Proċedura : 2017/0090(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2018

Testi mressqa :

A8-0181/2018

Dibattiti :

PV 11/06/2018 - 15
CRE 11/06/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 12/06/2018 - 5.2
CRE 12/06/2018 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2019 - 10.17

Testi adottati :

P8_TA(2018)0244
P8_TA(2019)0437

RAPPORT     ***I
PDF 909kWORD 85k
23.5.2018
PE 616.810v02-00 A8-0181/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(COM(2017)0208 – C8-0147/2017 – 2017/0090(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Werner Langen

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(COM(2017)0208 – C8-0147/2017 – 2017/0090(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0208),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0147/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0181/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-27 ta' Lulju 2012, u daħal fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012. Ir-rekwiżiti li jinsabu fih, jiġifieri l-ikklerjar ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (OTC) standardizzati; ir-rekwiżiti tal-marġni; ir-rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju operattiv għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment; l-obbligi ta' rapportar għal kuntratti tad-derivattivi; ir-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) u r-rekwiżiti għal repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (TRs) jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi jżidu t-trasparenza tas-suq tad-derivattivi OTC u jnaqqsu r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv assoċjat mad-derivattivi OTC.

(2)  Is-simplifikazzjoni ta' ċerti oqsma koperti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u approċċ aktar proporzjonat għal dawk l-oqsma, huma f'konformità mal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni li jenfasizza l-bżonn tat-tnaqqis u s-simplifikazzjoni tal-ispejjeż sabiex il-politiki tal-Unjoni jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, u jimmira b'mod partikolari li jnaqqas il-piżijiet regolatorji u amministrattivi, mingħajr preġudizzju għall-objettiv ewlieni li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u jitnaqqsu r-riskji sistemiċi.

(3)  Is-sistemi ta' wara n-negozjar u s-swieq tal-kollateral effiċjenti u reżiljenti huma elementi essenzjali għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona tajjeb u dawn japprofondixxu l-isforzi biex jiġu appoġġati l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

(4)  Fl-2015 u fl-2016, il-Kummissjoni għamlet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Paralament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll input dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA"), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ("BERS") u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali ("SEBĊ"). Minn dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi deher li l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu appoġġati mill-partijiet ikkonċernati u ma kien meħtieġ l-ebda tiġdid maġġuri ta' dan ir-Regolament. Fit-23 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport ta' reviżjoni skont l-Artikolu 85(1) tar-Regolament Nru 648/2012. Għalkemm mhux id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma diġà applikabbli b'mod sħiħ u għalhekk għadu mhux possibbli li ssir evalwazzjoni komprensiva ta' dak ir-Regolament, ir-rapport identifika oqsma li jeħtieġu azzjoni mmirata biex jiġi żgurat li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jintlaħqu b'mod aktar proporzjonat, effiċjenti u effettiv.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jkopri l-kontropartijiet finanzjarji kollha li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' kontropartijiet finanzjarji tiġi emendata.

(6)  Ċerti kontropartijiet finanzjarji għandhom volum ta' attività fis-swieq tad-derivattivi tal-OTC li huwa baxx wisq biex jippreżenta riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja u ▌baxx wisq biex l-ikklerjar ċentrali jkun ekonomikament vijabbli. Dawk il-kontropartijiet, magħrufa komunement bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar (SFCs), jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar filwaqt li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit għall-iskambju tal-kollateral biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju sistemiku. L-eċċess tal-livell limitu tal-ikklerjar għal mill-inqas klassi waħda ta' derivattiv OTC minn SFC jenħtieġ li madankollu jiskatta l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha tad-derivattivi OTC minħabba l-interkonnettività tal-kontropartijiet finanzjarji u r-riskju sistemiku possibbli għas-sistema finanzjarja li jista' jirriżulta jekk dawk il-kuntratt tad-derivattivi ma jiġux ikklerjati ċentralment.

(7)  Il-kontropartijiet mhux finanzjarji huma anqas interkonnessi mill-kontropartijiet finanzjarji. Dawn ikunu wkoll spiss attivi fi klassi waħda ta' derivattiv OTC. Għalhekk, l-attività tagħhom toħloq inqas riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja mill-attività ta' kontropartijiet finanzjarji. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ li għalhekk jiġi ristrett, sabiex dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biss fir-rigward tal-klassi tal-assi jew tal-klassijiet tal-assi li jaqbżu l-livell limitu tal-ikklerjar ▌.

(7a)  Peress li l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji jippreżentaw riskji differenti, jeħtieġ li jiġu żviluppati żewġ livelli limiti tal-ikklerjar. Sabiex jitqies kwalunkwe żvilupp tas-swieq finanzjarji, jenħtieġ li dawk il-livelli limiti jkunu aġġornati regolarment.

(8)  Ir-rekwiżit biex jiġu kklerjati ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ joħloq inċertezza legali u kumplikazzjonijiet operattivi għal benefiċċji limitati. B'mod partikolari, ir-rekwiżit joħloq spejjeż u sforzi addizzjonali għall-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti u jista' wkoll jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq mingħajr ma jirriżulta f'titjib sinifikanti tal-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew tal-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipanti fis-suq. Dak ir-rekwiżit għalhekk jenħtieġ li jitneħħa.

(9)  Il-kontropartijiet b'volum limitat ta' attività fis-swieq tad-derivattivi OTC jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-ikklerjar ċentrali, kemm bħala klijent ta' membri tal-ikklerjar kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' kklerjar indirett. Ir-rekwiżit għall-membri tal-ikklerjar biex jiffaċilitaw servizzi ta' kklerjar indirett fuq termini kummerċjali raġonevoli għalhekk mhuwiex effiċjenti. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar b'mod dirett lil kontropartijiet oħrajn jew b'mod indirett billi jippermettu lill-klijenti tagħhom stess jipprovdu dawk is-servizzi lil kontropartijiet oħrajn jenħtieġ li għalhekk jiġu rikjesti b'mod espliċitu li jagħmlu dan skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti.

