuri sanitarji u fitosanitarji tal-aċċess għas-suq;

155.  Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa u tqis l-implikazzjonijiet tal-Brexit meta tħejji l-iskambji tal-offerti u l-kalkolu tal-kwoti;

156.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattivi ċari u trasparenti biex issaħħaħ aktar il-promozzjoni tal-istandards tal-UE dwar il-produzzjoni, is-sikurezza, il-benessri tal-annimali u l-ambjent u tal-ktajjen ta' provvista qosra u tappoġġja l-iskemi tal-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità, li jistgħu jinkisbu fost l-oħrajn permezz ta' skemi tat-tikkettar tal-oriġini Ewropej, u attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni dwar swieq interni u ta' pajjiżi terzi għal dawk is-setturi li jibbenefikaw minn strumenti ta' politika speċifiċi fl-ambitu tal-PAK; jinsisti fuq il-ħtieġa li titnaqqas il-burokrazija żejda u l-kundizzjonijiet bla bżonn biex il-produtturi iżgħar ikun jistgħu jieħdu sehem f'dawn l-iskemi; jilqa' ż-żieda stabbli fil-baġit disponibbli għall-programmi promozzjonali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm il-pass taż-żieda fl-approprjazzjonijiet fid-dawl tal-interess dejjem akbar mill-produtturi;

157.  Jisħaq fuq l-importanza tal-ktajjen tal-provvista qosra lokali u reġjonali, li huma aktar ambjentalment sostenibbli – peress li jikkawżaw inqas tniġġis minħabba li jeħtieġu inqas trasport – b'hekk ifisser li l-prodotti jkunu aktar friski u faċli biex jiġu traċċati;

158.  Ifakkar fl-importanza li l-bdiewa lokali jingħataw is-setgħa li javvanzaw fil-katina tal-valur billi dawn jingħataw għajnuna u appoġġ fir-rigward ta' prodotti organiċi u prodotti b'valur miżjud u għarfien u teknoloġiji ġodda, peress li l-kisba tas-sostenibbiltà tirrikjedi azzjoni diretta sabiex ir-riżorsi naturali jiġu kkonservati, protetti u msaħħa;

159.  Jirrimarka li l-produzzjoni lokali tappoġġja l-kultura tal-ikel lokali u l-ekonomiji lokali;

160.  Jenfasizza li l-enfasi tal-futur tal-biedja għandha ssir fuq il-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja, peress li dan huwa l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa; jisħaq li l-istandards tal-UE jridu jinżammu u jissaħħu kemm jista' jkun; jitlob li jittieħdu miżuri biex ikun hemm aktar tkabbir fil-produttività u l-kompetittività fit-tul tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel, u li jiġu introdotti teknoloġiji ġodda u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, biex b'hekk jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala mexxejja dinjija;

161.  Jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li jkun hemm differenzi fil-kwalità bejn prodotti tal-ikel li huma rreklamati u ddistribwiti fis-suq uniku taħt l-istess marka kummerċjali u bl-istess imballaġġ; jilqa' l-inċentivi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-ikel fis-suq uniku, inkluża l-ħidma tiegħu fuq metodoloġija komuni tal-ittestjar;

162.  Jilqa' l-progress li sar fil-promozzjoni tal-interessi agrikoli tal-UE fin-negozjati kummerċjali bilaterali reċenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-suq għall-prodotti agroalimentari ta' kwalità għolja tal-UE u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f'pajjiżi terzi; huwa fiduċjuż li din ix-xejra tista' titkompla u titjieb;

Proċess deċiżjonali trasparent għal proposta solida 2021-2028 dwar il-PAK

163.  Jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom, permezz ta' proċedura ta' kodeċiżjoni, jistabbilixxu l-objettivi ġenerali komuni, l-istandards bażiċi, il-miżuri u l-allokazzjonijiet finanzjarji, u jiddeterminaw il-livell xieraq ta' flessibbiltà meħtieġa sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom ikunu jistgħu jilqgħu għall-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet tagħhom f'konformità mas-suq uniku sabiex jevitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jinħolqu mill-għażliet nazzjonali;

164.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċess kollu tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni tal-PAK ta' wara l-2020 – konsultazzjoni, komunikazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u proposti leġiżlattivi – qed jibda għal darb'oħra b'dewmien sinifikanti hekk kif qed joqrob it-tmiem tat-tmien leġiżlatura, li jirrappreżenta riskju li d-dibattitu dwar il-PAK tal-futur ikun imtappan b'dibattiti elettorali u jxekkel il-possibbiltà li jintlaħaq ftehim finali qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

165.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi regolament tranżitorju li, fl-eventwalità ta' dewmien fl-adozzjoni tal-PAK, jippermetti lill-bdiewa jkomplu jkollhom aċċess għall-miżuri tal-programm tal-iżvilupp rurali, b'mod partikolari l-miżuri ambjentali u ta' investiment;

166.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw, meta jimplimentaw ir-riforma l-ġdida, li ma jkun hemm l-ebda dewmien fit-tqassim tal-pagamenti lill-bdiewa u jieħdu responsabbiltà u jikkumpensaw b'mod korrett lill-bdiewa jekk ikun hemm dewmien bħal dan;

167.  Jenfasizza, madankollu, li jrid isir progress kemm jista' jkun qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali, u li din il-kwistjoni trid tkun tema li tiġi promossa matul il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

168.  Jirrikonoxxi l-importanza li fil-proċess deċiżjonali dwar il-PAK jiġu involuti istituzzjonijiet u esperti responsabbli għall-politiki tas-saħħa u dawk ambjentali li jaffettwaw il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma;

169.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, qabel l-introduzzjoni ta' tibdil sostanzjali fit-tfassil u/jew fl-implimentazzjoni tal-PAK, perjodu tranżitorju twil biżżejjed sabiex jiġi żgurat soft-landing u żmien għall-Istati Membri biex jimplimentaw kif xieraq il-politika l-ġdida b'mod ordnat sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fil-pagamenti annwali tal-bdiewa u fl-implimentazzjoni ta' miżuri għall-iżvilupp rurali;

170.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu d-djalogu mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u jipprovdu l-għarfien espert u l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex jippromwovu agrikoltura ekoloġikament sostenibbli abbażi tal-biedja fuq skala żgħira u l-biedja tal-familja, li jkollha fil-mira tagħha, b'mod partikolari, lin-nisa u ż-żgħażagħ, impenn li sar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE tal-2017 bit-titolu "Investing in Youth for Accelerated Inclusive Growth and Sustainable Development" ("Ninvestu fiż-Żgħażagħ għal Tkabbir Inklużiv Aċċellerat u Żvilupp Sostenibbli"); ifakkar fil-kontribut tan-nisa fiż-żoni rurali bħala intraprendituri u promoturi tal-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati l-potenzjal tagħhom fl-agrikoltura sostenibbli u r-reżiljenza tagħhom fiż-żoni rurali;

171.  Ifakkar li l-ġuħ u l-malnutrizzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma relatati l-aktar man-nuqqas ta' kapaċità tal-akkwist u/jew man-nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-foqra f'żoni rurali li jkunu awtosuffiċjenti; iħeġġeġ lill-UE, għalhekk, tgħin b'mod attiv lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jegħlbu l-ostakoli (bħalma huma l-infrastruttura ta' kwalità baxxa u l-loġistika dgħajfa) għall-produzzjoni agrikola tagħhom;

172.  Jirrimarka li, fl-2050, aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-pajjiżi l-inqas żviluppati se tkun għadha tgħix f'żoni rurali u li l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp se jgħin biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-komunitajiet rurali tagħhom, jiġu sostnuti l-popolazzjonijiet rurali, u jitnaqqsu s-sottoimpjieg, il-faqar u l-insigurtà tal-ikel, li min-naħa l-oħra jgħin sabiex jiġu indirizzati b'mod determinat il-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni sfurzata;

173.  Jirrikonoxxi r-rwol kritiku li t-teknoloġiji tal-ispazju, bħalma huma dawk żviluppati fil-programmi tal-UE tal-ispazju u s-satelliti ġestiti mill-Aġenzija tas-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea (Galileo, EGNOS u Copernicus), jistgħu jaqdu biex jintlaħqu l-SDGs tan-NU billi jipprovdu soluzzjonijiet affordabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla lejn agrikoltura ta' preċiżjoni, u b'hekk jeliminaw il-ħela, jiffrankaw il-ħin, inaqqsu l-eżawriment u jottimizzaw l-użu tal-apparat;

174.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora t-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tax-xjenza spazjali u s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp bħala mekkaniżmi biex jassistu l-monitoraġġ tal-għelejjel, tat-trobbija tal-bhejjem, tal-forestrija, tas-sajd u tal-akwakultura, jappoġġjaw lill-bdiewa, lis-sajjieda, lill-forestiera u lil dawk li jfasslu l-politika fl-isforzi tagħhom biex jintużaw metodi differenti għal produzzjoni alimentari sostenibbli, u jirrispondu għall-isfidi relatati;

175.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri, fil-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom, jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fiż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-rappreżentanza ugwali tan-nisa fl-istrutturi tal-istituzzjonijiet għad-djalogu mas-settur u anke fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet, kooperattivi u assoċjazzjonijiet professjonali tas-settur; iqis li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE għandha ttejjeb b'mod sostanzjali s-sottoprogrammi tematiċi għan-nisa fiż-żoni rurali;

176.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkompli tiżgura l-infurzar strett tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali fil-ħin kollu fl-Istati Membri kollha b'mod ugwali, b'kontroll u sanzjonijiet xierqa; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, inkluż it-trasport tal-annimali; ifakkar li l-prodotti li jidħlu fl-UE jridu jirrispettaw l-istandards Ewropej dwar il-benessri tal-annimali, l-istandards ambjentali u dawk soċjali; jitlob li jkun hemm inċentivi finanzjarji għall-adozzjoni volontarja ta' miżuri għall-benessri tal-annimali li jmorru lil hinn mill-istandards minimi leġiżlattivi;

177.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta u tinforza l-liġi rilevanti tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 1/2005/KE tad-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport; iqis li huwa neċessarju, f'dan il-kuntest, li tiġi rispettata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li ddeċidiet li l-protezzjoni tal-benessri tal-annimali ma tiqafx mal-fruntieri esterni tal-UE u li t-trasportaturi tal-annimali li jiġu esportati mill-Unjoni Ewropea jeħtiġilhom għalhekk jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, inkluż barra mill-UE;

178.  Jinsisti li għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-bdiewa li jiffaċċjaw spejjeż żejda minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi marbuta ma' żoni naturali ta' valur għoli bħal żoni muntanjużi, gżejjer, reġjuni ultraperiferiċi, u żoni oħra żvantaġġati; jemmen li minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom, il-finanzjament tal-PAK huwa importanti ħafna għal dawn ir-reġjuni u li kwalunkwe tnaqqis ikollu impatt ta' ħsara kbira fuq ħafna prodotti agrikoli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw skemi ta' kwalità sabiex jagħtu lill-produtturi interessati l-opportunità li jintroduċuhom malajr;

179.  Iqis li l-baġit tal-POSEI għandu jinżamm f'livelli suffiċjenti biex jindirizza l-isfidi tal-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi, bħalma talab bosta drabi l-Parlament; jilqa' r-riżultati tal-aktar rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-POSEI u jqis li l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew għandhom jinżammu separati mill-iskema ġenerali tal-pagamenti diretti tal-UE, sabiex jiġi żgurat żvilupp territorjali bilanċjat billi jiġi evitat ir-riskju tal-abbandun tal-produzzjoni b'riżultat ta' sfidi relatati mal-periferiċità, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli, u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta' prodotti;

180.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib taqsima awtonoma biex tistudja l-prezzijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex tirreaġixxi b'mod immedjat għal kriżi fis-settur; jemmen li d-definizzjoni ta' "kriżi" u l-intervent sussegwenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu adattati għar-reġjuni ultraperiferiċi, billi jitqies id-daqs tas-suq, id-dipendenza fuq għadd limitat ta' attivitajiet ekonomiċi u anqas kapaċità għad-diversifikazzjoni;

181.  Jitlob li jkun hemm integrazzjoni aħjar tal-"ekonomija ċirkolari" biex jiġi żgurat l-aħjar użu u l-aktar użu effiċjenti tal-materjal primarju u tal-prodotti sekondarji fil-bijoekonomija emerġenti filwaqt li jiġu rrispettati l-limiti tad-disponibbiltà tal-bijomassa u tal-art u ta' servizzi oħra tal-ekosistema, u jemmen li l-iżvilupp tal-industrija b'bażi bijoloġika fiż-żoni rurali jista' jipprovdi mudelli kummerċjali ġodda li jistgħu jgħinu lill-bdiewa u lis-sidien tal-foresti biex isibu swieq ġodda għall-prodotti tagħhom u joħolqu impjiegi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lis-settur agrikolu u tal-forestrija bil-għan li jingħata kontribut akbar għall-iżvilupp ulterjuri tal-bijoekonomija fl-UE; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi promossa l-agroforestrija, li tista' tipprovdi ekosistemi b'diversi skopijiet, rikreattivi u produttivi u mikroklimi, u li jitnaqqsu d-differenzi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tagħha;

182.  Jemmen li l-appoġġ tal-AECM, ikkomplementat minn ekoskemi fil-livell tal-Istati Membri, għandu jkopri l-ispejjeż tal-bdiewa għat-tranżizzjoni lejn prattiki sostenibbli ġodda, bħal permezz tal-promozzjoni u l-appoġġ għall-agroforestrija u miżuri oħra tal-forestrija sostenibbli li jappoġġjaw il-bijodiversità u d-diversità ġenetika fl-ispeċijiet tal-annimali u tal-pjanti, u għall-adattament għat-tibdil fil-kundizzjonijiet klimatiċi;

183.  Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-modernizzazzjoni fl-agroforestrija u fil-forestrija billi tappoġġja sistema ta' konsulenza b'saħħitha u mfassla apposta, taħriġ immirat u soluzzjonijiet imfassla apposta biex jixprunaw l-innovazzjoni u l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, b'enfasi ġenerali fuq it-teknoloġiji ġodda rilevanti u d-diġitalizzazzjoni; jissottolinja, fl-istess ħin, ir-rwol kruċjali tal-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-foresti fit-trasferiment ta' informazzjoni u innovazzjoni, fit-taħriġ u fl-edukazzjoni avvanzata għas-sidien tal-foresti fuq skala żgħira u fl-implimentazzjoni ta' ġestjoni tal-foresti multifunzjonali attiva;

184.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15.

(2)

ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.

(3)

ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2018)0022.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2018)0203.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2018)0095.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2018)0075.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2018)0057.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2017)0197.

(10)

Testi adottati, P8_TA(2017)0099.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2016)0504.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2016)0427.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2016)0252.

(14)

ĠU C 265, 11.8.2017, p. 7.

(15)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 10.

(16)

ĠU C 342, 12.10.2017, p. 10.


NOTA SPJEGATTIVA

Fid-29 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) bit-titolu "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" (COM(2017)713 final).

