Proċedura : 2017/0309(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0180/2018

Testi mressqa :

A8-0180/2018

Dibattiti :

PV 30/05/2018 - 22
CRE 30/05/2018 - 22
PV 12/02/2019 - 4
CRE 12/02/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 31/05/2018 - 7.6
CRE 31/05/2018 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/02/2019 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0236
P8_TA(2019)0070

RAPPORT     ***I
PDF 1381kWORD 152k
22.5.2018
PE 616.870v01-00 A8-0180/2018

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2017/0772/2) – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Elisabetta Gardini

Rapporteur għal opinjoni (*):

Željana Zovko, Kumitat għall-Iżvilupp

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2017/0772/2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0180/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;

4.   Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq ir-riforma preżenti tal-UCPM;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ("il-Mekkaniżmu tal-Unjoni"), irregolat mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex ir-rispons tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jittejjeb.

(1)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ("il-Mekkaniżmu tal-Unjoni"), irregolat mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex ir-rispons tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jittejjeb.

_________________

_________________

12 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

12 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jistgħu jolqtu kwalunkwe post fid-dinja, spiss mingħajr twissija. Kemm jekk ikunu naturali kif ukoll jekk ikkawżati mill-bniedem, dawn qed isiru dejjem aktar frekwenti, estremi u kumplessi, u ggravati mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsegwenzi umani, ambjentali u ekonomiċi li ġejjin minn dawn id-diżastri huma enormi.

(3)  Id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jistgħu jolqtu kwalunkwe post fid-dinja, spiss mingħajr twissija. Kemm jekk ikunu naturali kif ukoll jekk ikkawżati mill-bniedem, dawn qed isiru dejjem aktar frekwenti, estremi u kumplessi, u ggravati mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsegwenzi umani, ambjentali, soċjali u ekonomiċi li ġejjin minn dawn id-diżastri jistgħu jkunu ta' daqs mhux magħruf. Sfortunatament, dawk id-diżastri huma xi kultant intenzjonali, pereżempju fil-każ ta' attakki terroristiċi.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Reċentement ġie osservat li d-dipendenza fuq l-offerti volontarji tal-assistenza reċiproka, ikkoordinata u ffaċilitata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni, mhux dejjem tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tan-nies affettwati mid-diżastri b'mod sodisfaċenti, u lanqas li l-ambjent u l-proprjetà jkunu ssalvagwardjati kif xieraq. Dan ikun partikolarment il-każ meta l-Istati Membri jiġu affettwati simultanjament minn diżastri rikorrenti u l-kapaċità kollettiva ma tkunx biżżejjed.

(4)  Reċentement ġie osservat li d-dipendenza fuq l-offerti volontarji tal-assistenza reċiproka, ikkoordinata u ffaċilitata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni, mhux dejjem tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tan-nies affettwati mid-diżastri b'mod sodisfaċenti, u lanqas li l-ambjent u l-proprjetà jkunu ssalvagwardjati kif xieraq. Dan ikun partikolarment il-każ meta l-Istati Membri jiġu affettwati simultanjament minn diżastri li jkunu kemm rikorrenti u mhux mistennija, kemm naturali u kkawżati mill-bniedem, u l-kapaċità kollettiva ma tkunx biżżejjed. Sabiex jingħelbu dawk l-insuffiċjenzi u l-perikli emerġenti, l-istrumenti kollha tal-Unjoni jenħtieġ li jintużaw b'mod kompletament flessibbli, inkluża permezz tal-promozzjoni ta' parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu azzjonijiet preventivi adegwati f'termini tal-preservazzjoni ta' ammont ta' kapaċitajiet nazzjonali li huwa suffiċjenti sabiex jindirizzaw id-diżastri kif xieraq.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)   Il-prevenzjoni tan-nirien tal-foresti hija fundamentali fil-kuntest tal-impenn globali għall-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kombustjoni tas-siġar u tal-ħamrija li jkollha livell għoli ta' pit fin-nirien tal-foresti, fil-fatt tikkawża l-emissjonijiet tal-karbonju. B'mod aktar speċifiku, l-istudji wrew kif in-nirien jikkawżaw 20 % tal-emissjonijiet kollha ta' CO2 madwar id-dinja, jiġifieri aktar mill-emissjonijiet flimkien tas-sistemi tat-trasport kollha fid-dinja (vetturi, bastimenti u inġenji tal-ajru).

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prevenzjoni hija ta' importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta' diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni tar-riskju, li jorbot flimkien azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta' diżastri speċifiċi, b'mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri. Jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta' prevenzjoni, inkluż billi jiġu żgurati rabtiet neċessarji ma' politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/201313.

(5)  Il-prevenzjoni hija ta' importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju, dwar ir-riskji nazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni ta' diżastri kemm naturali kif ukoll ikkawżati mill-bniedem, li jorbot flimkien azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta' diżastri speċifiċi, inklużi dawk ikkawżati mill-bniedem, b'mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni, b'mod partikolari mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għall-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri. Huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta' prevenzjoni, inkluż billi jissaħħu r-rabtiet u l-kooperazzjoni ma' politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/201313.

 

 

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Ir-riskju jikkostitwixxi stimolu negattiv għall-iżvilupp tar-reġjuni. Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju jimplikaw ir-riformulazzjoni ta' politiki u oqfsa istituzzjonali, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet lokali, nazzjonali u reġjonali sabiex jitfasslu u jiġu implimentati miżuri ta' ġestjoni tar-riskju, filwaqt li tiġi kkoordinata firxa wiesgħa ta' atturi. It-tħejjija ta' mapep tar-riskju mir-reġjuni u/jew mill-Istati Membri, it-tisħiħ tal-kapaċità ta' rispons u r-rinfurzar tal-azzjonijiet ta' prevenzjoni, b'enfasi speċjali fuq ir-riskji klimatiċi, huma kruċjali. Huwa essenzjali li l-mapep tar-riskju jqisu kemm ir-riskji kkawżati mill-varjabbiltà fil-klima attwali kif ukoll tat-trajettorji projettati tat-tibdil fil-klima.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Meta l-Istati Membri jħejju l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jenħtieġ li jqisu r-riskji speċifiċi għall-benessri tal-ħajja selvaġġa u tal-annimali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ it-tixrid ta' informazzjoni dwar l-annimali affettwati mid-diżastri madwar l-Ewropa. Il-programmi u l-korsijiet ta' taħriġ jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar f'dan ir-rigward.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  L-istaġun tan-nirien tal-foresti tal-2017 kien partikolarment twil u intensiv f'ħafna Stati Membri, li rriżulta fil-mewt ta' 100 persuna fi Stat Membru wieħed biss. In-nuqqas ta' assi disponibbli, deskritti fir-Rapport dwar in-Nuqqasijiet fil-Kapaċità1a, u l-inabbiltà tal-Kapaċità Ewropea għal Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza ("EERC" jew "konsorzju volontarju") li tirrispondi għal kull waħda mis-17-il talba għall-assistenza f'każ ta' nirien tal-foresti fi żmien xieraq, taw prova li n-natura volontarja tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri hija insuffiċjenti waqt emerġenzi fuq skala kbira li jaffettwaw diversi Stati Membri fl-istess ħin.

 

_________________

 

1a Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar u n-nuqqasijiet li fadal fil-Kapaċità Ewropea għal Rispons f'każ ta' Emerġenza, 17.02.2017.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  L-aktar sħab naturali għall-approfondiment tal-kooperazzjoni huma l-Istati Membri tal-viċinat li jikkondividu l-istess għarfien espert u strutturi u li x'aktarx jiġu affettwati mill-istess diżastri u riskji.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Hemm bżonn li tiġi rinforzata l-abbiltà kollettiva għat-tħejjija u r-rispons għal diżastri, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ reċiproku fl-Ewropa. Barra milli ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti diġà mill-Kapaċità Ewropea għal Rispons f'każ ta' Emerġenza (l-"EERC" jew il-"konsorzju volontarju"), minn hawn 'il quddiem ir-"Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili", il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistabbilixxi r-rescEU. Il-kapaċità rescEU jeħtieġ li tkun magħmula minn kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenza għal rispons f'każ ta' nirien tal-foresti, għargħar fuq skala kbira u terremoti, kif ukoll sptar fuq il-post u timijiet mediċi f'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jistgħu jiġu mobilizzati b'mod rapidu.

(6)  Hemm bżonn li tiġi rinforzata l-abbiltà kollettiva għat-tħejjija u r-rispons għal diżastri, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ reċiproku fl-Ewropa. Barra milli ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti diġà mill-Kapaċità Ewropea għal Rispons f'każ ta' Emerġenza (l-"EERC" jew il-"konsorzju volontarju"), minn hawn 'il quddiem ir-"Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili", il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistabbilixxi r-rescEU. Il-kapaċità rescEU jeħtieġ li tkun magħmula minn kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenza għal rispons f'każ ta' nirien tal-foresti, għargħar fuq skala kbira u terremoti, attakki terroristiċi u attakki kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, kif ukoll sptar fuq il-post u timijiet mediċi f'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jistgħu jiġu mobbilizzati b'mod rapidu. F'dan il-kuntest tiġi enfasizzata l-importanza tat-tisħiħ u li jiġu inklużi l-kapaċitajiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li huma l-ewwel li jintervjenu wara li jseħħ diżastru. Dawk l-awtoritajiet għandhom jiżviluppaw mudelli ta' kooperazzjoni fejn il-komunitajiet jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiki, fejn jingħataw l-opportunità li jgħinu fl-iżvilupp tar-reżiljenza tagħhom għad-diżastri naturali.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri huwa ta' importanza kbira u l-kapaċitajiet ta' rispons tagħhom jeħtieġ li jkunu involuti b'mod xieraq fi kwalunkwe attività ta' koordinazzjoni u mobilizzazzjoni li jsiru fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-oqfsa istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, bil-għan li jiġu mminimizzati s-sovrapożizzjonijiet u titrawwem l-interoperabbiltà. Tali awtoritajiet jistgħu jaqdu rwol preventiv importanti u huma wkoll l-ewwel li jirreaġixxu wara diżastru, flimkien mal-kapaċitajiet tal-voluntiera tagħhom. Għaldaqstant, teżisti ħtieġa għal kooperazzjoni kontinwa fil-livell lokali, reġjonali u transfruntier bil-għan li jiġu stabbiliti sistemi ta' twissija komuni biex isir intervent rapidu qabel il-mobilizzazzjoni ta' rescEU, kif ukoll kampanji ta' informazzjoni regolari għall-pubbliku dwar il-miżuri ta' rispons inizjali.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri. L-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jeħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri.

(7)  L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet materjali u tekniċi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, anki fil-każ ta' avvenimenti transfruntiera, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività u l-abbiltà ta' tħejjija għall-użu tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà rapida tal-kapaċitajiet materjali u tekniċi, inkluż għas-salvataġġ ta' persuni anzjani jew persuni b'diżabilità, f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri, bħall-epidemiji transfruntieri. It-tagħmir adatt impenjat minn qabel u l-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri. Jenħtieġ li jiġi żgurat l-użu ottimali u trasparenti tar-riżorsi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Meta jkunu qegħdin jiġu mmobilizzati l-kapaċitajiet permezz tal-UCPM, il-ħeffa għandha importanza kruċjali, kif jidher fil-konsegwenzi traġiċi tal-użu tardiv tal-ajruplani tat-tifi tan-nar fl-aktar staġuni tan-nirien tal-foresti riċenti fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Il-kofinanzjament tal-UE għandu jingħata dejjem taħt il-kundizzjonijiet ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ħafna Stati Membri jiffaċċjaw nuqqas ta' materjal u tagħmir tekniku meta jinqalgħu diżastri mhux mistennija. Għalhekk jenħtieġ li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħmilha possibbli li, fejn ikun meħtieġ, titwessa' l-bażi materjali u teknika, b'mod partikolari għall-finijiet ta' salvataġġ tal-persuni b'diżabilità, tal-persuni anzjani jew tal-persuni morda.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti.

(9)  It-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni huma aspetti essenzjali tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, u d-djalogu kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li jissaħħu abbażi tal-istrutturi eżistenti bl-involviment u l-iskambju ta' informazzjoni ma' ċentri ta' eċċellenza, universitajiet, riċerkaturi u għarfien espert ieħor disponibbli fl-Istati Membri.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Filwaqt li t-tisħiħ tal-protezzjoni ċivili fid-dawl tax-xejriet ta' diżastri, kemm dawk relatati mat-temp kif ukoll dawk relatati mas-sigurtà interna, huwa wieħed mill-aktar prijoritajiet importanti fl-Unjoni kollha, huwa essenzjali li l-għodod tal-Unjoni jiġu kkomplementati b'dimensjoni territorjali u mmexxija mill-komunità aktar b'saħħitha, peress li l-azzjoni tal-komunità lokali hija l-aktar mod rapidu u effettiv biex tiġi limitata l-ħsara kkawżata minn diżastru.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jeħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(10)  Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jeħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, iżda mhux għad-detriment tal-pakketti finanzjarji allokati għal politiki ewlenin oħra tal-Unjoni bħal dawk li jippromwovu d-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza, il-ġustizzja jew l-iżvilupp tal-bniedem mad-dinja kollha inklużi l-fondi kollha allokati għall-programmi u l-proġetti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa, b'mod partikolari, filwaqt li jitqies li l-implimentazzjoni ta' uħud minn dawk il-programmi kellha suċċess eċċezzjonali: l-allokazzjonijiet ta' pagamenti għall-REC laħqu aktar minn 99 % fit-tliet snin preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda jenħtieġ li jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' xi riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza (REC) u l-Ġustizzja. Kważi 100 % tar-rata ta' assorbiment għall-programm REC timplika li minn dan il-programm ma tista' tintuża l-ebda riżorsa ġdida mingħajr ma jiġu affettwati b'mod negattiv proġetti u organizzazzjonijiet speċifiċi. FEMM ilu jindika l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament tar-REC fid-dawl tal-programmi DAPHNE u tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Jenħtieġ li jiġu ggarantiti finanzjamenti u allokazzjonijiet baġitarji separati għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni rivedut. Meta titqies il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, iż-żieda fil-finanzjament għar-reviżjoni mmirata tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni fis-snin 2018, 2019 u 2020 jenħtieġ li tittieħed b'mod esklussiv mill-mezzi kollha disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/20131a, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda jenħtieġ li jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' xi riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja. Minflok, kwalunkwe finanzjament addizzjonali li jkun neċessarju għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Hemm bżonn li l-proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw l-assistenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jirrispondu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem malajr kemm jista' jkun.

