Proċedura : 2018/0058(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0183/2018

Testi mressqa :

A8-0183/2018

Dibattiti :

PV 12/06/2018 - 17
CRE 12/06/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2018 - 8.7
CRE 13/06/2018 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0255

RAPPORT     ***I
PDF 802kWORD 62k
23.5.2018
PE 619.285v02-00 A8-0183/2018

dwar proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

(COM(2018)0127 – C8-0108/2018 – 2018/0058(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Jarosław Wałęsa

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

(COM(2018)0127 – C8-0108/2018 – 2018/0058(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0127),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0108/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja ulterjuri lill-Georgia(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każ li l-Kummissjoni ssib li il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jiġux sodisfatti, hija għandha tissospendi jew tikkanċella temporanjament l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

4.  Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, it-test inbidel għad-diċitura tad-Deċiżjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makro-finanzjarja (inkluż id-Deċiżjoni reċenti (UE) 2018/598 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 li tipprovdi li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia).

(1)

OJ L 218, 14.8.2013, p. 15


NOTA SPJEGATTIVA

L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta' emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet kritiċi fil-bilanċ tal-pagamenti f'pajjiżi terzi. Din hija r-raba' darba li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi operazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja sa mill-bidu tal-kriżi fl-2014. Din id-darba, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi EUR 1 biljun li għandu jiġi żborżat bħala self fuq terminu medju sa twil, bl-għan li tgħin lill-pajjiż ikopri parti mill-ħtiġijiet tiegħu ta' finanzjament estern għat-tmiem tal-2018 u għall-bidu tal-2019, jiġifieri billi jonqsu l-bilanċ tal-pagamenti fuq terminu qasir u l-vulnerabbiltajiet fiskali tal-ekonomija. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata f'żewġ ħlasijiet parzjali ta' self.

L-assistenza tal-UE hija intiża wkoll li tipprovdi inċentivi li jsaħħu l-isforzi ta' riforma tal-Ukrajna, permezz tal-iffirmar ta' Memorandum ta' Qbil mal-awtoritajiet Ukreni li jistabbilixxi l-miżuri ta' politika ta' sostenn. Dawn il-miżuri huma kondizzjonali għall-iżborż tal-fondi.

Fil-kuntest tal-ewwel tliet operazzjonijiet tal-assistenza makrofinanzjarja, l-Ukrajna ssodisfat il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' politika li ġew miftehma b'mod konġunt bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni. Total ta' EUR 2,8 biljun ġew żborżati. Madankollu, erba' miżuri ta' politika minn total ta' 21, li jinkludu żewġ miżuri kontra l-korruzzjoni li kien hemm qbil dwarhom fl-ambitu tal-programm preċedenti (MFA III) ma ġewx implimentati saż-żmien meta skadiet id-disponibbiltà tal-fondi. Għaldaqstant, f'Jannar 2018, il-Kummissjoni kkanċellat it-tielet parti tal-MFA III b'valur ta' EUR 600 miljun. Dawn il-miżuri se jkunu riflessi fil-kundizzjonijiet tal-assistenza makrofinanzjarja attwali stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil, li se jqisu l-iżviluppi li seħħew minn Jannar 2018.

Minkejja t-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika mill-2015, għadhom jippersistu vulnerabbiltajiet minħabba d-dipendenza għolja tal-pajjiż fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi, ir-riforniment aktar bil-mod milli mistenni tar-riżervi internazzjonali tiegħu u d-dejn estern elevat tagħha. Barra minn hekk, l-ambjent ta' politika nazzjonali instabbli u t-theddida kontinwa tat-tkabbir ta' tensjonijiet fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż huma riskji negattivi li jistgħu jkunu ta' piż fuq l-irkupru li għadu kajman.

F'dan il-kuntest, fid-29 ta' Novembru 2017, l-Ukrajna għamlet talba uffiċjali għal assistenza makrofinanzjarja.

Il-proposta tal-Kummissjoni ssegwi mill-qrib id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġiet adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia, u li fiha l-koleġiżlaturi stabbilixxew il-prinċipji u l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li għandhom jiggwidaw il-proċess tal-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja.