Din il-Komunikazzjoni, li diġà kienet tħabbret mill-President Juncker fl-2016, hija inkluża fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017 u oriġinarjament kienet prevista għar-rebbiegħa 2017. Id-dokument ta' 26 paġna jagħti bidu għall-proċess ta' aktar minn fażi waħda li permezz tiegħu s-27 Istituzzjoni tal-UE eventwalment se jkollhom jilħqu ftehim dwar il-leġiżlazzjoni li se tiddetermina l-PAK ta' wara l-2020. Għaldaqstant, il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi kemm il-bażi kif ukoll il-qafas tad-diskussjoni bejn il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u individwali, pubbliċi u privati fl-UE27 kollha.

Din se tkun segwita bi proposti leġiżlattivi bħala bażi ġuridika għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss 2020-2027 u se tkun akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt li tinkludi l-bażi ta' evidenza rilevanti. Il-proposti se jiġu ppubblikati wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), prevista għal Mejju 2018.

L-għan oriġinali tal-Komunikazzjoni huwa li

-  tippreżenta l-isfidi agrikoli ewlenin tal-UE (l-ikel mhuwiex imsemmi b'mod espliċitu);

-  tenfasizza l-kontribut tas-settur agrikolu għall-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni u għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) f'sinerġija ma' politiki oħra tal-UE;

-  tispeċifika prijoritajiet ta' politika għall-PAK tal-futur, filwaqt li ttejjeb il-valur miżjud Ewropew tagħha;

-  tesplora proposti operattivi għal PAK aktar sempliċi, titjib tal-governanza, riflessjoni aħjar tad-diversità fl-agrikoltura tal-UE, żieda fis-sussidjarjetà, limitazzjoni tal-piz amministrattiv għall-benefiċjarji u tisħiħ tal-enfasi fuq ir-riżultati.

Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi wkoll tliet objettivi ewlenin għall-agrikoltura b'kuntrast mal-objettivi oriġinali bbażati fuq it-Trattat:

1.  It-trawwim ta' settur agrikolu intelliġenti u reżiljenti;

2.  It-tisħiħ tal-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika;

3.  It-tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

L-ewwel pass fil-proċess ta' programmazzjoni tal-PAK ta' wara l-2020 kien konsultazzjoni pubblika online wiesgħa li rċeviet aktar minn 320 000 sottomissjoni online mill-Istati Membri kollha tal-UE, il-maġġoranza vasta tagħhom ippreżentati minn individwi, kif ukoll aktar minn 1400 dokument ta' pożizzjoni.

It-tieni pass huwa l-elaborazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt komprensiva bil-għan li jitnisslu tagħlimiet mill-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni 2013-2020 u b'mod speċifiku l-għanijiet għal PAK "aktar ekoloġika, aktar sempliċi u aktar ġusta". Konsegwentement, filwaqt li tirrifletti ideat wiesgħa tad-dibattitu pubbliku kontinwu, il-valutazzjoni tal-impatt se tiżviluppa sett ta' għażliet ta' politika għall-iżvilupp inkluża valutazzjoni dwar kif l-objettivi ta' politika jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod, inklużi:

-  Għażla 1 (linja bażi) se tivvaluta l-impatt tal-PAK jekk tibqa' kif inhi bħalissa, inkluża l-proposta Omnibus li ġiet adottata reċentement.

-  Għażla 2 se tivvaluta l-impatt ta' xenarju "mingħajr PAK" sabiex jiġu ttestjati l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' intervent ta' politika fir-rigward tal-valur miżjud ekonomiku, ambjentali u soċjali Ewropew tal-PAK.

-  Għażla 3 teżamina l-operazzjonijiet tal-programmazzjoni tal-PAK tal-Istati Membri/reġjuni fl-isfond tal-prijoritajiet tal-UE abbażi tal-ħtiġijiet identifikati. L-enfasi tiġi ttrasferita għal fuq il-ġestjoni tar-riskju, l-investimenti fl-istrutturar u l-iżvilupp tan-negozju fl-agrikoltura u l-SMEs rurali, is-servizzi klimatiċi u ambjentali u l-aċċess għall-innovazzjoni, l-għarfien u l-ICT.

-  Għażla 4 tiddefinixxi mill-ġdid id-diviżjoni tal-kompiti bejn il-livell tal-UE, tal-Istati Membri u tal-azjendi agrikoli sabiex tittejjeb ix-xibka ta' sikurezza tal-introjtu b'sinerġiji aħjar bejn l-appoġġ dirett inklużi l-pagamenti taż-żona u l-ġestjoni tar-riskju, sabiex l-azzjoni klimatika u ambjentali tkun immirata aħjar, u sabiex il-kontrolli fuq ir-riżultati bbażati fuq il-prestazzjoni jiġu ssimplifikati u mmodernizzati.

-  Għażla 5 tipprevedi distribuzzjoni mill-ġdid b'saħħitha tal-appoġġ dirett lejn azjendi agrikoli żgħar u ekoloġiċi, u tippromwowi metodi aktar diretti.

Il-bażi ta' evidenza tal-Komunikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt hija din li ġejja:

-  il-Qafas Komuni ta' Evalwazzjoni u ta' Monitoraġġ (CEMF) tad-DĠ AGRI stess għall-kejl tal-prestazzjoni tal-PAK abbażi tal-indikaturi tal-Istati Membri;

-  miri u indikaturi fil-livell tal-UE miftiehma għall-monitoraġġ tal-SDGs (Komunikazzjoni "Azzjoni Ewropea għas-Sostenibbiltà" COM(2016)739 final);

-  ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE27 se jipprovdu data dwar il-progress lejn il-miri u l-pakketti baġitarji korrispondenti;

-  l-istudji ta' evalwazzjoni regolari tad-DĠ AGRI dwar l-objettivi ġenerali tal-2013 tal-PAK u l-input għall-konferenza ta' Prospettiva lejn l-aħħar tal-2017;

Mill-kuntest Ewropew usa', il-mutur prinċipali tar-riforma tal-PAK huwa l-kwistjoni tal-baġit: Il-PAK tibqa' l-akbar partita ta' nfiq individwali fil-baġit tal-UE, billi tammonta għal madwar 38 % tan-nefqa totali. Fil-QFP li jmiss, l-UE teħtieġ li tindirizza sfidi kbar sinifikanti, bħall-migrazzjoni, is-sigurtà u t-tkabbir filwaqt li l-ħruġ tar-Renju Unit se jnaqqas il-baġit disponibbli, madankollu hemm nuqqas kbir ta' rieda fost l-Istati Membri biex iżidu d-daqs globali tal-baġit (1 % tal-ING).

Għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, il-kwistjonijiet ewlenin li tqajmu fil-Komunikazzjoni huma, għalhekk:

-  Strateġija Nazzjonali – it-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni: b'mod partikolari l-istruttura ta' governanza (aspett legali bħar-relazzjoni bejn l-istat ċentrali u r-reġjuni, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini), il-koerenza interna (konsistenza ma' programmi u pjanijiet settorjali għall-iżvilupp rurali), koerenza esterna (pereżempju l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej);

-  Mudell tal-implimentazzjoni – programmi ta' finanzjament orjentati lejn ir-riżultati u bbażati fuq il-prestazzjoni: Kontroll u awditu (kompetenzi tal-UE u nazzjonali), indikaturi (disponibbiltà u definizzjoni, kontroll tal-kwalità, penali), mudelli ta' ġestjoni (għażliet tal-ispejjeż issimplifikati), appoġġ ugwali fost l-Istati Membri kollha (eliġibbiltà, bażi obbligatorja/volontarja, kontrolli);

-  Azzjoni ambjentali u klimatika – approċċ integrat sabiex jiġu kkumpensati s-servizzi ambjentali billi jiġu amalgamati l-ekoloġizzazzjoni, il-kundizzjonalità u l-prattiki agrikoli tajba kif ukoll miżuri għall-iżvilupp rurali tal-PAK attwali sabiex ikun hemm kumpens tal-beni pubbliċi inklużi l-azzjoni klimatika u s-saħħa u l-benessri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti;

-  Allokazzjoni finanzjarja – programmi ta' appoġġ mill-UE: Mudelli tranżitorji għal finanzjament imnaqqas/immirat, differenzazzjoni bejn l-Istati Membri (konverġenza esterna) abbażi ta' kriterji oġġettivi (ara l-FSIE), kofinanzjament mir-reġjuni/l-Istati Membri, intitolamenti li jirriflettu kundizzjonijiet soċjoekonomiċi fi ħdan ir-reġjuni tal-Istati Membri (konverġenza interna);

Fir-rigward tal-viżjoni li tħares 'il quddiem, huwa rilevanti li jiġi mfakkar li l-aħħar eżerċizzju ta' programmazzjoni 2013-2020 tal-PAK dam sentejn mill-pubblikazzjoni inizjali tal-proposti tal-Kummissjoni (Ġunju 2011) bħala parti mill-proposta 2014-2020 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għal qbil politiku (Ġunju 2013) u l-approvazzjoni leġiżlattiva finali (f'Diċembru 2013) li kienet teħtieġ miżuri tranżitorji fis-setturi kollha (sal-2015). Madankollu, dan la kkoinċida ma' tmiem il-mandat tal-Kummissjoni u lanqas mal-perjodu leġiżlattiv tal-PE.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (27.4.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

(2018/2037(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Noichl

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-fatt li l-insigurtà tal-ikel akuta affettwat 124 miljun ruħ f'51 pajjiż fl-2017, jiġifieri 16-il miljun ruħ aktar milli fl-2016, u li l-maġġoranza ta' dawk affettwati mill-insigurtà tal-ikel jgħixu f'żoni rurali;

2.  Ifakkar li l-UE hija l-akbar esportatur u importatur ta' prodotti agrikoli u għalhekk taqdi rwol kruċjali fis-swieq agrikoli dinjija; jinnota li l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fir-rigward tal-prodotti agrikoli;

3.  Ifakkar fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid għall-Iżvilupp li fih l-UE u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom u jirrikonoxxu l-importanza fundamentali tar-rispett effettiv tal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jimplika li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki kollha tal-UE, inklużi l-politika u l-finanzjament agrikoli, li x'aktarx jaffettwaw il-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp b'mod negattiv; iqis, f'dan il-kuntest, li r-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) għandha tirrispetta d-dritt li għandhom il-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li jfasslu l-politiki agrikoli u l-politiki tal-ikel tagħhom mingħajr ma ddgħajjef il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fit-tul, b'mod partikolari dawk tal-pajjiżi l-inqas żviluppati;

4.  Ifakkar fl-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jissottolinja li l-koerenza tal-PAK mal-SDGs hija kruċjali, speċjalment fil-każ tal-SDG 2 (ġuħ żero), 5 (ugwaljanza bejn is-sessi), 12 (konsum u produzzjoni responsabbli) 13 (azzjoni klimatika) u 15 (il-ħajja fuq l-art), li magħhom trid tiġi allinjata l-PAK futura;

5.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-PAK hija altru milli perfetta u li din trid tkun aktar favur l-iżvilupp, billi tipprevjeni d-distorsjonijiet kemm fl-Ewropa kif ukoll fis-swieq agrikoli internazzjonali u tiffavorixxi tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar sostenibbli u prattiki agrikoli reżiljenti, li jgħinu fil-protezzjoni tal-ekosistemi u tar-riżorsi naturali u jirrinfurzaw il-kapaċità tagħhom li jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima, xejriet ta' temp estrem, nixfa, għargħar u diżastri oħra u li jtejbu progressivament il-kwalità tal-ħamrija, b'konformità mat-tieni SDG;

6.  Ifakkar li agrikoltura li tonqos milli tipproteġi u ttejjeb l-għajxien rurali, l-ekwità u l-benessri soċjali mhijiex sostenibbli; jitlob lill-UE tiżviluppa skemi ġusti u ambjentalment sostenibbli għall-produzzjoni tal-ikel, tinċentiva konsum responsabbli u tippromwovi mudelli dijetetiċi sostenibbli fil-politiki kollha li x'aktarx jaffettwaw il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li r-riforma tal-PAK għandha tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema Ewropea ġdida tal-ikel b'konformità man-natura trasformattiva tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi; jemmen li, għal dan l-għan, hija meħtieġa bidla fundamentali minn "revoluzzjoni ekoloġika" għal "approċċ agroekoloġiku", b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD) u mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel, li jimplika rikonoxximent tal-multifunzjonalità tal-agrikoltura u bidla rapida minn kultivazzjoni ta' monokultura abbażi tal-użu intensiv ta' inputs kimiċi lejn agrikoltura diversifikata u sostenibbli abbażi ta' prattiki tal-biedja agroekoloġiċi, it-tisħiħ tas-sistemi tal-ikel lokali u tal-biedja fuq skala żgħira u l-għoti ta' appoġġ lil tipi tradizzjonali ta' organizzazzjoni;

8.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw l-impenn li sar fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp sabiex tiġi appoġġjata l-agroekoloġija, inkluż permezz tat-tieqa ta' investiment fl-agrikoltura tal-Pjan ta' Investiment Ewropew;

9.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrinfurzaw id-djalogu mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u jipprovdu l-għarfien espert u l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex jippromwovu agrikoltura ekoloġikament sostenibbli abbażi tal-biedja fuq skala żgħira u l-biedja tal-familja, li jkollha fil-mira tagħha, b'mod partikolari, lin-nisa u ż-żgħażagħ, impenn li sar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE tal-2017 bit-titolu "Investing in Youth for Accelerated Inclusive Growth and Sustainable Development" ("Ninvestu fiż-Żgħażagħ għal Tkabbir Inklużiv Aċċellerat u Żvilupp Sostenibbli"); ifakkar fil-kontribut tan-nisa fiż-żoni rurali bħala intraprendituri u promoturi tal-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tagħhom fl-agrikoltura sostenibbli u r-reżiljenza tagħhom fiż-żoni rurali jiġu żviluppati;

10.  Jitlob, filwaqt li jfakkar fl-objettivi oriġinali tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, li jiġi stabbilit kapitolu ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-PAK ta' wara l-2020 fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha fl-iżvilupp ta' kwistjonijiet ta' politika, li tiġi inkluża integrazzjoni aħjar tal-objettivi ambjentali u l-SDGs, peress li l-projbizzjoni fuq is-sussidji tal-esportazzjoni tfisser li d-distorsjonijiet ekonomiċi għadhom jippersistu, peress li tippermetti lis-settur agrikolu tal-UE jesporta prodotti bażiċi agrikoli taħt il-medja tal-ispejjeż tal-produzzjoni;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante u ex-post tal-effetti esterni tal-PAK b'mod sistematiku bl-għajnuna ta' indikaturi tal-SDGs, u tiżviluppa qafas metodoloġiku għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effetti tal-PAK fuq is-settur tal-produzzjoni agrikola fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u fuq l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-ikel; jissuġġerixxi li din id-data għandha tintuża għal mekkaniżmu ta' twissija li juri l-effetti negattivi tal-PAK fuq l-għajxien tal-bdiewa fuq skala żgħira, b'mod partikolari bdiewa nisa, fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