(11)  Hemm bżonn li l-proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiġu ssimplifikati, u l-flessibbiltà tagħhom għandha tiżdied, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw malajr l-assistenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jirrispondu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem malajr kemm jista' jkun u bl-aktar mod effiċjenti.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġi massimizzat l-użu ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti tal-assistenza, b'mod partikolari fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, jeħtieġ li tkun prevista deroga għall-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għal meta jingħata finanzjament skont l-Artikoli 21, 22 u 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(12)  Sabiex jiġi massimizzat l-użu ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti tal-assistenza, inkluż fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, jeħtieġ li tkun prevista deroga għall-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għal meta jingħata finanzjament skont l-Artikoli 21, 22 u 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Minkejja din id-deroga, il-finanzjament għall-attivitajiet ta' protezzjoni ċivili u għall-għajnuna umanitarja, b'mod partikolari, jenħtieġ li jibqa' separat b'mod ċar fi kwalunkwe struttura ta' finanzjament futura tal-Unjoni u jkun konformi bis-sħiħ mal-objettivi u r-rekwiżiti legali differenti ta' dik l-istruttura.

__________________

__________________

14 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

14 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa15. Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi żgurata koerenza fl-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa15. Il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali bbażati fuq il-politika ta' koeżjoni jipprovdu għal azzjonijiet speċifiċi bil-għan li tiġi kkunsidrata r-reżiljenza għad-diżastri, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u sforzi ulterjuri għal integrazzjoni aktar b'saħħitha, u ta' akbar sinerġiji. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu koerenti mal-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015 – 2030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jikkontribwixxu b'mod attiv sabiex dawn jiġu onorati.

__________________

__________________

15 Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

15 Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Huwa essenzjali li l-moduli rreġistrati preċedentement fis-CECIS (Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni ta' Emerġenza) jinżammu, sabiex ikun hemm rispons għat-talbiet għall-assistenza kif ukoll parteċipazzjoni fis-sistema ta' taħriġ bil-mod tas-soltu.

Ġustifikazzjoni

Dan jipprovdi l-qafas għall-ġbir ta' informazzjoni vvalidata dwar is-sitwazzjoni, għad-diffużjoni fost l-Istati Membri u għall-qsim ta' lezzjonijiet meħuda mill-interventi. Fir-rigward tal-Awstrija, iż-żamma tal-moduli rreġistrati tfisser ukoll iż-żamma fis-sistema ta' għaxar moduli tal-assoċjazzjonijiet tal-Istat responsabbli għat-tifi tan-nar.

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Huwa daqstant importanti li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni, li huwa limitat għall-perjodu li jiġi eżatt wara l-katastrofi, jingħaqad ma' strumenti oħra tal-Unjoni li l-fokus tagħhom huwa li jreġġgħu lura l-ħsara li tkun saret, bħall-Fond ta' Solidarjetà.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Huwa essenzjali li l-Fond ta' Solidarjetà jiġi mmodifikat billi jiġi introdott l-obbligu li tissewwa l-ħsara lill-ambjent u billi l-PDG per capita tar-reġjun jew tal-Istat Membru jintuża minflok il-PDG globali bħala indikatur għall-approvazzjoni tiegħu, sabiex jiġi evitat li r-reġjuni b'popolazzjoni kbira u b'livelli baxxi ta' ġid ma jkunux ineliġibbli biex jibbenefikaw mill-Fond. Huwa importanti ħafna li l-ambjent affettwat minn katastrofi jiġi vvalutat ekonomikament, speċjalment iż-żoni li għandhom valur naturali għoli bħalma huma ż-żoni protetti jew dawk koperti min-netwerk Natura 2000, sabiex dawn ikunu jistgħu jissewwew.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d)  Hemm bżonn li l-azzjoni tal-Unjoni tiffoka wkoll fuq il-provvediment ta' assistenza għal taħriġ tekniku bil-għan li l-kapaċità tal-komunitajiet li jgħinu lilhom infushom ikunu jistgħu jiġu msaħħa, u b'hekk il-komunitajiet ikunu aktar ippreparati biex jipprovdu rispons inizjali u jrażżnu diżastru. It-taħriġ u l-edukazzjoni immirati għall-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, bħall-mexxejja tal-komunità, u għal prattikanti tal-kura soċjali jew medika, għas-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar, kif ukoll għall-gruppi ta' intervent volontarju li għandu jkollhom tagħmir ta' intervent disponibbli malajr, jistgħu jgħinu fit-trażżin ta' diżastru u jnaqqsu l-imwiet kemm matul kif ukoll wara l-kriżi.

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri.

(e)  li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (PTEE);

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea)  li jiġu mmitigati l-konsegwenzi immedjati li l-katastrofi jista' jkollhom fuq il-ħajjiet tal-bnedmin u fuq il-wirt kulturali u naturali;"

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(eb)  it-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell transfruntier."

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta' għarfien fuq riskji ta' diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni.

(a)  tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta' għarfien fuq riskji ta' diżastru u biex tiffaċilita aħjar u tippromwovi l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni;

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(aa)  il-koordinazzjoni tal-armonizzazzjoni tal-informazzjoni u l-gwida dwar is-sistemi ta' twissija, anki fil-livell transfruntier;"

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b)  Il-punt (f) tal-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)  tikkompila u xxerred l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri; torganizza skambju tal-esperjenzi dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju; tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u sa tat-22 ta' Diċembru 2014, linji gwida dwar il-kontenut, il-metodoloġija u l-istruttura ta' dawk il-valutazzjonijiet; u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-ippjanar tal-prevenzjoni u l-istat ta' tħejjija, inkluż permezz ta' evalwazzjonijiet volontarji bejn il-pari;

"(f)  tikkompila u xxerred l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri; torganizza skambju tal-esperjenzi dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju; tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u sat-22 ta' Diċembru 2019, linji gwida ġodda dwar il-kontenut, il-metodoloġija u l-istruttura ta' dawk il-valutazzjonijiet; u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-ippjanar tal-prevenzjoni u l-istat ta' tħejjija, inkluż permezz ta' evalwazzjonijiet volontarji bejn il-pari;"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1523544518145&uri=CELEX:32013D1313)

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta' Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan;

(a)  jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti u allinjati mal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta' Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan, fuq il-bażi ta' mudell miftiehem mal-Kummissjoni, u, f'dan il-kuntest, għandhom jintużaw sistemi eżistenti ta' informazzjoni nazzjonali;

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f'evalwazzjonijiet bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju.

"(d)   jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f'evalwazzjonijiet bejn il-pari dwar il-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju bil-għan li jiġu identifikati azzjonijiet li jnaqqsu d-distakki."

Ġustifikazzjoni

L-għan tad-Deċiżjoni li jemenda t-test oriġinali huwa sabiex jiġi ċċarat l-għan tal-miżura fil-kuntest tar-reviżjoni ġenerali tal-Artikolu 6.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata sommarju tal-elementi rilevanti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija magħżula, sal-31 ta' Jannar 2019 u kull tliet snin wara dan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi, li għandhom ikopru kemm l-isforzi ta' terminu qasir kif ukoll dawk ta' terminu twil. L-Unjoni għandha tqis kif xieraq il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tħejjija tad-diżastri bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu futur ta' kondizzjonalità ex ante taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tingħata sommarju tal-elementi rilevanti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija magħżula, skont mudell li għandu jiġi stabbilit permezz ta' att ta' implimentazzjoni, sal-31 ta' Jannar 2019 u kull tliet snin wara dan. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi, li għandhom ikopru kemm l-isforzi ta' terminu qasir kif ukoll dawk ta' terminu twil. F'dan ir-rigward, dawn l-isforzi jistgħu jinkludu l-impenn tal-Istati Membri li jinkoraġġixxu investimenti bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskji u għall-bini mill-ġdid aħjar wara d-diżastri. Il-piżijiet amministrattivi addizzjonali fil-livelli nazzjonali u subnazzjonali għandhom jinżammu kemm jista' jkun baxxi.

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' konsultazzjoni speċifiċi biex ittejjeb l-ippjanar u ta' prevenzjoni u tħejjija xieraq u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri esposti għal diżastri simili.

B'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' konsultazzjoni speċifiċi biex ittejjeb l-ippjanar ta' prevenzjoni u tħejjija xieraq u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri esposti għal diżastri simili. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fejn huwa possibbli, jiffavorixxu wkoll il-koerenza bejn il-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri u l-istrateġiji ta' adattament għat-tibdil fil-klima.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni li jiġu stabbiliti xi mekkaniżmi speċifiċi ta' konsultazzjoni mill-Kummissjoni għandha tinkludi l-involviment tal-Istati Membri li huma parti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jiżdied il-paragrafu erbgħa li ġej:

 

"Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri xierqa meta tqis li l-isforzi preventivi ta' Stat Membru mhumiex biżżejjed fid-dawl tar-riskji li l-Istat Membru inkwistjoni jkun qed jiffaċċja."

Emenda    36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt k

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  Il-punt (k) tal-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(k)  f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni ta' tħejjija komplementari u ta' appoġġ meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

"(k)  f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni ta' tħejjija komplementari u ta' appoġġ addizzjonali meħtieġa, anki permezz tal-koordinazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni, sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1303&from=MT)

Emenda    37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  L-Istati Membri għandhom isaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi rilevanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti, b'mod konformi mal-qafas istituzzjonali u legali tagħhom."

Emenda    38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz tat-tħejjija ta' xenarji għar-reazzjoni bbażati fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6 u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-immappjar tal-assi u l-iżvilupp ta' pjani għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni.

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri, kemm għad-diżastri naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem, taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz tat-tħejjija ta' xenarji għar-reazzjoni bbażati fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6 u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-immappjar tal-assi inkluż makkinarju li jwarrab il-materjal, ġeneraturi mobbli tal-elettriku u tagħmir mobbli tat-tifi tan-nar fost dawk l-assi, u l-iżvilupp ta' pjani għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandha tiġi stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Dan għandu jikkonsisti minn konsorzju ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni impenjati minn qabel mill-Istati Membri u jinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti.

1.  Għandha tiġi stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Dan għandu jikkonsisti minn konsorzju volontarju ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni impenjati minn qabel mill-Istati Membri u jinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti.

Ġustifikazzjoni

Reġistrazzjoni obbligatorja tal-kapaċitajiet mhijiex possibbli għal xi Stati Membri u għas-sistemi ta' volontarjat tagħhom. Għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jipprovdu kapaċitajiet, pereżempju minħabba: force majeure.

Emenda    40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Peress li l-prevenzjoni nazzjonali jenħtieġ li tkun l-ewwel prijorità tal-Istati Membri biex jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà, ir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandha tkun komplementari għall-kapaċitajiet nazzjonali eżistenti.

Emenda    41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Abbażi tar-riskji identifikati, il-Kummissjoni għandha tidentifika t-tipi u l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("miri tal-kapaċità"). Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-progress lejn il-miri tal-kapaċità u n-nuqqasijiet li jkun għad fadal u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw tali nuqqasijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 20, il-punt (i) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(2).

2.  Abbażi tar-riskji u tal-ħtiġijiet identifikati fuq il-post, il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tidentifika t-tipi u l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("miri tal-kapaċità"). Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-progress lejn il-miri tal-kapaċità u n-nuqqasijiet li jkun għad fadal u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw tali nuqqasijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 20, il-punt (i) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(2).

Ġustifikazzjoni

Mil-lat tas-sussidjarjetà, ikun aktar utli jekk il-ħtiġijiet jiġu analizzati fuq il-post, jiġifieri jekk il-Kummissjoni tistax taġixxi waħedha jew inkella f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Emenda    42

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal assistenza permezz tal-ERCC, sakemm l-Istati Membri ma jkunux qed jaffaċċjaw xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

7.  Il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal assistenza permezz tal-ERCC, sakemm fil-każ ta' emerġenzi domestiċi, force majeure jew meta l-Istati Membri ma jkunux qed jaffaċċjaw xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Id-deċiżjoni aħħarija dwar il-mobilizzazzjoni tagħhom għandha tittieħed mill-Istati Membri li rreġistraw il-kapaċità ta' reazzjoni kkonċernata.