Il-proposta tinkludi klawżola ta' estinzjoni. L-assistenza makrofinanzjarja proposta ssir disponibbli għal sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil. Il-proposta tal-Kummissjoni hija akkumpanjata b'dikjarazzjoni ta' evalwazzjoni ex ante.

Konklużjoni

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-Parlament Ewropew għandu jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tingħata assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna.

Ir-rapporteur jenfasizza li l-iżborż ta' kull pagament parzjali għandu jkun ibbażat fuq l-issodisfar ta' miżuri ta' politika definiti b'mod ċar u r-rispett tal-kundizzjonijiet politiċi preliminari għall-assistenza makrofinanzjarja tal-UE (mekkaniżmi demokratiċi effettivi li jinkludu sistema parlamentari b'diversi partiti u l-istat tad-dritt u li jiġi garantit ir-rispett tad-dritt tal-bniedem). Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu artikolati b'mod ċar fil-Memorandum ta' Qbil, inkluż il-miżuri kontra l-korruzzjoni li ma ġewx issodisfati taħt l-MFA III.

Ir-rapporteur jenfasizza wkoll is-setgħat tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja u jfakkar li sabiex il-Parlament isegwi l-implimentazzjoni tal-assistenza, il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament dwar l-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdi d-dokumenti rilevanti.


ANNESS

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni Ewropea

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li kundizzjoni preliminari għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-kundizzjoni preliminari tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet mhux issodisfati fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kanċellazzjoni relatata tat-tielet pagament parzjali tal-programm preċedenti tal-assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jissottolinjaw li assistenza makrofinanzjarja ulterjuri se tkun tiddependi fuq il-progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna. Għal dan l-għan, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Memorandum ta' Qbil li għandhom jiġu maqbula bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandhom jinkludu fost oħrajn obbligi biex jissaħħu l-governanza, il-kapaċitajiet amministrattivi u l-istruttura istituzzjonali b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna, partikolarment dwar is-sistema ta' verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-verifika ta' data dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji kif ukoll qorti speċjalizzata kontra l-korruzzjoni li tiffunzjona sew f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja. Kundizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evitar tat-taxxa għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. Bi qbil mal-Artikolu 4(4), jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha temporanjament tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja.

Minbarra li tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti, il-Kummissjoni għandha, ma' kull żborż, tirrapporta pubblikament dwar l-issodisfar ta' kull politika ekonomika u dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji marbuta ma' dan l-iżborż, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li din l-assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna għandha tikkontribwixxi għall-valuri kondiviżi mal-Unjoni Ewropea, inkluż l-iżvilupp sostenibbli u soċjalment responsabbli li jwassal għall-ħolqien ta' impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar, u impenn għal soċjetà ċivili b'saħħitha. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Memorandum ta' Qbil b'analiżi tal-impatt soċjali mistenni tal-assistenza makrofinanzjarja. Skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 din l-analiżi se tiġi ppreżentata lill-Kumitat tal-Istati Membri u għandha tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tar-reġistru tal-proċedimenti tal-kumitati.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (16.5.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

(COM(2018)0127 – C8-0108/2018 – 2018/0058(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Gahler

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara talba mill-gvern tal-Ukrajna, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet it-tħejjija ta' programm ġdid ta' Assistenza Makrofinanzjarja (AMF) lill-Ukrajna abbażi tal-Artikolu 212 tat-TFUE, għal ammont sa EUR 1 biljun biex tiġi pprovduta fil-forma ta' self fuq terminu medju sa twil f'żewġ porzjonijiet.