12.  Jisħaq fuq il-fatt li l-PAK trid tirrispetta l-prinċipju li "ma ssir l-ebda ħsara" u tkun koerenti ma' politiki oħra tal-UE u ma' obbligi oħra internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp, iżda anke mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, il-klima, id-drittijiet tal-annimali u n-natura; jinnota, barra minn hekk, li mhuwiex effiċjenti li, f'termini ta' nfiq tal-baġit tal-UE, jiġu ġġenerati esternalitajiet negattivi u mbagħad li jiġu koperti l-ispejjeż li dawn l-esternalitajiet jiġġeneraw;

13.  Iqis li huwa meħtieġ, b'konformità mal-politiki tal-Aġenda 2030 u l-SDGS, li jiġu rikonoxxuti l-iżbilanċi ġeografiċi fir-relazzjonijiet kummerċjali u l-kompetizzjoni fis-settur tal-biedja bejn il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-UE u li tiġi promossa relazzjoni aktar bilanċjata mas-sħab kummerċjali;

14.  Jitlob lill-UE tiżgura li l-PAK futura tegħleb il-problemi relatati mal-mudell agrikolu attwali orjentat lejn l-esportazzjoni billi ttejjeb is-swieq interni tal-UE u l-ktajjen tal-provvista tal-ikel qosra b'mod sostenibbli sabiex b'hekk ma jiġix imminat l-iżvilupp tal-pajjiżi filwaqt li tiġi żgurata reżiljenza għax-xokkijiet u t-theddidiet esterni;

15.  Jinnota li l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-UE ta' prodotti agroalimentari huma bbażati fuq ftehimiet kummerċjali; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-ftehimiet għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa fl-UE u l-bqija tad-dinja, filwaqt li tingħata preferenza lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwaqqfu l-għan ta' agrikoltura Ewropea dejjem aktar intensifikata u jwaqqfu l-produzzjoni żejda fis-settur tal-bhejjem permezz tal-introduzzjoni obbligatorja ta' sistema ta' trobbija tal-bhejjem ibbażata fuq l-erja; jinnota bi tħassib li d-dipendenza tal-UE mill-għalf tal-annimali importat, b'mod partikolari s-sojja, ikkontribwiet għaż-żieda fid-domanda għall-art f'pajjiżi barranin, li twassal għad-deforestazzjoni, it-telfien tal-bijodiversità, l-ispostament ta' komunitajiet u żieda fl-intossikazzjoni bħala riżultat tal-kultivazzjoni ta' sojja ġenetikament modifikata b'użu intensiv ta' pestiċidi fl-Amerka t'Isfel; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, inaqqsu u jeliminaw progressivament l-importazzjonijiet tagħhom tal-għelejjel li fihom il-proteini minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Arġentina u l-Brażil;

17.  Jitlob, barra minn hekk, in-newba tal-uċuħ tar-raba' bi pjanti leguminużi fuq ir-raba' applikabbli kollha u l-implimentazzjoni ta' strateġija dwar il-proteini fl-UE kollha li l-għan tagħha jkun li tnaqqas id-dipendenza fir-rigward tal-importazzjonijiet tas-sojja minn pajjiżi terzi; jitlob, sadanittant, l-introduzzjoni ta' kriterji ta' sostenibbiltà għall-importazzjonijiet tal-proteina veġetali;

18.  Ifakkar fl-importanza li l-bdiewa lokali jingħataw is-setgħa li javvanzaw fil-katina tal-valur billi dawn jingħataw għajnuna u appoġġ fir-rigward ta' prodotti organiċi u prodotti b'valur miżjud u għarfien u teknoloġiji ġodda, peress li l-kisba tas-sostenibbiltà tirrikjedi azzjoni diretta sabiex ir-riżorsi naturali jiġu kkonservati, protetti u mtejba;

19.  Jitlob li jiġu abbandunati s-sussidji indiretti u mhux immirati bħalma huma l-pagamenti skont l-erja; jitlob li s-sussidji jinħarġu biss jekk dawn jikkontribwixxu għall-beni pubbliċi bħalma huma impjiegi lokali, diversità bijoloġika, benessri tal-annimali, arja u ilma nodfa, u ħamrija differenti b'saħħitha u fertili;

20.  Ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-effetti ta' distorsjoni tas-suq li kellha l-introduzzjoni mill-ġdid tal-appoġġ akkoppjat fil-PAK 2014-2020; ifakkar li t-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib fl-2015, bl-aspettattiva ta' opportunitajiet ta' bejgħ ġodda fis-suq għall-prodotti agrikoli Ewropej fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, aggravat il-produzzjoni eċċessiva, li rriżultat fi prezzijiet aktar baxxi u affettwat l-iżvilupp tas-settur tal-ħalib kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

21.  Itenni l-opinjoni tiegħu li d-distribuzzjoni tal-pagamenti hija żbilanċjata; huwa tal-fehma li l-azjendi tal-biedja ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-azjendi tal-biedja bħal dawk ta' daqs iżgħar jew dawk b'introjtu aktar baxx fi żminijiet meta l-introjtu jkun volatili, peress li dawn jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti;

22.  Ifakkar li l-ġuħ u l-malnutrizzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma relatati l-aktar man-nuqqas ta' kapaċità tal-akkwist u/jew man-nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-foqra rurali li jkunu awtosuffiċjenti; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE tgħin b'mod attiv lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jegħlbu l-ostakoli (bħalma huma l-infrastruttura ta' kwalità baxxa u l-loġistika dgħajfa) għall-produzzjoni agrikola tagħhom stess;

23.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jtejbu l-produzzjoni domestika tal-ikel tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif irrakkomandat fl-SDGs, minflok ma jżidu l-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE lejn il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE tinkoraġġixxi lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iżidu u jiddiversifikaw il-produzzjoni tal-ikel tagħhom biex jissodisfaw id-domanda domestika tal-ikel u d-domanda dejjem akbar tas-suq Nofsinhar-Nofsinhar, peress li l-politika agrikola tal-UE waħedha mhijiex responsabbli biex titma' popolazzjoni dinjija li dejjem qed tiżdied; jisħaq, għal din ir-raġuni, fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħtif tal-art fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

24.  Jitlob lill-UE tirrispondi għat-talbiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex tipproteġi l-produzzjoni tal-ikel tagħhom u l-popolazzjoni tagħhom mill-effetti potenzjalment distruttivi tal-importazzjonijiet irħas;

25.  Jirrimarka li, fl-2050, aktar min-nofs il-popolazzjoni tal-pajjiżi l-inqas żviluppati se tkun għadha tgħix f'żoni rurali u li l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp se jgħin biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-komunitajiet rurali tagħhom, jiġu sostnuti l-popolazzjonijiet rurali, u jitnaqqsu s-sottoimpjieg, il-faqar u l-insigurtà tal-ikel, li min-naħa l-oħra se jgħin sabiex jiġu indirizzati b'mod determinat il-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni sfurzata;

26.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' impjieg u attivitajiet li jiġġeneraw il-qligħ fir-reġjuni ta' oriġini u ta' tranżitu tal-migranti permezz ta' proġetti appoġġjati mill-PAK; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta programmi ta' skambju bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana permezz tal-kooperazzjoni u d-djalogu dwar il-produzzjoni agroalimentari u l-innovazzjoni agrikola;

27.  Jirrikonoxxi r-rwol kritiku li t-teknoloġiji tal-ispazju, bħalma huma dawk żviluppati fil-programmi tal-UE tal-ispazju u s-satelliti ġestiti mill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Galileo, EGNOS u Copernicus), jistgħu jaqdu fl-ilħuq tal-SDGs tan-NU billi jipprovdu soluzzjonijiet affordabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla lejn agrikoltura ta' preċiżjoni, u b'hekk jeliminaw il-ħela, jiffrankaw il-ħin, inaqqsu l-eżawriment u jottimizzaw l-użu tal-apparat;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora teknoloġiji u applikazzjonijiet tax-xjenza spazjali u s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp bħala mekkaniżmi biex jassistu l-monitoraġġ tal-għelejjel, tat-trobbija tal-bhejjem, tal-forestrija, tas-sajd u tal-akwakultura, jappoġġjaw lill-bdiewa, lis-sajjieda, lill-forestiera u lil dawk li jfasslu l-politika fl-isforzi tagħhom biex jużaw diversi metodi għall-kisba ta' produzzjoni tal-ikel sostenibbli, u jirrispondu għall-isfidi relatati;

29.  Jissottolinja li, b'mod aktar ġenerali, il-kummerċ agrikolu jrid jikkontribwixxi, abbażi ta' sħubija, biex inaqqas l-inugwaljanzi globali u jġib aktar benefiċċji soċjali inklużivi għas-sħab kummerċjali kollha fil-futur, filwaqt li jibqa' fi ħdan il-limiti ekoloġiċi tal-pjaneta tagħna.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Monika Vana

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao, Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Joachim Zeller

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Monika Vana

0

-

 

 

7

0

ECR

Nirj Deva

PPE

Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Cristian Dan Preda, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (18.4.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

2018/2037(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Seán Kelly

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-istudju tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2016 bit-titolu "L-impatti tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE fuq is-settur agrikolu" juri li l-ftehimiet tal-UE mal-Messiku, il-Korea t'Isfel u l-Iżvizzera żiedu l-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE b'aktar minn EUR 1 biljun u l-valur miżjud fis-settur agroalimentari b'EUR 600 miljun; billi sa mill-applikazzjoni tal-ftehim ta' kummerċ ħieles tal-UE mal-Perù u l-Kolombja (Marzu 2013 u Awwissu 2013 rispettivament), l-esportazzjonijiet tal-UE ta' prodotti agrikoli lejn iż-żewġ pajjiżi żdiedu b'mod konsiderevoli (bi 73 % lejn il-Perù u bi 82 % lejn il-Kolombja);

B.  billi l-UE kienet l-akbar esportatur prinċipali ta' prodotti agroalimentari mill-2013, u sa mill-2010 rreġistrat bilanċ pożittiv ta' esportazzjoni; billi l-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE lejn pajjiżi terzi qegħdin jiżdiedu, u laħqu valur rekord ta' EUR 137,9 biljun fl-2017; billi l-UE hija wkoll l-akbar importatur ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

1.   Jissottolinja li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tkun koerenti ma' politiki oħra tal-UE, bħall-politika tal-iżvilupp u l-politika ambjentali, u għandha tappoġġa l-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs), u li tista' tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi tal-politika agrikola komuni (PAK), b'mod partikolari biex jiġi żgurat standard ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli; jisħaq fuq il-fatt li s-settur agroalimentari tal-UE għandu jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet għat-tkabbir offruti mill-esportazzjonijiet, peress li madwar 90 % tad-domanda globali addizzjonali għall-prodotti agroalimentari matul l-għaxar snin li ġejjin se tiġi minn barra l-Ewropa; jenfasizza li l-PAK trid tissodisfa l-ħtiġijiet relatati mal-ikel, l-ambjent u l-klima tas-soċjetà Ewropea qabel ma tiffoka fuq il-produzzjoni għall-bejgħ fis-suq agrikolu internazzjonali; jenfasizza li l-hekk imsejħa pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkollhom biżżejjed opportunitajiet biex jistabbilixxu u jżommu settur agroalimentari b'saħħtu waħedhom;

2.  Huwa tal-fehma li r-rekwiżiti tal-kummerċ internazzjonali u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) kellhom impatt sinifikanti kbir fuq is-serje ta' reviżjonijiet tal-PAK li twettqu sa mid-disgħinijiet; iqis li dawn ir-reviżjonijiet wasslu biex il-prodotti agrikoli Ewropej u s-settur agroalimentari Ewropew ikunu aktar kompetittivi, iżda imminaw ukoll partijiet kbar tas-settur agrikolu billi esponuhom għall-instabbiltà tas-swieq dinjija; huwa tal-fehma li issa huwa ż-żmien, kif tissuġġerixxi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Biedja u tal-Ikel fl-Ewropa, li jkun hemm aktar enfasi fuq l-objettivi l-oħra tal-PAK, bħall-istandards ta' għajxien tal-bdiewa u kwistjonijiet dwar is-saħħa, l-impjiegi, l-ambjent u l-klima;

3.  Jafferma li l-politiki tal-UE dwar il-kummerċ u l-agrikoltura huma marbuta flimkien mill-qrib u se jibqgħu hekk fil-futur, li tal-ewwel ma tistax tieħu preċedenza fuq tal-aħħar u li ż-żamma u l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli għandha tkun prijorità; jirrimarka li din ir-rabta tenfasizza r-rwol importanti tal-agrikoltura fil-kuntest tan-negozjati kemm bilaterali għal ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles tal-UE kif ukoll multilaterali fi ħdan id-WTO, dwar kwistjonijiet bħalma huma l-aċċess għas-suq għal prodotti agrikoli, l-appoġġ domestiku, is-sussidji għall-esportazzjoni, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ir-regoli sanitarji u fitosanitarji, l-użu prudenti tal-mediċini antimikrobiċi sabiex titnaqqas il-proliferazzjoni tar-reżistenza antimikrobika, u s-simplifikazzjoni ta' proċeduri ta' importazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-prodotti agrikoli importati fis-suq intern huma prodotti f'konformità mal-istandards tal-UE dwar l-istandards tax-xogħol u ambjentali, mal-prinċipju ta' prekawzjoni, mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali u ma' standards oħrajn fil-qasam tas-sikurezza;

4.  Jinsisti li l-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni huma parti essenzjali tal-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali fil-kummerċ agrikolu globali, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tħeġġeġ lid-WTO tirrikonoxxi l-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni bħala tali;

5.  Jissottolinja li t-twettiq tal-għanijiet tal-ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-kisba tal-SDGs irid ikun wieħed mill-prinċipji li jirregolaw kwalunkwe politika kummerċjali fir-rigward tal-prodotti agrikoli; jinnota li l-Kummissjoni, fid-dokument ta' riflessjoni tagħha dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni, ġustament indikat it-talba għal aktar kummerċ ġust u sostenibbli u prodotti lokali bħala xejra li qiegħda tinbidel fil-globalizzazzjoni; jenfasizza li l-politika kummerċjali tal-UE tista' tikkontribwixxi b'mod estensiv għall-kisba tal-SDGs u tal-objettivi fil-qasam tal-klima kif stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi;

6.  Jemmen li filwaqt li l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jibbenefikaw l-aktar lil negozji agrikoli kbar fl-UE u lil hinn minnha, jista' jkollhom ukoll impatti soċjoekonomiċi negattivi serji fuq il-biedja fuq skala żgħira u medja fl-UE u f'pajjiżi terzi;

