Proċedura : 2017/0136(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0190/2018

Testi mressqa :

A8-0190/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0438

RAPPORT     ***I
PDF 1041kWORD 116k
25.5.2018
PE 616.847v01-00 A8-0190/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi.

(COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Danuta Maria Hübner

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi.

(COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0331),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0191/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0190/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(6),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jirrikjedi li l-kuntratti tad-derivati OTC standardizzati jiġu kklirjati permezz ta' Kontroparti Ċentrali (Central Counterparty - CCP) konformi ma' rekwiżiti simili f'pajjiżi oħra tal-G20. Dan ir-Regolament introduċa wkoll rekwiżiti stretti prudenzjali, organizzattivi u ta' kondotta kummerċjali għas-CCPs u stabbilixxa arranġamenti għas-superviżjoni prudenzjali tagħhom sabiex jimminimizzaw ir-riskji għall-utenti ta' CCP u jirfdu l-istabbiltà finanzjarja. Il-miri tal-G20 stabbiliti fis-Summit ta' Pittsburg fl-2009, għandhom ikomplu jiġu implimentati bis-sħiħ sabiex jiġu sfruttati kompletament il-vantaġġi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(2)  Minn meta ġie adottat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-volum ta' attività tas-CCPs fl-Unjoni u globalment żdied b'pass mgħaġġel kemm fl-iskala kif ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni. L-espansjoni tal-attività tas-CCPs, speċjalment fil-kuntest tad-derivati OTC ta' ekwità u derivati bbażati fuq munita bħala klassijiet tal-assi fil-kamp ta' applikazzjoni oriġinali, se tkompli fis-snin li ġejjin bl-introduzzjoni ta' obbligi ta' kklirjar addizzjonali u biż-żieda ta' kklirjar volontarju mill-kontropartijiet li mhumiex soġġetti għal obbligu ta' kklirjar. Il-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2017(8) biex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat b'mod immirat, sabiex jitjiebu l-effettività u l-proporzjonalità tiegħu, se toħloq aktar inċentivi għas-CCPs biex joffru kklirjar ċentrali ta' derivati lill-kontropartijiet u jiffaċilitaw l-aċċess għall-ikklirjar lil kontropartijiet żgħar finanzjarji u mhux finanzjarji. Dawn huma elementi essenzjali li se jiżguraw li l-miri tal-G20 jiġu implimentati bis-sħiħ sabiex ikun hemm stabbilità finanzjarja akbar fit-tul. Swieq kapitali aktar profondi u aktar integrati li jirriżultaw mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali se jkomplu jżidu l-bżonn għal ikklirjar transfruntier fl-Unjoni, biex b'hekk tkompli tiżdied l-importanza u l-interkonnettività tas-CCPs fis-sistema finanzjarja.

(3)  L-għadd ta' CCPs attwalment stabbiliti fl-Unjoni u awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għadu relattivament limitat, u f'Ġunju 2017 kien jgħodd 17. Skont id-dispożizzjonijiet ta' ekwivalenza ta' dan ir-Regolament ġew rikonoxxuti 28 CCP ta' pajjiżi terzi, li jippermettilhom ukoll li joffru s-servizzi tagħhom lil membri tal-ikklirjar u postijiet tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni(9). Is-swieq tal-ikklirjar huma integrati tajjeb madwar l-Unjoni iżda kkonċentrati ħafna f'ċerti klassijiet ta' assi u interkonnessi ħafna. Minħabba l-konċentrazzjoni tar-riskju, il-probabbiltà li CCP tfalli hija baxxa ħafna iżda jekk isseħħ ikollha impatt potenzjalment qawwi ħafna. F'konformità mal-kunsens tal-G20, f'Novembru 2016 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni ta' CCP(10) sabiex tiżgura li l-awtoritajiet ikunu mħejjija kif suppost biex jindirizzaw CCP li tkun qed tfalli, biex b'hekk jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jillimitaw l-ispejjeż tal-kontribwenti.

(4)  Minkejja l-proposta leġiżlattiva u fid-dawl tad-daqs, il-kumplessità u d-dimensjoni transfruntiera tal-ikklirjar dejjem jikbru kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, l-arranġamenti superviżorji għas-CCPs tal-Unjoni kif ukoll dawk ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu rrikunsidrati. Jekk il-problemi identifikati jiġu indirizzati fi stadju bikri u jiġu stabbiliti arranġamenti superviżorji ċari u koerenti, kemm is-CCPs tal-Unjoni kif ukoll dawk tal-pajjiżi terzi jissaħħu u r-riskju potenzjali ta' falliment ta' CCP ikompli jonqos.

(5)  Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, fl-4 ta' Mejju 2017 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni għall-isfidi li jiffaċċaw l-infrastrutturi finanzjarji kritiċi tas-suq u dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali(11), li ddikjarat li hemm bżonn ta' aktar tibdil fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jitjieb il-qafas kurrenti li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja u jappoġġa l-iżvilupp u l-approfondiment ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

(6)  L-arranġamenti superviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiddependu l-aktar fuq l-awtorità tal-pajjiż ta' oriġini. CCPs stabbiliti fl-Unjoni bħalissa huma awtorizzati u ssorverljati minn kulleġġi ta' superviżuri nazzjonali, mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority - AETS), minn membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u minn awtoritajiet rilevanti oħra. Il-kulleġġi jiddependu fuq il-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali li għandha r-responsabbiltà eżekuttiva tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Id-diverġenzi fil-prassi superviżorji għas-CCPs madwar l-Unjoni jistgħu joħolqu riskji ta' arbitraġġ regolatorju u superviżorju, jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja u joħolqu spazju għal kompetizzjoni dannuża. Fil-Komunikazzjoni tagħha ta' Settembru 2016 dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali(12) u fil-konsultazzjoni pubblika dwar l-operazzjonijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE)(13) il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn dawn ir-riskji li qed jiżviluppaw u l-bżonn ta' konverġenza superviżorja akbar.

(7)  Il-kompiti bażiċi li jridu jsiru permezz tas-SEBĊ jinkludu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim mingħajr xkiel tas-sistemi ta' pagament. Infrastrutturi finanzjarji tas-suq li huma siguri u effiċjenti, b'mod partikolari s-sistemi ta' kklirjar, huma essenzjali biex jitwettqu dawn il-kompiti bażiċi, u għall-objettiv ewlieni tas-SEBĊ li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-membri rilevanti tas-SEBĊ, bħala banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-istrumenti finanzjarji kklirjati mis-CCPs, jenħtieġ li jkunu involuti fis-superviżjoni tas-CCPs, minħabba r-riskji potenzjali li tista' tippreżenta CCP li ma tiffunzjonax kif suppost fis-segwitu tat-twettiq tal-kompiti bażiċi u tal-objettiv primarju, li jista' jkollhom impatt fuq l-istrumenti u l-kontropartijiet li jintużaw biex tiġi trażmessa l-politika monetarja. Bħala riżultat, il-banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jkunu involuti fil-valutazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju ta' CCP. Barra minn hekk, filwaqt li jista' jkun hemm duplikazzjoni bejn il-mandati tal-banek ċentrali u dawk tas-superviżuri, hemm potenzjali għal nuqqas ta' allinjament meta l-azzjonijiet ta' superviżjoni ikollhom impatt fuq ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-banek ċentrali f'oqsma bħall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-politika monetarja u s-sistemi tal-pagament. F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, tali nuqqas ta' allinjament jista' jkabbar r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja jekk it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet ma jkunx ċar.

(8)  It-Trattati stabbilixxew unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha hija l-Euro, u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala Istituzzjoni tal-Unjoni għal dan il-għan. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro jikkostitwixxu l-Eurosistema u jiddefinixxu u, permezz tas-SEBĊ, jimplimentaw il-politika monetarja tal-Unjoni. Ir-rwol speċifiku tal-Eurosistema bħala l-bank ċentrali tal-ħruġ tal-munita unika tal-Unjoni għaldaqstant jenħtieġ li jkun rikonoxxut. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lil dawk il-muniti fl-Unjoni, għajr l-Euro u lill-banek ċentrali tal-ħruġ rispettivi tagħhom.

(9)  Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq finanzjarji u tal-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fis-superviżjoni tal-Unjoni u tas-CCPs ta' pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-AETS li tippromwovi l-konverġenza fis-superviżjoni tas-CCPs jenħtieġ li tissaħħaħ. Sabiex jingħataw rwoli u responsabbiltajiet ġodda fuq l-AETS, jenħtieġ li jiġi stabbilit korp ġdid fi ħdan l-istruttura organizzattiva eżistenti tal-AETS.

(9a)  Kwalunkwe setgħa msaħħa li trid tingħata lill-AETS, sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha, tkun tirrikjedi wkoll kemm governanza xierqa kif ukoll finanzjament suffiċjenti. Is-setgħat imsaħħa weħidhom ma jkunux biżżejjed sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-AETS, jekk huma ma jkollhomx finanzjament suffiċjenti jew jekk ma jkunux irregolati b'mod effettiv u effiċjenti.

(10)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat intern speċifiku tal-AETS ("Kumitat Superviżorju tas-CCPs") fi ħdan l-AETS bl-għan li jħejji deċiżjonijiet u jwettaq il-kompiti relatati mas-superviżjoni tas-CCPs, jitratta l-kompiti li jirrigwardaw is-CCPs b'mod ġenerali, filwaqt li jissorvelja s-CCPs tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi b'mod partikolari. Jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikun magħmul minn awtoritajiet esperjenzati fis-superviżjoni tas-CCPs. Sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-AETS, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tas-superviżjoni tas-CCP, kif ukoll biex jinżamm proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet rapidu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkollu President indipendenti, li jenħtieġ li jkun assistit minn Viċi President indipendenti. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun approvat mill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS fejn huma jirrelataw mal-aktar oqsma importanti tas-superviżjoni tas-CCP u għandhom ikunu soġġetti għan-nonoġġezzjoni tal-Bord tas-Superviżuri fil-każijiet kollha l-oħra. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs fi ħdan l-AETS.

(11)  Sabiex jiġi żgurat approċċ superviżorju koerenti u jiġu inklużi l-awtoritajiet rilevanti involuti fis-superviżjoni tas-CCPs, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun magħmul minn President permanenti, Viċi President permanenti, erba' Diretturi permanenti u membri permanenti speċifiċi għas-CCP. Il-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jaġixxu indipendentement u oġġettivament fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs li huma speċifiċi għal kull CCP jenħtieġ li jinkludu rappreżentant tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti s-CCPs, nominat f'konformità mar-Regolament (UE) 648/2012, u rappreżentant tal-bank / banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkolli d-dritt li jistieden membri tal-kulleġġ superviżorju, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet tas-CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-AETS bħala osservaturi sabiex ikun żgurat li jittieħed kont tal-opinjonijiet tal-awtoritajiet rilevanti l-oħra mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs. Filwaqt li l-membri permanenti jenħtieġ li jipparteċipaw fil-laqgħat kollha tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, il-membri speċifiċi u l-osservaturi tas-CCPs jenħtieġ li jipparteċipaw biss meta jkun neċessarju u xieraq għas-CCPs li jkunu taħt is-superviżjoni tagħhom. Il-preżenza ta' kemm membri▐ indipendenti kif ukoll ta' membri speċifiċi għas-CCPs jenħtieġ li tiżgura li d-deċiżjonijiet li jsiru fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jkunu konsistenti, xierqa u proporzjonati madwar l-Unjoni u li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-banek ċentrali ta' emissjoni u l-osservaturi rilevanti jkunu involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw CCP stabbilita fi Stat Membru.

(11a)  Sabiex tiżgura approċċ superviżorju koerenti, l-AETS għandha, minbarra li twettaq testijiet tal-istress kif stabbilit f'dan ir-Regolament, tieħu nota tat-testijiet tal-istress imwettqa mis-CCPs bħala parti mill-arranġamenti ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni tagħhom. Dawn it-testijiet tal-istress, li matulhom CCP jenħtieġ li tqis l-arranġamenti tagħha madwar l-Unjoni f'termini tal-effett aggregat tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu inklużi f'eżerċizzji ta' simulazzjoni ta' kriżi fir-rigward ta' każijiet potenzjali ta' stress mas-sistema kollha.

(12)  Meta tkun qed tiddeċiedi dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw CCP stabbilita fi Stat Membru, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jlaqqa' u jiżgura li l-membri permanenti tiegħu u l-membru/membri rilevanti li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti nnominati mill-Istat Membru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunu involuti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll l-osservaturi maħtura mill-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti. Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar CCP ta' pajjiż terz, il-membri permanenti, il-bank/banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti u kull osservatur rilevanti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biss jenħtieġ li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

(13)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet li hu xieraq, effettiv u rapidu, il-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u r-rappreżentant tal-awtorità kompetenti tal-Istat membru fejn hija stabbilita s-CCP jenħtieġ li jkollhom drittijiet tal-vot. Ir-rappreżentanti tal-BĊE, tal-Kummissjoni u tal-bank/banek ċentrali rilevanti, kif ukoll l-osservaturi, ma jenħtieġx li jkollhom drittijiet tal-vot. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, u l-President jenħtieġ li jkollu d-dritt tal-vot deċiżiv f'każ ta' parità.

(14)  Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun responsabbli għal kompiti speċifiċi li jingħatawlu skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(15)  Sabiex tkun żgurata superviżjoni effettiva, huwa neċessarju li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikollu persunal iddedikat b'għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti kif ukoll riżorsi adegwati li jiggarantixxu l-awtonomija u l-indipendenza tiegħu kif ukoll il-funzjonament adegwat rigward il-kompiti tiegħu. Hemm bżonn li jiġi kkunsidrat l-impatt baġitarju tas-setgħat superviżorji tal-AETS fuq is-CCPs fid-dikjarazzjoni magħmula mill-AETS f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(16)  Sabiex ikun previst livell xieraq ta' għarfien espert u responsabbiltà, il-President, il-Viċi-President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jinħatru fuq il-bażi ta' meritu, ħiliet, għarfien dwar kwistjonijiet ta' kklirjar, ta' finanzi u ta' wara n-negozjar, kif ukoll fuq il-bażi ta' esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u regolamentazzjoni tas-CCPs. Jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċedura ta' għażla miftuħa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tippreżenta proposta rigward il-ħatra tal-kandidati għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Wara li l-Parlament Ewropew japprova l-proposta, il-Kunsill jenħtieġ li jaddotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni.

(17)  Sabiex tkun żgurata t-trasparenza u l-kontroll demokratiku, kif ukoll sabiex jiġu salvagwardati d-drittijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-President, il-Viċi-President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal kull deċiżjoni li jieħdu abbażi ta' dan ir-Regolament.

(18)  Il-President, il-Viċi-President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jaġixxu indipendentement u oġġettivament fl-interess tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiżguraw li jingħata kont xieraq lill-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja f'kull Stat Membru u fl-Unjoni.

(19)  Sabiex titmexxa 'l quddiem il-konsistenza fis-superviżjoni tas-CCPs tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi madwar l-Unjoni, il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jmexxi u jiġġestixxi l-kulleġġi, u l-membri permanenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jattenduhom. Il-BĊE jenħtieġ li fejn rilevanti u f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, jingħaqad ukoll mal-kulleġġi sabiex ikun jista' jħaddem il-mandat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 127 tat-TFUE.

(20)  Sabiex ikun żgurat proċess xieraq u effettiv tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkollu vot wieħed fil-kulleġġi, filwaqt li l-Viċi President, id-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u r-rappreżentant tal-Kummissjoni ▐ ma jenħtieġx li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-membri kurrenti tal-kulleġġi jenħtieġ li jkomplu jħaddmu d-drittijiet tal-vot li għandhom bħalissa.

(20a)  Skont dan ir-Regolament emendatorju, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkomplu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet superviżorji tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, sabiex tiġi promossa l-konsistenza fis-superviżjoni tas-CCPs fl-Unjoni kollha, għandha tiġi stabbilita diviżjoni ta' kompetenzi skont id-deċiżjonijiet ikkonċernati. Tliet kategoriji ta' deċiżjonijiet għandhom jiġu distinti: dawk li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiksbu kunsens minn qabel tal-AETS, dawk li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lill-AETS u dawk li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jibqgħu responsabbli waħedhom.

(20b)  Superviżjoni effettiva ta' CCP tiddependi fuq il-bini ta' kompetenzi, l-għarfien espert u l-kapaċitajiet, kif ukoll fuq il-bini ta' relazzjonijiet u skambji kooperattivi ma' istituzzjonijiet oħra. Peress li dawn kollha huma proċessi li jiżviluppaw maż-żmien u li jsegwu d-dinamika tagħhom stess, jenħtieġ li t-tfassil ta' sistema superviżorja funzjonali, effettiva u effiċjenti għal CCPs iqis l-evoluzzjoni potenzjali tagħha fit-tul. Għalhekk, id-diviżjoni tal-kompetenzi stabbiliti f'dan ir-Regolament emendatorju hija maħsuba li tevolvi hekk kif ir-rwol u l-kapaċitajiet tal-AETS jiżviluppaw.