L-operazzjoni tal-AMF il-ġdida proposta tikkomplementa t-tliet operazzjonijiet tal-AMF preċedenti, li jammontaw għal total ta' EUR 3,4 biljun, li ġew offruti lill-Ukrajna mill-2014. Fl-ambitu ta' dawn l-operazzjonijiet ġie żborżat total ta' EUR 2,8 biljun, inkluż EUR 1,6 biljun bejn l-2014 sal-2015 (taħt l-imsejħa AMF I u II) u żewġ partijiet ta' EUR 600 miljun kull parti f'Lulju 2015 u April 2017 (taħt l-AMF III). It-tielet u l-aħħar parti tal-ħlas ta' EUR 600 miljun taħt l-AMF III, bil-kundizzjoni li jiġu implimentati 21 miżura ta' politika miftiehma b'mod konġunt mal-awtoritajiet Ukreni, ma ġiex żborżat. Għalkemm l-Ukrajna kienet issodisfat għadd kbir ta' impenji ta' politika marbutin mal-ħlas parzjali tagħha, erba' miżuri, inklużi tnejn marbutin mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ma kinux ġew implimentati sal-iskadenza tal-perjodu ta' disponibbiltà għall-assistenza, f'Jannar 2018. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tiżborża l-aħħar ħlas parzjali taħt l-AMF III, li kien uffiċjalment ikkanċellat fit-18 ta' Jannar 2018.

L-objettiv tal-AMF proposta huwa li l-Ukrajna tiġi megħjuna biex tkopri parti mill-ħtiġijiet finanzjarji esterni addizzjonali tagħha fl-2018-2019, li jnaqqas il-bilanċ tal-pagament fuq terminu qasir tal-ekonomija u l-vulnerabbiltajiet fiskali. Barra minn hekk, l-assistenza tal-UE tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-isforzi għar-riformi tal-Ukrajna billi taqbel mal-awtoritajiet tal-Ukrajna rigward Memorandum ta' Qbil li jistabbilixxi pakkett adegwat ta' miżuri li jappoġġjaw l-aġġustament ekonomiku u r-riformi strutturali u kontra l-korruzzjoni. Tliet pajjiżi oħra mis-sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant - l-Armenja, il-Moldova u l-Ukrajna - diġà jibbenefikaw minn programmi ta' assistenza makrofinanzjarja, flimkien ma' erba' pajjiżi oħra li mhumiex fis-Sħubija tal-Lvant.

Fid-dawl tal-implimentazzjoni mhux kompleta mill-Ukrajna tal-programm ta' politika marbut mal-AMF III, huwa xieraq li jiġu inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għal kull wieħed miż-żewġ ħlasijiet parzjali ta' din l-assistenza. B'mod partikolari dawk il-kundizzjonijiet iridu jinkludu wkoll il-miżuri li ma kinux implimentati fil-programm preċedenti b'dan il-mod:

•  Dwar il-verifika ta' dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali pubbliċi, il-Kummissjoni jeħtiġilha tinsisti fuq it-twaqqif ta' sistema ta' verifika effettiva, inkluż permezz ta' software awtomatiku ta' verifika b'aċċess dirett u awtomatiku għal bażijiet ta' data u reġistri tal-Istat. Fil-Memorandum li għandu jiġi miftiehem mal-Ukrajna fl-ambitu tal-operazzjoni l-ġdida tal-AMF proposta, il-Kummissjoni għalhekk għandha titlob li s-sistema ta' verifika awtomatizzata msemmija hawn fuq tkun fis-seħħ u taħdem, b'għadd sinifikanti ta' dikjarazzjonijiet ivverifikati permezz tas-sistema awtomatizzata, li jagħtu prijorità lil uffiċjali ta' livell għoli, fil-mument tal-iżborż tat-tieni ħlas tal-programm AMF IV.

•  Dwar il-verifika ta' data li għandha tiġi pprovduta mill-kumpaniji dwar is-sidien benefiċjarji tagħhom u l-infurzar tal-obbligu ta' rapportar tal-kumpaniji, inkluż fl-UE, l-iskambji ta' esperti bejn l-Ukrajna u l-UE għandhom jiġu organizzati bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-passi meħtieġa biex l-Ukrajna timplimenta mekkaniżmu ta' verifika. Abbażi ta' dan, il-Memorandum għandu jispeċifika punti ta' riferiment konkreti għal mekkaniżmu ta' verifika bħala kundizzjoni fl-ambitu tal-programm AMF IV.

•  Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-injam, li mhijiex kompatibbli man-nuqqas li jittieħdu miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ, għadha fis-seħħ, u liġi li tħassarha għad trid tiġi kkunsidrata mill-kumitat parlamentari responsabbli fl-Ukrajna. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha mal-awtoritajiet Ukreni bil-għan li tinstab soluzzjoni għal din il-problema permezz tal-użu ta' strumenti kummerċjali apposta, speċjalment b'mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim bilaterali.