7.  Jilqa' l-progress li sar fil-promozzjoni tal-interessi agrikoli tal-UE fin-negozjati kummerċjali bilaterali reċenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-suq għall-prodotti agroalimentari ta' kwalità għolja tal-UE u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f'pajjiżi terzi; huwa fiduċjuż li din ix-xejra tista' titkompla u titjieb;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tan-negozjati kummerċjali bilaterali li għaddejjin bħalissa kif ukoll dawk futuri ma' pajjiżi terzi, tiggarantixxi livell globali ta' kundizzjonijiet ekwi u taffronta bl-akbar kawtela l-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq, kemm fir-rigward ta' pajjiżi terzi kif ukoll tal-UE, f'setturi sensittivi tal-agrikoltura, billi tqis fl-ewwel lok perjodi ta' tranżizzjoni, kwoti tar-rati tat-tariffi, miżuri ta' salvagwardja adegwati li jqisu l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi fl-UE, kif ukoll fil-pajjiżi li nesportaw lejhom, l-esklużjoni possibbli tal-aktar prodotti sensittivi mill-kamp tal-applikazzjoni tal-ftehimiet wara konsiderazzjoni każ b'każ, u konformità mar-regoli ta' reċiproċità fir-rigward tal-aktar setturi sensittivi tal-agrikoltura tal-pajjiżi terzi; jinnota li dan jista' jirrigwarda prodotti differenti, skont is-sieħeb kummerċjali inkwistjoni; jenfasizza li l-ammonti massimi kumulattivi tal-konċessjonijiet agrikoli mogħtija mill-UE, fil-kuntest tal-impenji internazzjonali kollha tagħha, iridu jiġu kkunsidrati għal prodotti sensittivi u għal kull settur;

9.  Itenni l-importanza li jiġu inkorporati klawsoli ta' salvagwardja effettivi fil-ftehimiet kummerċjali li jistgħu jiġu implimentati malajr sabiex jiġu sospiżi temporanjament il-preferenzi fl-eventwalità ta' tfixkil fis-suq li jista' jippreġudika setturi sensittivi;

10.  Jenfasizza, għalhekk, il-prinċipju ta' aċċess kwalifikat għas-suq, li jfisser li l-oġġetti importati għandhom ikunu konformi mal-istandards tal-UE;

11.  Iqis, barra minn hekk, li prodotti manifatturati b'rabta mad-deforestazzjoni, il-ħtif tal-art jew tar-riżorsi u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx jingħataw aċċess fis-suq tal-UE;

12.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress dwar l-appoġġ nazzjonali għall-agrikoltura fil-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO; jilqa' madankollu d-dikjarazzjoni konġunta tal-UE mal-Grupp Cairns qabel il-konferenza, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-kooperazzjoni dwar l-appoġġ nazzjonali; itenni li kwalunkwe pożizzjoni futura tal-UE dwar dan is-suġġett ma tridx tieħu preċedenza fuq diskussjonijiet dwar il-futur u r-reviżjoni tal-PAK u trid tirrispetta kif xieraq il-qafas tal-PAK riformata; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li huwa essenzjali li r-regoli tal-kummerċ internazzjonali ma għandhomx jimminaw l-għoti tal-appoġġ nazzjonali lill-agrikoltura Ewropea maħsuba biex jipprevjenu u jimmaniġġaw il-kriżijiet fis-suq, ibiddlu l-prattiki tal-biedja lejn sistemi ta' produzzjoni li huma ekonomikament effikaċi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-klima, u biex jissalvagwardjaw aħjar il-provvisti strateġiċi tal-proteini veġetali, sabiex fl-aħħar jitrawwem l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari; jinnota li standards ambjentali u soċjali b'saħħithom se jkomplu jżidu l-kwalità tal-beni pubbliċi fornuti lill-Ewropej permezz ta' din il-politika;

13.  Ifakkar li l-UE eliminat s-sussidji għall-esportazzjoni min-naħa tagħha u li ma għad baqa' l-ebda linja baġitarja għas-sussidji għall-esportazzjoni fil-baġit attwali tal-UE; jistieden lis-sħab kummerċjali tal-UE, f'dan ir-rigward, jieħdu impenji biex jitnaqqas l-appoġġ domestiku li jfixkel il-kummerċ; jappella lill-membri tad-WTO jkomplu jagħtu sussidji għall-esportazzjoni biex jimplimentaw id-Deċiżjoni Ministerjali dwar il-Kompetizzjoni tal-Esportazzjoni adottata f'Nairobi fid-19 ta' Diċembru 2015;

14.  Jitlob li l-Kummissjoni tibqa' viġilanti u tintensifika l-azzjoni difensiva tal-Unjoni sabiex telimina l-ostakli eżistenti u futuri għall-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, li qed jiżdiedu, filwaqt li jiġu rispettati l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ikel; jissottolinja li l-maġġoranza ta' dawn l-ostakli jaffettwaw il-prodotti agrikoli (27 % skont il-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Suq tal-Kummissjoni), li jirrigwardaw l-aktar il-miżuri sanitarji u fitosanitarji;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa u tqis l-implikazzjonijiet tal-Brexit meta tħejji l-iskambji tal-offerti u l-kalkolu tal-kwoti;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Agnes Jongerius, Frédérique Ries

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Dita Charanzová, Nadja Hirsch, Frédérique Ries

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

S&D

Eric Andrieu, Goffredo Maria Bettini, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

0

-

 

 

3

0

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.4.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

(2018/1037(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nedzhmi Ali

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-politika agrikola komuni (PAK) hija waħda mill-politiki l-aktar integrati fl-Unjoni, u ssodisfat waħda mill-objettivi oriġinali tagħha li żżid il-provvista tal-ikel, billi appoġġjat lill-bdiewa Ewropej u wieġbet għat-talbiet taċ-ċittadini fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza, u l-kwalità u s-sostenibbiltà tal-ikel; billi hemm sfidi ġodda quddiemna, marbuta b'mod partikolari mat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità; billi huwa importanti li l-PAK tkun allinjata mal-Ftehim ta' Pariġi u ma' ftehimiet internazzjonali oħra li jipproteġu l-klima u l-ambjent;

B.  billi huwa meħtieġ li jiġi żgurat appoġġ għall-bdiewa ġenwini filwaqt li jitkompla l-appoġġ lil benefiċjarji li għandhom flussi ta' produzzjoni u ta' introjti diversifikati, wara deċennji ta' sinjali ta' politika li rrakkomandaw li jsir dan, u li tingħata prijorità lill-azjendi tal-biedja żgħar u li dawn jiġu ppremjati għad-diversi prodotti pubbliċi li jagħtu lis-soċjetà, filwaqt li jiġi żgurat tqassim ġust tal-appoġġ bejn l-azjendi agrikoli ta' daqsijiet differenti; billi huwa importanti li l-ekonomiji reġjonali jissaħħu u li tiġi appoġġjata agrikoltura modernizzata u sostenibbli fl-UE li twettaq xogħol b'mod ekonomiku, ambjentali u soċjali, sabiex tippromwovi sistemi agrikoli varjati, speċjalment azjendi agrikoli tal-familja; billi huwa essenzjali li tiġi żgurata produzzjoni agrikola fil-partijiet kollha tal-UE, inkluż f'żoni b'limitazzjonijiet naturali, u li jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha;

C.  billi hemm diverġenza bejn l-introjtu fis-settur agrikolu u f'setturi oħra tal-ekonomija, bl-introjtu agrikolu li huwa volatili ħafna; billi hemm riskju li l-artijiet f'żoni b'restrizzjonijiet naturali jiġu abbandunati; billi jenħtieġ li jkun hemm biżżejjed investiment fir-ristrutturar tal-azjendi agrikoli, fil-modernizzazzjoni, fl-innovazzjoni, fid-diversifikazzjoni u fl-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda;

D.  billi skont id-dokument ta' tgħarrif tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri minn Marzu 2018 dwar il-futur tal-PAK, fl-2010, għal kull 100 maniġer ta' azjendi agrikoli li għandhom aktar minn 55 sena, kien hemm 14-il maniġer ta' azjendi agrikoli li għandhom anqas minn 35 sena, figura li niżlet għal 10.8 maniġers fl-azjendi agrikoli fl-2013; billi l-età medja tal-bdiewa fl-UE żdiedet minn 49.2 għal 51.4 sena matul il-perjodu 2004-2013; billi l-iżgħar azjendi agrikoli huma l-aktar ta' spiss dawk ta' bdiewa aktar anzjani;

E.  billi, minħabba l-piż amministrattiv eċċessiv tas-sistema ta' kontroll u verifika, u s-sovrappożizzjonijiet bejn il-pilastri I u II, huwa importanti li ssir simplifikazzjoni tal-PAK, li jitnaqqas il-piż amministrattiv globali tagħha, li jittejjeb il-valur tagħha għall-flus li jintefqu u li ssir trasparenti, mingħajr ma tikkomprometti l-għanijiet politiċi ambizzjużi tagħha; billi jekk tinqata' l-burokrazija żejda, ir-riżultati tal-ekoloġizzazzjoni jenħtieġ li jittejbu u jenħtieġ li tingħata aktar għajnuna effettiva lill-bdiewa kollha biex jadattaw is-sistemi agrikoli tagħhom sabiex jilqgħu għall-isfidi ambjentali u klimatiċi;

F.  billi kif tispjega l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja, il-PAK tal-ġejjieni se tistabbilixxi parametri tal-politika bażiċi, u l-Istati Membri, kemm jekk fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, se jkollhom bżonn juru responsabbiltà akbar kif jissodisfaw l-objettivi, sabiex iżommu kundizzjonijiet ekwi, jevitaw distorsjoni tas-suq u jiksbu l-għanijiet stabbiliti fil-livell tal-UE; billi l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK tal-ġejjieni jenħtieġ li jiġi xprunat mir-riżultati fir-rigward tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-ħarsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika;

1.  Jenfasizza li l-PAK jenħtieġ li tibqa' politika komuni tal-UE, u li tista' twettaq l-objettivi tagħha biss jekk tkun iffinanzjata b'mod suffiċjenti; jitlob, għalhekk, li l-baġit tal-PAK jinżamm tal-anqas fil-livell attwali tiegħu għall-UE-27 bi prezzijiet kostanti fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss ta' wara l-2020, sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ta' PAK riveduta u effiċjenti;

2.  Jissottolinja li l-PAK jenħtieġ li tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tas-settur agrikolu, li huwa kruċjali biex jipprovdi ikel sikur, impjiegi u tkabbir fiż-żoni rurali, kif ukoll il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; jinnota li approċċi effikaċi ta' awditu u kontroll se jkollhom jiġu segwiti biex jiġi żgurat li l-mudell ġdid ta' implimentazzjoni f'PAK riformata jħalli riżultati fejn jidħlu l-kriterji ambjentali u soċjali sabiex is-settur ikun jista' jilħaq sostenibbiltà akbar sal-2030;

3.  Jilqa' l-intenzjoni li tiġi simplifikata u modernizzata l-PAK; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-funzjonijiet ta' kontroll u ta' verifika finanzjarji u tal-prestazzjoni jitwettqu bl-istess standards għoljin ta' titjib kontinwu fl-Istati Membri kollha fir-rispett sħiħ tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' flessibbiltà; jenfasizza li jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed kompetenzi biex jiddeċiedu dwar il-kontenut, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sanzjonijiet tal-iskemi ta' appoġġ applikabbli fit-territorji tagħhom, iżda jenfasizza li kwalunkwe simplifikazzjoni jew modernizzjoni tal-PAK ma tistax tbaxxi l-livell ta' ambizzjoni tal-UE, u la ma tista' twassal għas-settorjalizzazzjoni tal-politiki u tal-programmi tal-UE, u lanqas ma tista' tissostitwixxi l-għotjiet bi strumenti finanzjarji;

4.  Jinsisti fuq approċċ ibbażat fuq ir-riżultati rigward il-pagamenti; jipproponi, għalhekk, l-inklużjoni ta' indikaturi dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

– li jinżammu u jinħolqu l-impjiegi f'dan is-settur;

– li jinżammu l-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju;

– is-saħħa u l-bijodiversità tal-ħamrija, ir-rikkezza ta' speċijiet u gruppi tassonomiċi;

– il-protezzjoni tal-ħamrija tal-wiċċ u l-ħolqien, ta' kopertura tal-ħamrija kontra l-erożjoni;

– it-tnaqqis fit-telf tan-nutrijenti u t-titjib fil-kwalità tal-ilma;

– il-bijodiversità inklużi r-rikkezza u l-abbundanza tal-ispeċijiet ta' għasafar, dakkara selvaġġi u insetti;

– it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi u l-adozzjoni ta' ġestjoni integrata ta' organiżmi ta' ħsara (IPM)(1);

5.  Jopponi kwalunkwe rinazzjonalizzazzjoni jew kwalunkwe kofinanzjament nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta' distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri, li trid tqis indiċijiet soċjoekonomiċi affidabbli u l-ispejjeż differenti tal-produzzjoni, sabiex id-distakki bejn ir-reġjuni differenti tal-Unjoni jingħalqu fil-QFP li jmiss; ifakkar li huwa kruċjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ugwali għall-bdiewa kollha fl-UE, filwaqt li tqis il-vulnerabbiltajiet u l-ispeċifiċitajiet tal-ekonomiji ta' skala żgħira; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi rriformata r-riżerva agrikola ta' kriżi u li jiżdied il-finanzjament skont ir-risposti lid-diversi kriżijiet ċikliċi f'setturi sensittivi, li jinħolqu strumenti ġodda li jistgħu jtaffu l-volatilità tal-prezzijiet u li jiżdiedu l-finanzjamenti għall-Programmi ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI);

6.  Jenfasizza li l-appoġġ tal-PAK għall-iżvilupp rurali jipprovdi opportunitajiet biex l-Istati Membri kollha jtejbu l-kompetittività tagħhom, jippromwovu ekonomiji effikaċi u sostenibbli u jrawmu l-iżvilupp taż-żoni rurali, fejn huwa vitali li tiġi indirizzata d-depopolazzjoni, il-qgħad u l-faqar u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitkompla l-finanzjament għall-miżuri tal-iżvilupp rurali u li jissaħħaħ it-tieni pilastru tal-PAK; japprova f'dan il-kuntest il-prinċipji tal-metodu Leader, peress li qed irawwem innovazzjoni, sħubijiet u networking f'żoni rurali;

7.  Jemmen li l-istabbiliment ta' limitu fuq il-pagamenti diretti – "iffissar ta' limitu massimu" – jenħtieġ li ma jitħalliex għad-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru, iżda jrid jiġi stabbilit fil-livell Ewropew;

8.  Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' pagamenti digressivi sabiex inaqqsu l-appoġġ għall-azjendi tal-biedja kbar u li l-enfasi tinqaleb lejn pagamenti ridistributtivi, sabiex ikun jista' jingħata aktar appoġġ b'mod immirat (eż. lill-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju);