(10)  F'ċerti sitwazzjonijiet jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi sospiż l-obbligu tal-ikklerjar. L-ewwel nett, dik is-sospensjoni jenħtieġ li tkun possibbli meta l-kriterji li abbażi tagħhom klassi speċifika ta' derivattiv OTC tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar ma jibqgħux issodisfati aktar. Dan jista' jkun il-każ meta klassi tad-derivattiv OTC ma tibqax xierqa għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju jew meta jkun seħħ kambjament materjali f'waħda minn dawk il-kriterji fir-rigward ta' klassi partikolari ta' derivattiv OTC. Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta CCP tieqaf milli toffri servizz tal-ikklerjar għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti u CCPs oħrajn ma jkunux jistgħu jintervjenu malajr biżżejjed biex jieħdu f'idejhom dawk is-servizzi ta' kklerjar. Finalment, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta din tkun meqjusa neċessarja biex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

(11)  Ir-rapportar ta' tranżazzjonijiet storiċi wera li huwa diffiċli minħabba n-nuqqas ta' ċerti dettalji ta' rapportar li ma kinux meħtieġa li jiġu rrapportati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 iżda issa huma meħtieġa. Dan wassal għal rata għolja ta' nuqqas ta' rapportar u kwalità fqira ta' data rrapportata, filwaqt li l-piż tar-rapportar ta' dawk it-tranżazzjonijiet huwa sinifikanti. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li dik id-data storika tibqa' ma tintużax. Barra minn hekk, sakemm id-data ta' skadenza għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet storiċi tkun saret effettiva, numru ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikunu diġà skadew u, magħhom, l-esponimenti u r-riskji korrispondenti. Biex tiġi rrimedjata dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit li jiġu rrapportati tranżazzjonijiet storiċi.

(12)  It-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-iħħeġġjar intern fil-gruppi. Dawk it-tranżazzjonijiet għalhekk ma jikkontribwux b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u għall-interkonnettività, iżda l-obbligu li jiġu rrapportati dawk it-tranżazzjonijiet jimponi spejjeż u piżijiet importanti fuq il-kontropartijiet mhux finanzjarji. It-tranżazzjonijiet kollha bejn affiljati fi ħdan il-grupp meta mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta' rapportar, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux finanzjarja.

(13)  Ir-rekwiżit li jiġu rrapportati kuntratti tad-derivattivi nnegozjati fil-Borża (exchange-traded derivative, "ETDs") jimponi piż sinifikanti fuq il-kontropartijiet minħabba l-volum għoli ta' ETDs li jiġu konklużi fuq il-bażi ta' kuljum. Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità fuq ir-rapportar superviżorju, li ġiet ippubblikata fl-1 ta' Diċembru 2017, għandha l-għan li tiġbor evidenza dwar il-kost tal-konformità mal-ħtiġijiet tar-rapportar superviżorju eżistenti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-konsistenza, il-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-Unjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Din il-konsultazzjoni tipprovdi opportunità biex l-awtoritajiet jivvalutaw ir-rapportar tal-ETD b'mod olistiku flimkien mar-reġimi ta' rapportar regolatorju eżistenti u futuri kollha, tippermetti lill-awtoritajiet iqisu l-ambjent ta' rapportar ġdid wara l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014▌(6) u tipprovdi l-possibbiltà li jsiru proposti biex jitnaqqas b'mod effettiv il-piż minn fuq il-parteċipanti fis-suq li huma meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet tal-ETD. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis dawk is-sejbiet sabiex tipproponi bidliet futuri fir-rekwiżiti tar-rapportar skont l-Artikolu 9(1) fir-rigward tar-rapportar tal-ETD.

(14)  Biex jitnaqqas il-piż tar-rapportar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji mhux soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-kontroparti finanzjarja jenħtieġ li tkun unikament responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar ta' sett ta' data uniku fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li tkun daħlet għalihom ma' kontroparti mhux finanzjarja li mhijiex soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar ▌kif ukoll għall-iżgurar tal-eżattezza tad-dettalji rrapportati. Sabiex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligu tar-rapportar tagħha, jenħtieġ li l-kontroparti mhux finanzjarja tipprovdi d-dettalji relatati mat-tranżazzjonijiet tad-derivattiv OTC li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tiġi raġonevolment mistennija li jkollha. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li kontroparti mhux finanzjarja tagħżel li tirrapporta l-kuntratti tad-derivati OTC tagħha. F'dak il-każ, il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li tinforma kif xieraq lill-kontroparti finanzjarja u tkun responsabbli, anke legalment, għar-rapportar ta' dik id-data u għall-iżgurar tal-eżattezza tagħha.

(15)  Ir-responsabbiltà għar-rapportar ta' kuntratti tad-derivattivi oħrajn jenħtieġ li tiġi ddeterminata wkoll. Jenħtieġ li għalhekk jiġi speċifikat li l-kumpanija ta' ġestjoni ta' impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertaking for collective investment in transferable securities, "UCITS") hija responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar f'isem dik l-UCITS fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li tkun daħlet għalihom dik l-UCITS kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati. B'mod simili, il-maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv ("AIF") jenħtieġ li jkun responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar f'isem dak l-AIF fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li dak l-AIF ikun daħal għalihom kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati.

(16)  Biex jiġu evitati l-inkonsistenzi madwar l-Unjoni fl-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, is-superviżuri jenħtieġ li japprovaw proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u b'segregazzjoni xierqa tal-kollateral tal-kontropartijiet, jew kwalunkwe bidla sinifikanti għal dawk il-proċeduri, qabel ma jkunu applikati.