(21)  Peress li jista' jinqala' tilwim bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rigward ċerti deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, huwa introdott mekkaniżmu speċifiku għal każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-AETS u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-emenda proposta jew mal-oġġezzjoni tal-AETS, din jenħtieġ li jkollha d-dritt li tippreżenta talba motivata lill-Bord tas-Superviżuri li jivvaluta din l-oġġezzjoni jew emenda. Il-Bord tas-Superviżuri jista' jew japprova jew jiċħad l-oġġezzjonijiet jew l-emendi tal-AETS. Bl-istess mod, hemm il-ħtieġa li jiġu riflessi aħjar il-mandati tal-banek ċentrali tal-ħruġ fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom dwar il-politika monetarja, minħabba r-riskji potenzjali li jista' jippreżenta n-nuqqas ta' funzjonament ta' CCP għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u għall-promozzjoni tal-operat bla xkiel tas-sistemi ta' pagament.

(21a)  ▌Il-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti jenħtieġ li jiġu kkonsultati mill-AETS jew mill-awtorità kompetenti, kif ikun applikabbli, dwar ċerti deċiżjonijiet▐, b'mod partikolari meta tali deċiżjonijiet jirrigwardaw l-arranġamenti ta' pagament u saldu ta' CCP u l-proċeduri relatati tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità għal tranżazzjonijiet denominati fil-munita ta' dak il-bank ċentrali tal-ħruġ. Mal-konklużjoni tal-perjodu għall-konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ, l-AETS jew l-awtorità kompetenti għandha tagħmel kull sforz sabiex tkun konformi mal-emendi proposti mill-banek ċentrali. F'każ li l-abbozz ta' deċiżjoni ma jinkludix l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, l-AETS jew l-awtorità kompetenti għandhom jinformaw lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub u jiddikjaraw ir-raġunijiet kollha tagħhom u spjegazzjoni ta' kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dawn l-emendi.

(22)  Sabiex l-AETS tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv rigward is-CCPs, kemm is-CCPs tal-Unjoni kif ukoll dawk ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jħallsu tariffi superviżorji għall-kompiti superviżorji u amministrattivi tal-AETS. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-fatturat tas-CCP ikkonċernata u jenħtieġ li jkopru l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs tal-Unjoni, l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi, u t-tariffi annwali assoċjati mal-kompiti taħt ir-responsabbiltà tal-AETS. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika aktar f'att delegat it-tipi ta' tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont tat-tariffi u l-metodu li bih għandhom jitħallsu mis-CCPs awtorizzati u applikanti tal-Unjoni u CCPs ta' pajjiżi terzi li huma rikonoxxuti.

(23)  L-arranġamenti superviżorji f'dan ir-Regolament għal CCPs ta' pajjiżi terzi li joffru servizzi ta' kklirjar fl-Unjoni wkoll jinħtieġu reviżjoni. Hemm bżonn li jsir titjib ukoll fl-aċċess għall-informazzjoni, fil-kapaċità li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post u l-possibbiltà li tiġi kondiviża informazzjoni dwar CCPs ta' pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati implikazzjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja importanti għall-entitajiet tal-Unjoni. Hemm ukoll ir-riskju li t-tibdil għar-regoli ta' CCP ta' pajjiż terz jew għall-qafas regolatorju ta' pajjiż terz ma jistax jiġi kkunsidrat u jista' jkollu impatt negattiv fuq il-prestazzjonijiet regolatorji jew superviżorji, li jista' jwassal għal nuqqas ta' ekwità fil-kundizzjonijiet bejn is-CCPs tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi.

(24)  Ammont sinifikanti ta' strumenti finanzjarji denominati fil-muniti tal-Istati Membri jiġu kklirjati permezz ta' CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti. Dan se jiżdied sostanzjalment meta r-Renju Unit jirtira mill-Unjoni u s-CCPs stabbiliti hemmhekk mhux se jibqgħu rregolati mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Arranġamenti ta' kooperazzjoni miftehma fil-kulleġġi superviżorji mhux se jibqgħu soġġetti għas-salvagwardji u l-proċeduri ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jimplika sfidi sinifikanti għall-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jissalvagwardaw l-istabbiltà finanzjarja.

(25)  Bħala parti mill-impenn tagħha favur swieq finanzjarji integrati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiddetermina permezz ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza li l-oqfsa ġuridiċi u superviżorji ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tar-reġim attwali ta' ekwivalenza fir-rigward tas-CCPs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista', jekk meħtieġ, li tispeċifika ulterjorment il-kriterji biex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tar-reġimi CCP ta' pajjiżi terzi. Huwa meħtieġ ukoll li l-AETS ikollha l-kompetenza li tissorvelja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji fir-reġimi CCP ta' pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tkun ikkunsidrathom ekwivalenti. Dan sabiex jiġi żgurat li l-kriterji tal-ekwivalenza u kull kundizzjoni speċifika stabbiliti għall-użu tagħhom ikomplu jibqgħu jiġu ssodisfati minn pajjiżi terzi. L-AETS jenħtieġ li tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali.

(26)  Il-Kummissjoni bħalissa tista' temenda, tissospendi, tanalizza jew tirrevoka deċiżjoni dwar ekwivalenza f'kull ħin, b'mod partikolari meta jseħħu żviluppi f'pajjiż terz li materjalment jaffettwaw l-elementi vvalutati f'konformità mar-rekwiżiti ta' ekwivalenza skont dan ir-Regolament. Meta l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz ma jibqgħux jikkooperaw mal-AETS jew ma' superviżuri tal-Unjoni in bona fede jew jonqsu li jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-rekwiżiti ta' ekwivalenza applikabbli, il-Kummissjoni tista' wkoll, inter alia, tagħti twissija lill-awtorità ta' pajjiż terz jew tippubblika rakkomandazzjoni speċifika. Meta f'xi ħin il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevoka l-ekwivalenza ta' pajjiż terz, hija tista' tipposponi d-data tal-applikazzjoni ta' dik id-deċiżjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja jew it-tfixkil fis-suq. Barra minn dawn is-setgħat li huma attwalment disponibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tkun tista' tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi sabiex tiżgura li l-kriterji ta' ekwivalenza jkomplu jiġu ssodisfati fuq bażi kontinwa mill-pajjiż terz li lilu tkun tirrigwarda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' wkoll tistabbilixxi kundizzjonijiet li jiżguraw li l-AETS tkun tista' tħaddem b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tas-CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont dan ir-Regolament jew fir-rigward tal-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f'pajjiżi terzi li huma ta' rilevanza għal deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza adottati.

(27)  Fid-dawl tad-dimensjoni transfruntiera li qed tikber tas-CCPs u tal-interkonnessjonijiet fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hemm bżonn li titjieb il-kapaċità tal-Unjoni li tidentifika, tagħmel monitoraġġ u timmitiga r-riskji potenzjali relatati ma' CCPs ta' pajjiżi terzi. L-irwol tal-AETS għalhekk jenħtieġ li jiġi mtejjeb biex b'mod effettiv tissorvelja CCPs ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-rikonoxximent li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar fl-Unjoni. L-involviment ta' banek ċentrali tal-ħruġ tal-Unjoni fir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' CCPs ta' pajjiżi terzi li huma attivi f'munita li joħorġu huma għandu jiġi mtejjeb ukoll. Għalhekk, banek ċentrali tal-ħruġ tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar ċerti aspetti li jaffettwaw ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' politika monetarja fir-rigward ta' strumenti finanzjarji denominati f'muniti tal-Unjoni li huma kklirjati b'mod sinifikanti f'CCPs li jinsabu barra mill-Unjoni.

(28)  Ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat li l-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz bħala ekwivalenti għall-qafas tal-Unjoni, il-proċess għar-rikonoxximent tas-CCPs minn dak il-pajjiż terz jenħtieġ li jqisu r-riskji li dawk is-CCPs jippreżentaw għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għall-Istat Membru

(29)  Meta tikkunsidra l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta' CCP ta' pajjiż terz, l-AETS jenħtieġ li tivvaluta l-grad ta' riskju sistemiku li s-CCP tippreżenta għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Meta tqis dik il-valutazzjoni, l-AETS jenħtieġ li tqis in-negozju mwettaq mis-CCP fl-Unjoni kif ukoll negozji oħra tas-CCP barra mill-Unjoni, sal-punt li tali negozju barra mill-Unjoni x'aktarx jaffettwa l-kumplessità ġenerali tas-CCP.

(29a)  L-AETS jenħtieġ li tivvaluta l-grad ta' riskju sistemiku li s-CCP tippreżenta għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Att delegat tal-Kummissjoni jenħtieġ li jispeċifika aktar dawn il-kriterji. Dak l-att delegat jenħtieġ li jqis, meta jispeċifika dawk il-kriterji, in-natura tat-tranżazzjonijiet ikklirjati mis-CCP, inklużi l-kumplessità, il-volatilità tal-prezzijiet u l-maturità medja tagħhom, kif ukoll it-trasparenza u l-likwidità tas-swieq ikkonċernati u l-grad sa fejn l-attivitajiet tal-ikklirjar tas-CCP ikunu ddenominati fl-euro jew munita oħra tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti kuntratti derivati agrikoli elenkati u esegwiti fi swieq regolati f'pajjiżi terzi, li huma relatati ma' swieq li fil-biċċa l-kbira tagħhom iservu kontropartijiet mhux finanzjarji domestiċi f'dak il-pajjiż terz li jimmaniġġja r-riskji kummerċjali tagħhom permezz ta' dawk il-kuntratti, jistgħu joħolqu riskju negliġibbli għall-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar fl-Unjoni peress li għandhom grad baxx ta' interkonnettività sistemika mal-bqija tas-sistema finanzjarja. Meta qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs ikun fis-seħħ fil-pajjiż terz tal-istabbiliment tas-CCP li japplika għar-rikonoxximent, dak jenħtieġ ukoll li jitqies mill-AETS fl-analiżi tagħha tal-grad tar-riskju sistemiku ppreżentat għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha minn dik is-CCP.

(30)  CCPs li ma jkunux sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala CCPs ta' "Grad 1". Is-CCPs li huma sistemikament importanti, jew x'aktarx li jsiru sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala CCPs ta' "Grad 2". Meta l-AETS tiddetermina li CCP ta' pajjiż terz mhijiex sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, il-kundizzjonijiet eżistenti ta' rikonoxximent skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li japplikaw għal dik is-CCP. Meta l-AETS tiddetermina li CCP ta' pajjiż terz hija sistemikament importanti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali proporzjonati mal-livell ta' riskju ppreżentat minn dik is-CCP. L-AETS jenħtieġ li tirrikonoxxi tali CCP biss meta s-CCP tkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti.

(31)  Ir-rekwiżiti addizzjonali jenħtieġ li jinkludu ċerti rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-għan li tiżdied is-sikurezza u l-effiċjenza ta' CCP. L-AETS jenħtieġ li tkun direttament responsabbli biex tiżgura li CCP ta' pajjiż terz li hija sistemikament importanti tikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti. jenħtieġ ukoll li rekwiżiti relatati jippermettu li l-AETS twettaq superviżjoni sħiħa u effettiva ta' dik is-CCP.

(32)  Sabiex jiġi żgurat involviment tajjeb tal-bank/banek ċentrali tal-ħruġ, is-CCP ta' pajjiż terz li hija sistemikament importanti jenħtieġ ukoll li tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti li l-bank/banek ċentrali tal-ħruġ iqisu neċessarju kif previst f'dan ir-Regolament. Il-bank/banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jikkonfermaw lill-AETS jekk is-CCP tikkonformax ma' dawk ir-rekwiżiti addizzjonali jew le fi żmien 150 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta mis-CCP.

(32a)  Meta bank ċentrali tal-ħruġ jiddeċiedi li jimponi rekwiżit addizzjonali fuq CCP ta' pajjiż terz sistematikament importanti, hu għandu jagħmel sforz biex jagħmel id-deċiżjoni trasparenti kemm jista' jkun, filwaqt li b'mod adegwat jirrispetta l-ħtieġa li jipproteġi informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva.

(32b)  Banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jivvalutaw ir-reżiljenza ta' CCPs ta' pajjiżi terzi għal żviluppi tas-suq negattivi b'kunsiderazzjoni tar-riskju li jippreżentaw għall-istabbilità tal-munita tal-bank ċentrali tal-ħruġ, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u l-funzjonament bla xkiel tas-sistemi ta' pagament. F'tali każijiet, il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-banek ċentrali tal-ħruġ u l-AETS jenħtieġ li jiġu żgurati biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(32c)  Sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jaffettwaw it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew il-funzjonament bla xkiel tas-sistemi jistgħu, sal-punt permess skont il-qafas istituzzjonali ta' bank ċentrali tal-ħruġ, jitolbu l-impożizzjoni fuq CCPs ta' pajjiżi terzi sistematikament importanti ta' rekwiżiti relatati mar-riskji tal-likwidità, arranġamenti ta' saldu, marġini, arranġamenti kollaterali jew ta' interoperabilità. F'tali sitwazzjonijiet, il-banek ċentrali tal-ħruġ u l-AETS jenħtieġ li jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni, partikolarment il-valutazzjoni tagħhom tar-riskji li s-sitwazzjoni tippreżenta u d-dewmien possibbli tagħhom, kif ukoll l-effetti previsti tar-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti.

(32d)  Il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Unjoni u s-superviżuri ta' pajjiżi terzi huma essenzjali sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva tas-CCPs ta' pajjiżi terzi u sabiex l-awtoritajiet rilevanti kollha jkunu jistgħu jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza b'mod ikkoordinat, effettiv u effiċjenti. Għalhekk, l-AETS jenħtieġ li tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament li jenħtieġ li jkopri l-elementi kollha meħtieġa biex jiżgura, fost oħrajn, l-iskambju bla xkiel ta' informazzjoni, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji, il-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji fil-pajjiż terz u l-kooperazzjoni effettiva f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

(33)  Il-livell ta' riskju ppreżentat minn CCP sistemikament importanti għas-sistema finanzjarja u għall-istabbiltà tal-Unjoni jvarja. Ir-rekwiżiti għal CCPs li huma sistemikament importanti jenħtieġ għalhekk li jiġu applikati b'mod proporzjonat għar-riskji li s-CCP tista' tippreżenta lill-Unjoni. Meta l-AETS, bi ftehim mal-bank / banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti tikkonkludi li CCP ta' pajjiż terz hija ta' tali importanza sistemika li l-konformità tagħha mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament mhux se jindirizzaw biżżejjed ir-riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għal Stat Membru wieħed jew aktar, l-AETS jenħtieġ li jkollha d-dritt li tirrakkomanda lill-Kummissjoni li dik is-CCP jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta u li tidentifika servizzi jew attivitajiet ta' kklirjar speċifiċi li hi tqis li jenħtieġ li ma jiġux ipprovduti lill-membri tal-ikklirjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni minn CCP awtorizzata skont dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta att delegat li jiddikjara li ċerti servizzi jew is-servizzi kollha pprovduti minn dik is-CCP għandhom jiġu pprovduti biss lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni minn CCP stabbilita fl-Unjoni u awtorizzata inkwantu tali li tipprovdi servizzi tal-ikklirjar fl-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li dak l-att delegat jispeċifika l-perjodu ta' adattament xieraq tas-CCP, il-membri tal-ikklirjar tagħha u l-klijenti tagħhom, flimkien mal-kundizzjonijiet li taħthom CCP tista' tkun temporanjament rikonoxxuta matul tali perjodu ta' adattament, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu matul tali perjodu ta' adattament sabiex jiġu limitati l-ispejjeż potenzjali għal membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni;

(34)  L-AETS jenħtieġ li tagħmel rieżami regolarment tar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom bħala CCPs ta' Grad 1 jew Grad 2. F'dan ir-rigward, l-AETS jenħtieġ li tqis fost affarijiet oħra, it-tibdil fin-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-operat kummerċjali tas-CCP ta' pajjiż terz. Tali rieżamijiet jenħtieġ li jsiru tal-anqas kull sentejn jew kull ħames snin skont il-punt sa fejn l-istrumenti finanzjarji kklirjati mis-CCP tal-Unjoni huma denominati f'muniti tal-Unjoni. Ir-rieżamijiet jenħtieġ ukoll li jsiru kull meta CCP ta' pajjiż terz rikonoxxuta tkun estendiet il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni; Apparti dawn ir-rieżamijiet, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha li tirrakkomanda lill-Kummissjoni li CCP jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta, l-AETS jenħtieġ li tkun tista' tikklassifika mill-ġdid CCP mill-Grad 1 għall-Grad 2 jew viċe versa. Jenħtieġ li jekk isseħħ riklassifikazzjoni minn Grad 1 għal Grad 2, jenħtieġ li jkun permess perjodu ta' adattament.