9.  Jenfasizza li l-qbil u l-applikazzjoni ta' definizzjoni tajba tal-valur miżjud tal-UE jkunu ta' benefiċċju għad-dibattitu pubbliku u għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-infiq futur tal-UE; jagħti l-appoġġ tiegħu lill-bidla lejn aktar biedja effiċjenti u lejn valur miżjud tal-UE, iżda jwissi kontra kwalunkwe tentattiv ta' użu ta' tali definizzjoni sabiex titqiegħed f'dubju r-rilevanza tal-politiki u l-programmi tal-UE fuq kunsiderazzjonijiet purament ekonomiċi kwantitattivi jew ta' terminu qasir; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli, u li jiġu żviluppati żoni rurali u protezzjoni tal-klima u tal-ambjent permezz ta' politika agrikola bbażata fuq il-kisba ta' miri ta' prestazzjoni; jinnota li, sabiex jingħata valur miżjud, irid ikun hemm eżiti, riżultati u impatti definiti, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu fuq indikaturi bbażati fuq l-evidenza qabel jistabbilixxu l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u reġjonali tagħhom għal monitoraġġ sussegwenti u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni;

10.  Jitlob li jkun hemm sinerġiji akbar bejn politiki li jrawmu l-iżvilupp rurali u dawk imfassla biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tar-rifuġjati;

11.  Jitlob, skont il-prinċipju tal-effiċjenza baġitarja, li jkun hemm koerenza u sinerġiji aħjar bejn il-PAK u l-politiki l-oħra kollha tal-UE u impenji internazzjonali, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, il-provvista tal-ilma, l-użu tal-art, il-bijodiversità u l-ekosistemi, u fl-iżvilupp ta' żoni remoti u muntanjużi;

12.  Jitlob aktar appoġġ għall-farms ġestiti minn familji u għall-bdiewa żgħażagħ u għal appoġġ għal impjieg fl-agrikoltura fiż-żona rurali, speċjalment għall-bdiewa żgħażagħ;

13.  Jenfasizza li l-enfasi fil-futur tal-biedja jenħtieġ li ssir fuq il-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja, peress li l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa jinsab hawnhekk; jisħaq li l-istandards tal-UE jridu jinżammu u jissaħħu fejn dan ikun fattibbli; jitlob li jittieħdu miżuri biex ikun hemm aktar tkabbir fil-produttività fit-tul u l-kompetittività tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel, u li jiġu introdotti teknoloġiji ġodda u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, biex b'hekk jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala mexxejja dinjija;

14.  Jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li jkun hemm differenzi fil-kwalità bejn prodotti tal-ikel li huma rreklamati u ddistribwiti fis-suq uniku taħt l-istess marka kummerċjali u bl-istess imballaġġ; jilqa' l-inċentivi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni tal-kwalità doppja tal-ikel fis-suq uniku, inkluża l-ħidma tiegħu fuq metodoloġija komuni tal-ittestjar;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmonitorjaw il-volatilità sinifikanti tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli u biex jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' għodod ta' "ġestjoni tar-riskju", peress li jgħinu biex jipproteġu l-introjti tal-bdiewa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Anneli Jäätteenmäki, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Richard Ashworth, Reimer Böge, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Monika Vana

2

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Skont id-Direttiva (2009/128/KE) dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) 1107/2009.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (26.4.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja

(2018/2037(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Angélique Delahaye

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, id-Deċiżjoni 1/CP.21 u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) tal-UNFCCC, li ġiet organizzata f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nri 4/2014 bit-titolu "Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali" u 21/2017 bit-titolu "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Agrikoltura u l-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Ilma fl-UE" (SWD(2017)0153),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi(1) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM(2017)0587),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' tgħarrif tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-ġejjieni tal-PAK ippubblikat fid-19 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) bit-titolu "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi",

–  wara li kkunsidra l-istudju tas-16 ta' Jannar 2017 dwar il-benessri tal-annimali fl-UE kkummissjonat għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Nru 21/2017 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent insostenn tal-monitoraġġ tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 bit-titolu "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020" (COM(2018)0098),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018 li jiġi stabbilit kumitat speċjali dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi,

–  wara li kkunsidra l-metastudju bit-titolu "Is the CAP fit for purpose? An evidence-based fitness check assessment" (Il-PAK hija adattata għal dak l-iskop? Valutazzjoni tal-kontroll tal-idoneità bbażata fuq l-evidenza)(2),

–  wara li kkunsidra l-proċess tan-NU li jirriżulta fil-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD) li tivvaluta l-potenzjal tal-ikel u s-sostenibbiltà,

–  wara li kkunsidra r-rapport mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel (A/HRC/34/48),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0 tal-2016, "Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali", li saret matul il-Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR), imħabbra fl-2016 (COM(2016)0316), li hija għodda biex tgħin biex ikunu offruti l-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki ambjentali tal-UE għan-negozji u għaċ-ċittadini permezz ta' implimentazzjoni aħjar,

A.  billi l-agrikoltura hija wieħed mis-setturi tal-ekonomija mistennija li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-2030 tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra bi 30 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005 skont ir-Regolament tal-Qsim tal-Isforz;

B.  billi kemm il-bdiewa kif ukoll dawk li mhumiex bdiewa fil-parti l-kbira jaqblu li l-agrikoltura għandha toffri aktar benefiċċji għall-ambjent u għall-klima kif affermat waqt il-konsultazzjoni pubblika tal-2017 dwar il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-PAK;

C.  billi l-biedja organika tipproteġi l-ambjent, tappoġġja l-bijodiversità, timminimizza d-degradazzjoni tal-ħamrija, taħdem mingħajr l-użu sistematiku tal-pestiċidi u għalhekk tipproteġi l-ilma tal-pjan mis-sustanzi niġġiesa, iżda l-kisbiet pożittivi tagħha jeħtieġ li jitqiesu bis-sħiħ fit-tfassil tal-PAK;

D.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tirrikonoxxi li l-PAK hija l-aktar politika tas-suq uniku integrata li sservi bħala l-bażi għall-integrazzjoni Ewropea, filwaqt li jitqies il-fatt li għandha xogħol konsiderevoli xi twettaq biex tissodisfa t-talbiet taċ-ċittadini dwar it-tisħiħ tal-bijodiversità, dwar impenji b'saħħithom fuq il-benessri tal-annimali jew fuq it-tibdil fil-klima u s-saħħa, u għandha tibqa' politika komuni b'baġit adegwat u mezz għall-miżuri ambjentali u klimatiċi;

E.  billi madwar 80 % tal-proteini kkunsmati, b'mod speċjali s-sojja, jiġu importati, prinċipalment mill-Brażil, l-Arġentina u l-Istati Uniti tal-Amerika, u l-UE teħtieġ li, b'mod urġenti, tipproponi strateġija dwar il-proteini fil-PAK biex tnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet li jistimulaw id-deforestazzjoni u l-ħtif tal-art;

F.  billi l-istudju speċjali nru 442 tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn il-benessri tal-annimali jindika li 82 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu li l-benessri tal-annimali tar-razzett għandu jittejjeb;

G.  billi ċerti aspetti tal-intensifikazzjoni tas-sistemi agrikoli poġġew pressjoni sinifikanti fuq l-ambjent, flimkien mat-telf kontinwu tal-funzjonijiet tal-ħamrija u żieda fit-tniġġis tal-ilma; billi l-istrumenti ta' politika mfassla tajjeb jistgħu jimmitigaw dawn l-impatti negattivi, u l-PAKgħandha titfassal mill-ġdid biex tippromwovi u tappoġġja mudelli agrikoli kompletament sostenibbli;

H.  billi l-valutazzjoni tal-2015 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu "State of Nature in the EU" (L-Istat tan-Natura fl-UE) tafferma li l-pressjonijiet u t-theddid prinċipali għall-ekosistemi terrestri rrapportati mill-Istati Membri huma l-agrikoltura u l-modifika tal-kundizzjonijiet naturali; billi l-kontinwazzjoni tal-prattiki attwali se jkollha impatt profond u ta' ħsara fuq in-natura kif ukoll fuq il-prosperità ekonomika tal-ġejjieni; billi s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent jenħtieġ li jiġu eliminati b'mod gradwali;

I.  billi l-PAK hija ta' importanza kbira fl-Ewropa kollha għal madwar 12-il miljun azjenda agrikola;

J.  billi l-art agrikola tammonta għal 47 % tat-territorju Ewropew u fl-UE hemm 22 miljun bidwi u ħaddiem agrikolu;

K.  billi l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira jammontaw għal madwar 40 % tal-azjendi agrikoli tal-UE, iżda jirċievu biss 8 % tas-sussidji tal-PAK;

L.  billi l-objettiv tal-PAK dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-azzjoni klimatika għadu jrid jintlaħaq;

M.  billi l-konsum tax-xaħmijiet saturati u tal-laħam aħmar fl-Unjoni jibqa' ferm aktar mill-valuri nutrizzjonali rrakkomandati u l-industrija tal-ikel tkompli tagħti kontribut sostanzjali għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tan-nitroġenu;

N.  billi l-PAK attwali kellha rwol limitat fl-appoġġ għall-espansjoni tal-biedja organika, li fl-2015 kienet tkopri biss 6 % tal-erja agrikola utilizzata (EAU) fl-Unjoni;

O.  billi l-objettivi tal-PAK, kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għadhom validi u rilevanti, u billi aktar għanijiet għandhom ikunu dawk li jiżguraw is-sikurezza u s-sovranità tal-ikel, kif ukoll ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi agrikoli u t-territorji tal-UE sabiex jiġu ppreservati aħjar għall-futur;

P.  billi l-PAK għandha l-għan li tintegra l-objettivi ambjentali billi tiżgura li r-regoli tagħha jkunu kompatibbli, u l-bdiewa jikkonformaw, mar-rekwiżiti ambjentali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u billi tippromwovi l-iżvilupp ta' prattiki tal-biedja sostenibbli li jippreservaw l-ambjent u l-bijodiversità;

Q.  billi l-PAK għandu jkollha rwol importanti fl-iżgurar ta' produzzjoni sostenibbli tal-ikel, standard ta' għajxien ġust fost ir-reġjuni u l-Istati Membri, prezzijiet aċċessibbli għaċ-ċittadini u għall-konsumaturi, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali, il-koeżjoni ta' żoni rurali u urbani, aċċess għal ikel ta' kwalità u dieti tajbin għas-saħħa, u koerenza mal-iżvilupp sostenibbli u l-għanijiet klimatiċi, filwaqt li tonora l-impenji dwar il-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika, u l-benessri u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti;

R.  billi l-Parlament jeħtieġlu jaqdi rwol komprensiv fl-istabbiliment ta' qafas ta' politika ċar sabiex jistabbilixxi għanijiet komuni fil-livell Ewropew u jiżgura dibattitu demokratiku sħiħ dwar il-kwistjonijiet strateġiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini kollha f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' riżorsi naturali, il-kwalità tal-ikel tagħna, is-saħħa u t-tranżizzjoni għal prattiki agrikoli totalment sostenibbli;

S.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-PAK tindirizza aħjar il-problemi fundamentali tas-saħħa;

T.  billi huwa importanti li l-PAK tal-ġejjieni tkun koerenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-politiki tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u l-ikel;

U.  billi l-PAK tal-ġejjieni se jkollha tieħu rwol akbar fl-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali u tal-klima, b'objettivi speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma fil-livell tal-UE u mwettqa mill-Istati Membri, kif irrakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima u r-reżistenza antimikrobiċka kif ukoll dwar il-protezzjoni tal-arja, il-ħamrija u l-ilma;

V.  billi, mit-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli, il-monitoraġġ/kejl tal-progress fil-pilastru ambjentali huwa l-aktar dgħajjef(3); billi l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-PAK tipproponi li l-mudell ġdid ta' twassil ikun aktar immexxi mir-riżultati, għalhekk huwa kruċjali li jiġi indirizzat il-bżonn għad-data dwar indikaturi rilevanti biex jitwassal dan il-mudell;

W.  billi l-ilma u l-agrikoltura huma marbuta b'mod intrinsiku u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fis-settur agrikolu hija essenzjali biex tiggarantixxi produzzjoni tal-ikel suffiċjenti u ta' kwalità tajba u biex tiżgura l-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

X.  billi l-azjendi agrikoli ekonomikament b'saħħithom biss se jkunu kapaċi jwettqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-UE;

Y.  billi l-PAK, bħala politika settorjali u komuni, trid tkun il-pedament tar-rikonċiljazzjoni bejn l-objettivi ambjentali u klimatiċi u s-sostenibbiltà ekonomika tas-settur tal-biedja billi tiżviluppa l-kontribut minn kull bidwi u mill-komunitajiet rurali usa' għall-isfidi ambjentali u klimatiċi, inkluż l-isfruttament tal-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari, u billi jiġu ppremjati l-bdiewa li diġà adottaw prattiki u mudelli tal-produzzjoni li jgħaqqdu l-prestazzjonijiet kemm ambjentali kif ukoll ekonomiċi; billi hemm potenzjal li xi prattiki agrikoli jiksbu prestazzjoni ambjentali akbar fil-PAK, filwaqt li jrendu marġnijiet akbar għall-bdiewa billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni;

Z.  billi għandha tiġi stabbilita rabta bejn il-PAK u d-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi; billi, abbażi tal-Artikolu 191(2) tat-TFUE, il-PAK għandha tiggarantixxi konformità mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", sabiex jiġi evitat żvantaġġ kompetittiv għall-aktar kumpaniji virtwużi meta jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi;

AA.  billi l-użu tal-pestiċidi, id-degradazzjoni tal-bijodiversità u t-tibdil fl-ambjent agrikolu għandhom impatt negattiv fuq l-għadd ta' dakkara u fuq il-varjetà tal-ispeċijiet ta' dakkara; billi l-isfidi ffaċċjati mid-dakkara, kemm iddomestikati kif ukoll selvaġġi, huma sinifikanti u l-effett fuq l-agrikoltura tal-UE u fuq is-sigurtà tal-ikel jista' jkun detrimentali minħabba d-dipendenza tal-maġġoranza tal-produzzjoni tal-UE mis-servizzi tad-dakra; billi l-konsultazzjoni pubblika taħt l-Inizjattiva tad-Dakkara tal-UE tnediet f'Jannar 2018 biex tidentifika l-aħjar approċċ u l-passi meħtieġa biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tad-dakkara fl-UE;

AB.  billi r-reġjuni Mediterranji tal-UE huma aktar vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima, bħan-nixfa, in-nirien u d-deżertifikazzjoni, għaldaqstant se jkunu meħtieġa sforzi akbar mill-bdiewa f'dawn iż-żoni biex jadattaw l-attivitajiet tagħhom għat-tibdil fl-ambjent; billi dawn l-isforzi għandhom jiġu riflessi u appoġġjati fil-qafas tal-politika tal-PAK;

AC.  billi ż-żieda fir-reżiljenza u fis-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi u t-territorji agrikoli se tkun ta' benefiċċju għall-UE kollha;

AD.  billi huwa rikonoxxut li approċċ unifikat fil-konfront tal-ekosistemi agrikoli u forestali Ewropej mhuwiex adattat, peress li jfakkar pereżempju li r-regola tal-eliġibbiltà fuq massimu ta' 100 siġra għal kull ettaru (jew il-kopertura ta' qċaċet massima), u jhedded l-ekosistemi u l-ħabitats ibbażati fuq l-agrosilvikultura;