(16a)  Sabiex tiġi evitata diverġenza regolatorja internazzjonali, u fid-dawl tan-natura partikolari tan-negozjar f'tali derivati, l-iskambju obbligatorju tal-marġni ta' varjazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet forward tar-rata tal-kambju fiżikament issaldati u derivati swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju fiżikament issaldati, jenħtieġ li japplika biss għal tranżazzjonijiet bejn il-kontropartijiet l-aktar sistemiċi, jiġifieri l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(16b)  Is-servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozju, bħall-kompressjoni tal-portafoll, jistgħu jwasslu għal tnaqqis tar-riskju sistemiku. Permezz tat-tnaqqis tar-riskji fil-portafolli tad-derivati eżistenti, u mingħajr tibdil tal-pożizzjoni kumplessiva fis-suq tal-portafoll, dawn jistgħu jnaqqsu kemm l-iskoperturi tal-kontroparti kif ukoll ir-riskju tal-kontroparti assoċjat mal-akkumulazzjoni ta' pożizzjonijiet pendenti gross. "Kompressjoni tal-portafoll" hija definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex dan ir-Regolament jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn meħtieġ, u b'kont meħud tad-differenzi bejn dawn iż-żewġ Regolamenti u l-potenzjal li l-obbligu tal-ikklerjar jiġi evitat, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-ESMA u l-BERS, jenħtieġ li tivvaluta liema servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozju jistgħu jingħataw eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar.

(17)  Biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-marġni inizjali u biex is-CCPs jinżammu milli jimmodifikaw il-mudelli tal-marġni inizjali tagħhom b'modi li jistgħu jidhru proċikliċi, is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b'għodod biex jistimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inzjali tagħhom u b'ħarsa ġenerali dettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw. Dan huwa konsistenti mal-istandards internazzjonali ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, u b'mod partikolari mal-qafas ta' divulgazzjoni ppubblikat f'Diċembru 2012(7) u l-istandards tad-divulgazzjoni kwantitattiva pubblika għall-kontropartijiet ċentrali ppubblikati fl-2015(8), rilevanti għat-trawwim ta' fehim preċiż tar-riskji u l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe parteċipazzjoni f'CCP mill-membri tal-ikklerjar u t-titjib tat-trasparenza tas-CCPs lejn il-parteċipanti fis-suq.

(18)  Għad hemm inċertezzi dwar kemm l-assi miżmuma fl-omnibus jew f'kontijiet segregati individwali huma ta' insolvenza remota. Għalhekk mhuwiex ċar f'liema każijiet is-CCPs jistgħu b'biżżejjed ċertezza legali jittrasferixxu l-pożizzjonijiet tal-klijent meta membru tal-ikklerjar ifalli, jew f'liema każijiet is-CCPs jistgħu, b'biżżejjed ċertezza legali, iħallsu r-rikavati tal-likwidazzjoni direttament lill-klijenti. Biex jiġi inċentivat l-ikklerjar u biex jitjieb l-aċċess għalih, ir-regoli relatati mal-qagħda remota tal-insolvenza ta' dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu ċċarati.

(19)  Il-multi li l-ESMA tista' timponi fuq ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet taħt is-superviżjoni diretta tagħha jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħat superviżorji tal-ESMA u biex tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-esponimenti tad-derivattivi OTC. Qiegħed jidher li l-ammont ta' multi previsti inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma humiex dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-fatturat tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u dan jista' potenzjalment ikun ta' xkiel għall-effettività tas-setgħat superviżorji tal-ESMA skont dak ir-Regolament, fil-konfront tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Il-limitu massimu tal-ammonti bażiċi tal-multi jenħtieġ li għalhekk jiżdied.

(20)  L-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-data rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni fejn ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu t-trattament ta' din id-data jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz u fejn il-pajjiż terz jipprevedi obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet tal-Unjoni għal data rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz.

(21)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) jippermetti li ssir proċedura simplifikata ta' reġistrazzjoni għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ proċedura tar-reġistrazzjoni ssimplifikata simili għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-kuntratt tad-derivattivi.

(22)  L-insuffiċjenza tal-kwalità u t-trasparenza tad-data prodotta mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tagħmilha diffiċli għall-entitajiet li ngħataw aċċess għal din id-data biex jużawha biex jimmonitorjaw is-swieq tad-derrivattivi u tipprevjeni lir-regolaturi u lis-superviżuri milli jidentifikaw riskji ta' stabbiltà finanzjarja fi żmien debitu. Biex titjieb il-kwalità u t-trasparenza tad-data u biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma' dawk tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti tar-rapportar, u b'mod partikolari aktar armonizzazzjoni tal-istandards, il-metodi u l-arranġamenti tad-data għar-rapportar, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għall-validazzjoni tad-data rrapportata dwar il-kompletezza u l-eżattezza tagħhom, u r-rikonċiljazzjoni tad-data ma' repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-kontropartijiet, wara talba, aċċess għad-data kollha rrapportata f'isimhom biex dawn il-kontropartiijiet ikunu jistgħu jivverifikaw l-eżattezza ta' din id-data.

(22a)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiżdied it-tqabbil tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-ESMA tintroduċi standard komuni tal-Unjoni għar-rapportar lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Peress li s-CCPs u kontropartijiet finanzjarji oħrajn qegħdin jassumu dmirijiet ta' rapportar delegati, format uniku jżid l-effiċjenza għall-parteċipanti kollha.

(23)  F'termini tas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 stabbilixxa ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li l-kontropartijiet għalhekk ikunu jistgħu jagħżlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jixtiequ jagħmlu r-rapport lilu u jenħtieġ li jkunu jistgħu jeqilbu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jekk dawn jagħżlu li jagħmlu dan. Biex tiġi ffaċilitata dik il-qalba u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data mingħajr duplikazzjoni, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu politiki xierqa biex jiżguraw it-trasferiment b'mod ordnat tad-data rrapportata lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub minn impriża soġġetta għall-obbligu ta' rapportar.