(35)  L-AETS jenħtieġ ukoll li tkun tista' tqis sa liema punt il-konformità ta' CCP ta' pajjiż terz li hija sistemikament importanti mar-rekwiżiti applikabbli f'dak il-pajjiż terz tista' tiġi mqabbla mal-konformità ta' dik is-CCP mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Meta twettaq din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-AETS tqis, fejn rilevanti, jekk il-Kummissjoni adottatx atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-pajjiż terz fejn huwa stabbilit is-CCP humiex ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe kundizzjoni li l-applikazzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni tista' tkun soġġetta għaliha. Sabiex tiżgura proporzjonalità, jenħtieġ li l-AETS tqis ukoll, meta twettaq valutazzjoni, il-punt sa fejn l-istrumenti finanzjarji kklirjati mis-CCP huma ddenominati fil-muniti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta att delegat li jispeċifika aktar il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' tali konformità komparabbli.

(36)  L-AETS jenħtieġ li jkollha s-setgħat kollha meħtieġa biex tissorvelja CCPs rikonoxxuti ta' pajjiżi terzi biex tiġi żgurata l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. F'ċerti oqsma, il-bank/banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar dawk l-aspetti tal-abbozz ta' deċiżjoni li huma relatati mal-munita li joħorġu. Mal-konklużjoni tal-perjodu għall-konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jagħmel kull sforz biex jikkonforma mal-emendi propost minnhom. Meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCP ma jirriflettix fl-abbozz ta' deċiżjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Bord tas-Superviżuri l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jinforma lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet kollha tiegħu u spjegazzjoni ta' kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dawn l-emendi.

(36a)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni rigward CCPs ta' pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kulleġġi għal CCPs ta' pajjiż terzi. Tali kulleġġi jenħtieġ li jgħaqqdu flimkien lill-membri permanenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-banek ċentrali tal-ħruġ u s-superviżuri tal-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni li fuqhom l-operazzjonijiet ta' CCPs ta' pajjiżi terzi jista' jkollhom impatt, jiġifieri membri tal-ikklirjar, ċentri tan-negozjar u depożitorji ċentrali tat-titoli. Il-kulleġġi għal CCPs ta' pajjiżi terzi jistgħu jitolbu lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' CCP stabbilita f'pajjiż terz.

(38)  jenħtieġ li l-AETS tkun tista' timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali biex iġġiegħel lis-CCPs ta' pajjiżi terzi jtemmu l-ksur, jipprovdu informazzjoni kompleta u korretta mitluba mill-AETS jew jaċċettaw li ssirilhom investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post.

(39)  jenħtieġ li l-AETS tkun tista' timponi multi fuq iż-żewġ tipi ta' CCPs ta' Grad 1 u ta' Grad 2 meta ssib li jkunu wettqu, intenzjonalment jew b'negliġenza, ksur ta' dan ir-Regolament billi pprovdew informazzjoni skorretta jew qarrieqa lill-AETS. Barra dan jenħtieġ li l-AETS tkun tista' timponi multi fuq CCPs ta' Grad 2, meta ssib li jkunu wettqu, intenzjonalment jew b'negliġenza, ksur tar-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għalihom f'dan ir-Regolament.

(40)  Il-multi jenħtieġ li jiġu imposti skont il-livell tal-gravità tal-ksur. Il-każijiet ta' ksur jenħtieġ li jinqasmu fi gruppi differenti u jiġu allokati multi speċifiċi għal kull grupp. Sabiex tiġi kkalkolata l-multa rigward ksur partikolari, l-AETS jenħtieġ li tuża metodoloġija f'żewġ fażijiet li tikkonsisti fl-iffissar ta' ammont bażiku u l-aġġustament ta' dak l-ammont bażiku, jekk ikun meħtieġ, b'ċerti koeffiċjenti. L-ammont bażiku jenħtieġ li jiġi stabbilit billi jitqies il-fatturat annwali tas-CCP ta' pajjiż terz ikkonċernat u l-aġġustamenti jenħtieġ li jsiru billi jiżdied jew jitnaqqas l-ammont bażiku permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti rilevanti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(41)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi l-koeffiċjenti marbuta ma' ċirkostanzi aggravanti u mitiganti sabiex l-AETS ikollha l-għodda meħtieġa biex tiddeċiedi dwar multa li tkun proporzjonali għall-gravità tal-ksur imwettaq minn CCP ta' pajjiż terz, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi li fihom ikun twettaq il-ksur.

(42)  Id-deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq investigazzjoni indipendenti.

(43)  Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, l-AETS jenħtieġ li tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu sabiex ikunu rispettati d-drittijiet ta' difiża tagħhom.

(44)  L-AETS jenħtieġ li żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà kisbet il-forza ta' res judicata b'riżultat ta' proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

(45)  Id-deċiżjonijiet tal-AETS li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali jenħtieġ li jkunu infurzabbli u l-eżekuzzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun soġġetta għar-regoli tal-proċedura ċivili li jkunu fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu twettqet l-eżekuzzjoni. Regoli tal-proċeduri ċivili m'għandhomx jinkludu regoli tal-proċedura kriminali iżda jistgħu jinkludu regoli tal-proċedura amministrattiva.

(46)  Fil-każ ta' ksur li jitwettaq minn CCP ta' Grad 2, l-AETS jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tapplika firxa ta' miżuri superviżorji, inkluż li teżiġi li s-CCP ta' Grad 2 ittemm il-ksur, u, bħala l-aħħar miżura, li tirtira r-rikonoxximent meta CCP ta' Grad 2 tkun kisret b'mod serju u ripetut dan ir-Regolament. Il-miżuri superviżorji għandhom ikunu applikati mill-AETS b'kont meħud tan-natura u l-gravità tal-ksur u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Qabel tieħu deċiżjoni dwar miżuri superviżorji, l-AETS jenħtieġ li tagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu sabiex id-drittijiet tagħhom għal difiża jkunu rispettati.

(47)  Il-validazzjoni ta' tibdil sinifikanti għall-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini, il-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenti, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju ta' CCP jenħtieġ li tiġi allinjata mar-rekwiżit il-ġdid li jinkiseb kunsens minn qabel mingħand l-AETS f'ċerti deċiżjonijiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' CCPs stabbiliti fl-Unjoni. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċedimenti ta' validazzjoni, validazzjoni waħda mill-awtorità nazzjonali kompetenti li hija soġġetta għal kunsens minn qabel tal-AETS jenħtieġ li tissostitwixxi ż-żewġ validazzjonijiet li l-awtorità nazzjonali kompetenti u l-AETS kienu meħtieġa jwettqu b'mod indipendenti. Barra dan, l-interazzjoni ta' dik il-validazzjoni u deċiżjoni tal-kulleġġ jenħtieġ li jiġu ċċarati. L-adozzjoni preliminari ta' bidla sinifikanti fil-mudelli jew parametri jenħtieġ tkun possibbli fejn meħtieġ, speċjalment meta l-bidla rapida tagħhom tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-solidità tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs.

(48)  Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tat-tip ta' tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont ta' tariffi li għandhom jitħallsu u l-mod li bih għandhom jitħallsu; l-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom il-kriterji huma speċifikati sabiex jiġi ddeterminat jekk CCP ta' pajjiż terz hijiex, jew x'aktarx li ssir, sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll biex tispeċifika l-kriterji biex CCP titqies ta' importanza sistemika sostanzjali; l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti addizzjonali li bank ċentrali jista' jimponi fuq CCP ta' pajjiż terz sistematikament importanti. L-ispeċifikazzjoni li s-servizzi pprovduti minn CCP ta' pajjiż terz li għandhom biss jiġu pprovduti wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 u kwalunkwe perjodu ta' adattament relatat; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji li jridu jintużaw fil-valutazzjonijiet tagħha tal-ekwivalenza ta' pajjiżi terzi; tispeċifika kif u taħt liema kundizzjonijiet ċerti rekwiżiti għandhom jiġu osservati minn CCPs ta' pajjiżi terzi; ir-regoli ulterjuri ta' proċedura fir-rigward tal-impożizzjoni ta' multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' difiża, l-iskadenzi, il-ġbir ta' multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali u perjodi kif ukoll il-limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' ħlasijiet ta' penali jew multi; il-miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

(49)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi u l-ekwivalenza tal-oqfsa legali ta' pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(50)  Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiżdied is-sigurtà u l-effiċjenza tas-CCPs billi jiġu stipulati rekwiżiti uniformi għall-attivitajiet tagħhom, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.

(51)  L-użu li tagħmel l-AETS tas-setgħa tagħha li tirrikonoxxi CCP ta' pajjiż terz bħala ta' Grad 1 jew CCP ta' Grad 2 jenħtieġ li jkun differit sakemm ikunu speċifikati f'aktar dettall il-kriterji li jippermettu l-evalwazzjoni ta' jekk CCP ta' pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew le, jew jekk x'aktarx issir, għas-sistema finanzjarja tal-UE jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati skont dan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

1.  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) is-CCPs li huma awtorizzati skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 u d-data ta' awtorizzazzjoni jew rikonoxximent rispettivament, li jindikaw is-CCPs li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti għall-iskop tal-obbligu tal-ikklirjar".

1a.  Fl-Artikolu 15, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"1a. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-estensjoni tan-negozju għal attivitajiet jew servizzi ġodda għandha tirrikjedi estensjoni tal-awtorizzazzjoni fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) is-servizz il-ġdid jew l-attività ġdida jesponu lis-CCP għal riskji ġodda jew miżjuda;

(b) is-servizz il-ġdid jiġi pprovdut jew l-attività ġdida sseħħ fir-rigward ta' klassi ta' strumenti finanzjarji bi profil ta' riskju differenti jew b'differenzi materjali mill-prodotti diġà approvati mis-CCP;

(c) is-servizz il-ġdid jiġi pprovdut jew l-attività l-ġdida sseħħ fir-rigward ta' klassi ta' strumenti finanzjarji li ma kinux speċifikati fid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tas-CCP.

1b. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu lista ta' indikaturi li jiddefinixxu aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1a.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

2.  Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti, f'konsultazzjoni mal-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi data ta' skadenza sa meta s-CCP għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali. Malli tirċievi tali informazzjoni addizzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tibgħatha minnufih lill-AETS u lill-kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 18(1). Wara li tivvaluta, f'konsultazzjoni mal-AETS, li applikazzjoni hija kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-CCP applikanti u lill-membri tal-kulleġġ kif meħtieġ."

2a.  Fl-Artikolu 17, ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Fejn opinjoni konġunta bi ftehim komuni kif imsemmija fit-tielet subparagrafu ma tintlaħaqx, u maġġoranza sempliċi tal-kulleġġ tkun esprimiet opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ▌tista', fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta' dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. Fi żmien 30 jum kalendarji minn meta tiġi ppreżentata applikazzjoni kompleta skont l-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistabbilixxi kulleġġ sabiex jiffaċilita t-tħaddim tal-kompiti imsemmija fl-Artikoli 15, 17, 49, 51 u 54.

Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fl-Artikolu 22a għandu jmexxi u jiġġestixxi l-kulleġġ.

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel bis-segwenti:

"(a) il-membri permanenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fl-Artikolu 22a(2)(a);"

(c)  Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tat-tliet membri tal-ikklirjar tas-CCP▌ bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 42 fuq bażi aggregata tul perjodu ta' sena, inkluż fejn rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjoni ta' kreditu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilha mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013(14), jekk dawk l-awtoritajiet jesprimu interess fil-parteċipazzjoni f'dan il-kulleġġ.

(ca)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt (ca):

"(ca) l-awtoritajiet kompetenti tal-membri tal-ikklirjar, għajr dawk imsemmija fil-punt (c), soġġetti għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħha tal-impatt li diffikultà finanzjarja tas-CCP jista' jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-suq lokali tal-munita ta' ħruġ tiegħu. F'każ li l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub."

(cb)  fil-paragrafu 4, jiddaħħal il-punt (ca):

"(ca)  it-tħejjija ta' opinjoni lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs fejn dak il-kumitat huwa meħtieġ li jipprovdi l-kunsens tiegħu jew jiġi kkonsultat skont l-Artikolu 21a."

(cc)  Jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

"Meta kwalunkwe membru tal-kulleġġ jivvaluta, fuq il-bażi ta' informazzjoni skambjata skont il-punt (b), li l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju ta' CCP ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament jew inkella jinvolvu nuqqasijiet fir-reżiljenza tagħha, il-membru jista' jinforma lill-awtorità kompetenti u lill-kulleġġ bil-kwistjoni u jitlob li tiġi diskussa fi ħdan il-kulleġġ. Il-President tal-kulleġġ jista' sussegwentement jinkludi diskussjoni dwar il-kwistjoni identifikata mill-membru fl-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kulleġġ. Wara dik id-diskussjoni, jekk tal-inqas terz tal-membri tal-kulleġġ għajr il-membru li oriġinarjament talab din id-diskussjoni jappoġġjaw l-abbozz ta' rakkomandazzjoni biex tiġi indirizzata l-kwistjoni identifikata u tittejjeb ir-reżiljenza tas-CCP, il-President għandu jitlob lill-kulleġġ biex jabbozza tali rakkomandazzjoni.

Il-kulleġġ jista' jadotta r-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq il-bażi ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-kulleġġ, l-AETS għandha tivvaluta l-kwistjoni u r-rakkomandazzjoni u tiddeċiedi jekk titlobx kwalunkwe azzjoni superviżorja speċifika skont l-Artikolu 21a(3).

Din għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti u lill-kulleġġ. L-awtorità kompetenti għandha żżomm lill-kulleġġ informat dwar kwalunkwe azzjoni sussegwenti jew nuqqas ta' tali azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjoni.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun naqset milli tieħu azzjoni fi żmien 90 jum wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni u fejn in-nuqqas ta' teħid ta' azzjoni jista' jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, kwalunkwe membru tal-kulleġġ jista', fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-perjodu ta' 90 jum, jirreferi l-kwistjoni lill-AETS skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

(cd)  il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi madwar l-Unjoni, l-AETS, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom il-muniti Ewropej imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2▐ għandhom jitqiesu bħala l-aktar rilevanti u d-dettalji tal-arranġamenti prattiċi msemmija fil-paragrafu 5.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

3a.  Fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a. Fuq it-talba ta' kwalunkwe membru tal-kulleġġ u mal-adozzjoni minn maġġoranza tal-kulleġġ, l-opinjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet sabiex tittejjeb ir-reżiljenza tas-CCP."

4.  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3. Opinjoni tal-maġġoranza tal-kulleġġ għandha tiġi adottata fuq il-bażi ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Għall-kulleġġi sa u li jinkludu 12-il membru, massimu ta' żewġ membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Għall-kulleġġi li jkun fihom aktar minn 12-il membru, massimu ta' tliet membri mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fejn il-BĊE ikun membru tal-kulleġġ skont il-punti (a), (c) u (h) tal-Artikolu 18(2), huwa għandu jkollu l-għadd ta' voti segwenti:

(i) massimu ta' żewġ 2 voti f'kulleġġi sa u li jinkludu 12-il membru;

(ii) massimu ta' tliet 3 voti f'kulleġġi li jkunu jinkludu aktar minn 12-il membru.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkun membru mingħajr id-dritt tal-vot. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkollu vot kull wieħed, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom ikunu membri mhux votanti fil-kulleġġi."

5.  Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tibgħat lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha kompletament motivat, li għandu jqis ir-riżervi tal-membri tal-kulleġġ."

6.  L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. Mingħajr preġudizzju għall-irwol tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-AETS, għandhom jagħmlu rieżami tal-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mis-CCPs biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u jevalwaw ir-riskji, li għandhom jinkludu, mill-inqas, riskji finanzjarji, operazzjonali u ċibernetiċi, li għalihom is-CCPs huma, jew jistgħu jkunu esposti.

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-AETS għandha tistabbilixxi l-frekwenza u l-grad tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala, il-kumplessità tal-attivitajiet u l-interkonnettività ma' infrastrutturi oħra tas-swieq finanzjarji tas-CCPs ikkonċernati. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas darba fis-sena.