Emenda    43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tal-mobilizzazzjoni ta' tali reazzjoni, dawn għandhom jibqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tal-Istati Membri li jagħmluhom disponibbli u jistgħu jiġu rtirati meta l-Istati membri jiġu ffaċċati b'sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jaffettwaw b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali li jimpedixxuhom milli jżommu dawn il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli. F'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tiġi kkonsultata.

Fil-każ tal-mobilizzazzjoni ta' tali reazzjoni, dawn għandhom jibqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tal-Istati Membri li jagħmluhom disponibbli u jistgħu jiġu rtirati jekk dawk l-Istati Membri jiġu ffaċċati b'emerġenzi domestiċi, force majeure jew jekk sitwazzjoni eċċezzjonali timpedixxihom milli jżommu dawn il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli. F'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tiġi kkonsultata.

Emenda    44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rescEU għandha tiġi stabbilita biex tipprovdi għajnuna fejn il-kapaċitajiet eżistenti ma jkunux qed jippermettu reazzjoni effettiva għal diżastri."

1.  Ir-rescEU għandha tiġi stabbilita biex tipprovdi għajnuna f'ċirkustanzi eċċezzjonali meta kapaċitajiet fil-livell nazzjonali ma jkunux disponibbli u fejn il-kapaċitajiet eżistenti ma jkunux qed jippermettu reazzjoni effettiva għal diżastri. Il-kapaċitajiet ta' rescEU m'għandhomx jintużaw biex jissostitwixxu l-kapaċitajiet proprji u r-responsabbiltajiet rilevanti tal-Istati Membri.

Emenda    45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rescEU għandha tkun tikkonsisti mill-kapaċitajiet li ġejjin:

2.  Ir-rescEU għandha tkun tikkonsisti minn kapaċitajiet addizzjonali għal dawk li diġà jeżistu fl-Istati Membri, bil-għan li jkunu ssupplimentati u msaħħa, u għandha tfittex li tindirizza r-riskji preżenti u futuri. Il-kapaċitajiet għandhom jiġu identifikati fuq il-bażi ta' kwalunkwe lakuna fil-kapaċitajiet ta' reazzjoni relatati mal-emerġenzi tas-saħħa, ma' diżastri industrijali, ambjentali, sismiċi jew vulkaniċi, ma' movimenti tal-massa u emerġenzi, għargħar u nirien inklużi nirien tal-foresti, kif ukoll attakki terroristiċi u theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari.

 

Abbażi tal-lakuni identifikati, ir-rescEU għandu jkun fiha mill-inqas il-kapaċitajiet li ġejjin:

(a) tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru;

(a) tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru;

(b) ippumpjar b'kapaċità qawwija;

(b) ippumpjar b'kapaċità qawwija;

(c) tfittxija u salvataġġ urban;

(c) tfittxija u salvataġġ urban;

(d) sptar fuq il-post u timijiet mediċi ta' emerġenza.

(d) sptar fuq il-post u timijiet mediċi ta' emerġenza.

Emenda    46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  In-natura ta' dawn il-kapaċitajiet għandha tibqa' flessibbli u tista' tevolvi sabiex tilqa' għal żviluppi ġodda u għall-isfidi futuri, bħall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima.

Emenda    47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Abbażi tar-riskji identifikati u billi tqis l-approċċ ta' periklu multiplu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

4. Abbażi tar-riskji identifikati u kapaċitajiet u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6 u billi tqis l-approċċ ta' periklu multiplu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Fejn, f'każ ta' diżastru jew diżastru imminenti, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 31 għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Fejn, f'każ ta' diżastru jew diżastru imminenti, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 31 għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Emenda    48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jiffurmaw parti mir-rescEU. Ir-rekwiżiti ta' kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, meta tali standards ikunu diġà jeżistu.

5.  Il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jiffurmaw parti mir-rescEU. Ir-rekwiżiti ta' kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, meta tali standards ikunu diġà jeżistu.

Emenda    49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-kmand u l-kontroll tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-koordinazzjoni strateġika tal-kapaċitajiet tar-rescEU u tkun l-awtorità fuq il-mobilizzazzjoni filwaqt li l-kmand u l-kontroll operattiv jibqa' taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjali responsabbli fl-Istati Membri destinatarji.

Emenda    50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  F'każ ta' mobilizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Istat Membru rikjedenti dwar il-mobilizzazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu u l-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.

8.  F'każ ta' mobilizzazzjoni, permezz tal-ERCC, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Istat Membru rikjedenti dwar il-mobilizzazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu u l-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.

Emenda    51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Meta l-Kummissjoni takkwista tagħmir bħal tagħmir tat-tifi tan-nar fil-foresti, permezz ta' akkwiżizzjoni, lokazzjoni jew kiri, għandu jiġi żgurat dan li ġej:

10.  Meta l-Kummissjoni takkwista tagħmir bħal tagħmir tat-tifi tan-nar fil-foresti, permezz ta' akkwiżizzjoni, lokazzjoni jew kiri, għandu jiġi żgurat dan li ġej:

(a)  f'każ ta' akkwiżizzjoni ta' tagħmir, ftehim bejn il-Kummissjoni u Stat Membru jipprevedi r-reġistrazzjoni ta' dan f'dak l-Istat Membru.

(a)  f'każ ta' akkwiżizzjoni ta' tagħmir, ftehim bejn il-Kummissjoni u Stat Membru jipprevedi r-reġistrazzjoni ta' dan f'dak l-Istat Membru.

(b)  f'każ ta' lokazzjoni u kera, ir-reġistrazzjoni tat-tagħmir fi Stat Membru.

(b)  f'każ ta' lokazzjoni u kera, ir-reġistrazzjoni tat-tagħmir fi Stat Membru m'għandhiex tkun obbligatorja.

 

(ba)  il-ġestjoni ta' inġenji tal-ajru kummerċjali hija assenjata lill-operaturi ċċertifikati EASA.

Emenda    52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sentejn.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sena.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ tal-proċess u sabiex jiġu identifikati l-bidliet possibbli b'impatt baġitarju malajr kemm jista' jkun, huwa ssuġġerit li l-Parlament u l-Kunsill jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-progress tar-rinfurzar tal-UCPM fuq bażi annwali, inkluża informazzjoni obbligatorja dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż.

Emenda    53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din l-informazzjoni għandha tinkludi ħarsa ġenerali tal-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż flimkien ma' valutazzjoni teknika u finanzjarja ddettaljata, informazzjoni preċiża dwar iż-żidiet fl-ispejjeż u bidliet fit-tipi ta' kapaċitajiet ta' rispons meħtieġa u r-rekwiżiti ta' kwalità ta' dawk il-kapaċitajiet, jekk ikun hemm, kif ukoll ir-raġunijiet għal dawn iż-żidiet jew bidliet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ tal-proċess u sabiex jiġu identifikati l-bidliet possibbli b'impatt baġitarju malajr kemm jista' jkun, huwa ssuġġerit li l-Parlament u l-Kunsill jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-progress tar-rinfurzar tal-UCPM fuq bażi annwali, inkluża informazzjoni obbligatorja dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż.

Emenda    54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, inklużi ċentri ta' eċċellenza, universitajiet u riċerkaturi, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili. Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod dovut l-għarfien espert disponibbli fl-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet operazzjonali fil-post.

Emenda    55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b'koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta' għarfien rilevanti, fejn xieraq.

In-Netwerk għandu jwettaq, filwaqt li jimmira għal kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi, il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b'koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta' għarfien rilevanti, fejn xieraq:

Emenda    56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  Il-punt (a) tal-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a) tistabbilixxi u tmexxi programm ta' taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija, u r-rispons għalihom. Il-programm għandu jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta' esperti, li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati fi Stati Membri oħra.

"(a)  tistabbilixxi u tmexxi programm ta' taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija, u r-rispons għalihom. Il-programm għandu jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta' esperti, li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati fi Stati Membri oħra. Għandu jiġi introdott programm ġdid Erasmus tal-protezzjoni ċivili , skont ir-regoli u l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013*.

Il-programm ta' taħriġ għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà bejn il-kapaċitajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11, u li jtejjeb il-kompetenza tal-esperti msemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 8;

Il-programm Erasmus tal-protezzjoni ċivili għandu wkoll ikollu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà bejn il-kapaċitajiet imsemmija fl-Artikoli 9, 11 u 12, u li jtejjeb il-kompetenza tal-esperti msemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 8.

 

Il-Programm Erasmus tal-protezzjoni ċivili għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali mmirata li tappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi tagħha għall-iżvilupp, permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-pajjiżi sħab.

 

_______________

 

* Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-"Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50)."

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li hu meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, anke jekk il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ma tipprevedix dan. L-emenda tiżgura konsistenza ma' l-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-ħolqien ta' Erasmus għal Protezzjoni Ċivili jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' standard ta' taħriġ Ewropew omoġenju bbażat fuq livelli ugwali bażiċi ta' taħriġ għall-persunal ta' Protezzjoni Ċivili tal-Istati kollha.

Emenda    57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9b)  Il-punt (f) tal-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)  tistimola u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda rilevanti għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

"(f)  tistimola r-riċerka u l-innovazzjoni u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda rilevanti għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni."

Emenda    58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a.  Il-Kummissjoni għandha testendi l-kapaċitajiet ta' taħriġ, u żżid il-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenza, bejn in-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjoni u l-pajjiżi terzi, biex tikkontribwixxi sabiex jiġu onorati l-impenji internazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, b'mod partikolari dawk fi ħdan il-Qafas ta' Sendai."

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu addizzjonali għandu l-għan li jippromwovi l-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenzi, inkluż il-potenzjal għat-twessigħ tal-kapaċitajiet ta' taħriġ għall-pajjiżi terzi (kif imsemmi fl-evalwazzjoni interim), biex jittejbu l-operazzjonijiet ta' rispons futuri u titjieb il-koerenza mal-qafas ta' Sendai.

Emenda    59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a)  il-paragrafu 2 tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-interventi skont dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew inkella bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' din tal-aħħar.

‘2.  L-interventi skont dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew inkella bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' din tal-aħħar. F'każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar, b'konsultazzjoni ma' atturi umanitarji, l-ambitu tal-intervent u r-relazzjoni tiegħu mal-partijiet involuti fir-rispons umanitarju usa', filwaqt li tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni interim tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili sabet li, f'xenarju li qiegħed jinbidel tal-operazzjonijiet ta' rispons, id-definizzjoni mċajpra tal-interventi tal-protezzjoni ċivili f'operazzjonijiet ta' rispons umanitarju ħalliet impatt fuq il-kapaċità tal-mekkaniżmu li jilħaq l-objettivi tiegħu. Din l-emenda għad-Deċiżjoni attwali għandha l-għan li tgħin biex jiġi ċċarat l-ambitu tal-interventi tal-protezzjoni ċivili f'diżastri kkawżati mill-bniedem u f'emerġenzi kumplessi, fejn l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja huma wkoll attivi.

Emenda    60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu – punt 12

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-approprjazzjonijiet neċessarji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandhom jiġu awtorizzati b'mod gradwali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-mezzi kollha disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013*, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà, kif stabbilit fl-Anness I.

 

____________________

 

* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda jenħtieġ li jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' xi riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja. Minflok, kwalunkwe finanzjament addizzjonali li jkun neċessarju għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.

Emenda    61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 20 a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament mogħtija taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluż prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija taħt l-Artikoli 11, 12 u 21(2)(c).

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament mogħtija taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluż prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija taħt l-Artikoli 11, 12 u 21(2)(c). Għandha tiġi żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni sabiex trendi r-riżultati tanġibbli tal-azzjonijiet meħuda taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni viżibbli għaċ-ċittadini.

Emenda    62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-kapaċitajiet tal-Istati Membri li mhumiex impenjati minn qabel fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, l-ammont ta' appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għar-riżorsi tat-trasport ma għandux jaqbeż il-55 % tal-ispiża totali eliġibbli. Biex ikunu eliġibbli għal finanzjament bħal dan, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jipproduċu reġistru tal-kapaċitajiet kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, flimkien mal-istrutturi ta' ġestjoni rilevanti, lil hinn minn dawk kommessi minn qabel mill-Grupp Ewropew tal-Protezzjoni Ċivili, li jippermettilhom li jirreaġixxu għal diżastri tas-saħħa, industrijali, sismiċi jew vulkaniċi, għal spostamenti tal-massa u għal emerġenzi, għall-għargħar u għan-nirien tal-foresti, għal attakki terroristiċi u għal attakki kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari.

Emenda    63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom jitfittxu sinerġiji u kumplimentarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96."

2.  Għandhom jiġu żviluppati sinerġiji, komplementarjetà u aktar koordinazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, inkluż il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà, mingħajr ma jkollha ssir rilokazzjoni tal-fondi minn dawk l-oqsma. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, filwaqt li tirrispetta n-natura distinta u indipendenti ta' dawk l-azzjonijiet u l-finanzjament tagħhom, u billi tiżgura li jkunu konformi mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 26(1), li tippermetti l-finanzjament minn sorsi differenti għall-azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili, l-emenda proposta għandha l-għan li tiżgura divrenzjar ċar bejn l-operazzjonijiet ta' protezzjoni umanitarji u ċivili u l-finanzjament tagħhom.