AE.  billi l-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni fil-PAK attwali ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom, parzjalment minħabba l-eżenzjonijiet kumplessi, u jistgħu jkunu soġġetti għal aktar titjib; billi dawk il-miżuri juru kif in-nuqqas ta' objettivi vinkolanti li jistgħu jitkejlu li għandhom jintlaħqu, jista' jwassal biex ma jiġux offruti l-beni pubbliċi ambjentali;

AF.  billi l-metavalutazzjoni tal-"Kontroll tal-Idoneità" bbażata fuq l-evidenza tal-istudji xjentifiċi sabet li l-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni ma jtejbux b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ambjentali, fil-biċċa l-kbira minħabba li dawk ir-rekwiżiti diġà kienu qed jintlaħqu;

AG.  billi l-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni kienu bbażati fuq miżuri ta' kundizzjonalità li kienu jeżistu qabel, jiġifieri ż-żamma ta' mergħa permanenti, u, f'livell inqas, in-newba tal-uċuħ tar-raba' u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ;

AH.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri enfasizzat il-fatt li l-pagamenti ekoloġiċi introdotti bħala parti mir-riforma tal-2013 joħolqu kumplessità u burokrazija żejda, huma diffiċli biex jinftiehmu, u jonqsu milli jtejbu b'mod sinifikanti l-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK;

AI.  billi l-forniment ta' pagamenti tal-PAK għandu jkun kundizzjonali bil-qawwi fuq l-offerta ta' beni pubbliċi, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent u l-impjiegi ta' kwalità, sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet tas-soċjetà;

AJ.  billi hemm bżonn ta' PAK riformulata biex topera fil-livell li huwa mistenni fis-sitwazzjoni, huwa imperattiv li l-koleġiżlaturi jingħataw il-mezzi biex iwettqu bis-sħiħ il-missjoni tagħhom f'perjodu ta' żmien irregolat, u billi hemm l-inċertezzi marbuta mal-Brexit;

AK.  billi l-ġejjieni tas-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa jrid ikun żgurat kemm għar-Renju Unit kif ukoll għall-UE 27, bl-akbar sforzi jsiru biex jiġi mminimizzat it-tfixkil għall-produzzjoni u għall-aċċess għall-ikel għaż-żewġ partijiet; billi jridu jsiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi żgurat allinjament unitarju fl-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tar-Renju Unit kif ukoll tal-UE ma jiffaċċjaw l-ebda tnaqqis fil-kwalità tal-ikel u fis-sikurezza tal-ikel;

AL.  billi l-attività tal-biedja għandha impatt sostanzjali fuq l-ambjent, il-klima, is-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, il-bijodiversità u l-benessri tal-annimali, iżda tista' tikkontribwixxi wkoll għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u bil-qbid tal-karbonju; billi hemm il-ħtieġa li l-PAK tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' strumenti u mudelli ddedikati;

AM.  billi l-PAK teħtieġ għodod adegwati biex tindirizza l-vulnerabbiltà tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima u fl-istess ħin biex tnaqqas il-pressjoni minn fuq ir-riżervi tal-ilma ħelu eżerċitati mis-settur, li jammontaw għal 50 % tal-użu tal-ilma ħelu fl-UE;

AN.  billi l-Istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni – Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, titlob li jsir tibdil fix-xejriet tal-konsum sabiex tiġi sostnuta l-integrità fil-ġejjieni tal-katina alimentari mill-produttur sal-konsumatur;

AO.  billi l-PAK tal-ġejjieni għandha tipprovdi lill-bdiewa aktar strumenti adegwati biex jipproteġu, jikkonservaw u jsaħħu l-kapital naturali tal-Unjoni u jreġġgħu lura xejriet ta' tnaqqis partikolarment inkwetanti fil-bijodiversità, bħal dawk fir-rigward tal-friefet tal-bwar u l-għasafar taż-żoni agrikoli;

AP.  billi l-PAK tal-ġejjieni għandha tindirizza l-emissjonijiet tal-ammonijaka mis-settur agrikolu, li fl-2015 kienu jammontaw għal 94 % tal-emissjonijiet totali tal-ammonijaka fl-Unjoni kollha, u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, l-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni tal-ekosistema;

1.  Jinnota l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja u jilqa' r-rikonoxximent li wieħed mill-objettivi tal-PAK għandu jkun li jtejjeb u jiżgura l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali u li jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-UE;

2.  Jenfasizza b'mod partikolari li l-politiki tal-PAK tal-ġejjieni jridu jikkontribwixxu għal politiki tal-UE dwar is-saħħa u l-produzzjoni agrikola kif ukoll politiki oħra ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u jgħinu biex jiġu rispettati l-impenji internazzjonali diġà miftiehma, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi COP21, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

3.  Jitlob PAK li jkollha bħala l-ogħla prijorità t-tranżizzjoni ta' kull azjenda agrikola Ewropea f'impriża sostenibbli li hija integrata bis-sħiħ fl-ekonomija ċirkolari, li tgħaqqad l-istandards ta' prestazzjoni ekonomika ma' dawk ambjentali, mingħajr l-ebda tnaqqis fl-istandards soċjali jew tal-impjiegi;

4.  Jitlob PAK li tiżgura li l-bdiewa kollha, inklużi l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, jirċievu introjtu remunerattiv ġust u li tirrispetta l-limiti ambjentali, u b'hekk tiżgura reżiljenza u produttività fit-tul;

5.  Ifakkar li l-PAK tal-ġejjieni jeħtieġ li tħeġġeġ lill-bdiewa jservu lis-soċjetà kollha kemm hi billi jintroduċu jew ikomplu japplikaw metodi ta' produzzjoni agrikola li jkunu kompatibbli mal-protezzjoni tal-ambjent u mal-preservazzjoni tal-pajsaġġi, tal-ħamrija, tar-riżorsi naturali u tad-diversità ġenetika;

6.  Ifakkar li l-Parlament diġà enfasizza l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni biex jiġu ttrattati l-kawżi prinċipali tat-telfien tal-bijodiversità, jiġifieri l-qerda u d-degradazzjoni tal-ħabitat li jirriżultaw primarjament minn konsum eċċessiv tal-art, tniġġis, biedja intensiva, użu ta' pestiċidi u fertilizzanti kimiċi sintetiċi, il-firxa ta' speċijiet aljeni u t-tibdil fil-klima; jitlob għalhekk li l-PAK tkun konsistenti mal-objettivi l-oħra tal-UE fil-qasam ambjentali, soċjali u tas-saħħa u ma' impenji internazzjonali bħall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u t-trattati dwar il-klima;

7.  Jitlob li jingħata appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji u miżuri nazzjonali ġodda lilll-bdiewa żgħażagħ li jagħmlu investimenti ġodda, fid-dawl tat-tiġdid ġenerazzjonali tal-bdiewa;

8.  Jirrikonoxxi li l-prattiki agroekoloġiċi bħall-agrosilvikultura jista' jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward;

9.  Jitlob żieda fis-sehem tal-produzzjoni agrikola organika;

10.  Jitlob li l-PAK riformata tkun sempliċi, responsabbli u orjentata b'mod ċar biex tipproduċi riżultati fis-settur tal-agrikoltura sostenibbli; iqis li r-riforma għandha tagħmel il-proċeduri amministrattivi anqas kumplessi u anqas onerużi għall-bdiewa u li ttejjeb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni fil-livell tal-Istati Membri;

11.   Jitlob PAK li tkun ibbażata fuq ir-riżultati li tkun konsisteni ma' politiki oħra tal-UE u jkollha bħala l-ogħla prijorità t-tranżizzjoni lejn agrikoltura Ewropea mmexxija mis-suq u sostenibbli billi tissaħħaħ il-produttività u l-kompetittività fit-tul u jiġu stabbiliti objettivi Ewropej ta' prestazzjoni ambjentali, sostenibbli u ta' żvilupp soċjetali għall-offerta ta' beni pubbliċi;

12.   Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu beni pubbliċi u servizzi tal-ekosistema relatati mal-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità, il-kwalità tal-arja, l-azzjoni klimatika u l-għoti ta' servizzi marbuta mal-pajsaġġ;

13.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-PAK tal-ġejjieni tappoġġja sistemi ta' produzzjoni aktar sostenibbli u l-offerta mtejba tal-beni pubbliċi mill-ġestjoni tal-art;

14.  Ifakkar li l-Parlament enfasizza li l-preservazzjoni tal-bijodiversità hija fundamentali għall-produzzjoni fit-tul tal-ikel u tal-għalf, u għalhekk hija fl-interess tal-bdiewa stess;

15.   Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-PAK tal-ġejjieni u l-infiq tagħha jilħqu b'mod effettiv l-objettivi stabbiliti permezz ta' konformità u permezz ta' koerenza akbar fl-oqsma ta' politika, u dan huwa ta' rilevanza partikolari fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-istrumenti ddedikati għal dan il-għan skont il-PAK;

16.  Ifakkar li l-Parlament diġà enfasizza li l-"Kontroll tal-Idoneità" tad-Direttiva Natura jenfasizza l-bżonn li tittejjeb il-koerenza mal-PAK, u jenfasizza t-tnaqqis inkwetanti fl-ispeċijiet u fil-ħabitats marbuta mal-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità; jerġa' jitlob pagamenti ogħla għan-Natura 2000 biex tiġi inċentivata aktar il-protezzjoni tas-siti agrikoli tan-Natura 2000, li jinsabu fi stat ħażin ħafna;

17.  Jenfasizza li l-bdiewa jeħtiġilhom jiġu ppremjati b'mod adegwat talli jżommu u jipproteġu l-ħabitats eżistenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-regoli għal skemi agroambjentali jistgħu jinċentivaw lill-bdiewa biex ineħħu l-ħabitats eżistenti u jimpjantaw ħabitats ġodda sabiex jirċievu pagamenti; jinnota li dan jista' jimmina l-isforzi biex tissaħħaħ il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali, u għalhekk itenni l-ħtieġa li l-bdiewa jiġu ppremjati talli jżommu u jipproteġu l-ħabitat;

18.  Jitlob li tinżamm l-integrità tal-ewwel pilastru, mibni fuq kundizzjonalità mtejba ta' miżuri ta' appoġġ ikkalibrati biex jimmassimizzaw ir-riżultati mistennija għal kull bidwi u jippremjaw lill-bdiewa għall-beni pubbliċi li jistgħu jipprovdu, bħall-azzjoni klimatika u l-konservazzjoni tal-fawna selvaġġa; jissottolinja li l-PAK jenħtieġ li jkun fiha pagamenti għas-servizzi tal-ekosistema, issorveljati minn awtoritajiet ambjentali, li jibnu fuq l-approċċ eżistenti tal-Programm LIFE; jenfasizza, madankollu, l-importanza tal-azjendi agrikoli attivi tal-familja ta' kull daqs fiż-żamma tal-attività agrikola diversa, u li għalhekk il-miżuri jkunu mmirati aħjar, jekk l-attenzjoni titqiegħed fuq l-azjendi agrikoli tal-familja;

19.  Jemmen bis-sħiħ li l-kundizzjonalità bejn il-pagamenti diretti u l-miżuri tal-ekoloġizzazzjoni jeħtieġ li tinżamm sabiex tiżgura settur agrikolu Ewropew aktar sostenibbli, u jitlob skema ta' inċentivi volontarja ġdida għall-bdiewa li jixtiequ jmorru lil hinn mill-miżuri agroambjentali attwali;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq il-kwalità tal-ħajja f'żoni rurali, sabiex tagħmel l-ħajja hemmhekk attraenti għan-nies kollha, b'mod speċjali għall-ġenerazzjoni żagħżugħa;

21.  Jitlob kundizzjonalità jew sistema li se tissostitwiha biex tinkludi l-leġiżlazzjoni kollha dwar il-benessri tal-annimali tar-razzett speċifika skont l-ispeċi u d-direttivi dwar it-tiġieġ tal-bajd u t-tiġieġ tas-simna;

22.  Jitlob li l-ewwel pilastru, iddefinit fil-livell tal-UE, jirrikonoxxi l-importanza ta' rabta ċara bejn l-għoti ta' għajnuna diretta mmirata, li tiddependi ħafna mir-riżultati ambjentali u soċjali li jġibu magħhom benefiċċji sostenibbli ambjentalment u ekonomikament fit-tul, u l-offerta ta' beni pubbliċi u ta' servizzi, li jinkludi mekkaniżmi adegwati għall-ippremjar tal-bdiewa, fuq il-bażi ta' kriterji komuni ambizzjużi u objettivi li jistgħu jitkejlu b'mod ċar iddefiniti fil-livell tal-UE, u li jappoġġja lill-bdiewa b'mod aħjar fit-tranżizzjoni tagħhom lejn prestazzjoni ekonomika u ambjentali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ewwel pilastru jibqa' l-iskema prinċipali ta' appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa u l-garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku; jenfasizza għalhekk li l-Kummissjoni għandha tipprevjeni d-differenzi strateġiċi bejn l-Istati Membri fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-PAK nazzjonali rispettivi tagħhom sa fejn dawn jistgħu jikkawżaw distorsjonijiet tas-suq u kompetizzjoni inġusta fil-livell tal-UE;

24.  Iwissi kontra kwalunkwe kofinanzjament nazzjonali possibbli ta' pagamenti diretti, għaliex dan iwassal għal tfixkil fin-natura komuni tal-PAK;

25.  Iwissi kontra r-riskji li jirriżultaw mill-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddefinixxu b'mod indipendenti l-pjanijiet nazzjonali tagħhom u li jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom kull sena, mingħajr sett ta' regoli, objettivi u miżuri robust komuni ddefinit fil-livell tal-UE; jenfasizza li din il-possibbiltà tkun qed tesponi lill-bdiewa għal livell kbir ta' inċertezza li tirriżulta mid-deċiżjonijiet politiċi meħuda fil-livell nazzjonali u jista' jkollha impatt negattiv fuq l-isfidi ambjentali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi qafas ġuridiku ġdid u komprensiv li jippermetti l-implimentazzjoni koerenti tal-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi bħall-ekoloġizzazzjoni, il-kundizzjonalità – li tinkludi l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (KAAT) u r-rekwiżiti statutorji tal-immaniġġjar (SMRs) – u miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs) għall-iżvilupp rurali, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jaħdmu b'mod aktar effiċjenti u b'mod aktar sempliċi u aktar immirat fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-azzjoni klimatika, filwaqt li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom kontroll adegwat u billi jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata separazzjoni ċara tal-miżuri taħt il-Pilastru I u l-Pilastru II;

27.  Iqis li sehem sa 30 % tal-ewwel pilastru għandu jkun iddedikat għal din l-iskema Ewropea ta' inċentivi deċiża mill-Istati Membri bħala skema ta' inċitivazzjoni kuntrattwali għal tranżizzjoni lejn agrikoltura li tikkombina l-istandards ta' prestazzjoni ekonomika ma' dawk ambjentali;