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi li l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għal arranġamenti tal-iskema tal-pensjoni (PSAs), sakemm ma tiġix żviluppata soluzzjoni teknika xierqa mis-CCPs għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni. Minħabba li sa issa għadha ma ġietx żviluppata soluzzjoni vijabbli li tiffaċilita l-PSAs, dik id-deroga temporanja jenħtieġ li tiġi estiża biex tapplika għal sentejn oħra fir-rigward tal-maġġoranza kbira ħafna tal-PSAs. L-ikklerjar ċentrali jenħtieġ li madankollu jibqa' l-għan aħħari meta jitqies li l-iżviluppi regolatorji u tas-suq attwali jippermettu lill-parteċipanti tas-suq biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa f'dan il-perjodu ta' żmien. Bl-għajnuna tal-ESMA, l-EBA, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-BERS, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-progress magħmul mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-PSAs lejn soluzzjonijiet vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-PSAs fl-ikklerjar ċentrali u tħejji rapport fuq dak il-progress. Dan ir-rapport jenħtieġ li jkopri wkoll is-soluzzjonijiet u l-ispejjeż relatati għall-PSAs, u b'hekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi regolatorji u tas-suq bħal bidliet għat-tip ta' kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. ▌Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li testendi dik id-deroga għal sena oħra jekk hija tqis li l-partijiet ikkonċernati jkunu qablu dwar soluzzjoni u jkun meħtieġ iktar żmien biex din tiġi implimentata.

(24a)  Il-PSAs żgħar, minbarra dawk ikklassifikati bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar, ma jippreżentawx l-istess riskji bħall-PSAs kbar u huwa xieraq li jitħallew ikollhom perjodu itwal ta' eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar. Għal tali PSAs, il-Kummissjoni jenħtieġ li testendi l-eżenzjoni minn dak l-obbligu għal tliet snin. Jekk, sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni tqis li l-PSAs żgħar ikunu għamlu l-isforz meħtieġ biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa ħalli jipparteċipaw fl-ikklerjar ċentrali u li l-effett avvers tal-ikklerjar ċentrali tal-kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti jibqa' l-istess, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi testendi d-deroga b'sentejn oħra. Wara li tiskadi l-eżenzjoni, il-PSAs żgħar jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament bħall-entitajiet l-oħra kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Minħabba l-volumi iżgħar ta' kuntratti tad-derivati konklużi minn PSAs żgħar, mhux mistenni li se jaqbżu l-limiti li jiskattaw l-obbligu tal-ikklerjar. B'riżultat ta' dan, anke wara li tiskadi l-eżenzjoni, il-maġġoranza tal-PSAs żgħar xorta waħda mhux se jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

(24b)  L-eżenzjoni għall-PSAs jenħtieġ li tkompli tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u, jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara s-16 ta' Awwissu 2018, jenħtieġ li tapplika wkoll b'mod retroattiv għall-kuntratti tad-derivati OTC kollha eżegwiti wara dik id-data. L-applikazzjoni retroattiva ta' din id-dispożizzjoni hija meħtieġa biex jiġi evitat distakk bejn it-tmiem tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni eżistenti u l-eżenzjoni l-ġdida, peress li t-tnejn għandhom l-istess għan.

(25)  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali relatati mad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-ikklerjar huma kkunsidrati ġusti, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu li fih l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għall-PSAs.

(26)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni għall-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(27)  Biex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-proċeduri tal-mitigazzjoni tar-riskju, ir-reġistrazzjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rapportar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta standards tekniċi regolatorji abbozzati żviluppati mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA rigward il-proċeduri superviżorji biex tiġi żgurata validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-kollateral segregat f'waqtu, preċiż u kif suppost, id-dettalji ta' applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa diġà rreġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365, id-dettalji tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tippreżenta, il-kompletezza u l-eżattezza tal-informazzjoni rrapportata u d-dettalji tal-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill(12) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill(13).

(28)  Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tal-istandards tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-klassijiet differenti tad-derivattivi u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar.

(29)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi żgurata l-proporzjonalità tar-regoli li wasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità mhux meħtieġa mingħajr ma titqiegħed l-istabbiltà finanzjarja f'riskju u li tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-esponimenti tad-derivattivi OTC, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(30)  L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk tiġi ddifferita biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni essenzjali kollha u l-parteċipanti fis-suq jkunu permessi jieħdu l-passi kollha neċessarji għal skopijiet ta' konformità.

(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u ta opinjoni nhar il-[…].

(32)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(32a)  L-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-obbligu tan-negozjar għad-derivati skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati meta jkun neċessarju u xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport dwar il-bidliet li saru għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward l-ambitu tal-entitajiet soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, kif ukoll il-mekkaniżmu ta' sospensjoni, li jenħtieġ li jsiru wkoll għall-obbligu tan-negozjar għad-derivati kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 600/2014.ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(-1)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a)  għal banek ċentrali u korpi pubbliċi oħra responsabbli għall-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'tali ġestjoni;

(b)  għall-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

(c)  għall-banek multilaterali tal-iżvilupp, skont kif elenkat fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

(-1a)  Fl-Artikolu 1, paragrafu 5, il-punt a huwa mħassar;

(1)  Fl-Artikolu 2, il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(8)  "kontroparti finanzjarja" tfisser ditta ta' investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE, ditta' ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), UCITS awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, ħlief jekk dik l-UCITS tkun relatata ma' pjan ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, fond ta' investiment alternattiv (AIF) skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE, stabbilit fl-Unjoni jew ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew irreġistrat skont id-Direttiva 2011/61/UE, ħlief jekk dan l-AIF ikun relatat ma' pjan ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, u, fejn rilevanti, l-AIFM tiegħu jkun stabbilit fl-Unjoni; u depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) ▌;";

(2)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punti minn (i) sa (iv) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(i)  bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);

(ii)  bejn kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iii)  bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iv)  bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;";

(b)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)  huma konklużi jew ikun hemm novazzjoni tagħhom jew::

(i)  fid-data jew wara d-data minn meta l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ; jew

(ii)  fid-data jew wara d-data minn meta ż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a).";

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"3a.  Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm jekk b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha mfassla għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-kunflitti ta' interess fi ħdan grupp ta' entitajiet affiljati, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, mhux diskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar.