Emenda    64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-manteniment tar-rescEU, kif previst fl-Artikolu 12, inkluż kriterji għal deċiżjonijiet ta' mobilizzazzjoni u proċeduri operattivi;

(g)  l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-manteniment tar-rescEU, kif previst fl-Artikolu 12, inkluż kriterji għal deċiżjonijiet ta' mobilizzazzjoni u proċeduri operattivi u l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet tar-rescEU fil-livell nazzjonali minn Stat Membru u arranġamenti finanzjarji u arranġamenti oħra relatati magħha;

Emenda    65

Proposta għal deċiżjoni

Anness I (ġdid)

 

 

Emenda

ANNESS I

ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI ADDIZZJONALI INDIKATTIVI GĦALL-PERJODU 2018-2020

 

 

2018

2019

2020

TOTAL

Approprjazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestatura 3*

CA

19,157

115,2

122,497

256,854

 

PA

11

56,56

115,395

182,955

Approprjazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestatura 4*

CA

2

2

2,284

6,284

 

PA

0,8

1,8

2,014

4,614

Approprjazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestaturi 3 u 4 flimkien*

CA

21,157

117,2

124,781

263,138

 

PA

11,8

58,36

117,409

187,569

(ċifri f'miljuni ta' EUR)

* L-ammonti sħaħ għandhom jiġu pprovduti permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament addizzjonali meħtieġ għar-reviżjoni attwali tal-UCPM fis-snin 2018-2020 għandu jiġi ddefinit f'aktar dettall fid-Deċiżjoni nnfisha, permezz ta' Anness I awtonomu u ddettaljat. Kwalunkwe finanzjament addizzjonali neċessarju sabiex tiġi ffinanzjata din ir-reviżjoni tal-UCPM għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest ta' tħassib

Id-diżastri naturali fl-Ewropa u fid-dinja qed jiżdiedu b'mod sinifikanti kemm fil-frekwenza li biha qed iseħħu, kif ukoll fl-intensità tagħhom u joħolqu theddida serja għas-soċjetajiet tagħna, għall-ekonomiji tagħna u għall-ekosistemi tagħna.

L-iskala tal-problema tista' tiġi mifhuma sempliċiment billi wieħed iħares, pereżempju, lejn id-diżastri naturali tal-2017, li fl-Ewropa biss ikkawżaw il-mewt ta' 200 persuna. In-nirien li seħħew fl-2017 kellhom effetti devastanti fuq in-nofsinhar tal-kontinent fejn inħarqu aktar minn miljun ettaru u inqatlu aktar minn mitt ruħ f'sitt xhur biss. L-2017 hija wkoll is-sena li fiha serje ta' maltempati tropikali laqtu ripetutament lit-territorju Extra-Ewropew fil-Karibew, li wasslu lill-assistenza Ewropea sal-limiti tagħha. Aktar mhux mistenni, dejjem fl-istess sena, kien hemm saħansitra uragani vjolenti li kkawżaw għargħar u distruzzjoni gravi fin-naħa tal-Atlantiku tat-Tramuntana tal-Ewropa.

Ix-xenarju deskritt mir-riċerka xjentifika għall-futur jidher li huwa saħansitra ta' aktar tħassib, peress li jipprevedi intensifikazzjoni ta' dawn il-fenomeni. Snin bħall-2017 ma jirrappreżentawx aktar eċċezzjoni, iżda ser isiru r-regola. Bla dubju, ir-raġuni ewlenija hija t-tibdil tal-klima, li żied l-effetti negattivi tal-avvenimenti kkawżati minn kundizzjonijiet tat-temp estremi. M'huwiex kumbinazzjoni li t-tibdil fil-klima ġie deskritt bħala "wieħed mill-akbar theddid globali għas-saħħa tal-bniedem tas-seklu wieħed u għoxrin".

Realtà li għandha tiġi pperfezzjonata

Iffaċċjati b'xenarju bħal dan, madankollu, l-Unjoni Ewropea ma baqgħetx inattiva. L-Unjoni Ewropea żviluppat, matul is-snin, netwerk solidu ta' rispons għad-diżastri; il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) huwa ċentrali għal din is-sistema. Fil-qadi tar-rwol ta' appoġġ tiegħu, il-Mekkaniżmu għen lill-Istati Membri biex jottimizzaw l-isforzi tagħhom għall-prevenzjoni ta' diżastri u għat-tnaqqis tar-riskji. Il-Mekkaniżmu intervjena kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza - ERCC. L-evalwazzjoni interim reċenti tal-Mekkaniżmu tindika li dan "jikkostitwixxi espressjoni viżibbli tas-solidarjetà Ewropea".

Madankollu, l-esperjenzi operattivi riċenti fl-okkażjoni ta' avvenimenti bħall-istaġun tan-nirien tal-2017 jew il-kriżi migratorja tal-2015-2016, urew in-nuqqasijiet tal-Mekkaniżmu f'termini ta' effettività u effiċjenza.

Il-mudell preżenti huwa bbażat fuq il-kontribuzzjoni volontarja tal-Istati Membri, li jagħmlu disponibbli b'mod preventiv il-kapaċitajiet tagħhom EERC (minn hawn 'il quddiem il-"Grupp Ewropew ta' Protezzjoni Ċivili") fi skambju ta' appoġġ finanzjarju minn naħa tal-Unjoni biex ikopru l-ispejjeż ta' adattament, ta' ċertifikazzjoni u ta' trasport. Madankollu, din is-sistema ma kinitx biżżejjed biex twieġeb għall-emerġenzi ewlenin, li jaffettwaw lil diversi Stati fl-istess ħin. L-iżvantaġġ ewlieni, li wieħed jiddependi primarjament fuq il-mezzi nazzjonali, huwa li dawn mhumiex disponibbli fl-UE jekk għandhom jintużaw fil-livell nazzjonali.

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb is-sikurezza taċ-ċittadini tagħha fir-rigward tad-diżastri, trid tkun tista' tibbaża ruħha fuq Mekkaniżmu aktar robust, li jkun kapaċi jagħti risposti qawwija u affidabbli. Ir-Rapporteur temmen f'Mekkaniżmu aktar ambizzjuż.

Viżjoni għall-futur

Il-viżjoni tar-Rapporteur għal Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili Ewropew żviluppata kompletament hija mibnija fuq tliet elementi essenzjali.

1. Kapaċità Ewropea reali tal-Protezzjoni Ċivili. Il-mekkaniżmu futur għandu jkollu kapaċità eżistenti ulterjuri meta mqabbla ma' dawk tal-Istati Membri, kif ukoll ta' kapaċità tiegħu stess. Għandu jiġi żgurat l-istabbiliment ta' Kapaċità Ewropea reali tal-Protezzjoni Ċivili. Din il-kapaċità ġdida se timla l-lakuni identifikati fis-sistemi nazzjonali ta' rispons. Il-ħsieb mhuwiex li x-xogħol tal-Istati Membri jiġi sostitwit jew iddupplikat, iżda li l-azzjoni tiġi kkomplementata fejn ikun neċessarju.

Biex tinbena din il-kapaċità, l-Unjoni ser tiffinanzja l-akkwist ta' mezzi ġodda bħal, pereżempju, ajruplani tat-tifi tan-nar. Il-kapaċitajiet ġodda jistgħu jinkisbu permezz ta' kuntratti ta' kiri jew permezz tat-tiswija jew l-adattament tal-kapaċitajiet eżistenti, li għalihom l-Unjoni għandha tikkontribwixxi b'mod sinifikanti. Hemm eżempji oħra ta' inċentivi finanzjarji: l-Unjoni tista' tieħu ħsieb l-ispejjeż li jirriżultaw mill-azzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew jew tal-ispejjeż tat-trasport.

Xi wħud minn dawn l-aspetti huma diġà koperti mill-Mekkaniżmu attwali tal-Unjoni, li huwa bidu tajjeb. Madankollu, il-livell baxx ta' kofinanzjament propost mis-sistema preżenti jiżgura li l-inċentivi ma jkunux użati sew.

2. Il-konsistenza tal-Kapaċitajiet mal-istrumenti l-oħra eżistenti. Il-Mekkaniżmu l-ġdid għandu jkun ukoll iktar konsistenti, kemm fi ħdan l-UE u lil hinn minnha. Dan ifisser li l-ħolqien ta' Kapaċitajiet għandu jimxi id f'id ma' sforzi akbar tal-Istati Membri f'termini ta' prevenzjoni. Is-sistema l-ġdida tinkoraġġixxi r-responsabbiltà ta' kulħadd. Il-prevenzjoni ser ikollha rwol ewlieni fil-ġestjoni tad-diżastri u ser ikollha tiġi żviluppata fil-futur. B'hekk, il-Mekkaniżmu l-Ġdid hekk kif imfassal mir-Rapporteur ma jaġixxix waħdu, iżda huwa mibni fuq is-saħħa tal-istrumenti Ewropej l-oħra u jiffoka fuq il-prevenzjoni tar-riskju.

Il-konsistenza madankollu, m'għandhiex tikkaratterizza biss l-aspett tal-prevenzjoni, iżda wkoll it-tweġiba tagħhom. Il-Mekkaniżmu l-ġdid għandu jikkoordina aħjar mal-istrumenti l-oħra eżistenti tal-UE għar-rispons għal diżastri, bħall-istrument għall-għajnuna umanitarja. Koordinazzjoni tajba bejn iż-żewġ strumenti ser tiżgura azzjoni komplessiva Ewropea iktar koerenti u effiċjenti kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-UE.

3. Assenjazzjoni korretta tar-riżorsi. Bħala konsegwenza diretta taż-żewġ elementi preċedenti, ir-Rapporteur temmen li fil-ġejjieni, huwa meħtieġ impenn finanzjarju akbar tal-UE. Il-baġit preżenti ta' 368 miljun Euro għall-perjodu 2014-2020 għall-Mekkaniżmu huwa negliġibbli meta mqabbel ma' aktar minn EUR 433 biljun ta' telf ekonomiku kkawżat mill-avvenimenti klimatiċi estremi fl-Istati Membri sa mill-1980.

Ir-Rapporteur temmen li impenn finanzjarju Ewropew akbar għandu jkun ikkombinat ma' rwol adegwat ta' koordinazzjoni li għandu jiġi attribwit lill-Unjoni. Huwa mistenni li l-Unjoni Ewropea teżerċita b'mod sħiħ, il-kmand u l-kontroll fuq l-eventwali Kapaċità tal-Protezzjoni Ċivili Ewropea ġdida. Peress li l-Unjoni ser tipprovdi totalment għall-akkwist tal-mezzi tal-Kapaċità l-Ġdida, ser iżomm ukoll il-pussess.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tqis li huwa xieraq li jiġi stabbilit "Erasmus għal Protezzjoni Ċivili" sabiex tiġi msaħħa l-kooperazzjoni li diġà teżisti bejn l-Istati Membri.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tenfasizza l-fiduċja kontinwa taċ-ċittadini f'Protezzjoni Ċivili Ewropea: b'mod kostanti tul is-snin, id-data tal-Ewrobarometru turi li skont 90 % ta' dawk li wieġbu, huwa importanti li l-UE tgħin fil-koordinazzjoni tar-rispons għal diżastri fi ħdan it-territorju tagħha permezz tar-rwol ta' protezzjoni ċivili tagħha. Il-parti l-kbira taċ-ċittadini tal-UE (56 %) jaħsbu li pajjiżhom m'għandux biżżejjed mezzi biex jiffaċċja waħdu d-diżastri kbar kollha. Dawn iċ-ċifri juru li l-Ewropa tal-Protezzjoni Ċivili, hija dik li ċ-ċittadini jixtiequ jaraw.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (25.4.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Željana Zovko (*)

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Ewropa u d-dinja qegħdin jaffaċċjaw għadd dejjem jikber ta' diżastri, li jiswew il-ħajja ta' għadd kbir ħafna ta' persuni u spejjeż materjali għoljin ħafna. Il-frekwenza u l-intensità ta' diżastri relatati mat-temp, b'mod partikolari l-għargħar u n-nirien tal-foresti qegħdin ukoll jiżdiedu b'riżultat tat-tibdil fil-klima. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (EUCPM)(1) għandu l-għan li jappoġġa, jikkomplementa u jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri bl-objettiv li tiżdied il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri. Il-EUCPM jista' jiġi attivat bħala rispons għal diżastri li jseħħu kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha (dawn tal-aħħar jirrappreżentaw aktar min-nofs tal-attivazzjonijiet tal-mekkaniżmu). Fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, il-EUCPM ħafna drabi huwa attivat b'mod parallel mal-assistenza umanitarja tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni(2) biex tiġi emendata din id-Deċiżjoni, li bħalissa qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, għandha l-għan li: 1) issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-UE u tal-Istati Membri biex jirrispondu għad-diżastri billi tinħoloq riżerva dedikata tal-assi fil-livell tal-UE (rescEU), li se tkun stazzjonata b'deċiżjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll billi jkun hemm kontribut aktar effettiv mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili; 2) issaħħaħ l-enfasi fuq l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u l-koerenza ma' politiki oħra tal-UE; u 3) tippromwovi proċedura amministrattiva simplifikata u effettiva fl-operazzjonijiet tal-mekkaniżmu.