28.  Iqis li t-tranżizzjoni lejn sistemi tal-biedja sostenibbli trid tkun iffaċilitata b'servizzi ta' estensjoni agrikola (FAS) indipendenti, trasparenti, iffinanzjati suffiċjentement u pubblikament fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha u billi żżid riċerka parteċipattiva minn isfel għal fuq bejn ir-riċerkaturi u l-bdiewa u skambji effettivi bejn il-pari fl-isħubijiet tal-UE għall-innovazzjoni (EIP), speċjalment għal approċċi agroekoloġiċi li jieħdu vantaġġ mill-proċessi naturali u li jippromwovuhom biex itejbu r-rendiment u r-reżiljenza;

29.  Iqis li fil-FAS u fl-EIP għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġu mħeġġa alternattivi għall-pestiċidi, speċjalment l-użu tat-tmien prinċipji IPM biex titnaqqas id-dipendenza mill-użu tal-pestiċidi, u nimxu lejn il-kisba ta' ġejjieni mingħajr l-użu tal-pestiċidi; iqis li, abbażi tal-esperjenzi attwali, il-fatt li wieħed jieħu vantaġġ mill-proċessi naturali u li dawn jiġu mħeġġa sabiex jittejbu r-rendiment u r-reżiljenza x'aktarx inaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni;

30.  Jitlob li t-tieni pilastru rinnovat ikun inqas kumpless u aktar effiċjenti u jkun iffukat fuq politiki li verament joffru inċentiv għall-iżvilupp territorjali u tas-settur, li jpoġġi l-investiment, it-taħriġ u l-konsulenza, is-soluzzjonjiet intelliġenti, is-sostenibbiltà, ir-riċerka, l-innovazzjoni, il-benessri tal-annimali, l-ekonomiji tal-azjendi agrikoli u l-ħajja rurali fil-qalba tiegħu, filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri jadottaw approċċi speċifiċi li jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali, inkluż il-kumpens ta' spejjeż żejda relatati ma' żvantaġġi naturali u ta' skemi agroambjentali klimatiċi aktar ambizzjużi;

31.  Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp rurali, inklużi l-inizjattivi LEADER u CLLD, fl-appoġġ ta' agrikoltura multifunzjonali u fit-trawwim ta' sħubijiet bejn il-bdiewa, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili u attivitajiet imprenditorjali addizzjonali, sabiex jiġi ġġenerat introjtu minn attivitajiet ekonomiċi diversifikati bħall-agrituriżmu, u jiġu żgurati agrikoltura sostnuta mill-komunità u l-għoti ta' servizzi soċjali f'żoni rurali;

32.  Jitlob li t-tieni pilastru jqis il-benessri tal-annimali bħala parti obbligatorja mill-programmi tal-iżvilupp rurali fl-UE, u jipprevedi rekwiżit ta' nfiq minimu fuq miżuri relatati mal-benessri tal-annimali, kif ukoll inċentivi fit-tul sabiex aktar bdiewa jiġu mħeġġa jadottaw standards ogħla relatati mal-benessri tal-annimali li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni attwali;

33.  Jitlob li l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż l-ilma, tissaħħaħ fil-PAK tal-ġejjieni, u jħeġġeġ l-għoti tas-setgħa lill-bdiewa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar ir-rekwiżiti tal-ilma u n-nutrijenti bis-saħħa ta' teknoloġiji intelliġenti, prattiki xierqa u aċċess dirett għall-informazzjoni bħad-data satellitari;

34.  Jitlob miżuri li jżidu r-riċiklaġġ tan-nutrijenti; jitlob li l-politika strutturali agrikola tiġi allinjata mal-iskema ta' appoġġ ambjentali, pereżempju billi t-tkabbir tal-għelejjel u t-trobbija tal-bhejjem jingħaqdu flimkien b'mod aħjar;

35.  Jissottolinja l-ħtieġa għal pagamenti skont l-iskema ta' żvilupp rurali lill-bdiewa li jinsabu f'żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali bħal kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, għoljiet weqfin, jew kwalità tal-ħamrija ħażina; jitlob semplifikazzjoni u ffukar aħjar tal-iskema ANC għall-perjodu ta' wara l-2020;

36.  Iqis li huwa biss b'dan it-tip ta' mudell komplementari, li jinkludi objettivi ddefiniti b'mod ċar u li huwa koerenti mal-politiki l-oħra tal-UE, li jistgħu jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE fir-rigward tal-ambjent u l-iżvilupp rurali; jissottolinja li approċċ flessibbli, nazzjonali ta' programmazzjoni għandu jkompli jiġi applikat għall-Pilastru II, filwaqt li regoli u standards komuni għandhom ikunu fil-qalba tal-Pilastru I, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effiċjenti għall-bdiewa kollha fl-UE;

37.  Jemmen li, meta l-għodod ta' ġestjoni tar-riskju ma jkunux biżżejjed biex jittrattaw it-tfixkil enomir fis-suq, il-PAK tal-ġejjieni għandha tkun kapaċi tirreaġixxi aħjar, b'mod aktar effiċjenti u rapidu għall-kriżijiet tas-swieq, permezz tal-miżuri Ewropej għall-ġestjoni tal-kriżijiet bl-għan li jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet tas-swieq bilanċjati;

38.   Jisħaq fuq il-fatt li waħda mill-isfidi ewlenin li taffaċċja l-PAK tal-ġejjieni hija d-dipendenza tal-bdiewa mill-użu ta' fertilizzanti artifiċjali u pestiċidi kimiċi, li jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ilma u huma marbuta mat-telfien tal-bijodiversità; itenni li n-newba tal-uċuħ tar-raba', bħala parti mill-ġestjoni integrali tal-organiżmi ta' ħsara, tibqa' waħda mill-għodod l-aktar effettivi għall-preservazzjoni tal-bijodiversità u r-restawr tas-saħħa tal-ħamrija;

39.  Jitlob li tiġi żviluppata miżura speċifika fl-iżvilupp rurali biex tinkoraġġixxi t-tnaqqis serju fl-użu tal-pestiċidi, ibbażata fuq it-tmien prinċipji tal-Unjoni Ewropea ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u tinkoraġġixxi l-użu ta' alternattivi mhux kimiċi;

40.  Jissottolinja l-importanza tad-dakkir u tal-preservazzjoni tal-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu żoni li fihom ma jintużawx il-pestiċidi sabiex jipprevjenu l-mortalità tan-naħal relatata mal-użu tal-pestiċidi;

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politika agrikola futura tindirizza s-sejbiet dwar it-tnaqqis tad-dakkara u toffri soluzzjonijiet adegwati;

42.  Jinsisti fuq approċċ ibbażat fuq ir-riżultati rigward il-pagamenti; jipproponi għalhekk l-inklużjoni ta' indikaturi bħas-saħħa tal-ħamrija u l-bijodiversità, il-preżenza tar-rikkezza ta' unitajiet tassonomiċi u ta' speċijiet, il-ħolqien ta' ħumus u ħamrija ta' fuq, kopertura ta' ħamrija kontra l-erożjoni, it-telf ta' nutrijenti u l-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità, inkluż ir-rikkezza u l-abbundanza tal-ispeċijiet ta' għasafar, dakkara selvaġġi u insetti;

43.   Jitlob li fir-regolament bażiku jiġu stabbiliti objettivi robusti tal-PAK, f'konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u bbażati fuq indikaturi kkwantifikati u b'riżultati ambizzjużi; jenfasizza li l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u mfassla bl-involviment tal-awtoritajiet ambjentali rilevanti, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha (inklużi l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, l-NGOs ambjentali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), u jeħtiġilhom b'mod obbligatorju jsegwu l-prinċipju tas-sħubija;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kkwantifikati kull fejn ikun possibbli u jintroduċu indikaturi li jkejlu l-progress tal-miri stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara u appoġġ lill-Istati Membri meta dawn jiżviluppaw il-pjanijiet strateġiċi tagħhom sabiex jiġi żgurat li dawn il-pjanijiet ikunu robusti u ta' kwalità għolja;

46.  Itenni li l-"Kontroll tal-Idoneità" tad-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats jisħaq fuq il-ħtieġa għal titjib fil-koerenza mal-PAK u jissottolinja t-tnaqqis rapidu fl-ispeċi u l-ħabitats marbuta mal-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità;

47.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura skemi ta' monitoraġġ effettivi u realistiċi, ibbażati fuq metodoloġiji ta' kampjunar robusti u xjentifiċi biex jintraċċaw il-progress tal-objettivi kollha;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq il-proposta tagħha ta' politika bbażata fuq ir-riżultati u tipprovdi appoġġ minn assistenza teknika u skont azzjonijiet ta' politika u miżuri oħra biex tkopri l-monitoraġġ u l-ġbir tad-data dwar l-indikaturi kollha rilevanti, filwaqt li dan huwa ta' rilevanza partikolari meta wieħed iqis in-nuqqas ta' data dwar l-indikaturi ambjentali;

49.  Jenfasizza li l-għanijiet tal-PAK huma ffukati fuq il-produzzjoni tal-ikel u jqis li l-PAK trid issarraf fil-prattika l-aġenda bijoekonomika u l-istrateġija dwar il-kimika li toriġina minn sorsi bijoloġiċi, filwaqt li tibbażahom fuq il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tqis il-kontribut klimatiku reali ta' użu u tipi differenti tal-bijomassa, u trid tikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni tal-komunitajiet rurali permezz ta' xogħlijiet esperti u innovazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti tal-injam u prodotti oħra tal-bijomassa ta' valur miżjud għoli u għelejjel tat-titwiq; iqis li l-PAK għandha tħeġġeġ ukoll l-użu ta' skart u residwi agrikoli għall-bijoenerġija bħala appoġġ addizzjonali għaż-żoni rurali u lill-bdiewa; iqis li l-PAK trid tinkludi strateġija Ewropea ambizzjuża dwar l-enerġija ekoloġika u l-kimika bbażata fuq il-koproduzzjoni ta' proteini veġetali;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tassumi perspettiva fuq żmien medju sa żmien twil fir-rieżami tagħha tal-politika dwar il-proteini, filwaqt li tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha għar-riforma tal-PAK ikunu jinkludu miżuri u strumenti ġodda xierqa u affidabbli li jgħinu lill-bdiewa jtejbu s-sistemi ta' newba tal-uċuħ tar-raba' biex inaqqsu sostanzjalment id-defiċit attwali tal-proteina u l-volatilità tal-prezzijiet;

51.  Iqis li l-PAK tal-ġejjieni għandha tippromwovi l-kultivazzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini bħala għodda importanti biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni ta' monokulturi intensivi b'kontribut għoli ta' pestiċidi kimiċi sintetiċi u b'impatt ambjentali għoli għal sistemi agroekoloġiċi diversifikati;

52.  Jemmen li l-aqwa mod kif jiġu utilizzati l-għelejjel li fihom il-proteini huwa għall-ikel għall-bnedmin; jemmen, għaldaqstant, li l-produzzjoni tagħhom għandha ssegwi ordni ta' prijorità li jagħti privileġġ lill-konsum dirett mill-bniedem segwit mill-produzzjoni ta' għalf u li tippermetti l-produzzjoni ta' bijofjuwils mill-iskart biss;

53.  Jitlob il-promozzjoni b'saħħitha tal-agrosilvikultura li tista' ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-bnedmin billi ttejjeb il-mikroklimi, iżżid ir-reżiljenza fil-livell tal-azjendi agrikoli u tal-pajsaġġ, ittejjeb il-pajsaġġi u tipprovdi ekosistemi rikreattivi u produttivi b'diversi skopijiet; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi identifikata u indirizzata kwalunkwe diskrepanza li tista' xxekkel l-iżvilupp tas-sistemi agroforestali, inkluż in-nuqqas ta' possibbiltajiet li jiġu ċċertifikati prodotti minn "siġar barra mill-foresti" f'reġjuni tal-UE skont l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni eżistenti;

54.  Jissottolinja r-rwol importanti ta' foresti ġestiti b'mod sostenibbli għall-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima, u jenfasizza l-importanza tal-katina tal-valur foresta-injam għaż-żamma tal-mezzi ta' sussistenza rurali, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-istabbiltà soċjali f'żoni rurali, u permezz tal-kontribut tagħha għal ktajjen tal-valur ġodda f'konformità mal-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija;

55.  Iqis li l-PAK jeħtieġ li tiġġestixxi r-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima u mad-degradazzjoni tal-art fil-pajsaġġ maħdum kollu, billi tinvesti sabiex l-agroekosistemi jsiru reżiljenti u robusti permezz ta' investiment fl-infrastruttura ekoloġika biex tibni ħamrija tal-wiċċ, treġġa' lura l-erożjoni tal-ħamrija, tintroduċi/ittawwal in-newba tal-uċuħ tar-raba', iżżid aktar siġar fil-pajsaġġ u ttejjeb id-diversità bijoloġika u strutturali fl-irziezet;

56.  Ifakkar l-importanza strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni u jitlob sinerġija aħjar bejn l-objettivi tal-PAK u l-objettivi ta' Orizzont 2020 fl-oqsma tal-produzzjoni tal-ikel, tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u tal-azzjoni klimatika;

57.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li kull prodott agrikolu importat jissodisfa l-istess standards sanitarji u soċjali li l-prodotti tal-UE huma obbligati li jissodisfaw billi tintroduċi klawżoli ta' reċiproċità f'kull ftehim kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt sistematika tad-dispożizzjonijiet rigward is-settur agrikolu f'kull ftehim kummerċjali, u toffri strateġiji speċifiċi ħalli tiżgura li l-ebda settur agrikolu ma jsofri minħabba xi ftehim kummerċjali konkluż ma' pajjiż terz, filwaqt li tqis ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE;

58.  Jisħaq fuq il-fatt li r-rispett għal produzzjoni agrikola sostenibbli, il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-UE li fuqhom huma bbażati r-regolamenti tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel, l-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-UE, l-approċċ mill-produttur sal-konsumatur, ir-reċiproċità u l-preservazzjoni stretta tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u l-proċeduri dwar is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel tal-UE, kif iddefiniti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, huma lkoll prinċipji fundamentali u sodi tan-negozjati tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles tal-UE kollha għall-agrikoltura Ewropea;

59.  Jenfasizza li, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, huwa meħtieġ xenarju ta' referenza komuni tal-UE li jiggarantixxi d-drittijiet taċ-ċittadini għal ambjent b'saħħtu u għal ikel bnin u nutrijenti; iqis li dan ix-xenarju ta' referenza għandu jiġi stabbilit biex jikkonforma mal-liġijiet rilevanti u mal-obbligi internazzjonali, u anke ma jippermetti "l-ebda ħsara" għall-ambjent jew għas-soċjetà;

60.   Jitlob li l-PAK tal-ġejjieni tkun imfassla biex tindirizza aħjar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika kritiċi, bħal dawk relatati mar-reżistenza antimikrobika u mal-kwalità tal-arja;

61.  Jissottolinja l-isfidi imposti fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin mir-reżistenza antimikrobika; jemmen li qafas ġuridiku ġdid għandu jippromwovi b'mod attiv is-saħħa u l-benessri tal-annimali bħala mezz sabiex tiġi miġġielda r-reżistenza antibijotika, u b'hekk jipproteġi aħjar is-saħħa pubblika u s-settur tal-biedja kollha kemm hu.