Il-klijenti jew il-membri tal-ikklerjar għandhom jitħallew jikkontrollaw ir-riskji konnessi mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

3b.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom it-termini kummerċjali għas-servizzi tal-ikklerjar, imsemmija fil-paragrafu 3a, jitqiesu li huma ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni għandha ▌s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(3)  Jiżdied l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

Kontropartijiet finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.  Kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivati OTC tista' tikkalkula, fuq bażi annwali, il-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta l-kontraparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjoni tagħha jew ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-Artikolu 10(4)(b), il-kontroparti finanzjarja għandha:

(a)  tinnotifika minnufih lill-ESMA u l-awtorità kompetenti rilevanti tagħha;

(b)  tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri, irrispettivament mill-klassi tal-assi jew mill-klassijiet tal-assi li għaliha jista' jinqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar; u

(c)  tikklerja l-kuntratti msemmija fil-punt (b) fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Kontroparti finanzjarja li tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1 u sussegwentement turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti ma għadhiex taqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tibqa' soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4.

2a.  Meta kontroparti finanzjarja preċedentement eżentata ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1, hija għandha tikklerja l-kuntratti tad-derivati OTC tagħha fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għal dak l-obbligu tal-ikklerjar.

3.  Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivattivi OTC mdaħħla fis-seħħ minn dik il-kontroparti finanzjarja jew imdaħħla fis-seħħ minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.";

(4)  Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) huwa mħassar;

(4a)  Fl-Artikolu 6, paragrafu 2, wara l-punt d jiddaħħal il-punt li ġej:

"(da)  f'kull klassi ta' derivattivi OTC imsemmija fil-punt (d), id-dettalji tat-tipi ta' kuntratt li għalihom is-CCPs rilevanti ġew awtorizzati biex jikklerjaw u d-data li fiha dawk is-CCPs ingħataw l-awtorizzazzjoni sabiex jikklerjaw dawk il-kuntratti;";

(5)  Fl-Artikolu 6(2), il-punt (e) huwa mħassar;

(6)  Jiżdied l-Artikolu 6b li ġej:

"Artikolu 6b

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar f'sitwazzjonijiet oħra għajr ir-riżoluzzjoni

1.  F'ċirkostanzi oħrajn għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6a(1), l-ESMA tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-klassi tad-derivattiv OTC ma tkunx aktar adatta għall-ikklerjar ċentrali fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5;

(b)  CCP x'aktarx li tieqaf tikklerja dik il-klassi speċifika ta' derivattiv OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dik il-klassi speċifika ta' derivattiv OTC mingħajr interruzzjoni;

(c)  is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dak l-għan.

Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkonsulta mal-BERS qabel it-talba msemmija hemmhekk.

Meta l-ESMA titlob li l-Kummissjoni tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), din għandha tipprovdi raġunijiet u tippreżenta evidenza li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu hija ssodisfata. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-talba tal-ESMA.

1a.  It-talba għal sospensjoni mill-ESMA kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' ssir minn awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. Meta l-awtorità kompetenti titlob li l-ESMA tippreżenta talba għal sospensjoni, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hija ssodisfata.

L-ESMA għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal talba mill-awtorità kompetenti u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassi speċifika tad-derivat OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1, jew inkella tirrifjuta t-talba tal-awtorità. L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha u tipprovdi raġunament dettaljat li jispjegaha.

2.  It-talba msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

3.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 48 siegħa mit-talba msemmija fil-paragrafu 1 u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassi speċifika tad-derivati OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha u għandha tipprovdi raġunament dettaljat li jispjegaha.Il-Kummissjoni mbagħad għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar ▌għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA u din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

5.  Sospensjoni ta' obbligu tal-ikklerjar skont dan l-Artikolu għandha tkun valida għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dik is-sospensjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.  Meta r-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom validi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA u lill-BERS, tista' testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perjodu wieħed jew aktar ta' xahar, li b'mod kumulattiv ma jaqbżux is-sitt xhur mit-tmiem tal-perjodu inizjali tas-sospensjoni. Għandha tiġi ppubblikata estensjoni tas-sospensjoni skont l-Artikolu 4.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-ESMA u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li testendi sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni fuq l-estensjoni tas-sospensjoni fi żmien 48 siegħa minn dik in-notifika.";

(7)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Il-kontropartijiet finanzjarji, il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u s-CCPs għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivati li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrapportati skont il-paragrafu 1a lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivati li ▌daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.

Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar m'għandux japplika għal kuntratti tad-derivati OTC fi ħdan l-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja jekk tkun stabbilita fl-Unjoni, dment li:

(a)  iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;

(b)  iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u

(c)  l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.";

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

"1a.  Id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati kif ġej:

(b)  ▌id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejn kontroparti finanzjarja u kontroparti mhux finanzjarja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandhom jiġu rrapportati kif ġej:

(i)  il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli u legalment responsabbli għar-rapportar ta' sett uniku ta' data, kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati. Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha meħtieġa biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja bid-dettalji relatati mal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom, li wieħed jista' jissuponi raġonevolment li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tiġi raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja hija responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu preċiżi.

(ii)  minkejja l-punt (1), kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew biex tiddaħħal fis-seħħ sistema ta' rapportar jistgħu jagħżlu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivati OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom minn qabel. Ir-responsabbiltà u r-responsabbiltà legali għar-rapportar u għall-iżgurar tal-preċiżjoni ta' dawk id-dettalji, f'dan il-każ għandhom jibqgħu tal-kontropartijiet mhux finanzjarji.

(ba)  fil-każ ta' kuntratti tad-derivati OTC konklużi minn kontroparti mhux finanzjarja li ma tkunx soġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ma' entità stabbilita f'pajjiż terz li tkun kontroparti finanzjarja jekk stabbilita fl-Unjoni, tali kontroparti mhux finanzjarja m'għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont l-Artikolu 9 u m'għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivati OTC meta:

(i)  is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun tqieset ekwivalenti skont l-Artikolu 13, u l-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat informazzjoni bħal din skont is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz tagħha;

(ii)  is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz ikkonċernat ma tkunx ġiet iddikjarata ekwivalenti skont l-Artikolu 13, il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz, daqslikieku kienet kontroparti finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, tagħżel li tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu u tirreġistra mal-ESMA.