F'din l-opinjoni tal-Kumitat DEVE lill-Kumitat ENVI, ir-rapporteur tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE u tal-Istati Membri biex jirrispondu għad-diżastri, filwaqt li tenfasizza li l-prinċipju ta' sussidjarjetà jrid jiġi rispettat bis-sħiħ. Għalhekk, ir-rapporteur tixtieq tintroduċi għadd ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni u għad-Deċiżjoni attwali abbażi, fost oħrajn, tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet reċenti(3).

L-objettivi tat-tibdiliet l-aktar importanti huma dawn li ġejjin:

•  tissaħħaħ id-dimensjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali tal-EUCPM, inkluż permezz tat-twessigħ tal-kapaċitajiet ta' taħriġ u tal-kondiviżjoni tal-għarfien. Din għandha barra minn hekk tappoġġa l-impenji internazzjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (b'mod partikolari l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015 – 2030).

•  tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal definizzjoni ċara tal-ambitu tal-operazzjonijiet tal-EUCPM f'emerġenzi kkawżati mill-bniedem jew kumplessi skont il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. Jiġi ssottolinjat li dawn l-attivitajiet – u l-istrumenti ta' finanzjament tagħhom – għandhom jibqgħu totalment differenzjati anke meta jsiru sforzi għal sinerġiji u komplementarjetà bejn l-istrumenti.

•  jiġi żgurat li l-kapaċitajiet fil-livell tal-UE (rescEU) ikunu komplementari, u mhux sostituti, għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili fil-livell nazzjonali, billi jinżamm il-kofinanzjament tal-ispejjeż tat-trasport għall-assi li mhumiex parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti.

(9)  Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti. Dan in-netwerk jenħtieġ li jippromwovi u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-pajjiżi terzi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u jingħata kontribut għall-impenji li saru fil-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015 – 2030.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġi massimizzat l-użu ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti tal-assistenza, b'mod partikolari fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, jeħtieġ li tkun prevista deroga għall-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal meta jingħata finanzjament skont l-Artikoli 21, 22 u 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(12)  Sabiex jiġi massimizzat l-użu ta' strumenti ta' finanzjament eżistenti u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti tal-assistenza, b'mod partikolari fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, jenħtieġ li tkun prevista deroga għall-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għal meta jingħata finanzjament skont l-Artikoli 21, 22 u 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Minkejja din id-deroga, il-finanzjament għall-attivitajiet ta' protezzjoni ċivili u għall-għajnuna umanitarja, b'mod partikolari, jenħtieġ li jibqa' separat b'mod ċar fi kwalunkwe struttura ta' finanzjament futura tal-Unjoni u jkun konformi bis-sħiħ mal-objettivi differenti u r-rekwiżiti legali ta' dik l-istruttura.

__________________

__________________

14 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

14 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa15. Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi żgurata koerenza fl-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa15. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu koerenti mal-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 20152030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jikkontribwixxu b'mod attiv sabiex dawn jiġu onorati.

__________________

__________________

15 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

15 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista' tistazzjona tim ta' esperti fuq il-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' prevenzjoni.

“2.  Il-Kummissjoni tista' wkoll, fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, jew fuq inizjattiva tagħha, wara li tkun fittxet li tiftiehem mal-partijiet interessati rilevanti, tistazzjona tim ta' esperti fuq il-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' prevenzjoni."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għad-Deċiżjoni attwali għandha l-għan li tippermetti rwol aktar attiv tal-Kummissjoni fl-użu ta' missjonijiet ta' prevenzjoni permezz ta' esperti, inkluż f'pajjiżi terzi, peress li dan jista' jżid il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħhom. Dawn il-missjonijiet jistgħu, kif ġie enfasizzat fl-evalwazzjoni interim, jikkontribwixxu – flimkien ma' strumenti oħra – biex tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili u titjieb il-koerenza mal-qafas ta' Sendai.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tifi tan-nar fil-foresti fuq l-art;

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Abbażi tar-riskji identifikati u billi tqis l-approċċ ta' periklu multiplu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

4.  Abbażi tar-riskji identifikati u billi tqis l-approċċ ta' periklu multiplu u l-esperjenza tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, u wara konsultazzjoni mar-reġjuni suxxettibbli għall-kriżijiet rilevanti, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' rispons meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-kmand u l-kontroll tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm l-awtorità ta' stazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista' tistazzjona tim ta' esperti fil-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' tħejjija.

“3.  Il-Kummissjoni tista' wkoll, fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, jew fuq inizjattiva tagħha, wara li tkun fittxet li tiftiehem mal-partijiet interessati rilevanti, tistazzjona tim ta' esperti fil-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' tħejjija."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għad-Deċiżjoni attwali għandha l-għan li tippermetti rwol aktar attiv tal-Kummissjoni fl-użu ta' missjonijiet ta' tħejjija permezz ta' esperti, inkluż f'pajjiżi terzi, peress li dan jista' jżid il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħhom. Dawn il-missjonijiet jistgħu, kif ġie enfasizzat fl-evalwazzjoni interim, jikkontribwixxu – flimkien ma' strumenti oħra – biex tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili u titjieb il-koerenza mal-qafas ta' Sendai.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a.  Il-Kummissjoni għandha testendi l-kapaċitajiet ta' taħriġ, u żżid il-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenza, bejn in-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjoni u l-pajjiżi terzi, biex tikkontribwixxi sabiex jiġu onorati l-impenji internazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, b'mod partikolari fi ħdan il-Qafas ta' Sendai."

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu addizzjonali għandu l-għan li jippromwovi l-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenzi, inkluż il-potenzjal għat-twessigħ tal-kapaċitajiet ta' taħriġ għall-pajjiżi terzi (kif imsemmi fl-evalwazzjoni interim), biex jittejbu l-operazzjonijiet ta' rispons futuri u titjieb il-koerenza mal-qafas ta' Sendai.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a)  fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit dan li ġej:

2.  L-interventi skont dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew inkella bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' din tal-aħħar.

“2.  L-interventi skont dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew inkella bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' din tal-aħħar. F'każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar, b'konsultazzjoni ma' atturi umanitarji, l-ambitu tal-intervent u r-relazzjoni tiegħu mal-partijiet involuti fir-rispons umanitarju usa', filwaqt li tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u tirrispetta l-prinċipji umanitarji."

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni interim tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili sabet li, f'xenarju li qiegħed jinbidel tal-operazzjonijiet ta' rispons, id-definizzjoni mċajpra tal-interventi tal-protezzjoni ċivili f'operazzjonijiet ta' rispons umanitarju ħalliet impatt fuq il-kapaċità tal-mekkaniżmu li jilħaq l-objettivi tiegħu. Din l-emenda għad-Deċiżjoni attwali għandha l-għan li tgħin biex jiġi ċċarat l-ambitu tal-interventi tal-protezzjoni ċivili f'diżastri kkawżati mill-bniedem u f'emerġenzi kumplessi, fejn l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja huma wkoll attivi.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-assi li mhumiex impenjati fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, l-ammont ta' appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għar-riżorsi tat-trasport ma għandux ikun iktar minn 55 % tal-ispejjeż kollha eliġibbli. Sabiex ikunu eliġibbli li jirċievu tali finanzjament, l-Istati Membri għandhom joħolqu reġistru tal-assi kollha tal-protezzjoni ċivili li huma għandhom disponibbli biex jirrispondu għad-diżastri, lil hinn minn dawk impenjati fir-riżerva Ewropea.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom jitfittxu sinerġiji u kumplimentarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96."

2.  Għandhom jitfittxu sinerġiji u komplementarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, filwaqt li tirrispetta n-natura distinta u indipendenti tal-azzjonijiet u l-finanzjament tagħhom, u billi tiżgura li jkunu konformi mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 26(1), li tippermetti l-finanzjament minn sorsi differenti għall-azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili, l-emenda proposta għandha l-għan li tiżgura differenzjazzjoni ċara bejn l-operazzjonijiet ta' protezzjoni umanitarji u ċivili u l-finanzjament tagħhom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

14.12.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

15.3.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Željana Zovko

8.2.2018

Eżami fil-kumitat

20.2.2018

20.3.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Monika Vana

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao, Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Cristian Dan Preda, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Monika Vana

0

-

 

 

1

0

ECR

Nirj Deva

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013

dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(2)

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 2017/0309 (COD)

(3)

Evalwazzjoni Interim tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, 2014-2016 (Rapport Finali), Awwissu 2017.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għall-perjodu 2014-2016, SWD(2017) 287 final}

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali Nru 33/2017, "Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili: il-koordinazzjoni tar-rispons għal diżastri li seħħew barra mit-territorju tal-UE kienet effettiva f'termini ġenerali".


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.4.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta li jiġi emendat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) attwali bl-għan li jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tipprovdi appoġġ aħjar f'każ ta' kriżi u ta' emerġenza liċ-ċittadini tagħha fl-Ewropa u barra minnha, inkluż permezz ta' sforzi msaħħa ta' prevenzjoni tad-diżastri. Huwa jfakkar li l-UCPM huwa wieħed mill-aktar espressjonijiet tanġibbli tal-valur ċentrali tal-UE tas-solidarjetà.

Ir-rapporteur jissottolinja li l-investiment fil-prevenzjoni u fit-tħejjija għal diżastri huwa l-aqwa forma ta' protezzjoni, mhux biss għaliex għandu l-akbar potenzjal biex isalva l-ħajjiet tan-nies u jipprevjeni t-tbatija tal-bniedem, iżda anki għaliex jista' jevita li jiġġarrbu spejjeż ta' rimedju kbar ladarba jseħħ diżastru. Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni stess, b'kull euro li jintefaq fit-tħejjija għal diżastri jiġu ffrankati sa EUR 7 fl-isforzi ta' għajnuna.

Ir-rapporteur jinsab konvint li missha ilha li saret riforma tas-sistema attwali. L-insuffiċjenza tas-sistema volontarja attwali ġiet esposta b'dispjaċir kbir fir-rispons tal-Unjoni għal għadd ta' diżastri riċenti, b'mod partikolari permezz tan-nuqqas ta' assi disponibbli matul l-istaġuni tan-nirien fil-foresti tal-2016 u tal-2017, fejn setgħu jintlaqgħu biss 10 talbiet għal assistenza f'każ ta' nirien f'foresti minn 17, u spiss dawn ġew milqugħa wara dewmien sinifikanti, li rriżulta f'telf ta' aktar minn 100 ħajja. Barra minn hekk, diversi rapporti semmew in-nuqqasijiet eżistenti f'termini tad-disponibbiltà ta' ċerti kapaċitajiet ta' rispons kritiku, b'mod partikolari fir-rigward ta' ajruplani tat-tifi tan-nar tal-foresti, kenn, u possibbilment tipi oħra ta' riżorsi.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-istruttura proposta b'żewġ pilastri komplementarji, li, minn naħa, tikkonsisti minn Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili tal-kapaċitajiet ta' rispons impenjati minn qabel mill-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, l-hekk imsejħa "rescEU", riżerva ddedikata tal-kapaċitajiet ta' rispons bi kmand u kontroll fil-livell tal-Unjoni, li għandha sservi bħala kapaċità li għandha tintuża bħala l-aħħar soluzzjoni, hija l-aktar mod xieraq u effettiv ta' kif jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-qafas attwali. Billi jiġbor ir-riżorsi bl-aħjar mod u jiġġenera ekonomiji ta' skala, l-UCPM imsaħħaħ se jwassal għal iffrankar sinifikanti għall-Istati Membri.

Ir-rapporteur ifakkar li l-ispiża totali tal-proposta tal-Kummissjoni hija stmata għal EUR 280 miljun għall-perjodu bejn l-2018-2020, li minnhom EUR 256,9 miljun fl-Intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza", EUR 6,3 miljun fl-Intestatura 4 "Ewropa Globali" u EUR 16,9 miljun fl-Intestatura 5 "Nefqa amministrattiva". Min-nefqa operazzjonali proposta, 54 % se jiġu allokati għal attivitajiet ta' tħejjija, inkluż l-akkwist u l-lokazzjoni ta' assi ta' rescUE, 37 % għal attivitajiet ta' rispons, u 9 % għal attivitajiet ta' prevenzjoni. Il-proposta timplika wkoll ir-reklutaġġ ta' 100 membru tal-persunal addizzjonali fuq perjodu ta' tliet snin. Ir-rapporteur jikkunsidra dawn il-proposti bħala proporzjonati għall-iskala u l-iskop tar-reviżjoni.

Ir-rapporteur jilqa' l-użu propost tal-Istrument ta' Flessibbiltà sabiex ikopri l-biċċa l-kbira (88 %) tar-riżorsi addizzjonali meħtieġa. Madankollu, hu jirrifjuta bil-qawwa r-riallokazzjoni proposta tal-finanzjament mill-programmi eżistenti fl-Intestaturi 3 u 4 għas-somma ta' EUR 31,3 miljuni. Kif ġie ssottolinjat mill-Kumitat għall-Baġits f'ħafna okkażjonijiet, proposti sinifikanti ta' politika ġodda għandhom jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Barra minn hekk, ħafna mill-programmi affettwati, bħall-programmi tad-Drittjiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja għandhom rati ta' implimentazzjoni eċċellenti u għal diversi snin ma ġewx iffinanzjati biżżejjed. Għaldaqstant, ir-rapporteur jipproponi li jiġi ffinanzjat l-ammont sħiħ tar-riżorsi addizzjonali meħtieġa skont l-Intestaturi 3 u 4 permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà, kif deskritt f'Anness I ġdid.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 2a (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2a. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda għandhom jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja.