Is-CCPs għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post xierqa meta jkun neċessarju. Il-persunal tal-AETS jista' jiddeċiedi li jipparteċipa f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat lill-AETS kull informazzjoni li tasal mingħand is-CCPs u għandha titlob mingħand is-CCP rilevanti kull informazzjoni li tintalab mill-AETS li hi ma tistax tipprovdi."

(ba)  fil-paragrafu 6, il-punt (a) tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) tagħmel analiżi ta' rieżami minn pari tal-attivitajiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti kollha f'rabta mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll analiżi komparattiva tal-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs awtorizzati kollha skont l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament; u"

7.  Fit-Titolu III tal-Kapitolu 2 jiddaħħlu l-Artikoli 21a, 21b u 21c li ġejjin:

"Artikolu 21a

Proċeduri għall-kooperazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' CCPs awtorizzati

1. L-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu dmirijiethom skont l-Artikolu 22(1):

(a) Għandhom iħejju u jippreżentaw abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-AETS għal kunsens minn qabel l-adozzjoni ta' kull deċiżjoni adottata skont jew fit-twettiq ta' dmirijiethom li jirriżultaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 14, 15, 20, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36 u 49 ta' dan ir-Regolament;

(b) għandhom iħejju u jippreżentaw abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-AETS għal kunsens minn qabel l-adozzjoni ta' kull deċiżjoni adottata skont jew fit-twettiq ta' dmirijiethom li jirriżultaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 54 ta' dan ir-Regolament;

(c) jistgħu jadottaw, mingħajr sottomissjoni min qabel lill-AETS għal kunsens jew konsultazzjoni, deċiżjonijiet adottati skont jew fit-twettiq ta' dmirijiethom li jirriżultaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 16, 21, 26, 27, 28, 29, 37, 38, 39, 40,41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 50, 51, 52, 53 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

3. L-AETS għandha tittrasmetti lill-awtoritajiet kompetenti kull informazzjoni rilevanti li tista' tirriżulta fl-adozzjoni ta' deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tista' titlob azzjoni superviżorja speċifika, inkluż l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-AETS infurmata dwar kull azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fir-rigward tagħha.

4. Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi sottomess lill-AETS għall-kunsens skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kunsens tal-AETS għandu jkun meqjus li ngħata sakemm din ma tipproponix emendi jew ma toġġezzjonax għall-abbozz ta' deċiżjoni fi żmien massimu ta' 15-il jum kalendarju wara li tkun ġiet innotifikata b'dak l-abbozz ta' deċiżjoni. Meta l-AETS tipproponi emendi jew toġġezzjona għal abbozz ta' deċiżjoni, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet kollha u fid-dettall, bil-miktub.

5. Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi sottomess lill-AETS għall-kunsens skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-AETS tipproponi emendi, l-awtorità kompetenti tista' tadotta d-deċiżjoni biss kif emendata mill-AETS.

Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi sottomess lill-AETS għall-kunsens skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-AETS toġġezzjona għal abbozz ta' deċiżjoni, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tadotta dik id-deċiżjoni.

6. Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi sottomess lill-AETS għall-kunsens skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-awtorità kompetenti ma taqbilx mal-emenda proposta jew mal-oġġezzjoni tal-AETS, din tista' fi żmien 5 ijiem tippreżenta talba motivata lill-Bord tas-Superviżuri msemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jivvaluta din l-oġġezzjoni jew emenda. Il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jew japprova jew jiċħad l-oġġezzjonijiet jew emendi fi żmien 10 ijiem minn meta ssir it-talba u l-paragrafu 5 għandu japplika skont dan.

6a. Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi ppreżentat lill-AETS għall-konsultazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, l-AETS għandha twieġeb għall-konsultazzjoni fi żmien massimu ta' 15-il jum kalendarju wara li tkun ġiet innotifikata b'dak l-abbozz ta' deċiżjoni.

6b. Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi ppreżentat lill-AETS għall-konsultazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tagħti kunsiderazzjoni dovuta lis-suġġerimenti tal-AETS.

7. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarji li tkun tirrikjedi l-azzjoni neċessarja sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-paragrafu 5 fil-każ ta' oġġezzjoni jew emendi tal-AETS għal abbozz ta' deċiżjoni finali;

(b) meta awtorità kompetenti, fuq talba mill-AETS skont il-paragrafu 3, ma tiħux l-azzjoni mitluba fi żmien raġonevoli fejn dan in-nuqqas jirriżulta f'li parteċipant fis-swieq finanzjarji jikkommetti ksur tar-rekwiżiti applikabbli fit-Titoli IV u V ta' dan ir-Regolament.

Id-deċiżjonijiet adottati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Artikolu 21aa

Konsultazzjoni tal-bank ċentrali tal-ħruġ

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 14, 15, 20, 41, 44, 46, 50 u 54, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jikkonsulta lil kull bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fl-Artikolu 18(2)(h) dwar dawk l-aspetti tal-abbozz ta' deċiżjoni li huma relatati mal-munita li joħroġ.

Kull bank ċentrali tal-ħruġ għandu jwieġeb għat-talba għal konsultazzjoni fi żmien 10 ijiem ta' ħidma mit-trażmissjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni.

Meta, skont l-Artikolu 24, il-Kumitat ta' Sorveljanza tas-CCP jivvaluta li s-sitwazzjoni ffaċċata hija sitwazzjoni ta' emerġenza, il-perjodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti m'għandux jaqbeż l-24 siegħa.

Mal-konklużjoni tal-perjodu għall-konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP jew l-awtorità kompetenti rilevanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal-emendi proposti mill-bank ċentrali tal-ħruġ.

Meta abbozz ta' deċiżjoni jiġi ppreżentat lill-AETS għall-kunsens skont il-punt (a) tal-Artikolu 21(1) jew għall-konsultazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 21(1) u l-awtorità kompetenti ma tirriflettix fl-abbozz ta' deċiżjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Kumitat Superviżorju tas-CCP l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jinforma lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet kollha tiegħu u spjegazzjoni ta' kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dawn l-emendi.

Artikolu 21cTariffi

1. Is-CCPs għandhom iħallsu t-tariffi li ġejjin:

(a) tariffi assoċjati mal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 jew mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25, u

(c) tariffi annwali assoċjati mal-kompiti tal-AETS b'konformità ma' dan ir-Regolament.

1a. It-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati mal-fatturat tas-CCP ikkonċernata u jkopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tal-AETS relatata mal-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent tas-CCP, kif applikabbli, u mal-prestazzjoni tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) it-tipi ta' tariffi;

(b) il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi;

(c) l-ammont tat-tariffi;

(ca) il-mod kif għandhom jitħallsu t-tariffi mill-entitajiet li ġejjin:

(i) CCPs stabbiliti fl-Unjoni li huma awtorizzati jew li japplikaw għall-awtorizzazzjoni;

(ii) CCPs stabbiliti f'pajjiż terz li huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 25(2);"

7a.  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 22aKumitat Superviżorju tas-CCPs tal-AETS

1. L-AETS għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010 bl-għan li tħejji deċiżjonijiet u twettaq il-kompiti relatati mas-superviżjoni tas-CCPs tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi (Kumitat Superviżorju tas-CCPs).

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri abbozzi ta' deċiżjonijiet kompluti għall-adozzjoni skont l-Artikolu 22c.

2. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun magħmul:

(a) mill-membri permanenti li ġejjin:

(i) il-President li għandu jkollu vot;

(ii) Viċi President li għandu jwettaq il-kompiti tal-President fl-assenza tiegħu jew tagħha u li għandu jkollu d-dritt tal-vot;

(iii) erba' diretturi li għandu jkollhom vot;

(iv) rappreżentant wieħed tal-BĊE, li m'għandux ikollu vot; kif ukoll

(v) rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, li m'għandux ikollu vot;

(b) dawn il-membri mhux permanenti li ġejjin speċifiċi għal kull CCP li fir-rigward tagħha jitlaqqa' l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs:

(i) rappreżentant tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għal kull CCP stabbilita fl-Unjoni li fir-rigward tagħha titlaqqa' s-CCP. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom il-vot iżda, meta Stat Membru jkun ħatar diversi awtoritajiet, dan l-Istat Membru m'għandux ikollu aktar minn dritt tal-vot wieħed skont dan il-punt.

(ii) rappreżentant ta' kull bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti msemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 18(2) għal kull CCP stabbilita fl-Unjoni li fir-rigward tagħha jitlaqqa' l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollu d-dritt tal-vot;

(iii) Meta jitlaqqa' l-Kumitat Superviżorji tas-CCPs fir-rigward ta' deċiżjonijiet jew diskussjonijiet relatati mal-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, rappreżentanti ta' dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ ta' muniti tal-Unjoni kklirjati jew li se jiġu kklirjati mis-CCP li fir-rigward tagħhom jitlaqqa' l-Kumitat Superviżorju tas-CCP li mhumiex membri skont il-punt (ii), li m'għandhomx ikollhom vot.

Il-President jista' jistieden bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, meta jkun xieraq u meħtieġ, lil membri oħra tal-kulleġġ tas-CCP rilevanti msemmija fl-Artikolu 18(2).

Meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikun qed jeżerċita l-kompiti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet tas-CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-AETS skont l-Artikolu 25 jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi, meta jkun xieraq u meħtieġ.

Meta jkunu qed jiddiskutu deċiżjonijiet relatati mal-Artikolu 25(2a) u (2c) u l-Artikolu 25b, 41, 44 u 46, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-istrumenti finanzjarji kklirjati jew li se jiġu kklirjati mis-CCP ta' pajjiż terz li fir-rigward tagħha jitlaqqa' l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs bħala osservaturi.

Il-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena.

Meta kompitu tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jkunx jirrigwarda CCP speċifika stabbilita fl-Unjoni, il-Kumitat għandu jkun magħmul biss mill-membri permanenti msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, mill-awtoritajiet kollha msemmija fil-punt (b)(i) u, fejn rilevanti, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (b)(ii) ta' dan il-paragrafu.

3. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta' abbozz ta' deċiżjonijiet li jridu jiġu ppreżentati lill-Bord tas-Superviżuri:

(a) meta l-AETS tkun rikjesta tipprovdi l-kunsens tagħha jew tiġi kkonsultata skont l-Artikolu 21a; kif ukoll

(b) meta l-AETS tirrikonoxxi u tissorvelja CCPs ta' pajjiżi terzi skont l-Artikoli 25, 25a, 25b, 25c, 25d, 25e, 25f, 25g, 25h, 25i, 25j, 25m u 25n.

4. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u d-Diretturi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 22a(1)(a) għandhom ikunu professjonisti indipendenti full-time. Huma għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien dwar kwistjonijiet ta' kklirjar, ta' finanzi u ta' wara n-negozjar, kif ukoll fuq il-bażi ta' esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u regolamentazzjoni tas-CCPs. Huma għandhom jintgħażlu abbażi ta' proċedura ta' għażla miftuħa organizzata mill-Kummissjoni, li għandha tirrispetta l-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati debitament dwarha f'kull stadju ta' dik il-proċedura b'mod f'waqtu.

Il-mandat tal-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun ta' ħames snin u jista' jiġi mġedded darba. Il-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma għandux ikollhom karigi oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżuri nazzjonali, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni ta' President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u għandha tinforma lill-Kunsill dwar il-lista mqassra.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta rigward il-ħatra tal-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni biex jaħtar lill-President, il-Viċi Presidenti u d-Diretturi. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Meta l-President, il-Viċi President jew wieħed mid-Diretturi ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu jew jekk jinstab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni biex ineħħi lilu jew lilha mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni li jqisu li l-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, jew tal-Viċi President jew ta' wieħed mid-Diretturi mill-kariga huma ssodisfati, u l-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba għal dan.

5. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun appoġġat minn persunal iddedikat li jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti u għandu jingħata riżorsi adegwati mill-AETS biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

6. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jinforma lill-kulleġġ superviżorju rilevanti bl-abbozz ta' deċiżjonijiet komplut lill-Bord tas-Superviżuri skont il-paragrafu 1.

7. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jiżgura li l-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18(2), l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-BERS, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja bl-għan li jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 22bIndipendenza

Fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta' Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra. La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas xi korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 22a(1)(a) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha. B'mod konformi mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 22a(1)(a) għandhom, wara li jitilqu mis-servizz, jibqgħu marbuta bid-dover li jaġixxu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Il-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom ikunu soġġetti għal perjodu intermedjarju xieraq qabel ma jassumu din il-kariga u wara li jtemmu dan ir-rwol.

Artikolu 22cRapport

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, biex jagħmlu dikjarazzjoni filwaqt li jirrispettaw kompletament l-indipendenza tagħhom. Huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġbu kull mistoqsija tal-Membri tiegħu kull meta jkun mitlub.

2. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jirrapporta bil-miktub dwar l-attivitajiet prinċipali tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel ma jagħmel d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-President għandu jirrapporta kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad-hoc.

4. Fuq talba, il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkollu diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont it-TFUE.

5. Matul kwalunkwe investigazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkoopera mal-Parlament Ewropew, soġġett għat-TFUE u għar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 226 tiegħu. Fi żmien sitt xhur mill-ħatra tal-President, il-Viċi President u d-Diretturi tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u l-Parlament Ewropew għandhom jikkonkludu arranġamenti xierqa dwar l-arranġamenti prattiċi tal-eżerċizzju tal-obbligu ta' rendikont demokratiku u sorveljanza fuq l-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs minn dan ir-Regolament. Soġġett għas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 tat-TFUE, dawn l-arranġamenti għandhom ikopru, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-informazzjoni, inklużi regoli dwar l-immaniġġjar u l-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata jew kunfidenzjali, kooperazzjoni fis-seduti ta' smigħ, diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm, rapporti, tweġibiet għal mistoqsijiet, investigazzjonijiet u informazzjoni dwar il-proċedura ta' għażla tal-President, tal-Viċi President u tal-ħames Diretturi msemmija fl-Artikolu 22(1)(a) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 22dTeħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs

Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. F'każ li l-voti jkunu ndaqs, il-President ikollu l-vot deċiżiv.

Artikolu 22eTeħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri

Fir-rigward tal-abbozzi ta' deċiżjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 21a(1) u rigward l-Artikoli 14, 15, 20, 41, 44, 46, 50, 54 kif ukoll, għas-CCPs determinati li huma CCPs ta' Grad 2 skont l-Artikolu 25 (2a), l-abbozzi ta' deċiżjonijiet ippreżentati rigward l-Artikoli 25a, 25(2a), 25(2b), 25(2c), 25(5), l-abbozzi ta' deċiżjonijiet ippreżentati mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-abbozzi ta' deċiżjonijiet ippreżentati mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jitqiesu bħala adottati jekk approvati b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma jiġux irrifjutati mill-membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif imfisser fl-Artikolu 16(4) tat-TUE u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar dispożizzjonijiet tranżitorji fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mit-trażmissjoni tagħhom.

F'sitwazzjonijiet ta' urġenza partikolari, il-perjodu għall-eżami ta' abbozz ta' deċiżjoni ma għandux ikun ta' aktar minn 24 siegħa. Jekk il-Bord tas-Superviżuri jirrifjuta abbozz ta' deċiżjoni, dan għandu jagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.

8.  L-Artikolu 24 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-awtorità kompetenti tas-CCP jew kwalunkwe awtorità oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lil awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza relatata ma' CCP, inkluż l-iżviluppi fi swieq finanzjarji, li jista' jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trażmissjoni ta' politika monetarja, l-operazzjoni mingħajr xkiel ta' sistemi ta' pagament u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn is-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha jkun stabbilit."

9.  L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "1. CCP stabbilita f'pajjiż terz tista' biss tipprovdi servizzi tal-ikklirjar lill-membri tal-ikklirjar jew postijiet tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni meta dik is-CCP tkun rikonoxxuta mill-AETS skont jew il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2 jew il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4."

(a)  fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

(e) is-CCP li ma tkunx stabbilita bħala sistemikament importanti jew mhux probabbli ssir sistemikament importanti f'konformità mal-paragrafu 2a u għalhekk tkun CCP tal-Grad 1."