L-ESMA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħha reġistru tal-Unjoni kollha tal-kontropartijiet finanzjarji tal-pajjiżi terzi li jagħżlu li jkunu soġġetti għal dan l-Artikolu skont il-punt (ii);

(c)  il-kumpanija ta' ġestjoni ta' UCITS għandha tkun responsabbli għar-rapportar tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC li għalihom dik l-UCITS hija kontroparti kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati;

(d)  il-maniġer ta' AIF għandu jkun responsabbli għar-rapportar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivati OTC li għalihom l-AIF huwa kontroparti kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati;

(e)  il-kontropartijiet u s-CCPs li jirrapportaw il-kuntratti tad-derivati OTC lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jiżguraw li d-dettalji tal-kuntratti tagħhom tad-derivati jiġu rrapportati b'mod preċiż u mingħajr duplikazzjoni.

Il-kontropartijiet u s-CCPS soġġetti għall-obbligu ta' rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddelegaw dak l-obbligu ta' rapportar.

1b.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu pprovduti minn kontroparti finanzjarja ta' pajjiż terz għar-reġistrazzjoni tagħha mal-ESMA msemmija fil-punt (ba)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) 1095/2010.";

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-ESMA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)  l-istandards u l-formati tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(i)  identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (legal entity identifiers, "LEIs");

(ii)  numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, "ISIN");

(iii)  identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, "UTIs");

(b)  il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;

(c)  il-frekwenza tar-rapporti;

(d)  id-data sa meta l-kuntratti tad-derivati għandhom jiġu rrapportati, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali għal kuntratti konklużi qabel ma japplika l-obbligu ta' rapportar.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi, l-ESMA għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365* u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

__________________________________________________________________

*  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(8)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 sa 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.  Kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivati OTC tista' tikkalkula, fuq bażi annwali, il-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta l-kontraparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjoni tagħha jew ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-paragrafu 4(b), dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

(a)  tinnotifika minnufih lill-ESMA u lill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 5 tiegħu;

(b)  meta ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri fil-klassijiet tal-assi kollha u għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(3);

(ba)  meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu jaqbeż il-livelli limitu tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 4, tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi li għalihom inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar u tkun eżentata mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(3) fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi l-oħra li għalihom ma nqabiżx il-livell limitu tal-ikklerjar;

(c)  tikklerja l-kuntratti msemmija fil-punt (b) fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Kontroparti mhux finanzjarja li tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u sussegwentement turi lill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 5 li l-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti m'għadhiex taqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 1, m'għandhiex tibqa' soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4.

3.  Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha konklużi mill-kontroparti mhux finanzjarja jew minn entitajiet mhux finanzjarji oħra fil-grupp li għalih il-kontroparti mhux finanzjarja tappartjeni, li mhumiex oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew attività ta' finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta' dak il-grupp.

4.  Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, li jispeċifikaw:

(a)  il-kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew ta' finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3; u

(b)  il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar, li jiġu ddeterminati filwaqt li tiġi kkunsidrata r-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi ta' derivati OTC.

L-ESMA tista' tiżviluppa livelli limitu tal-ikklerjar distinti għall-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji filwaqt li tqis l-interkonnessjoni tal-kontropartijiet finanzjarji u r-riskju sistemiku ogħla tagħhom.

Wara li twettaq konsultazzjoni miftuħa mal-pubbliku, l-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2012 u għandha taġġornahom regolarment.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, l-ESMA għandha teżamina perjodikament il-livelli limitu msemmija fil-punt (b) u, fejn meħtieġ, b'mod partikolari biex tiżgura parteċipazzjoni akbar fl-ikklerjar ċentrali, tipproponi standards tekniċi regolatorji sabiex dawn jiġu emendati.";

(8a)  Fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 meta waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja li ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1).";

(8b)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

"3.  Il-kontropartijiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fis-16 ta' Awwissu 2012 jew wara. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 10 ma jistgħux japplikaw proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi li għalihom ma jkunx inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar.”;

(9)  Il-paragrafu 15 tal-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)  il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta' arranġamenti tal-kollateral u s-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll proċeduri superviżorji relatati biex tiġi żgurata l-validazzjoni inizjali u kontinwa ta' dawk il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju;";

(b)  L-ewwel sentenza tas-subparagrafu 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].";

(10)  Fl-Artikolu 38, jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

"6.  CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha għodda ta' simulazzjoni li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont fuq bażi grossa, tal-marġni inizjali addizzjonali li s-CCP tista' tirrikjedi wara l-ikklerajr ta' tranżazzjoni ġdida. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta' aċċess sigur u r-riżultati tas-simulazzjoni m'għandhomx ikunu vinkolanti.

7.  CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni fuq il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża. Dik l-informazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  tispjega b'mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jopera;

(b)  tiddeskrivi b'mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;

(c)  tkun iddokumentata.";

(11)  Fl-Artikolu 39, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

"11.  Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza m'għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 tal-Artikolu 48 fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.";

(12)  L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 55(1), repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-ESMA:

(a)  applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b)  applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365.";

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)  id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a);

(b)  id-dettalji ta' applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)  il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a);

(b)  il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b).

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format issimplifikat.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(12a)  Fl-Artikolu 62, il-paragrafu 5 huwa mħassar.

(12b)  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Biex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post fi kwalunkwe bini jew proprjetà tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-ESMA tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.";

(12c)  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini jew proprjetà tan-negozju tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha kif imsemmija fl-Artikolu 62(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u ktieb jew reġistru ta' negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni.";

(12d)  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 8 huwa mħassar.