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 2b (ġdid)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2b. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq din ir-riforma;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tibni fuq ir-reviżjoni attwali tal-UCPM, li ssaħħaħ kemm il-politika kif ukoll il-finanzjament, se jkun importanti li l-Kummissjoni, meta tressaq il-proposti ġodda tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, tipproponi pakkett finanzjarju ambizzjuż għall-UCPM wara l-2020.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri. L-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jeħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri.

(7) L-Unjoni jenħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwist tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività u l-immobilizzar tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà rapida tal-kapaċitajiet f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri. L-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri. Jenħtieġ li jiġi żgurat l-użu ottimali u trasparenti tar-riżorsi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Meta jkunu qegħdin jiġu mmobilizzati l-kapaċitajiet permezz tal-UCPM, il-ħeffa għandha importanza kruċjali, kif jidher fil-konsegwenzi traġiċi tal-użu tardiv tal-ajruplani tat-tifi tan-nar fl-aktar staġuni tan-nirien tal-foresti riċenti fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Il-kofinanzjament tal-UE jenħtieġ li jingħata dejjem taħt il-kundizzjonijiet ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jeħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(10) Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jenħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, iżda mhux għad-detriment tal-pakketti finanzjarji allokati għall-politiki ewlenin l-oħra tal-Unjoni, bħal dawk li jippromwovu d-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza, il-ġustizzja jew l-iżvilupp tal-bniedem madwar id-dinja.

Ġustifikazzjoni

Meta jkunu qegħdin jiġu mmobilizzati l-kapaċitajiet permezz tal-UCPM, il-ħeffa għandha importanza kruċjali, kif jidher fil-konsegwenzi traġiċi tal-użu tardiv tal-ajruplani tat-tifi tan-nar fl-aktar staġuni tan-nirien tal-foresti riċenti fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Il-kofinanzjament tal-UE għandu jingħata dejjem taħt il-kundizzjonijiet ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Jenħtieġ li jiġu ggarantiti finanzjament u allokazzjonijiet baġitarji separati għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rivedut. Meta titqies il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, iż-żieda fil-finanzjament għar-reviżjoni mmirata tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fis-snin 2018, 2019 u 2020 jenħtieġ li tittieħed b'mod esklussiv mill-mezzi kollha disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/20131a, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda għandhom jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja. Minflok, kwalunkwe finanzjament addizzjonali li jkun neċessarju għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sentejn."

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sena."

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ tal-proċess u sabiex jiġu identifikati l-bidliet possibbli b'impatt baġitarju malajr kemm jista' jkun, huwa ssuġġerit li l-Parlament u l-Kunsill jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-progress tar-rinfurzar tal-UCPM fuq bażi annwali, inkluża informazzjoni obbligatorja dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din l-informazzjoni għandha tinkludi ħarsa ġenerali tal-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż flimkien ma' valutazzjoni teknika u finanzjarja ddettaljata, informazzjoni preċiża dwar iż-żidiet fl-ispejjeż u bidliet fit-tipi ta' kapaċitajiet ta' rispons meħtieġa u r-rekwiżiti ta' kwalità ta' dawk il-kapaċitajiet, jekk ikun hemm, kif ukoll ir-raġunijiet għal dawn iż-żidiet jew bidliet."

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ tal-proċess u sabiex jiġu identifikati l-bidliet possibbli b'impatt baġitarju malajr kemm jista' jkun, huwa ssuġġerit li l-Parlament u l-Kunsill jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-progress tar-rinfurzar tal-UCPM fuq bażi annwali, inkluża informazzjoni obbligatorja dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu – punt 12

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-approprjazzjonijiet neċessarji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandhom jiġu awtorizzati b'mod gradwali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-mezzi kollha disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013*, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà, kif stabbilit fl-Anness I."

 

____________________

 

* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda għandhom jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' xi riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess li b'mod kroniku ma ġewx iffinanzjati biżżejjed, bħall-programmi tad-Drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza u l-Ġustizzja. Minflok, kwalunkwe finanzjament addizzjonali li jkun neċessarju għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Anness I (ġdid)

 

 

Emenda

ANNESS I

ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI ADDIZZJONALI INDIKATTIVI GĦALL-PERJODU 2018-2020

 

 

2018

2019

2020

TOTAL

Approprijazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestatura 3*

CA

19,157

115,2

122,497

256,854

 

PA

11

56,56

115,395

182,955

Approprijazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestatura 4*

CA

2

2

2,284

6,284

 

PA

0,8

1,8

2,014

4,614

Approprijazzjonijiet addizzjonali totali taħt l-Intestaturi 3 u 4 flimkien*

CA

21,157

117,2

124,781

263,138

 

PA

11,8

58,36

117,409

187,569

(ċifri f'miljuni ta' EUR)

* L-ammonti sħaħ għandhom jiġu pprovduti permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament addizzjonali meħtieġ għar-reviżjoni attwali tal-UCPM fis-snin 2018-2020 għandu jiġi ddefinit f'aktar dettall fid-Deċiżjoni nnfisha, permezz ta' Anness I awtonomu u ddettaljat. Kwalunkwe finanzjament addizzjonali neċessarju sabiex tiġi ffinanzjata din ir-reviżjoni tal-UCPM għandu jiġi mmobilizzat permezz tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

José Manuel Fernandes

13.12.2017

Eżami fil-kumitat

22.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Anneli Jäätteenmäki, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki

ECR

Bernd Kölmel

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Richard Ashworth, Reimer Böge, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ENF

André Elissen, Marco Zanni

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (30.4.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

Rapporteur: Daniel Buda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-mekkaniżmu Ewropew tal-Protezzjoni Ċivili jikkostitwixxi strateġija importanti tal-Unjoni Ewropea biex tirreaġixxi minnufih għal emerġenzi li jistgħu jseħħu f'territorji ġewwa jew barra mill-Unjoni Ewropea, u jippermetti assistenza koordinata permezz tal-kondiviżjoni ta' riżorsi fil-pajjiżi parteċipanti tagħha kollha, iżda jeħtieġ li dan jitjieb f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni, it-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-kapaċitajiet ta' ġestjoni ta' emerġenza.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili jaqdi rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 96 tat-TFUE li jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tissaħħaħ l-effikaċja ta' sistemi għal prevenzjoni ta' diżastri naturali jew dawk ikkaġunati mill-bniedem.

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tissimplifika u ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta' solidarjetà attwali permezz ta' sforz finanzjarju akbar min-naħa tal-Unjoni Ewropea sabiex tinħoloq, flimkien mal-kapaċitajiet nazzjonali, riserva ta' kapaċità Ewropea ambizzjuża biex issaħħaħ l-assi tal-Istati Membri.

Ir-rapporteur għal opinjoni jissottolinja l-kontribuzzjoni diġà fis-seħħ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej li jippromwovu l-adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju. Barra minn hekk, huwa jemmen li, sabiex ikun iffaċilitat skjerament rapidu u effikaċi tal-għajnuna, il-mobilizzazzjoni tal-assi fil-qafas tal-Programm RescEU għandu jkollha approċċ reġjonali, b'mod partikolari bit-tisħiħ u l-involviment tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-għan li jingħata rispons aħjar għall-partikolaritajiet tar-reġjuni affettwati.

L-isfruttament tas-sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-Unjoni jirrappreżenta fattur importanti tal-effikaċja u l-effiċjenza mtejba tal-prevenzjoni tad-diżastri u tar-rispons għalihom b'mod sostenibbli. Għaldaqstant, ir-rapporteur għal opinjoni jħeġġeġ titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-istrumenti differenti, inkluż il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) fl-ambitu ta' approċċ integrat.

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa wkoll il-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq netwerk ta' ħiliet u għarfien espert tal-Istati Membri differenti f'dan il-qasam, u jipproponi l-involviment taċ-ċentri ta' eċċellenza u tal-universitajiet.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li għandha tiġi żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni mtejba sabiex l-azzjonijiet u r-riżultati li jseħħu fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE jsiru aktar viżibbli għaċ-ċittadini u biex tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fil-kapaċità tal-Unjoni li tipprevjeni u tirreaġixxi għad-diżastri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ("il-Mekkaniżmu tal-Unjoni"), irregolat mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex ir-rispons tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jittejjeb.

(1)  Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ("il-Mekkaniżmu tal-Unjoni"), irregolat mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex ir-rispons tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jittejjeb.

_________________

_________________

12 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

12 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jistgħu jolqtu kwalunkwe post fid-dinja, spiss mingħajr twissija. Kemm jekk ikunu naturali kif ukoll jekk ikkawżati mill-bniedem, dawn qed isiru dejjem aktar frekwenti, estremi u kumplessi, u ggravati mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsegwenzi umani, ambjentali u ekonomiċi li ġejjin minn dawn id-diżastri huma enormi.

(3)  Id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jistgħu jolqtu kwalunkwe post fid-dinja. Kemm jekk ikunu naturali u aggravati mit-tibdil fil-klima, kif ukoll jekk ikkawżati mill-bniedem, inklużi tipi ġodda ta' theddidiet, bħal dawk relatati mas-sigurtà interna, dawn qed isiru dejjem aktar frekwenti, estremi u kumplessi, u ggravati mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsegwenzi umani, ambjentali u ekonomiċi li ġejjin minn dawn id-diżastri spiss huma enormi fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Reċentement ġie osservat li d-dipendenza fuq l-offerti volontarji tal-assistenza reċiproka, ikkoordinata u ffaċilitata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni, mhux dejjem tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tan-nies affettwati mid-diżastri b'mod sodisfaċenti, u lanqas li l-ambjent u l-proprjetà jkunu ssalvagwardjati kif xieraq. Dan ikun partikolarment il-każ meta l-Istati Membri jiġu affettwati simultanjament minn diżastri rikorrenti u l-kapaċità kollettiva ma tkunx biżżejjed.

(4)  L-esperjenzi riċenti wrew li d-dipendenza mill-offerti volontarji tal-assistenza reċiproka, ikkoordinata u ffaċilitata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni, mhux dejjem tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tan-nies affettwati mid-diżastri b'mod f'waqtu u sodisfaċenti, u lanqas li l-ambjent u l-proprjetà jkunu ssalvagwardjati kif xieraq. Dan ikun partikolarment il-każ meta l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, kif ukoll dawk l-Istati Membri u r-reġjuni fil-viċinat immedjat jiġu affettwati minn diżastri rikorrenti u simultanji u l-kapaċità kollettiva ma tkunx biżżejjed. Is-sistema għandha tittejjeb u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni preventiva adegwata biex jippreservaw u jsaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u jżommuhom f'livell suffiċjenti biex jirreaġixxu kif suppost għad-diżastri.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prevenzjoni hija ta' importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta' diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni tar-riskju, li jorbot flimkien azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta' diżastri speċifiċi, b'mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri. Jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta' prevenzjoni, inkluż billi jiġu żgurati rabtiet neċessarji ma' politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/201313.

(5)  Il-prevenzjoni hija ta' importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri fil-livelli kollha peress li l-impatt tat-tibdil fil-klima jaffettwa t-territorji kollha u huwa ta' natura transfruntiera. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, l-Istati Membri flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta' diżastru tagħhom, inklużi avvenimenti transfruntiera, u jorbtu flimkien azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih malajr kemm jista' jkun, fosthom permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali. Barra minn hekk, fejn xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu pjanijiet speċifiċi ta' taħriġ, prevenzjoni, tħejjija u ta' evakwazzjoni fir-rigward ta' diżastri speċifiċi, bħal terremot, nixfa, mewġa ta' sħana, nirien li jaħkmu ż-żoni rurali, għargħar u nuqqas ta' ilma, u diżastri umanitarji u teknoloġiċi, b'mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri. Huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta' prevenzjoni u l-kapaċitajiet operattivi, anki fil-livell transfruntier, inkluż billi jissaħħu r-rabtiet u l-koordinazzjoni ma' politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fl-Artikolu 1 u l-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/1313 u tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi ssottolinjat li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) diġà qed jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u li jeżistu kundizzjonijiet ex ante li huma marbuta ma' dak l-objettiv.

_________________

_________________

13 Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

13 Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni jistgħu joffru oqfsa ta' kwalità għolja għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu stabbiliti azzjonijiet ta' prevenzjoni operattivi, kif ukoll ċentri ta' rispons u ġestjoni, li jippermettu wkoll li jkun hemm kollaborazzjoni f'dan il-qasam mal-pajjiżi terzi tal-viċinat.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Hemm bżonn li tiġi rinforzata l-abbiltà kollettiva għat-tħejjija u r-rispons għal diżastri, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ reċiproku fl-Ewropa. Barra milli ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti diġà mill-Kapaċità Ewropea għal Rispons f'każ ta' Emerġenza (l-"EERC" jew il-"konsorzju volontarju"), minn hawn 'il quddiem ir-"Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili", il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistabbilixxi r-rescEU. Il-kapaċità rescEU jeħtieġ li tkun magħmula minn kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenza għal rispons f'każ ta' nirien tal-foresti, għargħar fuq skala kbira u terremoti, kif ukoll sptar fuq il-post u timijiet mediċi f'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jistgħu jiġu mobilizzati b'mod rapidu.