(b)  jiddaħħlu dawn il-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:

"2a. L-AETS għandha, wara konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklirjati jew li se jiġu kklirjati mis-CCP, tiddetermina jekk CCP hijiex sistemikament importanti jew li x'aktarx issir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha (CCP ta' Grad 2) filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-operat tas-CCP fl-Unjoni kif ukoll operat ieħor tas-CCP barra mill-Unjoni sal-punt li tali operat jaffettwa l-kumplessità ġenerali tas-CCP, inkluż:

(i) il-valur f'termini ta' aggregat u f'kull munita tal-Unjoni ta' tranżazzjonijiet ikklirjati mis-CCP, jew l-iskopertura aggregata tas-CCP involuta f'attivitajiet ta' kklirjar għall-membri tal-ikklirjar tagħha stabbiliti fl-Unjoni u, sal-punt possibbli għall-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, inkluż meta kwalunkwe wieħed minn dawk il-membri jew il-klijenti jkunu ġew indikati bħala istituzzjonijiet sistematikament importanti globali (G-SIIs) jew istituzzjonijiet sistematikament importanti oħra (O-SIIs) skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(ii) il-profil tar-riskju tas-CCP, f'termini ta', fost oħrajn, riskju legali, operattiv u tan-negozju, u b'attenzjoni partikolari lir-riskju ċibernetiku.;

(b) l-effett li fil-każ ta' nuqqas jew ta' tfixkil għas-CCP ikollu fuq swieq finanzjarji, istituzzjonijiet finanzjarji, jew is-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, jew fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha;

(c) l-istruttura tas-sħubija tal-ikklirjar tas-CCP kif ukoll l-istruttura tan-netwerk tal-membri tal-ikklirjar tal-klijenti u l-klijenti indiretti tagħha, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment, partikolarment il-proporzjon tal-membri tal-ikklirjar tagħha u tal-klijenti tagħhom kif ukoll dawk indiretti stabbiliti fl-Unjoni;

(d) ir-relazzjoni tas-CCP, interdipendenzi, jew interazzjonijiet oħra ma' infrastrutturi oħra tas-swieq finanzjarji, istituzzjonijiet finanzjarji oħra u s-sistema finanzjarja usa' sal-punt li dawk l-interazzjonijiet x'aktarx jaffettwaw is-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(da) l-effett immedjat u fit-terminu medju li n-nuqqas ta' jew it-tfixkil għas-CCP ikollu fuq il-likwidità tas-swieq li sservi jew fuq l-implimentazzjoni tal-politika monetarja mill-banek ċentrali tal-ħruġ;

Il-Kummissjoni se tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fi żmien [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2b. Fejn l-AETS tiddetermina li CCP tkun sistemikament importanti jew li x'aktarx se ssir sistemikament importanti (CCP ta' Grad 2) f'konformità mal-paragrafu 2a, hija għandha tirrikonoxxi biss dik is-CCP fejn, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2)(a), (b)▌ u (d), jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) li s-CCP tikkonforma, fil-mument tar-rikonoxximent u minn hemm 'il quddiem fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V. L-AETS għandha tieħu inkunsiderazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 25a(2), sa liema punt il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti hi ssodisfata bil-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti komparabbli applikabbli fil-pajjiż terz;

(b) Is-CCP tikkonforma jew tkun stabbiliet miżuri xierqa biex tikkonforma, fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti li ġejjin, li l-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li se jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz setgħu imponew fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom:

(i) Ir-rapportar ta' kull informazzjoni mitluba lill-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti fejn dik l-informazzjoni ma tkunx inkisbet mod ieħor mill-AETS,

(ii) l-impenn mis-CCP biex tikkoopera b'mod sħiħ u kif xieraq mal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-kuntest tal-valutazzjoni tiegħu tar-reżiljenza tas-CCP għal kundizzjonijiet ħżiena tas-suq;

(iii) il-ftuħ mis-CCP ta' depożitu mal-lejl mal-bank ċentrali tal-ħruġ b'mod konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti ta' aċċess rilevanti tal-bank ċentrali tal-ħruġ;

(iv) l-applikazzjoni, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tar-rekwiżiti konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta' dan ir-Regolament, fi ħdan il-kompetenzi tal-bank ċentrali tal-ħruġ u dwar kontrolli tar-riskju tal-likwidità, arranġamenti ta' saldu, marġini, arranġamenti kollaterali jew ta' interoperabilità, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju sistemiku ta' likwidità li jaffettwa t-trażmissjoni tal-politika monetarja jew il-funzjonament bla xkiel tas-sistemi ta' pagament.

Fi żmien 150 jum mit-tressiq ta' applikazzjoni kompluta, il-banek ċentrali tal-ħruġ ikkonċernati għandhom jipprovdu lill-AETS b'konferma bil-miktub li s-CCP tikkonforma, jew li stabbilit miżuri xierqa biex tikkonforma fuq bażi kontinwa, ma' kull rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Meta l-banek ċentrali tal-ħruġ ikkonċernati ma jkunux ipprovdew tweġiba bil-miktub lill-AETS dwar il-konformità tas-CCP ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti mniżżla fil-punti (i) sa (iv), l-AETS tista' tqis ir-rekwiżiti korrispondenti ssodisfati;

Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jipprovdi spjegazzjoni debitament iġġustifikata u motivata tad-deċiżjoni tiegħu li jimponi kwalunkwe rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu, abbażi tar-rilevanza tad-deċiżjoni għall-kompiti tal-politika monetarja lis-CCP u lill-AETS.

Meta kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkun impost mill-bank ċentrali tal-ħruġ wara li jkun ingħata rikonoxximent lis-CCP, is-CCP għandha tikkonforma minnufih ma' dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 25b u l-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma minnufih lill-AETS.

Ir-rekwiżiti imposti minn bank ċentrali skont il-punt (iv) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Meta l-bank ċentrali jqis li s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-punt (iv) tal-ewwel subparagrafu għadha tippersisti, hu jista', fl-aħħar tal-ewwel perjodu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-AETS, ikompli japplika dawk ir-rekwiżiti għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Kwalunkwe bank ċentrali tal-ħruġ jista' jippreżenta lill-Kummissjoni talba debitament ġustifikata biex iżżid rekwiżit wieħed jew aktar mal-lista stabbilita fl-ewwel paragrafu.

Abbażi ta' din it-talba, il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat u żżid ir-rekwiżiti kkonċernati mal-lista stabbilita fl-ewwel paragrafu, jew tippermetti l-estensjoni tar-rekwiżiti imposti skont il-punt (iv) ta' dak is-subparagrafu.

Meta, wara talba ppreżentata minn bank ċentrali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma żżidx mal-lista stabbilita fl-ewwel paragrafu wieħed jew aktar mir-rekwiżiti li l-bank ċentrali jkun talab fit-talba tiegħu, hija għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u dettaljati għad-deċiżjoni tagħha lill-bank ċentrali kkonċernat, bil-miktub.

(c) is-CCP ipprovdiet lill-AETS b'dikjarazzjoni bil-miktub, iffirmata mir-rappreżentant legali tagħha, fejn tesprimi l-kunsens mingħajr kundizzjonijiet tas-CCP għad-dispożizzjoni, fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara s-servizz ta' talba mill-AETS ta' kull dokument, rekord, informazzjoni u data miżmuma minn dik is-CCP fil-ħin li tkun ġiet ippreżentata t-talba, u li tippermetti lill-AETS li jkollha aċċess fi kwalunkwe bini tan-negozju tas-CCP, flimkien ma' opinjoni ġuridika motivata minn esperti legali indipendenti li tikkonferma li l-kunsens espress hu validu u eżegwibbli skont il-liġijiet applikabbli rilevanti;

(d) is-CCP ħadet u implimentat il-miżuri kollha meħtieġa u stabbiliet il-proċeduri kollha meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (c);

(da) arranġamenti ta' kooperazzjoni ġew stabbiliti skont il-paragrafu 7a;

(e) il-Kummissjoni ma adottatx att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-paragrafu 2c.

2c. L-AETS, bi ftehim mal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz▐, tista' tikkonkludi li CCP ta' importanza sistemika sostanzjali li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2b ma tiżgurax b'mod suffiċjenti l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha▐. F'każ bħal dan, l-AETS għandha tirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jipprojbixxi lis-CCP ikkonċernata milli tiġi rikonoxxuta f'konformità mal-paragrafi 2a jew 2b.

L-AETS tista' fl-analiżi tagħha, tidentifika servizzi jew attivitajiet ta' kklirjar speċifiċi li tikkunsidra li għandhom jingħataw biss lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni minn CCP awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn analiżi ta' dawn l-elementi kollha li ġejjin:

(a) l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (da) tal-Artikolu 25(2a);

(b) il-karatteristiċi tas-servizzi ta' kklirjar pprovduti minn CCP, b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-likwidità u tas-saldu fiżiku marbuta mal-forniment ta' dawn is-servizzi, u l-probabbiltà relatata, f'każ ta' stress qawwi, ta' ħtieġa għas-CCP li tapplika għal assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali;

(c)  il-preżenza ta' sostituti potenzjali vijabbli għall-forniment tas-servizzi ta' kklirjar kkonċernati fil-muniti kkonċernati lill-membri tal-ikklirjar, lill-klijenti tagħhom u lill-klijenti indiretti stabbiliti fl-Unjoni;

(d) l-eżistenza u n-natura ta' mekkaniżmi ta' appoġġ ta' likwidità disponibbli għas-CCP fil-pajjiż ta' oriġini tagħha u l-eżistenza ta' kull arranġament ieħor għall-mitigazzjoni tar-riskju;

(e) il-konsegwenzi potenzjali tal-inklużjoni tal-kuntratti pendenti miżmuma f'CCP fil-kamp ta' applikazzjoni tal-att delegat;

(f) il-konsegwenzi potenzjali, f'termini ta' kostijiet u benefiċċji, tal-ħtieġa għas-CCP li tapplika għall-awtorizzazzjoni fl-Unjoni fuq dawn li ġejjin:

(i) il-membri tal-ikklirjar tas-CCP u l-klijenti tagħhom kif ukoll dawk indiretti stabbiliti fl-Unjoni;

(ii) l-FMIs interoperabbli u marbuta mas-CCPs;

(iii) l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' Stat Membru wieħed tagħha jew aktar, inkluż jekk ir-riskju sistemiku jitnaqqas bħala riżultat ta' ħtieġa għas-CCP li tapplika għal awtorizzazzjoni fl-Unjoni.

Abbażi tar-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u tal-valutazzjoni li takkumpanjaha, il-Kummissjoni tista' tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, li għandu jispeċifika li xi wħud jew is-servizzi kollha pprovduti minn dik is-CCP għandhom jiġu pprovduti biss lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni biss minn CCP awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14, fejn applikabbli wara perjodu ta' adattament. Dak l-att delegat jista' jispeċifika kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) perjodu ta' adattament xieraq għas-CCP, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħha;

(b) il-kundizzjonijiet taħt liema dik is-CCP tista' tiġi rikonoxxuta temporanjament matul il-perjodu ta' adattament imsemmi fil-punt (a); kif ukoll

(c) kwalunkwe miżura li għandha tittieħed matul il-perjodu ta' adattament, sabiex jiġu limitati l-ispejjeż potenzjali għall-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, b'mod partikolari dawk stabbilit fl-Unjoni"

(ba)  il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

  (i) il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

  "3.  Meta jkunu qed jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew 2a, kif applikabbli, humiex issodisfati, l-AETS għandha tikkonsulta:"

  (ii) il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "(f)   lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati mis-CCP ta' pajjiż terz."

(bb)  fil-paragrafu 4, is-subparagrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tas-CCPs rikonoxxuti skont dan ir-Regolament, flimkien ma' referenza għall-kategorizzazzjoni tagħhom bħala CCPs ta' Grad 1 jew ta' Grad 2."

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tirrieżamina r-rikonoxximent ta' CCP stabbilita f'pajjiż terz kif ġej:

(a) fejn is-CCP ikkonċernata tkun estendiet il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni;  u, jew:

(b) mill-inqas kull sentejn meta s-CCP ikkonċernata tikklerja ammont ta' strumenti finanzjarji denominati f'muniti tal-Unjoni li jaqbżu, għall-muniti kkonċernati, il-limiti stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-ħames subparagrafu; jew

(c) mill-inqas kull ħames snin fil-każijiet l-oħra kollha.

Dak ir-rieżami għandu jitwettaq skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

Apparti dan ir-rieżami, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2c u b'kont dovut għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1a, l-AETS tista' jew:

(a) tiddetermina, skont il-paragrafu 2a, li CCP tal-Grad 1 saret sinifikanti jew li x'aktarx issir iktar sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għal Stat Membru wieħed tagħha jew aktar, u għalhekk għandha tiġi kklassifikata mill-ġdid bħala CCP tal-Grad 2;

(b) tiddetermina, li CCP tal-Grad 2 m'għadhiex sinifikanti jew li x'aktarx issir iktar sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għal Stat Membru wieħed tagħha jew aktar, u għalhekk għandha tiġi kklassifikata mill-ġdid bħala CCP tal-Grad 1; jew

(c) tiddetermina li l-importanza tas-CCP kkonċernata ma nbidlitx u l-klassifikazzjoni ta' din is-CCP titħalla mhux mibdula.

Meta, wara r-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tiddetermina li CCP ta' pajjiż terz li l-AETS tkun irrikonoxxiet bħala CCP ta' Grad 1 tkun ser tiġi kklassifikata mill-ġdid bħala CCP ta' Grad 2, l-AETS għandha tistabbilixxi perjodu ta' adattament xieraq li m'għandux jaqbeż it-12-il xahar, li fihom is-CCP għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (2b).

L-AETS tista', fuq talba motivata tas-CCP jew ta' kwalunkwe awtorità kompetenti ta' kwalunkwe membri tal-ikklirjar tas-CCP stabbiliti fl-Unjoni, testendi dak il-perjodu ta' adattament, b'massimu ta' 6 xhur, meta tali estensjoni tkun ġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali u mill-ħtiġijiet speċifiċi tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP stabbiliti fl-Unjoni.

5a. L-AETS għandha, f'konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-livell limitu għal kull munita tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. "

(d)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jiddetermina dan li ġej:

(a) li l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta' pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw fuq bażi kontinwa ma' rekwiżiti ġuridikament vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV ta' dan ir-Regolament;

(b) li dawn is-CCPs ikunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettiv f'dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa;

(c) li l-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi;

Il-Kummissjoni tista' tissottometti l-applikazzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għat-twettiq effettiv ta' kwalunkwe rekwiżit stabbilit fih minn pajjiż terz fuq bażi kontinwa u għall-abbiltà mill-AETS biex effettivament twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward ta' CCP ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont il-paragrafi 2 u 2b jew b'rabta mal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 6b, inkluż permezz ta' ftehim dwar u japplikaw l-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7."

(e)  jiddaħħlu l-paragrafi 6a u 6b li ġejjin:

"6a. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar il-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 6.

6b. L-AETS għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji f'pajjiżi terzi li għalihom l-atti ta' implimentazzjoni ġew adottati skont il-paragrafu 6.

Meta l-AETS tidentifika kwalunkwe żvilupp regolatorju jew superviżorju f'dawk il-pajjiżi terzi, li jista' jkollhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod kunfidenzjali u mingħajr dewmien.

L-AETS għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport kunfidenzjali dwar l-iżviluppi regolatorji u superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali."

(f)  l-ewwel sentenza tal-paragrafu 7 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“7. Fejn, wara l-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2a, ikun ġie stabbilit li CCP hija CCP ta' Grad 1, l-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni effettivi mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 6."

(g)  fil-paragrafu 7, jiżdied il-punt (e) li ġej:

"(d) il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji, inkluż il-ftehim ta' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi biex jippermettu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikoli 25d u 25e rispettivament.

(e) il-proċeduri meħtieġa għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji fil-pajjiż terz ikkonċernat."

(ga)  fil-paragrafu 7, jiżdied il-punt li ġej:

"(f) proċeduri għal kooperazzjoni f'sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24, inkluż dan li ġej:

(i) il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi biex jinformaw lill-AETS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni bħal din b'rabta ma' CCP li dawk l-awtoritajiet jagħmlu s-superviżjoni tagħhom; kif ukoll

(ii) il-ftehim tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu involuti kif jixraq lill-AETS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz f'deċiżjonijiet meħuda f'sitwazzjonijiet bħal dawn."

(gb)  fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati permezz tas-CCP tal-pajjiż terz fl-elaborazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet imsemmija fil-punt (f)."