(12e)  Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

"4.  Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Tali persuni għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.";

(12f)  Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8.  L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet xierqa għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi meta tkun taf li liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata b'riżultat ta' proċedimenti kriminali skont id-dritt nazzjonali.";

(12g)  Fl-Artikolu 65(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(13)  L-Artikolu 65(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a), "EUR 20 000" hija sostitwita b'"EUR 200 000";

(b)  fil-punt (b), "EUR 10 000" hija sostitwita b'"EUR 100 000";

(c)  jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

"(c)  għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammont tal-multi għandu jkun mill-inqas EUR 5 000 u m'għandux jaqbeż EUR 10 000.";

(13a)  Fl-Artikolu 67(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja jew ħsara sinifikanti u imminenti lill-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, inklużi l-istabbiltà jew il-preċiżjoni tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu mill-aktar fis possibbli wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.";

(14)  Fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  L-ammont ta' tariffa mitluba lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-ESMA għar-reġistrazzjoni u l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati.";

(15)  Jiddaħħal l-Artikolu 76a li ġej:

"Artikolu 76aAċċess dirett reċiproku għad-data

1.  Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan.

2.  Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu awtorizzati kif suppost;

(b)  is-superviżjoni effettiva tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-infurzar effettiv tal-obbligi tagħhom f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;

(c)  ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali u dawk il-garanziji jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament, inkluża l-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet;

(d)  ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.";

(16)  Fl-Artikolu 78, jiżdiedu l-paragrafi 9 u 10 li ġejjin:

"(9)  Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:

(a)  proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(b)  proċeduri biex jiġu assigurati l-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data rrapportata;

(c)  politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella meta jkun meħtieġ.

(10)  Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)  il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(b)  il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 9.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(17)  L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (q) li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 3:

"(q)  l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76(a);";

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

"3a.  Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet u lis-CCPs imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1a) bl-informazzjoni rrapportata f'isimhom.";

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)  l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew magħmula disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;

(b)  il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(c)  l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;

(d)  it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(18)  L-Artikolu 82(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikolu 72(3), l-Artikolu 76a u l-Artikolu 85(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.";

(19)  L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprepara rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li janalizza l-impatt fuq il-parteċipanti fis-suq tal-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2018/... [dan ir-Regolament emendatorju] għas-sistema ta' rapportar. B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu jivvaluta l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rispettivi li jippermettu d-delega tar-rapportar lill-kontropartijiet finanzjarji u li jirrikjedu r-rapportar tal-kuntratti mis-CCPs u l-investigazzjoni ta' jekk dawk id-dispożizzjonijiet il-ġodda kellhomx l-effett intenzjonat li jnaqqsu l-piż tar-rapportar għal kontropartijiet iżgħar. Għandu jinvestiga wkoll kif dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda affettwaw il-kompetizzjoni bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u jekk u l-punt sa fejn dawn irriżultaw f'ambjent inqas kompetittiv u inqas libertà tal-għażla għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom.

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Sa [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju, u kull sena minn hemm 'il quddiem sa ... sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk ġewx żviluppati soluzzjonijiet tekniċi vijabbli għat-trasferiment mill-PSAs ta' kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni u l-ħtieġa għal kwalunkwe miżura biex jiġu ffaċilitati dawk is-soluzzjonijiet tekniċi.

L-ESMA għandha, sa [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], u kull sena minn hemm 'il quddiem sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-EIOPA, l-EBA u l-BERS, tissottometti rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

(a)  jekk is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-PSAs għamlux sforz xieraq u żviluppawx soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-PSAs fl-ikklerjar ċentrali billi jiġi impustat kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni, inklużi l-implikazzjonijiet ta' dawk is-soluzzjonijiet fuq il-likwidità u l-proċikliċità fis-suq u l-implikazzjonijiet legali potenzjali tagħhom jew implikazzjonijiet oħra;

(b)  il-volum u n-natura tal-attività tal-PSAs fi swieq tad-derivati OTC ikklerjati u mhux ikklerajti, skont il-klassi tal-assi, u kwalunkwe riskju sistemiku relatat mas-sistema finanzjarja;

(c)  il-konsegwenzi li l-PSAs jissodisfaw ir-rekwiżit tal-ikklerjar fuq l-istrateġiji tal-investiment tagħhom, inkluż kwalunkwe tibdil fl-allokazzjoni tagħhom ta' assi fi flus u mhux fi flus;

(d)  l-implikazzjonijiet tal-livelli limitu tal-ikklerajr imsemmija fl-Artikolu 10(4) għall-PSAs;

(e)  l-impatt ta' rekwiżiti legali oħrajn fuq id-differenzjal tal-ispejjeż bejn tranżazzjonijiet tad-derivati OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, inklużi rekwiżiti tal-marġni għal derivati mhux ikklerjati u l-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)  jekk humiex neċessarji aktar miżuri biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kklerjar għall-PSAs.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1) darba, b'sentejn, meta tikkonkludi li ma ġiet żviluppata ebda soluzzjoni teknika vijabbli u li l-effett avvers tal-ikklerjar b'mod ċentrali ta' kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar ta' pensjonanti futuri jibqa' mhux mibdul.";

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] ▌il-Kummissjoni għandha:

(a)   tippreżenta proposta għal soluzzjoni vinkolanti, għajr eżenzjonijiet permanenti jew temporanji oħra tal-PSAs mill-obbligu tal-ikklerjar, jekk tqis li ma nstabet ebda soluzzjoni mill-partijiet ikkonċernati; jew

(b)  tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 89(1) darba, b'sena, biss jekk tqis li ntlaħaq qbil dwar soluzzjoni mill-partijiet ikkonċernati u li jinħtieġ żmien addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' dik is-soluzzjoni; jew

(c)   tħalli l-eżenzjoni tiskadi, filwaqt li tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati jimplimentaw is-soluzzjoni tagħhom minn qabel jekk tqis li nstabet soluzzjoni.