62.  Jirrikonoxxi l-importanza li fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-PAK jiġu involuti istituzzjonijiet u esperti responsabbli għall-politiki tas-saħħa u dawk ambjentali li jaffettwaw il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma;

63.  Jitlob koordinament ta' politika aħjar bejn il-PAK u politiki u azzjonijiet oħra tal-UE – b'mod partikolari mad-Direttiva 2000/60/KE, mad-Direttiva 91/676/KEE u mar-Regolament 1107/2009 – bħala mezz biex tinkiseb protezzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma li l-kwantità u l-kwalità tagħhom qed jiġu affettwati b'mod negattiv mill-agrikoltura; jitlob inċentivi li jappoġġjaw proġetti ta' kooperazzjoni lokali bejn il-bdiewa u l-fornituri tal-ilma sabiex tittejjeb il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sinerġiji rilevanti bejn il-programmi ewlenin tal-UE għas-settur spazjali u l-PAK, u b'mod partikolari mal-programm Copernicus li jippreżenta interess speċifiku għall-komunità tal-biedja f'termini ta' tibdil fil-klima u monitoraġġ tal-ambjent;

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-bidliet soċjetali, ambjentali, teknoloġiċi u ekonomiċi l-ġodda, bħal dawk fl-oqsma tal-enerġija nadifa, id-diġitalizzazzjoni u s-soluzzjonijiet intelliġenti għandhom impatt fuq il-ħajja rurali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-potenzjal taċ-ċentri rurali għal tkabbir u innovazzjoni sostenibbli u inklużivi, filwaqt li jqisu l-interessi tal-komunitajiet rurali usa'; ifakkar li ż-żoni u l-insedjamenti rurali jirrikjedu attenzjoni speċjali u sforzi integrati biex jiżviluppaw irħula intelliġenti u jitlob kundizzjonijiet ekwi għal titjib teknoloġiku speċjali għaċ-ċentri u l-grilji rurali;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi qafas ġuridiku ġdid u komprensiv biex tipprojbixxi prattiki kummerċjali inġusti ddefiniti b'mod ċar fil-katina tal-provvista tal-ikel, flimkien ma' standards minimi għall-infurzar ta' dawn il-projbizzjonijiet u mekkaniżmi ta' sanzjonijiet;

67.  Jemmen li dan il-qafas il-ġdid għandu jkun sostnut mill-allokazzjoni possibbli ta' ammont minimu tal-baġit totali disponibbli għall-AEMs, inklużi l-agrikoltura organika, l-appoġġ għall-bijodiversità, standards tas-saħħa u l-benessri tal-annimali ta' livell għoli, u saħħa tal-pjanti tajba;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi approċċ ta' investiment iffinanzjat minn diversi sorsi fil-perjodu leġiżlattiv ta' wara l-2020 biex tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel ta' għodod integrati ta' żvilupp rurali b'benefiċċji ambjentali ċari, bħall-inizjattiva tal-irħula intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri għall-inizjattiva tal-irħula intelliġenti u tqis il-ħolqien tal-irħula intelliġenti bħala prijorità tal-politika ta' żvilupp rurali li jmiss;

69.  Jisħaq fuq il-fatt li fi ħdan l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) huma meħtieġa aktar għażliet għal kooperazzjoni fi ħdan l-organizzazzjonijiet ta' produtturi (OP u APOs, inklużi kooperattivi), u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali (IBOs).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Caterina Chinnici, Fredrick Federley, Anja Hazekamp, Norbert Lins, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Carolina Punset, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Jeroen Lenaers

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Carolina Punset, Frédérique Ries

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

GUE/NLG

Lynn Boylan, Stefan Eck, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Jeroen Lenaers, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

4

-

EFDD

Julia Reid

ENF

Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin

GUE/NLG

Anja Hazekamp

1

0

EFDD

Piernicola Pedicini*

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

* Korrezzjoni tal-vot: Piernicola Pedicini kellu l-intenzjoni li jivvota favur

(1)

ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(2)

Pe'er et al, 2017. Iċ-Ċentru Ġermaniż għar-Riċerka Integrattiva dwar il-Bijodiversità (iDiv).

(3)

Diviżjoni tal-Istatistika tan-NU, 2016


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT

IPOL-COM-CONT D (2018)17649

Is-Sur Czesław Adam Siekierski

President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Parlament Ewropew

Brussell

Suġġett: Opinjoni tal-Kumitat CONT f'forma ta' ittra lill-President (l-Artikolu 53(3) tar-Regoli ta' Proċedura) dwar ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat AGRI – Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja – 2018/2037(INI) - COM(2017)0713

Sur Siekierski,

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja.

Introjtu mill-fatturi

1.   Jirrimarka li skont id-data kkomunikata mid-DĠ AGRI(1), il-valur miżjud u l-produttività tas-settur naqsu xi ftit fl-2016 filwaqt li baqgħu 'l fuq sew mil-livelli tas-snin 2005-2009, u li, għad-DĠ AGRI, huwa diffiċli "li jiġi identifikat x'ikkawża eżatt it-tnaqqis globali tal-introjtu mill-fatturi sa mill-2013" fost l-elementi kollha min-naħa tal-volum tal-produzzjoni jew min-naħa tal-valur/prezz, jew avvenimenti bħal pereżempju l-kriżi tal-ħalib tal-2015;

Struttura ġusta tal-infiq tal-PAK

2.   Ifakkar fir-rimarki tiegħu dwar l-istruttura insostenibbli tal-infiq tal-PAK: 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni kellhom introjtu annwali ta' inqas minn EUR 4 000, u fl-2016, bħala medja, l-ogħla 10 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK irċevew madwar 60 % tal-pagamenti; jinnota li d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-konċentrazzjoni tal-art, billi 20 % tal-bdiewa huma wkoll proprjetarji ta' 80 % tal-art; jesprimi tħassib dwar il-konċentrazzjoni kbira ta' benefiċjarji u jenfasizza li jeħtieġ jintlaħaq bilanċ aħjar bejn benefiċjarji kbar u żgħar;

3.   Itenni l-fehma tiegħu li l-pagamenti diretti jaf ma jwettqux bis-sħiħ ir-rwol tagħhom bħala mekkaniżmu ta' xibka ta' sigurtà biex jiġi stabbilizzat l-introjtu tal-azjendi agrikoli, partikolarment għall-azjendi agrikoli ta' daqs iżgħar, minħabba d-distribuzzjoni żbilanċjata tal-pagamenti;

4.   Huwa tal-fehma li l-introjtu ta' azjendi agrikoli ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu bħal dawk ta' daqs iżgħar fi żminijiet meta l-introjtu jkun volatili, peress li dawn jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti;

5   Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust fir-reġjuni u l-Istati Membri kollha, li jiggarantixxi li jkun hemm attività agrikola fil-partijiet kollha tal-UE, inkluż f'żoni b'limitazzjonijiet naturali; jemmen li sabiex jkunu jistgħu jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku, mingħajr effetti distorsivi fis-suq intern, il-pagamenti ta' appoġġ akkoppjat volontarju għandhom jinżammu bħala għodda biex tiġi ppreservata l-produzzjoni f'setturi vulnerabbli u biex jilqgħu għal diffikultajiet speċifiċi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-iżvantaġġi kompetittivi strutturali taż-żoni anqas vantaġġati;

Simplifikazzjoni

6.   Jistieden lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri li se jimplimentaw il-politika, jipprevedu simplifikazzjoni ġenwina tal-proċeduri, inkluż fid-dokumentazzjoni mitluba sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament, mingħajr ma jiġu injorati l-prinċipji ta' kontroll u monitoraġġ; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-appoġġ amministrattiv għal produtturi fuq skala żgħira, li jqisu l-finanzjament bħala prerekwiżit fundamentali għas-sopravivenza tan-negozju tagħhom;

Żvilupp rurali

7.   Jenfasizza li kważi l-proġetti kollha tal-iżvilupp rurali awditjati mill-Qorti fl-2016 użaw sistema ta' rimborż tal-ispejjeż magħmula, u jinnota li fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jistgħu, bħala alternattiva, jużaw sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issimplifikati li tinvolvi skali standard ta' spejjeż għal kull unità, somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa, li effettivament tillimita r-riskju ta' prezzijiet eċċessivi;

L-ekoloġizzazzjoni trid tevolvi

8.   Jinsab partikolarment imħasseb li skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 21/2017 "mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u l-klima, prinċipalment minħabba (...) ir-rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni mhumiex impenjattivi u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali" kif ukoll in-nuqqas ta' miri kwantifikati.;(2) minħabba f'hekk, l-ekoloġizzazzjoni twassal għal bidliet speċifiċi fil-prattiki agrikoli f'perċentwal limitat ħafna tal-art agrikola tal-UE;

9.   Jiddeplora l-fatt li, peress li huma parti mill-pagamenti skont l-erja, l-iskemi tal-ekoloġizzazzjoni fid-disinn attwali tal-programm jistgħu jżidu l-iżbilanċi fid-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tqis ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 21/2017;

Skema għall-bdiewa żgħażagħ

10.  Jirrimarka li, b'differenzi kbar fl-iżvilupp tas-settur tal-biedja madwar l-UE, l-isfida demografika hija problema maġġuri, li teħtieġ politiki li jindirizzaw in-nuqqas ta' bdiewa żgħażagħ sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-agrikoltura fl-Unjoni;

11.  Jesprimi tħassib partikolari dwar il-fatt li, fir-Rapport Speċjali Nru 10/2017 dwar l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ, il-Qorti tinnota li – fil-każ ta' pagamenti diretti – l-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ:

(a)   mhijiex ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet soda;

(b)   ma tirriflettix l-objettiv ġenerali li jitħeġġeġ it-tiġdid ġenerazzjonali;

(c)   lanqas ma tingħata dejjem lill-bdiewa żgħażagħ li għandhom bżonn; kif ukoll

(d)   xi drabi tingħata lil irziezet fejn il-bdiewa żgħażagħ ikollhom biss rwol sekondarju;

12.  Jiddispjaċih li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ permezz ta' skemi ta' żvilupp rurali, il-Qorti kkonkludiet li l-miżuri huma ġeneralment ibbażati fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet vaga u li m'hemmx koordinazzjoni reali bejn il-pagamenti tal-Pilastru I u l-appoġġ tal-Pilastru II lill-bdiewa żgħażagħ;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

13.  Jitlob li:

(a)   il-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-kawżi tat-tnaqqis globali fl-introjtu mill-fatturi mill-2013 'l hawn u tiddefinixxi objettiv tal-prestazzjoni ewlieni ġdid għall-QFP li jmiss, flimkien ma' indikaturi tal-eżitu u tal-impatt, bil-għan li jittaffu l-inugwaljanzi fl-introjtu fost il-bdiewa;

(b)   il-Kummissjoni tibqa' ssegwi b'attenzjoni l-kontrolli mwettqa u d-data kkomunikata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tqis dawn il-konstatazzjonijiet fl-allokazzjoni tal-piż tal-awditjar tagħha abbażi tal-evalwazzjonijiet tar-riskju;

(c)   l-Istati Membri, kif ukoll il-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti mis-sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issimplifikati għall-iżvilupp rurali;

14. Jitlob li:

(a)   il-Kummissjoni tħejji u tiżviluppa, għar-riforma tal-PAK li jmiss, loġika ta' intervent kompluta għal azzjoni tal-UE b'rabta mal-ambjent u l-klima fil-qasam tal-agrikoltura, inklużi objettivi speċifiċi u abbażi ta' fehim xjentifiku aġġornat tal-fenomeni kkonċernati; din ir-riforma għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ġejjin:

i.   il-bdiewa għandhom jibbenefikaw minn pagamenti fil-qafas tal-PAK jekk jissodisfaw ġabra unika ta' standards ambjentali bażiċi stabbiliti fil-livell Ewropew, li jinkludu Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba u rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-loġika tal-Kummissjoni ta' approċċ ta' "baġit iffokat fuq ir-riżultati"; iqis li s-sistema futura tal-implimentazzjoni għandha tkun aktar orjentata lejn ir-riżultati;

ii;   il-ħtiġijiet ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi u lokali jistgħu jiġu indirizzati b'mod xieraq permezz ta' azzjoni programmata addizzjonali u mmirata b'mod aktar effikaċi fir-rigward tal-agrikoltura;

iii.   meta jingħataw possibbiltajiet minn fejn jagħżlu, minn lista stabbilita mill-koleġiżlaturi, fl-implimentazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati juru, qabel l-implimentazzjoni, li l-għażliet magħmula jkunu effikaċi u effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, b'mod partikolari b'rabta mas-sikurezza alimentari u l-kwalità tal-ikel, l-miżuri ambjentali u dawk relatati mal-azzjoni klimatika, u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa, il-ġestjoni tal-art u tal-kampanja u l-ġlieda kontra d-depopolazzjoni fl-UE;

15. Jistieden lill-Kummissjoni:

(a)   twettaq evalwazzjoni komprensiva tal-politiki u l-għodod eżistenti kollha tal-PAK li jistgħu jiġu kkombinati biex jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ u tidentifika l-ostakli għall-aċċess għal irżiezet eżistenti jew għat-twaqqif ta' rziezet ġodda għal bdiewa żgħażagħ li jistgħu jiġu indirizzati fir-reviżjoni futura tal-PAK;

(b)   tara li, bħala komponent tar-riforma agrikola, isir aktar titjib fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif stipulat – fost l-oħrajn – fid-Dikjarazzjoni ta' Cork, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-programmi ta' appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ jirnexxu;

(c)  iddaħħal, fil-leġiżlazzjoni għall-PAK għal wara l-2020 (jew tobbliga lill-Istati Membri jindikaw, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża), loġika ċara ta' intervent għall-istrumenti tal-politika li jindirizzaw it-tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura;

(d)   tiggarantixxi titjib fis-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri (f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża), permezz tal-leġiżlazzjoni proposta għall-PAK għal wara l-2020.

Dejjem tiegħek,

 

Dr Inge Gräßle

(1)

  (Rapport Annwali tal-Attività 2016 paġna 15 - KPI 1: introjtu mill-fatturi agrikoli għal kull ħaddiem full-time)

(2)

  "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva", paġni 6 u 47.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

5

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Paul Brannen, Elsi Katainen, Gabriel Mato, Susanne Melior, Momchil Nekov, Annie Schreijer-Pierik, Ramón Luis Valcárcel Siso, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

James Nicholson, Laurenţiu Rebega

EFDD

Marco Zullo

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan

PPE

Daniel Buda, Birgit Collin-Langen, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Susanne Melior, Momchil Nekov, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Thomas Waitz

5

-

ECR

Beata Gosiewska

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez

VERTS/ALE

José Bové

6

0

ALDE

Jan Huitema

ECR

Zbigniew Kuzmiuk

ENF

Philippe Loiseau, Jacques Colombier

PPE

Mairead McGuinness

VERTS/ALE

Bronis Rope

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Mejju 2018Avviż legali