(gc)  jiddaħħlu l-paragrafi 7a u 7b fl-Artikolu 25:

"7a. Fejn, wara l-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2a, ikun ġie stabbilit li CCP hija CCP ta' Grad 2, l-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni effettivi mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 6. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:

(a) il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba mill-AETS dwar CCPs awtorizzati f'dawk il-pajjiżi terzi u l-iskambji ta' informazzjoni u r-rapportar li jrid isir f'każ ta' tibdil sostanzjali għall-mudelli u l-parametri ta' riskju, l-estensjoni ta' attivitajiet u servizzi tas-CCPs, it-tibdil fl-istruttura tal-kont tal-klijent u fl-użu ta' sistemi ta' pagamenti li jaffettwaw lill-Unjoni b'mod konsiderevoli;

(b) il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tqis li CCP ta' pajjiż terz taħt is-superviżjoni tagħha tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew ta' liġi oħra li għaliha tkun suġġetta;

(c) il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz fejn CCP taħt is-superviżjoni tagħha tkun ingħatat id-dritt li tipprovdi servizzi ta' kklirjar lil membri tal-ikklirjar jew lil klijenti stabbiliti fl-Unjoni;

(d) il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji, inkluż il-ftehim ta' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi biex jippermettu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikoli 25d u 25e rispettivament;

(e) il-proċeduri meħtieġa għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(f) il-kunsens speċifiku mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-kondiviżjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li jipprovdu skont il-punti (a) sa (d) mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83;

(g) meta jingħataw drittijiet dwar deċiżjonijiet lill-AETS b'mod konformi mal-Artikolu 25b, il-proċeduri li jikkonċernaw l-infurzar effettiv ta' dawn id-drittijiet;

(h) proċeduri għal kooperazzjoni f'sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24, inkluż dan li ġej:

(i) il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi biex jinformaw lill-AETS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni bħal din b'rabta ma' CCP li dawk l-awtoritajiet jagħmlu s-superviżjoni tagħhom;

(ii) il-ftehim tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu involuti kif jixraq lill-AETS u lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz f'deċiżjonijiet meħuda f'sitwazzjonijiet bħal dawn.

L-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati permezz tas-CCP tal-pajjiż terz fl-elaborazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet imsemmija fil-punt (h).

7b. Meta l-AETS tikkunsidra li awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tonqos milli tapplika kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi b'mod konformi mal-paragrafi 7 jew7a, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b'mod kunfidenzjali u mingħajr dewmien b'dan. F'dan il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrevedi l-att ta' implimentazzjoni adottat b'mod konformi mal-paragrafu 6."

10.  Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 25a, 25b, 25c, 25d, 25e, 25f, 25g, 25h, 25i, 25j, 25k, 25l, 25m, 25m li ġejjin:

"Artikolu 25aKonformità komparabbli

1. CCP li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 25(2b)(a) tista' tissottometti talba motivata lill-AETS sabiex tivvaluta jekk fil-konformità tagħha mal-qafas tal-pajjiż terz applikabbli, tistax tiġi meqjusa li tissodisfa l-konformità tagħha mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b)(a) u stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V.

Abbażi tat-talba riċevuta, l-AETS għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fit-twettiq ta' dik il-valutazzjoni, l-AETS għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-att ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 25(6).

Fejn, bħala riżultat ta' dik il-valutazzjoni, l-AETS tikkonkludi li l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b)(a) u stabbiliti fl-Artikolu 16 u taħt it-Titoli IV u V hija sodisfatta permezz tal-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti komparabbli applikabbli fil-pajjiż terz, l-AETS għandha tieħu din il-konklużjoni inkunsiderazzjoni għall-fini tal-Artikolu 25(2b)(a).

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi bażi fattwali għall-konstatazzjoni ta' komparabbiltà u r-raġunijiet għalfejn il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli fil-pajjiż terz tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V.

3. Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirrifletti b'mod effettiv l-objettivi regolatorji tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u l-interessi tal-Unjoni kollha b'mod sħiħ, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat biex tispeċifika dan li ġej:

(a) l-elementi minimi li għandhom jiġu evalwati għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b) il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet biex titwettaq il-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 82.

Artikolu 25b

Il-konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent

1. L-AETS se tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità ta' CCPs ta' Grad 2 rikonoxxuti mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b)(a).

L-AETS għandha teħtieġ il-konferma minn kull CCP ta' Grad 2 mill-inqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 25(2b) jibqgħu jiġu ssodisfati.

Fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fl-Artikolu 18(2)(h) jikkunsidra li s-CCP ta' Grad 2 m'għadhiex tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2b)(b), hija għandha tinnotifika minnufih lill-AETS.

1a.  Meta l-AETS tirċievi notifika skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 jew meta CCP ta' Grad 2 tonqos milli tagħti lill-AETS l-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, is-CCP għandha titqies bħala li m'għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b) u l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 25m għandhom għalhekk jiġu applikati.

2. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jikkonsulta kull bank ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li se jiġu kklirjati mis-CCP ta' pajjiż terz rigward dawk l-aspetti tal-abbozz ta' deċiżjoni li jirrigwardaw il-munita li toħroġ.

Kull bank ċentrali tal-ħruġ għandu jwieġeb għat-talba tal-AETS għal konsultazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-trażmissjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni.

Fejn, skont l-Artikolu 24, il-Kumitat ta' Sorveljanza tas-CCP jivvaluta li s-sitwazzjoni ffaċċata hija sitwazzjoni ta' emerġenza, il-perijodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti m'għandux jaqbeż l-24 siegħa.

Mal-konklużjoni tal-perjodu għall-konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jagħmel kull sforz biex jikkonforma mal-emendi proposti minnhom.

Meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCP ma jirriflettix fl-abbozz ta' deċiżjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Bord tas-Superviżuri l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jinforma lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet kollha tiegħu u spjegazzjoni ta' kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dawn l-emendi.

3. L-AETS, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi, mal-banek ċentrali ta' emissjoni u mal-BERS, għandha twettaq evalwazzjonijiet tar-reżiljenza ta' CCPs rikonoxxuti għall-iżviluppi negattivi fis-suq f'konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet, l-AETS għandha tinkludi mill-inqas ir-riskji finanzjarji, operazzjonali u ċibernetiċi u tiżgura l-konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżistenza tas-CCPs tal-Unjoni mwettqa skont l-Artikolu 21(6)(b) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 25baKulleġġ għal CCPs ta' pajjiżi terzi

1. L-AETS għandha tistabbilixxi kulleġġ għal CCPs ta' pajjiżi terzi biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni ta' informazzjoni.

2. Il-kulleġġ għandu jkun jikkonsisti minn:

(a) il-membri permanenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs;

(b) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-CCPs indikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 22;

(c) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklirjar ta' kwalunkwe pajjiż CCP ta' pajjiż terz rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 stabbiliti fl-Unjoni;

(d) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozju stabbiliti fl-Unjoni, li huma servuti jew se jiġu servuti minn kwalunkwe CCP ta' pajjiż terz, rikonoxxuta skont l-Artikolu 25;

(e) l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw id-depożitarji ċentrali tat-titoli stabbiliti fl-Unjoni li magħhom hija marbuta jew beħsiebha tkun marbuta kwalunkwe CCP ta' pajjiż terz, rikonoxxuta skont l-Artikolu 25; kif ukoll

(f) il-membri tas-SEBĊ.

3. Il-kulleġġ jista' jitlob lill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' CCP stabbilita f'pajjiż terz. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkunsidra kif xieraq dawn it-talbiet u jipprovdi tweġiba xierqa.

4. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jippresiedi l-kulleġġ. It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu.

Artikolu 25bbEżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 25c sa 25e

Is-setgħat mogħtija lill-AETS jew kwalunkwe uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata minnha skont l-Artikoli 25c sa 25e ma għandhomx jintużaw sabiex jirrikjedu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.

Artikolu 25cTalba għal informazzjoni

1. L-AETS tista', b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni, titlob li c-CCPs rikonoxxuti u l-partijiet terzi relatati, li lilhom is-CCPs esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li hi meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament.

2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:

(a) ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) l-informazzjoni meħtieġa;

(d) il-limitu ta' żmien biex tipprovdi l-informazzjoni;

(e) tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f'każ ta' tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun korretta u m'għandhiex tiżgwida;

(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 25g flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3. Meta titlob li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b'deċiżjoni, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:

(a) ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) l-informazzjoni meħtieġa;

(d) il-limitu ta' żmien biex tipprovdi l-informazzjoni;

(e) tindika l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 25h meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 25g flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; kif ukoll

(g) tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") f'konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu, jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli bis-sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, mhux korretta jew qarrieqa.

5. L-AETS għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 25dInvestigazzjonijiet ġenerali

1. Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa tas-CCPs ta' Grad 2. Għal dan l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmuma fih;

(b) jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta' tali rekords jew estratti minnhom, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c) isejħu u jsaqsu lil CCPs ta' Grad 2 jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u biex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d) jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(e) jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.

Il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati permezz tas-CCP jistgħu jippreżentaw talba motivata lill-AETS biex jipparteċipaw f'tali investigazzjonijiet fejn dawk l-investigazzjonijiet huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja stabbiliti fl-Artikolu 25(2b)(b).

2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS għall-finijiet ta' dawn l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 25h meta l-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs ta' Grad 2 ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompleti, u l-multi previsti fl-Artikolu 25g flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs ta' Grad 2 ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3. CCPs ta' Grad 2 huma mitluba jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 25h, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Qabel in-notifika lil CCP ta' Grad 2 ta' investigazzjoni, l-AETS tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz rilevanti fejn se ssir l-investigazzjoni, u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat, b'talba tal-AETS, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta' dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jistgħu wkoll jattendu l-investigazzjonijiet. Investigazzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu sakemm l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ma toġġezzjonax għalihom.

Artikolu 25eSpezzjonijiet fuq il-post

1. Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-investigazzjonijiet, fejn meħtieġa, fuq il-post fi kwalunkwe bini jew proprjetà ta' negozju ta' CCPs ta' Grad 2. Il-banek ċentrali ▌tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati permezz tas-CCP għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post fejn dawk l-ispezzjonijiet huma relatati mal-kompiti tal-politika monetarja stabbiliti fl-Artikolu 25(2b)(b).

2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju jew l-art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 25d(1). Huma jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe sit tal-operat u kotba jew reġistri għall-perjodu tal-ispezzjoni u sal-limitu meħtieġa.

3. Fi żmien adatt qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun ser ssir l-ispezzjoni. Meta jkun meħtieġ twettiq xieraq u effiċjenza fl-ispezzjoni, l-AETS, wara li tinforma l-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz rilevanti, tista' twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel lis-CCP. Spezzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jitwettqu sakemm l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz tkun ikkonfermat li ma toġġezzjonax għalihom.

L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 25h fil-każ li l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.

4. CCPs ta' Grad 2 għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b'deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, taħtar id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 25h, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, jistgħujassistu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz rilevanti għandhom jiġu mistiedna jattendu l-ispezzjonijiet fuq il-post.

6. L-AETS tista' titlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz iwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25d(1) f'isimha.

7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS isibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti kkonċernata tal-pajjiż terz għandha tagħtihom l-għajnuna neċessarja, u titlob fejn xieraq l-għajnuna tal-pulizija jew ta' awtorità ta' infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.

Artikolu 25fRegoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1. Meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS issib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m'għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fil-proċess tar-rikonoxximent jew superviżjoni u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-AETS.

2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-AETS.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista' jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 25c u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikoli 25d u 25e. Meta juża dawn is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 25bb.

Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet tagħha.

3. Meta jikkompleta l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konklużjonijiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

4. Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika dan il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

5. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema' lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 25i, l-AETS għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f'tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja f'konformità mal-Artikolu 25n u timponi multa f'konformità mal-Artikolu 25g.

6. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f'deliberazzjonijiet tal-AETS jew b'xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni tal-AETS.

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta aktar atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar ir-regoli ta' proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet għad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta' multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.

8. L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li hi taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi meta tkun konxja li liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 25gMulti

1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 25f(5), l-AETS issib li s-CCP tkun wettqet intenzjonalment jew b'negliġenza wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III, din għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Ksur minn CCP jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS issib fatturi oġġettivi li juru li s-CCP jew il-maniġment superjuri tagħha aġixxew deliberatament biex jitwettaq il-ksur.

2. L-ammonti bażiċi tal-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sa darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tad-dħul annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta' persuna ġuridika fis-sena ta' negozju preċedenti.

3. L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-fatturi aggravanti jew attenwanti f'konformità mal-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness IV.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż 20 % tad-dħul annwali tas-CCP fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk is-CCP ikun kiseb benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.

Meta att jew ommissjoni ta' CCP tikkostitwixxi aktar minn ksur wieħed elenkat fl-Anness III, tapplika biss l-ogħla multa kalkolata f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 u relatata ma' wieħed minn dan il-ksur.

Artikolu 25hĦlasijiet perjodiċi ta' penali

1. L-AETS għandha, permezz ta' deċiżjoni, timponi pagamenti ta' penali perjodiċi sabiex iġġiegħel:

(a) CCP ta' Grad 2 ittemm il-ksur, f'konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 25n(1)(a);

(b) persuna msemmija fl-Artikolu 25c(1) tipprovdi informazzjoni kompleta, li tkun ġiet rikjesta b'deċiżjoni skont l-Artikolu 25c;

(c) CCP ta' Grad 2:

(i) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b'mod partikolari tipproduċi reġistri, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b'mod komplut u ttemm u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f'investigazzjoni mnedija b'deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 25d; jew

(ii) tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata b'deċiżjoni skont l-Artikolu 25e.

2. Pagament perjodiku ta' penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal kull jum ta' dewmien.

3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f'każ ta' persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta' kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Huwa jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti perjodiċi ta' penali.

4. Pagament perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara tmiem dan il-perjodu, l-AETS għandha tirrevedi l-miżura.

Artikolu 25iSmigħ tal-persuni kkonċernati

1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar multa jew pagament ta' penali perjodiku skont l-Artikoli 25g u 25h, l-AETS għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

1a. L-ewwel paragrafu m'għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċeduri għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċeduri. Dawn għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

Artikolu 25jL-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1. L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta' penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 25g u 25h, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 25g u 25h għandhom ikunu ta' natura amministrattiva.

3. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponix multi jew pagamenti ta' penali, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

4. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 25g u 25h għandhom ikunu infurzabbli.

L-infurzar hu regolat mir-regoli ta' proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn qed jitwettaq.

5. L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti ta' penali perjodiċi għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25kRieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni▐li tirrieżamina d-deċiżjonijiet fejn l-AETS tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta' penali. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta' penali impost.

Artikolu 25lEmendi għall-Anness IV

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 dwar miżuri biex temenda l-Anness IV.

Artikolu 25mL-irtirar tar-rikonoxximent

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25n, u soġġetta għall-paragrafi li ġejjin, l-AETS għandha tirtira rikonoxximent ta' deċiżjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 25 fejn ▌:

(a) is-CCP ikkonċernata ma tkunx għamlet użu tar-rikonoxximent fi żmien sitt (6) xhur, b'mod espress tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx ipprovdiet servizzi ta' negozju għal aktar mis-sitt xhur preċedenti;

(b) is-CCP ikkonċernata tkun kisbet ir-rikonoxximent permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mezz irregolari ieħor;

(c) is-CCP ikkonċernata m'għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b);

(ca) l-AETS ma tkunx tista' teżerċita b'mod effikaċi r-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament fuq is-CCP ikkonċernata, minħabba nuqqas tal-awtorità tal-pajjiż terz tas-CCP li tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rilevanti kollha f'konformità mal-Artikolu 25(7) jew l-Artikolu 25(7a), kif applikabbli.

(d) l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) ikun ġie irtirat jew sospiż, jew kwalunkwe kundizzjoni marbuta miegħu ma tkunx aktar issodisfata.

L-AETS tista' tillimita l-irtirar tar-rikonoxximent għal servizz partikolari, attività, jew klassi ta' strumenti finanzjarji.

Meta tiġi ddeterminata d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex jiġi minimizzat ix-xkiel lis-suq

2. Meta l-AETS tqis li l-kriterju msemmi fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu hu ssodisfat f'dak li għandu x'jaqsam ma' CCP, jew ma' servizz, attività jew klassi partikolari ta' strumenti finanzjarji tagħha, l-AETS għandha tinforma lil dik is-CCP u l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz qabel ma tirtira deċiżjoni ta' rikonoxximent, u titlob li tittieħed azzjoni xierqa fi żmien stabbilit sa massimu ta' tliet (3) xhur biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Fejn l-AETS tiddetermina li l-azzjoni korrettiva ma tkunx ittieħdet fil-perjodu ta' żmien stabbilit jew li l-azzjoni meħuda ma tkunx xierqa, hija għandha tirtira d-deċiżjoni tar-rikonoxximent.

3. L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz ta' deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' CCP rikonoxxuta.