(ca)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"3a.  Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1a) darba, b'sentejn, biss jekk tqis li l-PSAs iż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 89(1a) ikunu għamlu l-isforzi meħtieġa biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa vijabbli u li l-effetti avversi tal-ikklerjar b'mod ċentrali tal-kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti jibqa' ma jinbidilx;

3b.  L-ESMA għandha, sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju tas-suq u riskju ta' kreditu minimu, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk din il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131.";

(e)    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"6.  Sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-obbligu ta' negozjar għad-derivati taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mal-bidliet magħmula taħt ir-Regolament (UE) 2018/... [dan ir-Regolament emendatorju] għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambitu tal-entitajiet soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kif ukoll il-mekkaniżmu ta' sospensjoni. Jekk tali allinjament jitqies meħtieġ u xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-bidliet meħtieġa.

7.  L-ESMA għandha, sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-EIOPA u l-EBA, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk il-prinċipju ta' termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmi fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.

Il-Kummissjoni għandha, sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta jekk il-prinċipju ta' termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar, u li jipproponi, meta jkun meħtieġ, titjib għal dak il-prinċipju. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra s-sejbiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, meta jkun xieraq.

8.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, inkluża kompressjoni tal-portafoll, għandhomx jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1). F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, kemm fil-fatt itaffu r-riskji, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, kif ukoll il-potenzjal ta' ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u l-potenzjal li jiġi diżinċentivat l-ikklerjar ċentrali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa.

Biex tassisti lill-Kummissjoni fl-elaborazzjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha, sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-BERS, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, inkluża l-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar. Dak ir-rapport għandu jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivati mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju. Għandu jispjega wkoll l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm fil-fatt itaffu r-riskji, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet, jew li jiġu eżentati milli jikklerjaw, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku. Għandu jivvaluta wkoll kemm fil-fatt kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar.

9.  Abbażi, inter alia, tas-sejbiet tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità fuq ir-rapportar superviżorju li ġew ippubblikati fl-1 ta' Diċembru 2017 u fuq ir-rapport ippreżentat mill-ESMA skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1a). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa. Meta tanalizza l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1a), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-obbligu li jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 joħloqx duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet għal derivati mhux OTC u jekk ir-rekwiżit li jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet mhux OTC skont l-Artikolu 9(1a) jistax jitnaqqas mingħajr telf bla bżonn ta' informazzjoni bil-għan li jiġu ssimplifikati l-ktajjen tar-rapportar għal derivati mhux OTC għall-kontropartijiet kollha, b'mod partikolari għal kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1).

L-ESMA għandha, sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-BERS, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

(a)  il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti tar-rapportar għal derivati mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati rrapportati, kif ukoll f'termini tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti;

(b)  jekk huwiex possibbli li jiġu allinjati r-rekwiżiti tar-rapportar għal derivati mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati rrapportati, kif ukoll f'termini tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti; u

(c)  il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati l-ktajjen tar-rapportar għall-kontropartijiet kollha, inklużi l-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rapportar f'waqtu u l-atti u l-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014."

(20)  Fl-Artikolu 89, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 m'għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-PSAs, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' PSAs f'każ ta' inadempjenza ta' PSA.

Il-PSA, is-CCPs u l-membri tal-ikklerjar għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' tali kuntratti tad-derivati OTC mill-PSAs.

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti tal-PSAs, is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u partijiet rilevanti oħra għal tali soluzzjonijiet tekniċi biex jimmonitorja l-isforzi tagħhom u jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' tali kuntratti tad-derivati OTC mill-PSAs. Il-grupp ta' esperti għandu jiltaqa' tal-inqas kull sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi li jkunu saru mill-PSAs, is-CCPs u l-membri tal-ikklerjar meta tabbozza r-rapporti tagħha skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(2).";

(20a)  Fl-Artikolu 89, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  Minkejja l-paragrafu 1, sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 m'għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-PSAs li jappartjenu għall-kategorija ta' PSAs żgħar, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' dawk il-PSAs f'każ ta' inadempjenza ta' tali PSA.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tiddetermina liema PSAs jistgħu jitqiesu bħala PSAs żgħar skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, filwaqt li jitqies li l-kategorija tal-PSAs żgħar m'għandhiex tirrappreżenta aktar minn 5 % tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi mill-PSAs.";

(21)  L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika minn ... [ħames xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Minkejja t-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(7)(d), u l-paragrafi 8, 10, u 11 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] u l-Artikolu 1(2)(c), l-Artikolu 1(7)(e), l-Artikolu 1(9), punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(12) u l-Artikolu 1(16) għandhom japplikaw minn [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara s-16 ta' Awwissu 2018, l-Artikolu 89(1) għandu japplika b'mod retroattiv għall-kuntratti tad-derivati OTC kollha eżegwiti mill-PSAs wara s-16 ta' Awwissu 2018 u qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)  Fit-Taqsima I, jiżdiedu l-punti (i), (j) u (k) li ġejjin:

"(i)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(a) jekk ma jistabbilix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(j)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(a) jekk ma jistabbilix proċeduri adegwati biex jiżgura l-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data rapportata;

(k)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(c) jekk ma jistabbilix linji ta' politika adegwati għat-trasferiment bl-ordni ta' data lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.";

(2)  Fit-Taqsima IV, jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 55(4) meta ma jinnotifikax lill-ESMA fil-ħin dovut b'tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.".

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  ĠU C […], […], p. […].

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (ĠU ...) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...

(5)

  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(6)

  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 201 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(7)

  http://www.bis.org/cpmi/publ/d106.pdf

(8)

  http://www.bis.org/cpmi/publ/d125.pdf

(9)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(10)

  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(12)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(13)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(14)

  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(15)

  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(16)

  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(17)

  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

Referenzi

COM(2017)0208 – C8-0147/2017 – 2017/0090(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

31.5.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

31.5.2017

JURI

31.5.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

30.5.2017

JURI

29.5.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Werner Langen

6.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2017

21.2.2018

20.3.2018

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ramón Jáuregui Atondo, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Joachim Starbatty, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

Data tat-tressiq

23.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

5

-

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot, Marco Zanni

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan

4

0

EFDD

Marco Valli

PPE

Esther de Lange

S&D

Neena Gill, Alex Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2018Avviż legali