(6)  Hemm bżonn li tiġi rinforzata l-abbiltà kollettiva għat-taħriġ, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri, b'mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni u appoġġ reċiproku effikaċi fl-Ewropa, bil-għan li jiġi żgurat li l-interventi jkunu aktar prevedibbli u li l-ħin tal-iskjerament tal-assistenza jitnaqqas b'mod sinifikanti. Barra milli ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti diġà mill-Kapaċità Ewropea għal Rispons f'każ ta' Emerġenza (l-"EERC" jew id-"Dmir Ċiviku li tingħata Assistenza"), minn hawn 'il quddiem ir-"Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili", il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistabbilixxi r-rescEU. Il-kapaċità rescEU jeħtieġ li tkun magħmula minn kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenza konġunti impenjati minn qabel għal rispons f'każ ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, bħal nirien li jaħkmu ż-żoni rurali, għargħar fuq skala kbira u terremoti, theddidiet terroristiċi jew avvenimenti mhux previsti oħrajn, inkluża l-possibbiltà ta' nuqqas gravi ta' mediċini, kif ukoll sptar fuq il-post u timijiet mediċi f'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jistgħu jiġu mobilizzati biex jintervjenu b'mod rapidu u simultanju f'diversi punti ġeografiċi. L-assi operattivi taħt ir-rescEU jenħtieġ li jsiru disponibbli fuq talba għal operazzjonijiet ta' rispons biex jiġu indirizzati lakuni ta' kapaċità u jissaħħu l-isforzi pprovduti fl-ambitu tar-Riżerva ta' Protezzjoni Ċivili. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali biex isir intervent fir-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), filwaqt li jitqiesu l-ultraperiferiċità u l-ispeċifiċitajiet tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri huwa ta' importanza kbira u l-kapaċitajiet ta' rispons tagħhom jeħtieġ li jkunu involuti b'mod xieraq fi kwalunkwe attività ta' koordinazzjoni u skjerament li jsiru fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, bil-għan li jiġu mminimizzati s-sovrappożizzjonijiet u titrawwem l-interoperabbiltà. Tali awtoritajiet jistgħu jaqdu rwol preventiv importanti u huma wkoll l-ewwel li jirreaġixxu wara diżastru, flimkien mal-kapaċitajiet tal-voluntiera tagħhom. Għaldaqstant, teżisti ħtieġa għal kooperazzjoni kontinwa fil-livell lokali, reġjonali u transfruntier bil-għan li jiġu stabbiliti sistemi ta' twissija komuni biex isir intervent rapidu qabel il-mobilizzazzjoni ta' rescEU, kif ukoll kampanji ta' informazzjoni regolari għall-pubbliku dwar il-miżuri ta' rispons inizjali.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Sabiex ikun iffaċilitat skjerament rapidu u effettiv tal-għajnuna, il-mobilizzazzjoni tal-assi fil-qafas ta' rescEU għandu jkollha wkoll dimensjoni territorjali u għandha tqis ukoll l-importanza tal-adozzjoni ta' approċċ reġjonali, u fejn xieraq, immexxi mill-komunità, bil-għan jingħata rispons adatt għall-partikolaritajiet tar-reġjuni affettwati u tiġi limitata l-ħsara kkawżata minn diżastru.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri. L-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jeħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri.

(7)  L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet materjali u tekniċi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, anki fil-każ ta' avvenimenti transfruntiera, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' arranġamenti ta' lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet materjali u tekniċi, inkluż għas-salvataġġ ta' persuni anzjani jew persuni b'diżabilitajiet f'każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b'mod partikolari għal diżastri b'impatti wiesa' li jaffettwaw għadd sinifikanti ta' Stati Membri. It-tagħmir adatt impenjat minn qabel u l-akkwist ta' kapaċitajiet tal-Unjoni jeħtieġ li jippermetti ekonomiji ta' skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti.

(9)  It-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni huma aspetti essenzjali tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji, tiġi promossa l-innovazzjoni permezz tal-inkorporazzjoni ta' teknoloġiji ġodda bħal tagħmir ta' teknoloġija avvanzata u l-aħħar riżultati tar-riċerka bil-għan li jiġi żgurat monitoraġġ aktar effikaċi taż-żoni urbani u forestali, kif ukoll biex jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, inkluż fuq livell transfruntier, jeħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti li fihom huma involuti r-riċerkaturi, iċ-ċentri ta' riċerka u taħriġ tal-Istati Membri, l-universitajiet u, fejn xieraq, iċ-ċentri ta' eċċellenza u l-organizzazzjonijiet tas-settur ċivili. Fil-każ tar-reġuni ultraperiferiċi u l-PTEE, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li dawn jiġu integrati wkoll f'dak in-netwerk, b'mod parallel mat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tat-taħriġ, kif ukoll il-kapaċitajiet ta' prevenzjoni u rispons ma' pajjiżi terzi f'dik iż-żona.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Hemm bżonn li l-proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw l-assistenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jirrispondu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem malajr kemm jista' jkun.

(11)  Hemm bżonn li l-proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiġu ssimplifikati, u l-fessibbiltà tagħhom għandha tiżdied, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw malajr l-assistenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jirrispondu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem malajr kemm jista' jkun u bl-aktar mod effiċjenti.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa. Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi żgurata koerenza fl-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

(13)  Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b'mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom, fosthom permezz tal-ġestjoni regolari tal-foresti u tal-materjali kombustibbli u permezz tal-ippjanar tal-foresti. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, inkluż għall-azzjoni ta' prevenzjoni transfruntiera u intermuniċipali u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa15, inklużi l-inċidenti radjoattivi, bijoloġiċi u kimiċi. Il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali bbażati fuq il-politika ta' koeżjoni jipprevedu azzjonijiet speċifiċi bil-għan li jiġu kkunsidrati r-reżiljenza għad-diżastri, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u għaldaqstant hemm bżonn ta' sforzi ulterjuri għal integrazzjoni aktar b'saħħitha u għal aktar sinerġiji. Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi żgurata koerenza fl-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll arranġamenti għal koordinazzjoni aħjar tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), bil-għan li jingħata rispons għal diżastri naturali.

__________________

__________________

15 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

15 Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Hemm bżonn li l-azzjoni tal-Unjoni tiffoka wkoll fuq il-provvediment ta' assistenza għal taħriġ tekniku bil-għan li l-kapaċità tal-komunitajiet li jgħinu lilhom infushom ikunu jistgħu jiġu msaħħa, u b'hekk il-komunitajiet ikunu aktar ippreparati biex jipprovdu rispons inizjali u jrażżnu diżastru. It-taħriġ u l-edukazzjoni immirati għall-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, bħall-mexxejja tal-komunità, u għal prattikanti tal-kura soċjali jew medika, għas-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar, kif ukoll għall-gruppi ta' intervent volontarju li għandu jkollhom tagħmir ta' intervent disponibbli malajr, jistgħu jgħinu fit-trażżin ta' diżastru u jnaqqsu l-imwiet kemm matul u wara l-kriżi.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti fil-każ ta' diżastri jew diżastri imminenti; kif ukoll

(c)  li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti fil-każ ta' diżastri jew diżastri imminenti, fosthom permezz tal-iskjerament ta' kapaċitajiet materjali u tekniċi adegwati għal operazzjonijiet ta' salvataġġ ta' emerġenza;

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri.

(e)  li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE;

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt (ea) li ġej:

 

(ea)  it-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell transfruntier;

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta' għarfien fuq riskji ta' diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni.

(a)  tieħu azzjoni biex tippromwovi l-edukazzjoni, iżżid l-għarfien, ittejjeb il-bażi ta' għarfien fuq riskji ta' diżastru u tiffaċilita d-djalogu, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-kooperazzjoni, ir-riżultati tal-innovazzjoni u tar-riċerka xjentifika bir-rakkomandazzjonijiet u previżjonijiet fuq terminu qasir, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, il-pajjiżi terzi tal-viċinat, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE fejn xieraq, li jikkondividu riskji komuni;

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal il-punt (aa):

 

(aa)  l-għoti ta' assistenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet, fuq talba;

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal il-punt (ab):

 

(ab)  il-koordinazzjoni tal-armonizzazzjoni tal-informazzjoni u l-gwida dwar is-sistemi ta' twissija, anki fil-livell transfruntier;

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c)  Fl-Artikolu 5(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(h)  tippromwovi l-użu ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament;

(h)  tippromwovi l-użu u l-koordinazzjoni ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri u r-rispons għalihom, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament sabiex jiżdiedu s-sinerġiji, fosthom bil-għan li jespandu u jaġġornaw il-kapaċitajiet materjali u tekniċi tagħhom;

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta' Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan;

(a)  jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti, u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta' Diċembru 2018 u kull sentejn wara dan;

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata sommarju tal-elementi rilevanti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija magħżula, sal-31 ta' Jannar 2019 u kull tliet snin wara dan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi, li għandhom ikopru kemm l-isforzi ta' terminu qasir kif ukoll dawk ta' terminu twil. L-Unjoni għandha tqis kif xieraq il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tħejjija tad-diżastri bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu futur ta' kondizzjonalità ex ante taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tingħata sommarju tal-elementi rilevanti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija magħżula, sal-31 ta' Jannar 2019 u kull sentejn wara dan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta' prevenzjoni u tħejjija speċifiċi, u għandha tipprovdilhom qafas gwida għat-tħejjija ta' tali pjanijiet, li għandhom ikopru kemm l-isforzi ta' terminu qasir kif ukoll dawk ta' terminu twil. L-Unjoni għandha tqis kif xieraq il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri, anki fil-livell reġjonali u lokali, fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tħejjija tad-diżastri bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu futur imsaħħaħ ta' kondizzjonalità ex ante għall-investimenti taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt k

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.  Fl-Artikolu 8, paragrafu 1, il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:

(k)  f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni ta' tħejjija komplementari u ta' appoġġ meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

"(k)  f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu azzjoni ta' tħejjija komplementari u ta' appoġġ addizzjonali meħtieġa, anki permezz tal-koordinazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni, sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R1303&from=MT)

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

 

"1a.  L-Istati Membri għandhom isaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi rilevanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti, b'mod konformi mal-qafas istituzzjonali u legali tagħhom."

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz tat-tħejjija ta' xenarji għar-reazzjoni bbażati fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6 u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-immappjar tal-assi u l-iżvilupp ta' pjani għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni.

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri, kemm għad-diżastri naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem, taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz tat-tħejjija ta' xenarji għar-reazzjoni bbażati fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6 u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-immappjar tal-assi u l-iżvilupp ta' pjani għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandha tiġi stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Dan għandu jikkonsisti minn konsorzju ta'kapaċitajiet ta' reazzjoni impenjati minn qabel mill-Istati Membri u jinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti.

1.  Għandha tiġi stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Dan għandu jikkonsisti minn sett ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni awtorizzati minn qabel mill-Istati Membri u jinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti, abbażi tal-prinċipju tad-dmir ċiviku li tingħata assistenza.

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt d

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 11 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Ir-referenzi għall-Kapaċità Ewropea ta' Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (l-EERC) u l-konsorzju volontarju għandhom jinftiehmu bħala referenza għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili."

10.  Ir-referenzi għall-Kapaċità Ewropea ta' Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (l-EERC) u d-dmir ċiviku li tingħata assistenza għandhom jinftiehmu bħala referenza għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili."

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tfittxija u salvataġġ urban;

(c)  tfittxija u salvataġġ fiż-żoni urbani, muntanjużi u forestali;

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi tar-riskji identifikati u billi tqis l-approċċ ta' periklu multiplu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Abbażi tar-riskji identifikati u meta jitqiesu l-approċċ ta' periklu multiplu u l-bżonn għal flessibbiltà għal dak li jikkonċerna l-kapaċitajiet ta' rispons, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta' kapaċitajiet ta' rispons meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni ta' rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-kmand u l-kontroll tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

7.  Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-kmand u l-kontroll tal-kapaċitajiet tar-rescEU u għandha tuża lingwa operattiva komuni u standardizzata li tista' tinftiehem mill-entitajiet kollha li jintervjenu f'każ ta' diżastri.

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  F'każ ta' mobilizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Istat Membru rikjedenti dwar il-mobilizzazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu u l-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.

8.  F'każ ta' mobilizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Istat Membru jew Stati Membri rikjedenti, jekk xieraq, dwar il-mobilizzazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu, inklużi l-kapaċitajiet ta' rispons tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll tal-voluntiera u l-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet differenti ta' reazzjoni għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.

9.  Il-koordinazzjoni bejn il-kapaċitajiet differenti ta' rispons għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni, billi jitqiesu, fost l-oħrajn, il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ reġjonali, u billi jintużaw, fejn xieraq, arranġamenti transfruntiera, fuq il-bażi tad-disponibbiltà u l-prossimità. Dik il-koordinazzjoni għandha tiġi ffaċilitata wkoll permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, inklużi ċ-ċentri ta' riċerka u taħriġ, l-universitajiet, ir-riċerkaturi u ċ-ċentri ta' eċċellenza fejn xieraq, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili li wkoll għandu jkun miftuħ għall-għarfien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika mal-pajjiżi terzi.

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b'koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta' għarfien rilevanti, fejn xieraq.

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda, it-tixrid tal-għarfien u l-programmi ta' komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku b'koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta' għarfien rilevanti, fejn xieraq.

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, il-punt a jinbidel b'dan li ġej:

(a)  tistabbilixxi u tmexxi programm ta' taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija, u r-rispons għalihom. Il-programm għandu jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta' esperti, li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati fi Stati Membri oħra.