4. Kwalunkwe mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti(a) sa (e) tal-Artikolu 25(3) u kwalunkwe bank ċentrali tal-ħruġ tal-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni kklirjati jew li għandhom jiġu kklirjati minn CCP ta' pajjiż terz li jikkunsidraw li waħda mill-kundizzjonijiet li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ġiet issodisfata, hija tista' titlob lill-AETS teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-rikonoxximent tas-CCP rikonoxxuta jew ta' servizz, attività jew klassi partikolari ta' strument finanzjarju ikkonċernata ġewx issodisfati. Fejn l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tas-CCP rikonoxxuta ikkonċernat, għandha tipprovdi r-raġunijiet kollha lill-awtorità rikjedenti.

Artikolu 25nMiżuri superviżorji

1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 25f(5), l-AETS issib li CCP ta' Grad 2 wettqet wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III, din għandha tieħu deċiżjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin li:

(a) teżiġi li s-CCP iġġib il-ksur fi tmiemu;

(b) timponi multi skont l-Artikolu 25g;

(c) toħroġ avviżi pubbliċi;

(d) tirtira r-rikonoxximent ta' CCP jew ta' servizz, attività jew klassi partikolari ta' strumenti finanzjarji tagħha, skont l-Artikolu 25m.

2. Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) it-tul ta' żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) jekk il-ksur kixef dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tas-CCP jew fis-sistemi tal-immaniġġar jew il-kontrolli interni tagħha;

(c) jekk ingħatax bidu għal reat finanzjarju, jekk ġiex iffaċilitat jew li b'xi mod huwa attribwibbli għall-ksur;

(d) jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b'negliġenza.

3. Mingħajr dewmien bla bżonn, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, lis-CCP ikkonċernata, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien għaxart (10) ijiem ta' xogħol mill-adozzjoni tagħha.

Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt tas-CCP ikkonċernata li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta' sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-AETS li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f'konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

11.  L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. CCP għandha regolarment tirrieżamina l-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenti, ir-rekwiżiti tal-kollateral u l-mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju. Hija għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f'kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabilità tal-metodoloġija adottata. Is-CCP għandha tikseb validazzjoni indipendenti u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħhom mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafi (1a) u l-Artikolu 21a qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva fil-mudelli u l-parametri.

Il-mudelli u l-parametri adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti għalihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ f'konformità mal-paragrafi li ġejjin.

L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ESAs, lis-SEBĊ u lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-esponiment tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tas-CCP."

(b)  Ġew miżjuda l-paragrafi li ġejjin 1a, 1b, 1c, 1d, 1e u 1f:

"1a. Meta CCP jkollha l-intenzjoni li tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli u l-parametri msemmija fil-paragrafu 1, hi għandha tapplika mal-awtorità kompetenti għall-validazzjoni ta' dik il-bidla. Is-CCP għandha tinkludi validazzjoni indipendenti tal-bidla maħsuba għall-applikazzjoni tagħha.

1b. Fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti, b'konsultazzjoni mal-AETS, għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tas-CCP u tissottometti rapport lill-kulleġġ stabbilit f'konformità mal-Artikolu 18.

1c. Fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievi r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1b, il-kulleġġ għandu jadotta opinjoni ta' maġġoranza f'konformità mal-Artikolu 19(3).

1d. Fi żmien 60 jum ta' xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1a, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CCP bil-miktub, bi spjegazzjoni motivata b'mod sħiħ dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx rifjutata.

1e. Is-CCP ma għandhiex tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli u l-parametri msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma tikseb il-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1d. L-awtorità kompetenti tas-CCP, wara li tikseb il-kunsens tal-AETS, tista' tagħti lok għal adozzjoni proviżorja ta' bidla sinifikanti ta' dawk il-mudelli jew il-parametri qabel il-validazzjoni tagħha fejn debitament ġustifikat.

(ba)  jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

"4a. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-artikolu, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu lista ta' indikaturi li għandhom jiġu kkunsidrati mis-CCPs, mill-AETS u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meta jivvalutaw jekk bidla fil-mudelli u l-parametri msemmija fil-paragrafu 1 hijiex sinifikanti u jekk tirrikjedix validazzjoni mill-AETS u mill-awtorità kompetenti.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

11a.  Fl-Artikolu 84, jiddaħħal il-paragrafu 3a:

"3a. L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-banek ċentrali tal-ħruġ fejn tali informazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom u soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83."

12.  Fl-Artikolu 89, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3a. L-AETS ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafu 2a, 2b u 2c tal-Artikolu 25 sa [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2a ta' dak l-Artikolu]

3b. L-AETS għandha teżamina r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet li ġew adottati skont l-Artikolu 25(1) qabel [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] sabiex tiddetermina jekk kull waħda mis-CCPs rikonoxxuti skont dawk id-deċiżjonijiet hijiex CCP ta' Grad 1 jew CCP ta' Grad 2. L-AETS għandha tipproċedi għall-assenjament ta' CCPs rikonoxxuti għal kategorija fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2a)."

12a.  Fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu 9a:

"Sa ... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ta' emenda], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tat-Titoli III, IV u V ta' dan ir-Regolament relatati mal-awtorizzazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tas-CCPs. Għandha tivvaluta t-trasferiment ta' aktar kompiti lill-AETS b'mod partikolari l-funzjonament u l-effiċjenza tar-rwol mogħti lill-AETS u l-kulleġġ tas-superviżuri fit-Titoli III, IV u V. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva."

12b.  L-Artikolu 90 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 90Persunal u riżorsi tal-AETS

"Sa ... [sentejn wara d-data ta' dħul fis-seħħ dan ir-Regolament emendatorju], l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha rigward persunal u riżorsi fir-rigward tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni."

13.  It-testi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma miżjuda bħala l-Annessi III u IV.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS

Dawn li ġejjin jiżdiedu bħala l-Annessi III u IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

"ANNESS III

Lista ta' ksur imsemmi fl-Artikolu 25g(1)

I.  Ksur relatat mar-rekwiżiti kapitali:

(a) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(1) billi ma jkollhiex kapital inizjali permanenti u disponibbli ta' mill-inqas EUR 7,5 miljun;

(b) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 16(2) billi ma jkollhiex kapital, inkluż id-dħul u r-riżervi miżmuma, li jkun proporzjonali għar-riskju li jitnissel mill-attivitajiet tagħha u li dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perjodu ta' żmien adatt u protezzjoni adegwata lis-CCP kontra riskji tal-kreditu, tal-kontroparti, tas-suq, tal-operat, legali u tan-negozju li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41, 42, 43 u 44.

II.  Ksur relatat ma' rekwiżiti organizzazzjonali jew kunflitti ta' interess:

(a)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(1) billi ma jkollhiex arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hi jew tista' tkun esposta, u mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi;

(b)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(2) billi ma tadottax politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità, inkluża l-konformità tal-maniġers u l-impjegati tagħha, mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament;

(c)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(3) billi ma żżommx jew topera struttura organizzattiva li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew billi ma tħaddimx sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali;

(d)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(4) billi ma żżommx separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tas-CCP;

(e)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(5) billi ma tadottax, timplimenta jew iżżomm politika ta' rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskji sod u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi biex jiġu llaxkati l-istandards tar-riskji;

(f)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(6) billi ma żżommx sistemi tat-teknoloġija informatika adegwati biżżejjed li jittrattaw mal-kumplessità, il-varjetà u t-tip ta' servizzi u attivitajiet imwettqa sabiex jiġu żgurati standards għolja ta' sigurtà u l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma;

(g)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(7) billi ma tagħmilx l-arranġamenti ta' governanza tagħha, ir-regoli li jirregolaw is-CCP, u l-kriterji tagħha ta' ammissjoni għal sħubija tal-ikklirjar, disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas;

(h)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(8) billi ma tkunx soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti, jew billi ma tikkomunikax ir-riżultati ta' dawk il-verifiki lill-bord jew billi ma tagħmilx dawk ir-riżultati disponibbli għall-AETS;

(i)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(1) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) billi ma tiżgurax li l-maniġment superjuri u l-membri tal-bord ikunu ta' reputazzjoni tajba u b'biżżejjed esperjenza biex jiżguraw l-immaniġġjar sod u prudenti tas-CCP;

(j)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(2) billi ma tiżgurax li mill-inqas terz, iżda mhux iżjed minn tnejn, mill-membri ta' dak il-bord ikunu indipendenti jew billi ma tistedinx lir-rappreżentanti tal-klijenti tal-membri tal-ikklirjar għal-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet rilevanti għall-Artikoli 38 u 39 jew billi jorbtu l-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord mal-prestazzjoni tan-negozju tas-CCP;

(k)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 27(3) billi ma tiddeterminax b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabilitajiet tal-bord jew billi ma tagħmilx il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-AETS jew għall-awdituri;

(l)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(1) billi ma tistabbilixxix kumitat tar-riskju jew ma tikkomponihx b'rappreżentanti tal-membri tal-ikklirjar tagħha, membri indipendenti tal-bord u rappreżentanti tal-klijenti tagħha, billi tikkomponi lill-kumitat tar-riskju b'tali mod li wieħed minn dawn il-gruppi ta' rappreżentanti jkollu maġġoranza fil-kumitat tar-riskju, jew billi ma tinformax lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-kumitat tar-riskju meta l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tkun talbet li tiġi informata kif dovut;

(m)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(2) billi ma tiddeterminax b'mod ċar il-mandat, l-arranġamenti ta' governanza sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu, il-proċeduri operattivi, il-kriterji tal-ammissjoni u l-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju, jew billi dawk l-arranġamenti ta' governanza ma jkunux pubblikament disponibbli u billi ma tiddeterminax li l-kumitat tar-riskju jkun presedut minn membru tal-bord u jirrapporta direttament lill-bord u jagħmel laqgħat regolari;

(n)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(3) billi ma tippermettix lill-kumitat tar-riskju jagħti parir lill-bord dwar kwalunkwe arranġamenti li jistgħu jolqtu l-immaniġġjar tar-riskji tas-CCP jew billi ma tagħmilx sforzi raġonevoli biex il-kumitat tar-riskju jiġi kkonsultat dwar żviluppi li jolqtu l-ġestjoni tar-riskju tas-CCP f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

(o)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 28(5) billi ma tinformax minnufih lill-AETS bi kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju;

(p)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(1) billi ma żżommx, għal perjodu ta' mill-inqas għaxar snin, ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti minnha li huma meħtieġa biex l-AETS tkun tista' timmonitorja l-konformità tas-CCP ma' dan ir-Regolament;

(q)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(2) billi ma żżommx, għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara t-terminazzjoni ta' kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat b'tali mod li tippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta' transazzjoni qabel l-ikklirjar minn dik is-CCP;

(r)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 29(3) billi ma tagħmilx ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 29, jew l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta' kuntratti kklirjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-transazzjonijiet, disponibbli meta mitluba lill-AETS u lill-membri rilevanti tas-SEBĊ;

(s)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(1) billi ma tinformax, jew tagħmel dan b'mod falz jew inkomplut, lill-AETS bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri tagħha, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikatorja jew bl-ammonti ta' dawn il-parteċipazzjonijiet;

(t)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 30(4) billi tippermetti lill-persuni msemmija fl-Artikolu 30(1) jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta' preġudizzju għall-immaniġjar sod u prudenti tas-CCP;

(u)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 31(1) billi ma tinnotifikax, jew tinnotifika b'mod falz jew inkomplut, lill-AETS bi kwalunkwe bidla fil-maniġment tagħha jew billi ma tipprovdix lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni meħtieġa kollha sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-Artikolu 27(1) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2);

(v)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(1) billi ma żżommx jew topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex tidentifika u timmaniġja kwalunkwe konflitti ta' interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna b'kontroll dirett jew indirett jew konnessjonijiet mill-qrib, u l-membri tal-ikklirjar tagħha jew il-klijenti tagħhom magħrufa lis-CCP jew billi ma żżommx u timplimenta proċeduri xierqa bl-għan li jsolvu konflitti ta' interess possibbli;

(w)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(2) billi ma tiżvelax b'mod ċar in-natura ġenerali jew sorsi ta' konflitti, qabel ma jiġu aċċettati tranżazzjonijiet ġodda minn dak il-membru tal-ikklirjar, ta' interess lill-membru tal-ikklirjar jew lil klijent ikkonċernat ta' dak il-membru tal-ikklirjar li huwa magħruf lis-CCP meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi ta' dik is-CCP biex timmaniġġja konflitt ta' interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b'kunfidenza raġonevoli, li r-riskji ta' dannu għall-interess ta' membru tal-ikklirjar jew klijent ikunu ġew prevenuti;

(x)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(3) billi ma tikkunsidrax fl-arranġamenti bil-miktub tagħha kwalunkwe ċirkostanza, li tagħha s-CCP hi jew suppost tkun konxja, li tista' tagħti lok għal konflitt ta' interess li joħroġ b'konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta' impriżi oħra li magħhom għandha relazzjoni ta' impriża prinċipali jew sussidjarja;

(y)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 33(5) billi ma tiħux il-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha jew biex tipprevjeni l-użu ta' dik l-informazzjoni għal attivitajiet tan-negozju oħra, jew minn persuna fiżika li għandha konnessjoni mill-viċin ma' CCP jew persuna ġuridika li għandha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja ma' CCP tuża l-informazzjoni konfidenzjali rreġistrata f'dik is-CCP għal kwalunkwe użu kummerċjali mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti minn qabel mill-klijent li tali informazzjoni kunfidenzjali tkun tappartjeni lilu;

(z)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(1) billi ma taġixxix b'mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-membri tal-ikklirjar u klijenti tagħha;

(aa)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 36(2) billi ma jkollhiex regoli aċċessibbli, trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront;

(bb)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(1) jew (2) billi tuża, fuq bażi kontinwa, kriterji ta' ammissjoni diskriminatorji, mhux trasparenti jew suġġettivi, jew billi tonqos b'mod ieħor milli tiżgura aċċess ġust u miftuħ għal dik is-CCP fuq bażi kontinwa jew billi tonqos milli tiżgura fuq bażi kontinwa li l-membri tal-ikklirjar tagħha jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u kapaċità operattiva biex jilħqu l-obbligi riżultanti mill-parteċipazzjoni f'dik is-CCP, jew billi tonqos milli tagħmel rieżami komprensiv tal-konformità mill-membri tal-ikklirjar tagħha fuq bażi annwali;

(cc)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(4) billi tonqos milli jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta' membri tal-ikklirjar li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 37(1);

(dd)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 37(5) billi tirrifjuta l-aċċess għal membri tal-ikklirjar li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 37(1) meta tali rifjut ma jkunx ġustifikat kif dovut bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva;

(ee)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) billi ma tippermettix lill-membri tal-ikklirjar tagħha aċċess separat għas-servizzi speċifiċi pprovduti;

(ff)  CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) billi ma toffrix il-livelli differenti ta' segregazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu skont termini kummerċjali raġonevoli;

III.  Ksur relatat mar-rekwiżiti operazzjonali:

(a) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(1) billi ma tistabbilix, timplimentax jew iżżomm politika ta' kontinwità tan-negozju xierqa u pjan ta' rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u l-qadi tal-obbligi tas-CCP, li għandu mill-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fiż-żmien tat-taqlib sabiex jippermetti lis-CCP tkompli topera b'ċertezza u tlesti s-saldu komplut fid-data skedata;

(b) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(2) billi ma tistabbilix, ma timplimentax jew ma żżommx proċedura adegwata li tiżgura s-saldu f'waqtu u ordinat jew it-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u tal-membri tal-ikklirjar fil-każ li tkun irtirata l-awtorizzazzjoni b'konsegwenza ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 25;

(c) CCP tal-Grad 2 tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) billi testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju ta' dik is-CCP;

(d) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(1) billi ma żżommx rekords u kontijiet separati li jippermettulha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP, l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' membru tal-ikklirjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kwalunkwe membru tal-ikklirjar ieħor mill-assi tagħha stess;

(e) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(2) billi ma toffrix li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklirjar jiddistingwi f'kontijiet mas-CCP, l-assi u l-pożizzjonijiet ta' dak il-membru tal-ikklirjar minn dawk miżmuma għall-kontijiet tal-klijenti tagħha;

(f) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(3) billi ma toffrix li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklirjar jiddistingwi fil-kontijiet mas-CCP, l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' klijent minn dawk miżmuma għall-kont ta' klijenti oħrajn jew billi ma toffrix lill-membri tal-ikklirjar il-possibilità li jiftħu iktar kontijiet f'isimhom jew għall-kont tal-klijenti tagħhom meta tintalab tagħmel dan;

(g) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 40 billi ma tkejjilx u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklirjar u, fejn rilevanti, għal CCP oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament interoperabbli, fuq bażi ta' kważi ħin reali jew billi ma jkollhiex aċċess fil-ħin għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista' tkejjel l-iskoperturi tagħha b'mod effettiv fuq bażi ta' kost raġonevoli;