Il-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tipprovdi ingranaġġ utli biex jiġu stimulati r-riformi, b'mod partikolari dawk relatati mad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Fost dawn ir-riformi, attwalment il-gvern tal-Ukrajna qiegħed jipprova jgħaddi riformi kostituzzjonali addizzjonali. Il-Gvern impenja ruħu li jkompli jemenda l-kostituzzjoni b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, iżda minkejja dan, ikun xieraq li l-Kummissjoni u s-SEAE jwettqu monitoraġġ, anki bħala parti minn din l-assistenza.

Billi l-ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni hija kruċjali għall-proċess ta' riforma, f'dan il-kuntest għandu jiġi enfasizzat li l-Ukrajna jeħtiġilha tagħmel aktar sforzi. Irid ikun hemm ukoll reazzjoni għat-tħassib tal-UE marbut kemm mal-obbligu tal-attivisti ċiviċi li jippreżentaw dikjarazzjonijiet-e kif ukoll mar-riforma tas-settur ġudizzjarju fil-livelli kollha. Huwa importanti li l-gvern tal-Ukrajna jissodisfa l-kundizzjonijiet kif speċifikati fl-AMF preċedenti u dak attwali, qabel ma tiġi żborżata aktar assistenza finanzjarja.

Konsegwentement, b'konformità mal-ftehim bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar il-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom matul din il-proċedura, u wara l-esperjenza reċenti tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessa mad-deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2017 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jipproponi:

1.  Li tiġi rriaffermata l-prekundizzjoni għall-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja relatata mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi din hija ta' importanza kbira għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin;

2.  Li jiġi żgurat li l-Kummissjoni u s-SEAE jissorveljaw it-twettiq ta' din il-prekundizzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-AMF, sabiex ma jsir ebda żborż qabel ma jintlaħqu l-objettivi,

3.  Li madankollu l-għadd ta' emendi jiġi limitat għal tnejn, fuq premessa u fuq artikolu tad-deċiżjoni sabiex jiġi żgurat ftehim rapidu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Minħabba li għad hemm diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-Ukrajna tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ukrajna, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Ukrajna għal appoġġ tal-istabilizzazzjoni ekonomika tagħha flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġja l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ukrajna, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(11)  Minħabba li għad hemm diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-Ukrajna tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ukrajna, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Ukrajna għal appoġġ tal-istabbilizzazzjoni ekonomika tagħha flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġja l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali soċjalment responsabbli tal-Ukrajna, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna u jenħtieġ li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(17)  Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni (AMF) jenħtieġ li tkun li l-Ukrajna tissodisfa l-kundizzjonijiet relatati mal-programmi AMF tal-passat u tal-futur, b'mod partikolari dawk relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti u l-istat tad-dritt, li jenħtieġ li jkunu appoġġati minn ġudikatura indipendenti kapaċi tiġġieled b'mod effettiv il-korruzzjoni, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiġu miftiehma mal-Ukrajna f'Memorandum ta' Qbil dettaljat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna u jenħtieġ li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna matul iċ-ċiklu kollu tal-AMF. L-iżborż tal-ewwel pagament tal-appoġġ finanzjarja jenħtieġ li jkun disponibbli biss wara li l-miżuri ta' politika pendenti, mehmuża mal-aħħar pagament tal-programm AMF preċedenti, ikunu ġew kompletament implimentati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi valutazzjoni pubblika dwar l-issodisfar tal-prekondizzjoni, inkluż indikazzjoni ċara tal-punti ta' riferiment użati fil-valutazzjoni tagħha.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta' politika ekonomika, li jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżaminazzjoni tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna, jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, jew għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

(23)  L-AMF tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil, li jenħtieġ li jinkludi wkoll kriterji xierqa ta' kejl. Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li ma jipperikolawx l-istabbiltà soċjoekonomika tal-pajjiż u jkunu marbuta mal-ġlieda kontra l-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi b'mod li jista' jitkejjel. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali Ukreni rilevanti u taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta' AMF tal-Unjoni lill-Ukrajna, jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, jew għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza,