(a)  tistabbilixxi u tmexxi programm ta' taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi mmirat biex jipprovdi għarfien espert speċjalizzat dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija, u r-rispons għalihom. Il-programm għandu jagħmel użu miċ-ċentri ta' eċċellenza u l-universitajiet eżistenti, fejn xieraq u jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta' esperti, li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati fi Stati Membri oħra. Il-programm għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-viċinat.

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9b)  Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

(f)  tistimola u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda rilevanti għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(f)  tistimola r-riċerka u l-innovazzjoni u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda rilevanti għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 20a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament mogħtija taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluż prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija taħt l-Artikoli 11, 12 u 21(2)(c).

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament mogħtija taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluż prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija taħt l-Artikoli 11, 12 u 21(2)(c). Għanha tiġi żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni bil-ħsieb li l-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jsiru viżibbli għaċ-ċittadini u li żżid il-fiduċja tagħhom fil-kapaċità tal-Unjoni fil-qasam ta' prevenzjoni tad-diżastri u r-rispons għalihom.

Emenda    37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt b – punt i

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ispejjeż meħtieġa biex il-kapaċitajiet ta' reazzjoni jiġu aġġornati jew imsewwija għal stat ta' tħejjija u disponibbiltà li jagħmilhom stazzjonabbli bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tar-Riżerva -Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili u, fejn relevanti, rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-proċess ta' ċertifikazzjoni ("spejjeż ta' adattament"). Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-operabbiltà ta' moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, awtonomija, awtosuffiċjenza, trasportabbiltà, spejjeż ta' imballaġġ u spejjeż neċessarji oħra, diment li dawk l-ispejjeż ikunu marbutin speċifikament mal-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.

(c)  l-ispejjeż meħtieġa biex il-kapaċitajiet ta' reazzjoni jiġu aġġornati jew imsewwija għal stat ta' tħejjija u disponibbiltà li jagħmilhom stazzjonabbli bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tar-Riżerva -Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili u, fejn relevanti, rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-proċess ta' ċertifikazzjoni ("spejjeż ta' adattament"). Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-operabbiltà ta' moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, awtonomija, awtosuffiċjenza, trasportabbiltà, spejjeż ta' imballaġġ u spejjeż neċessarji oħra, inklużi dawk marbuta mal-promozzjoni ta' volontarjat u taħriġ tal-voluntiera relatati mal-protezzjoni ċivili, diment li dawk l-ispejjeż ikunu marbutin speċifikament mal-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.

Emenda    38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom jitfittxu sinerġiji u kumplimentarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96."

2.  Għandhom jiġu żviluppati sinerġiji, komplementarjetà u aktar koordinazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta' koeżjoni, inkluż il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà, mingħajr ma jkollha ssir rilokazzjoni tal-fondi minn dawk l-oqsma. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Daniel Buda

7.12.2017

Eżami fil-kumitat

24.1.2018

27.3.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Victor Boştinaru, Rosa D’Amato, Aleksander Gabelic, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Konstantinos Papadakis, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Ruža Tomašić, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petras Auštrevičius, Daniel Buda, John Howarth, Ivana Maletić, Bronis Ropė, Damiano Zoffoli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Plura, Boris Zala

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

EFDD

Rosa D’Amato

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Ivana Maletić, Marek Plura, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Lambert van Nistelrooij

S&D

Victor Boştinaru, Aleksander Gabelic, Michela Giuffrida, John Howarth, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Boris Zala, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

1

-

NI

Konstantinos Papadakis

1

0

ECR

Ruža Tomašić

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4.4.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM)2017/0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

Għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Angelika Mlinar (rapporteur)

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE – kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – li l-UE tat l-impenn tagħha li tintegrah fl-attivitajiet kollha tagħha. B'mod partikolari, l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u jiddikjara li "fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prevenzjoni hija ta’ importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta’ diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni tar-riskju, li jorbot flimkien azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta’ diżastri speċifiċi, b’mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta’ prevenzjoni, inkluż billi jiġu żgurati rabtiet neċessarji ma’ politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(5)  Il-prevenzjoni hija ta’ importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta’ diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni tar-riskju, li jorbot flimkien azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ipprogrammar komprensiv sensittiv għall-ġeneru minħabba li d-diżastri naturali, id-diżastri kkważati mill-bniedem u l-politiki ambjentali jolqtu lill-irġiel u lin-nisa b’mod differenti. Għalhekk, sabiex jiġi żviluppat tnaqqis tar-riskju ta' diżastri li jkun ekwu u effikaċi u sabiex jiġu msaħħa l-mekkaniżmi tal-protezzjoni ċivili, il-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi jeħtieġ li jiġu inkorporati fil-fażijiet kollha - mill-prevenzjoni sal-proċessi ta' tħejjija u ta' rispons, inklużi valutazzjonijiet tar-riskju kondiviżi, interventi tal-ġestjoni tal-kriżijiet f’sitwazzjonijiet kemm ta' kunflitt kif ukoll ta' wara kunflitt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta’ diżastri speċifiċi, b’mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta’ prevenzjoni, inkluż billi jiġu żgurati rabtiet neċessarji ma’ politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

_____________________

_____________________

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Fl-azzjonijiet kollha tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tqis li minbarra l-effetti immedjati ta' diżastru, in-nisa jista’ jkollhom ħtiġijiet speċifiċi tal-kura tas-saħħa. L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li, bħala prijorità, jiżguraw li n-nisa tqal jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Jenħtieġ li jiġu pprovduti faċilitajiet, servizzi u riżorsi sanitarji u iġjeniċi matul l-istadji kollha tal-ġestjoni tar-riskju, b’kunsiderazzjoni speċjali u kuxjenza dwar il-ħtiġijiet partikolari tan-nisa u l-bniet.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  In-nisa u l-bniet huma f’riskju akbar li jesperjenzaw vjolenza fiżika u sesswali f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għalhekk, huwa vitali li l-proġetti ta' ġestjoni tad-diżastri jinkludu miżuri biex tiġi prevenuta l-vjolenza sessista u għal rispons effikaċi għaliha, bħalma huma miżuri biex in-nisa jinżammu sikuri wara diżastru, filwaqt li jiġu pprovduti servizzi ta' appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza sessista fosthom il-kura tas-saħħa, appoġġ psikoloġiku u tipi oħra ta’ għajnuna. Il-kwistjonijiet relatati mal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jenħtieġ li jiġu integrati fit-taħriġ u l-manwali eżistenti dwar it-tnaqqis tar-riskju u r-rispons ta’ emerġenza.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Biex jipprevjenu r-riskji partikolari li n-nisa u l-bniet iħabbtu wiċċhom magħhom f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u jirrispondu għal dawn ir-riskji b’mod aktar effikaċi, il-persunal u l-ħaddiema involuti fl-ippjanar, it-tħejjija għall-użu u l-ġestjoni fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-protezzjoni ċivili jenħtieġ li jirċievu taħriġ sensittiv għall-ġeneru. Għal dan l-iskop, id-djalogu u l-ħidma li għaddejjin bħalissa bejn in-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien għall-Protezzjoni Ċivili u netwerks u organizzazzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa b’għarfien espert fil-qasam tad-diżastri ambjentali huma importanti immens sabiex jinkiseb approċċ kompletament trasversali għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri fl-Unjoni u fl-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jeħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta’ azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(10)  Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jenħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta’ azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, iżda mhux akkost tal-pakketti finanzjarji allokati għal politiki ewlenin oħra tal-Unjoni bħal dawk li jippromwovu d-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza, il-ġustizzja jew l-iżvilupp uman fid-dinja kollha, inklużi l-fondi kollha allokati għal programmi u proġetti tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b’mod partikolari, meta jitqies li l-implimentazzjoni ta’ wħud minn dawn il-programmi rnexxiet b'mod eċċezzjonali (l-allokazzjonijiet ta' pagament għall-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (REC) laħqu aktar minn 99 % fit-tliet snin preċedenti).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda jeħtieġ li jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur tirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess u kronikament sottofinanzjati bħall-programmi relatati mad-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza (REC) u l-Ġustizzja. Ir-rata ta’ assorbiment ta' kważi 100% tal-programm REC timplika li l-ebda riżorsa ġdida ma tista' tittieħed minn dan il-programm mingħajr ma jintlaqtu ħażin proġetti u organizzazzjonijiet speċifiċi. Il-Kumitat FEMM kontinwament jindika l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament tal-REC fil-perspettiva ta' DAPHNE u l-programmi għall-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a  Jenħtieġ li jiġu ggarantiti finanzjament u allokazzjonijiet baġitarji separati għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rivedut. Meta titqies il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, iż-żieda fil-finanzjament għar-reviżjoni mmirata tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fis-snin 2018, 2019 u 2020 jenħtieġ li tittieħed kollha mill-mezzi kollha disponibbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/20131a, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti ta' politika ġodda jeħtieġ li jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur tirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess u kronikament sottofinanzjati bħall-programmi relatati mad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza u l-Ġustizzja.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b  L-ippjanar u l-allokazzjoni tal-finanzjament u l-ibbaġitjar għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rivedut jenħtieġ li jinkorporaw l-użu tal-perspettiva tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru, li jinvolvi valutazzjoni bbażata fuq il-ġeneru biex tiġi inkorporata aħjar perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi biex jiġu indirizzati kriżijiet ta’ emerġenza fl-isforzi ta' ġestjoni tar-riskju u l-prevenzjoni tad-diżastri .

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ prevenzjoni tad-diżastri: li jitkejjel bl-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u sommarju tal-ippjanar tal-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(a)  il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ prevenzjoni tad-diżastri: li jitkejjel bl-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u sommarju tal-ippjanar tal-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6. Il-valutazzjonijiet għandhom ikunu sensittivi għall-ġeneru;

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 12a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sentejn.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sentejn, b'data speċifika dwar l-inklużjoni tal-aspetti tal-ġeneru.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b’koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta’ għarfien rilevanti, fejn xieraq.” '

In-Netwerk għandu, filwaqt li jimmira għal kompożizzjoni bbilanċjata mil-lat tal-ġeneru, iwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b’koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta’ għarfien rilevanti, fejn xieraq.” '

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

2a.  Meta jwettqu l-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessi ta' taħriġ u kwalifiki, kif ukoll il-manwali dwar it-tnaqqis tar-riskju u r-rispons ta’ emerġenza jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b’enfasi speċjali fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u r-rispons għaliha;

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu addizzjonali huwa maħsub biex jintroduċi s-sensittività għall-ġeneru fin-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien għall-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ taħriġ u manwali.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data dwar diżastri tkun imqiegħda għad-dispożizzjoni, diżaggregata skont is-sess, kif mitlub mill-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri, biex jiġi indirizzat ir-rwol tan-nisa fl-ippjanar għat-tnaqqis tar-riskju u sabiex tiġi indirizzata l-perspettiva tal-ġeneru matul il-proċess kollu;

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu addizzjonali huwa maħsub biex jintroduċi s-sensittività għall-ġeneru fil-ġbir tad-data dwar diżastri. Għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni, id-data u l-istatistika huma essenzjali biex nifhmu u eventwalment nirrispondu għar-riskji ta’ diżastri. Il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri jgħid b'mod ċar li d-data rilevanti għandha tkun diżaggregata.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 480 630 000 fi prezzijiet attwali għandhom jittieħdu mill-Intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" tal-qafas finanzjarju pluriennali u EUR 150 936 000 fi prezzijiet attwali mill-Intestatura 4 "Ewropa Globali"."

L-approprjazzjonijiet neċessarji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandhom jiġu awtorizzati b'mod gradwali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-mezzi kollha disponibbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013*, b'rikors partikolari għall-Istrument ta' Flessibbiltà."

 

____________________

 

* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Ġustifikazzjoni

Il-proposti tal-politika ġodda għandhom jiġu akkumpanjati b'riżorsi ġodda. Ir-rapporteur tirrifjuta bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe riallokazzjoni għad-detriment ta' programmi ta' suċċess u kronikament sottofinanzjati bħall-programmi relatati mad-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza (REC) u l-Ġustizzja.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

8.2.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angelika Mlinar

21.2.2018

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2017)0772 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.12.2017

DEVE

14.12.2017

BUDG

14.12.2017

REGI

14.12.2017

 

FEMM

8.2.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

20.3.2018

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

15.3.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Elisabetta Gardini

16.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

8

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Urszula Krupa, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Nicola Caputo, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Karol Karski, Ulrike Müller, Stanislav Polčák, Bart Staes, Dubravka Šuica, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Jaromír Kohlíček, Miltiadis Kyrkos

Data tat-tressiq

23.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Nils Torvalds

ECR

Karol Karski, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha

EFDD

Piernicola Pedicini

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Esther Herranz García, György Hölvényi, Peter Jahr, Peter Liese, Lukas Mandl, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Dubravka Šuica, Adina-Ioana Vălean

S&D

Nikos Androulakis, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Miltiadis Kyrkos, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

8

-

ALDE

Jan Huitema

ECR

John Flack, John Procter

ENF

Sylvie Goddyn

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Bart Staes

5

0

EFDD

Julia Reid

GUE/NGL

Stefan Eck, Jaromír Kohlíček

NI

Zoltán Balczó

PPE

Julie Girling

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Mejju 2018Avviż legali