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Ukrajna u mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluż id-DCFTA, maqbula skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Ukrajna u mal-prinċipji u l-objettivi ta' riformi politiċi, istituzzjonali, soċjoekonomiċi u ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluż id-DCFTA, maqbula skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u l-livell ta' implimentazzjoni mill-Ukrajna ta' dak li qablet dwaru, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi inkluża sistema parlamentari multipartitika u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

1.  Prekundizzjoni għall-għoti tal-AMF tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tissodisfa l-kundizzjonijiet relatati mal-programmi AMF tal-passat u tal-futur, b'mod partikolari dawk relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari multipartitika u l-istat tad-dritt u li tiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rispett għall-minoranzi nazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Memorandum ta' Qbil bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandu għaldaqstant jindika bħala prekundizzjonijiet għall-iżborż tal-pagamenti fl-ambitu tal-programm AMF IV, fost oħrajn, li:

 

(a)  tiġi adottata leġiżlazzjoni dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tal-qorti kontra l-korruzzjoni, li tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, b'mod partikolari dwar il-kompetenzi tal-qorti, l-eliġibbiltà u l-kompetenzi tal-kandidati għall-kariga ta' mħallef, il-proċess ta' għażla tal-kandidati, li għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni ta' esperti internazzjonali u l-istatus tal-imħallfin;

(b) tiġi stabbilita sistema li tivverifika b'mod effettiv id-dikjarazzjonijiet tal-assi li jsiru mill-uffiċjali pubbliċi;

 

(c)  l-attivisti tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam ta' kontra l-korruzzjoni jiġu eżentati minn dikjarazzjonijiet-e tal-assi;

 

(d)  il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Ukrajna tirrifletti bilanċ politiku li jirrappreżenta l-forzi politiċi rilevanti kollha, b'mod partikolari dawk rappreżentati fil-Verkhovna Rada, u din tiġi replikata fl-għamla ta' kull Kummissjoni Elettorali Distrettwali kif ukoll f'kull Kummissjoni Elettorali Lokali;

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Ukreni dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil (il-"Memorandum ta' Qbil") li għandu jinkludi perjodu ta' żmien għat-twettiq ta' dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti mesmmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Ukrajna bl-appoġġ tal-FMI.

1.  Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Ukreni dwar il-kundizzjonijiet politiċi u finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi li jkunu soċjalment responsabbli, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil (il-"Memorandum ta' Qbil") li għandu jinkludi perjodu ta' żmien preċiż u kriterji speċifiċi ta' kejl għat-twettiq ta' dawk il-kundizzjonijiet. Il-kundizzjonijiet politiċi u finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Ukrajna bl-appoġġ tal-FMI.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

Referenzi

COM(2018)0127 – C8-0108/2018 – 2018/0058(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.3.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Michael Gahler

20.3.2018

Eżami fil-kumitat

24.4.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Wajid Khan, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Sabine Lösing, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Rebecca Harms, Norica Nicolai, Urmas Paet, Miroslav Poche, Soraya Post, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Helmut Scholz, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renate Weber, Francis Zammit Dimech, Joachim Zeller

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

58

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Renate Weber

ECR

Charles Tannock, Geoffrey Van Orden

EFDD

Aymeric Chauprade

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Helmut Scholz, Marie-Christine Vergiat

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, László Tőkés, Francis Zammit Dimech, Joachim Zeller, Željana Zovko, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Andi Cristea, Eugen Freund, Doru-Claudian Frunzulică, Wajid Khan, Arne Lietz, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Soraya Post, Boris Zala, Janusz Zemke

Verts/ALE

Klaus Buchner, Rebecca Harms, Tamás Meszerics, Michel Reimon, Alyn Smith, Bodil Valero

3

-

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Mario Borghezio

NI

Dobromir Sośnierz

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

Referenzi

COM(2018)0127 – C8-0108/2018 – 2018/0058(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.3.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2018

BUDG

15.3.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

21.3.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jarosław Wałęsa

21.3.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Klaus Buchner, Sajjad Karim, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

23.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Artis Pabriks, Franck Proust, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Goffredo Maria Bettini, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

5

-

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

PPE

Viviane Reding

3

0

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

S&D

Emmanuel Maurel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ġunju 2018Avviż legali