(h) CCP tikser l-Artikolu 41(1) billi ma timponix, ma tixtrix jew ma tiġborx marġini sabiex tillimita l-iskoperturi tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklirjar tagħha, u fejn rilevanti, minn CCPs li magħhom ikollha arranġamenti ta' interoperabilità, jew billi tiġbor, tixtri, jew tiġbor marġni li ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-iskoperturi li s-CCP tistma li ser iseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti jew biex ikopru t-telfiet li jirriżultaw minn tal-inqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq firxa taż-żmien xierqa jew biżżejjed biex jiżguraw li CCP tikkollateralizza b'mod sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklirjar kollha tagħha, u fejn rilevanti mas-CCPs li magħhom ikollha arranġamenti ta' interoperabilità, mill-inqas fuq bażi ta' kuljum, jew, jekk ikun meħtieġ, li tqis kwalunkwe effetti potenzjalment proċikliċi;

(i) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(2) billi tonqos milli tadotta mudelli u parametri fid-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġini tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti kklirjati u li jikkunsidraw l-intervall bejn il-ġbir tal-marġini, il-likwidità tas-suq u l-possibilità ta' bidliet tul id-durata tat-transazzjoni;

(j) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 41(3) billi ma ssejjaħx u ma tiġborx il-marġini fuq bażi ta' kuljum, tal-inqas meta jinqabżu l-livelli limitu predefiniti;

(k) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 42(3) billi ma żżommx fond tal-inadempjenza li għall-inqas jippermettilha tirreżisti, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli, l-inadempjenza tal-membru tal-ikklirjar li għalih għandha l-akbar skoperturi, jew tat-tieni jew it-tielet l-akbar membri tal-ikklirjar, jekk is-somma tal-iskoperturi tagħhom tkun akbar, jew billi ma tiżviluppax xenarji li jinkludi l-aktar perjodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li s-CCP tkun tathom is-servizzi tagħha u firxa ta' xenarji futuri potenzjali, li iqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta' riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq;

(l) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 43(2) meta l-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 42 u r-riżorsi finanzjarji l-oħrajn tagħha imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jippermettulhiex f'kull ħin tirreżisti l-inadempjenza ta' mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklirjar li għalihom għandha l-akbar skoperturi taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli;

(m) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 44(1) billi ma jkollhiex aċċess f'kull ħin għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew billi ma tkejjilx ta' kuljum il-bżonnijiet potenzjali ta' likwidità tagħha;

(o) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(1), (2) u (3) billi ma tużax il-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklirjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf;

(p) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 45(4) billi ma tużax riżorsi proprji ddedikati qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta' membri tal-ikklirjar li mhumiex inadempjenti;

(q) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 46(1) billi taċċetta kwalunkwe ħaġa oħra li mhix kollateral likwidu ħafna b'riskju minimu ta' kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklirjar tagħha meta kollateral ieħor ma jkunx permess skont l-att delegat adottat mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 46(3);

(r) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(1) billi tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha mhux biss fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna biss b'riskju minimu tas-suq u ta' kreditu u li jkunu kapaċi li jkunu likwidati b'mod rapidu b'effett avvers minimu fuq il-prezz;

(s) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(3) billi ma tiddepożitax strumenti finanzjarji skjerati bħala marġni jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ma' operaturi ta' sistemi ta' saldu ta' titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta' dawk l-istrumenti finanzjarji meta dawn ikunu disponibbli, jew billi ma tużax arranġamenti oħra sikuri ħafna ma' istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati;

(t) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(4) billi tagħmel depożiti ta' flus kontanti għajr permezz ta' arranġamenti sikuri ħafna ma' istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta' depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi kumparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali;

(u) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(5) billi tiddepożita assi ma' terz mingħajr ma tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklirjar ikunu identifikabbli b'mod separat mill-assi li jappartjenu lis-CCP u mill-assi li jappartjenu lil dak it-terz permezz ta' kontijiet b'titoli differenti fil-kotba tat-terz jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta' protezzjoni, jew billi ma jkollhiex aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ;

(v) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 47(6) billi tinvesti l-kapital tagħha jew is-somom riżultanti mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41, 42, 43 jew 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew is-sussidjarja tagħha;

(w) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(1) billi ma jkollhiex proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklirjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' parteċipazzjoni tas-CCP stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mis-CCP, jew billi ma tistabbilix fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każ li l-inadempjenza ta' membru tal-ikklirjar ma tkunx iddikjarata mis-CCP, jew billi ma tagħmilx rieżami ta' dawn il-proċeduri annwalment;

(x) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(2) billi tonqos milli tieħu azzjoni minnufih biex iżżomm telf u pressjonijiet ta' likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi u biex tiżgura li l-għeluq totali ta' kwalunkwe pożizzjoni tal-membru tal-ikklirjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi l-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistax jiġi antiċipat jew ikkontrollat;

(y) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(3) billi tonqos milli tinforma lill-AETS minnufih qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta' inadempjenza;

(z) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 48(4) billi ma tivverifikax li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli u ma tiħux il-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklirjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklirjar inadempjenti;

(aa) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(1) billi ma teżaminax regolarment il-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenti, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju, u billi ma tissoġġettax il-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f'kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli jew ma twettaqx ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabilità tal-metodoloġija adottata, jew billi tonqos li tikseb validazzjoni indipendenti, jew billi tonqos li tinforma lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa jew milli tikseb il-validazzjoni tagħhom qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva fil-mudelli u l-parametri;

(bb) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(2) billi ma tittestjax regolarment l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha jew billi tonqos milli tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklirjar kollha jifhmuhom u jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jirrispondu għal event ta' inadempjenza;

(cc) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(1a) billi tadotta kwalunkwe bidla għall-mudelli u l-parametri msemmija fl-Artikolu 49(1) qabel ma tikseb il-validazzjoni tal-AETS ta' tali bidla;

(dd) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(1) billi ma tużax, fejn ikun prattiku jew disponibbli, flus tal-bank ċentrali biex tissalda t-tranżazzjonijiet tagħha jew billi ma tiħux passi biex b'mod strett jiġu llimitati r-riskji tal-ħlas bi flus kontanti meta dan ma jintużax;

(ee) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(3) billi ma teliminax ir-riskju prinċipali permezz tal-użu ta' mekkaniżmi ta' kunsenja kontra ħlas sal-limitu possibbli, meta tali CCP jkollha obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenji ta' strumenti finanzjarji;

(ff) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a jew l-Artikolu 50b billi ma tikkalkulax KCCP kif speċifikat f'dak l-Artikolu jew billi ma timxix mar-regoli għall-kalkolu ta' KCCP stabbilit fl-Artikoli 50a(2), 50b u 50d;

(gg) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50a(3) billi tikkalkula KCCP inqas minn kull trimestru jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 50a(3);

(hh) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 51(2) billi ma jkollhiex aċċess mhux diskriminatorju, kemm għad-data li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn dak il-post partikolari tal-kummerċ, sal-punt li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mill-post tan-negozju u għas-sistema tas-saldu rilevanti;

(ii) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 52(1) billi tidħol f'arranġament tal-interoperabbiltà mingħajr ma tissodisfa l-ebda wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a), il-punt (b), il-punt (c) u l-punt (d) ta' dak il-paragrafu;

(jj) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 53(1) billi ma tiddistingwix fil-kontijiet l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tas-CCPs li tkun daħlet magħhom f'arranġament tal-interoperabbiltà;

(kk) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 54(1) billi tidħol f'arranġament tal-interoperabbiltà mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-AETS;

IV.  Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data:

(a) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) billi ma tiddivulgax pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi ta' kull servizz ipprovdut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet għall-benefiċċju minn tali tnaqqis;

(b) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(1) billi ma tiddivulgax l-informazzjoni dwar il-kostijiet u d-dħul tas-servizzi tagħha lill-AETS;

(c) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(2) billi ma tiddivulgax lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tagħha r-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti;

(d) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(3) billi ma tiddivulgax lill-membri tagħha tal-ikklirjar jew lill-AETS l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-iskoperturi tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklirjar tagħha jew billi ma tiżvelax b'mod pubbliku l-volum tat-tranżazzjonijiet ikklirjati għal kull klassi ta' strumenti kklirjata mis-CCP fuq bażi aggregata;

(f) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(4) billi ma tiżvelax pubblikament ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-format tal-kontenut u tal-messaġġ li tuża fl-interazzjoni ma' terzi, inklużi r-rekwiżiti operattivi u tekniċi msemmija fl-Artikolu 7;

(g) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 38(5) billi ma tiżvelax pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklirjar tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 37(1) jew ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(5), ħlief fejn l-AETS tikkunsidra li żvelar ta' dan it-tip ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti;

(h) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 39(7) billi ma tiddivulgax pubblikament il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta' segregazzjoni li tipprovdi;

(i) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 49(3) billi ma tiżvelax pubblikament l-informazzjoni ewlenija fuq il-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha jew il-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fl-Artikolu 49(1);

(j) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50(2) billi ma tiddikjarax b'mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-kunsenji ta' strumenti finanzjarji, inklużi jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenja ta' strument finanzjarju jew li tindennizza l-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-kunsenja.

(k) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(1) billi ma tirrappurtax l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 50c(1) lil dawk il-membri tal-ikklirjar tagħha li huma istituzzjonijiet jew lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(l) CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 50c(2) billi tinnotifika lil dawk il-membri tal-ikklirjar tagħha li huma istituzzjonijiet inqas minn kull trimestru jew inqas frekwentement milli rikjest mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 50c(2).

V.  Ksur relatat ma ostakli għall-attivitajiet superviżorji:

(a) CCP tikser l-Artikolu 25c billi ma tipprovdix informazzjoni bi tweġiba għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25c(2), jew billi tipprovdi informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba sempliċi għall-informazzjoni mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 25c(2) jew 25c(3) jew bi tweġiba għal deċiżjoni tal-AETS li tkun teħtieġ l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 25c(3);

(b) CCP tipprovdi tweġibiet mhux korretti jew qarrieqa għal domandi mistoqsija bis-saħħa tal-Artikolu 25d(1)(c) jew 25d(1)(d);

(c) CCP tal-Grad 2 ma ssirx konformi fil-ħin dovut ma' miżura superviżorja meħtieġa minn deċiżjoni adottata mill-AETS bis-saħħa tal-Artikolu 25n;

(d) CCP tal-Grad 2 ma toqgħodx għal spezzjoni fuq il-post meħtieġa minn deċiżjoni ta' spezzjoni adottata mill-AETS li ttieħdet bis-saħħa tal-Artikolu 25e."

1.  Jiddaħħal l-Anness IV li ġej:

"ANNESS IV

Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma' fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25g(3)

Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, kumulattivament, fuq l-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 25g(2):

I.  Koeffiċjenti ta' aġġustament marbutin ma' fatturi aggravanti:

(a) jekk il-ksur ikun sar ripetutament, għal kull darba li jkun ġie ripetut, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,1;

(b) jekk il-ksur ikun sar għal iktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5;

(c) jekk il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tas-CCP, b'mod partikolari fil-proċeduri, fis-sistemi ta' ġestjoni, jew fil-kontrolli interni tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta' 2,2;

(d) jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5;

(e) jekk il-ksur ikun sar intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta' 2;

(f) jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju mindu l-ksur ikun ġie identifikat, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,7;

(g) jekk il-maniġment superjuri tas-CCP ma kkooperax mal-AETS hu u jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.

II.  Koeffiċjenti ta' aġġustament marbutin ma' fatturi mitiganti:

(a) jekk il-ksur ikun sar għal anqas minn 10 ijiem tax-xogħol, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,9;

(b) jekk il-ġestjoni għolja tas-CCP tista' turi li ħadet il-miżuri kollha meħtieġa biex tipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,7;

(c) jekk is-CCP tkun ġibdet l-attenzjoni tal-AETS għall-ksur malajr, effettivament, u b'mod sħiħ, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,4;

(d) jekk is-CCP tkun ħadet miżuri volontarji biex tiżgura li ksur simili ma jkunx jista' jseħħ fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,6."

(1)

  ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3.

(2)

  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

  ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3.

(5)

  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.

(6)

  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (ĠU ...) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(8)

  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklirjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, COM/2017/0208 finali.

(9)

  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-AETS tipprovdi lista tas-CCPs ta' pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti biex joffru servizzi u attivitajiet fl-Unjoni. CCPs ta' pajjiżi terzi huma stabbiliti fi 15-il pajjiż koperti minn deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tas-CCPs adottati mill-Kummissjoni, inklużi l-Awstralja, Ħong Kong, Singapor, il-Ġappun, il-Kanada, l-Iżvizzera, il-Korea t'Isfel, il-Messiku, l-Afrika t'Isfel u s-CFTC tal-Istati Uniti, il-Brażil, l-Emirati Għarab Magħquda, iċ-Ċentru Finanzjarju Internazzjonali ta' Dubai (Dubai International Financial Centre -DIFC), l-Indja u New Zealand.

(10)

  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365. COM(2016) 856 finali.

(11)

  Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, and the European Central Bank on Responding to challenges for critical financial market infrastructures and further developing the Capital Markets Union, Brussels, 4.5.2017, COM(2017) 225 final. (Mhux disponibbli bil-Malti)

(12)

  Komunikazzjoni dwar "l-Istat tal-Unjoni 2016: It-Tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali – il-Kummissjoni taċċellera r-riforma"; L-14 ta' Settembru 2016.

(13)

  "Konsultazzjoni pubblika dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej"; 21/03/2017 – 16/05/2017.

(14)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63."


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija stabbilita fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabilità esklużiva tar-rapporteur. Fit-tħejjija tar-rapport, ir-rapporteur irċeviet input mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin:

Entità u/jew persuna

 

Il-Kamra tal-Kummerċ Amerikana: Membri tal-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji

Association Française de gestion: Virginie Buey, Virginie Gaborit, Pierre Garrault, Jean-Louis Laurens

 

Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa: Stephen Burton, Michael Cole-Fontayn

Autorité des Marchés Financiers : Patrice Aguesse, Claire Guillaumot, Isabelle Massonat

Bank of England: David Bailey, Barry King, Zertasha Malik, Holly Snaith, Richard Spooner

Banque de France: Emmanuelle Assouan, Claudine Hurman, Ivan Odonnat, Francois Villeroy de Galhau,

Blackrock : Stephen Fisher, Carey Evans

Brunswick Group: Michael Feuerstein

CEPS: Karel Lannoo

Chicago Mercantile Exchange (CME) : Sunil Cutinho, Sean Downey, Emily Hendrix, Simon Turek

City Bank: Slawomir Sikora

City UK: John Mac Farlane

City of London: Jeremy Browne

Commerzbank: Martin Zielke

The Depository Trust and Clearing Corporation (DTCC): Ann Schuman, Michalis Sotiropoulos, Mark Wetjen

Deutsche Bank: Jürgen Feil, Arthur Marquis, Nina Schindler, Katharina Wolf

Deutsche Börse: Niels Brab, Claire Bravard Alexandra Hachmeister

Eurex: Thomas Book, Niels Brab, Matthias Graulich, Erik Müller

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Banek Pubbliċi: Filip Chraska, Thorsten Guthke

Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kmamar tal-Ikklirjar tas-CCP: Chiara Bergamaschi, Rafael Plata

Bank Ċentrali Ewropew: Marguerite Connell, Benoit Coeure, Stephanie Bergbauer, Corinna Freund, Jean-Francois Jamet, Pierre Marmara, Yves Mersch, Panagiotis Papapaschalis, Clement Rouveyrol

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq: Giampiero Carla , Steven Maijoor, Jakub Michalik, Maud Thimon

Il-Federazzjoni għall-Iskambji tat-Titoli Ewropej: Richard Fenner

Il-Federazzjoni Bankarja Franċiża: Taha Bousmaha, Philippe de Soumagnat, Benjamin Quatre

L-assoċjazzjoni Ġermaniża tal-maniġers ta' fondi (BVI): Felix Ertl, Rudolf Siebel

Intercontinental Exchange (ICE) : Nicolas Kügler, Finbarr Hutcheson

KPDW CCP: Slawomir Panasiuk, Marcin Truchanowicz, Karolina Ziolkowska

London Clearing House (LCH): Julien Jardelot, Daniel Maguire, Corentine Poilvet-Clediere, Nikhil Rathi

L-assoċjazzjoni Lussemburgiża tal-Bankiera u l-assoċjazzjoni Lussemburgiża tal-industrija tal-fondi: Marc-André Bechet, Antoine Kremer, Gilles Pierre

 

FIA: Walt Lukken, Jackie Mesa, Corinna Schempp, Simon Puleston Jones

International Swaps and Derivatives Association (ISDA): Roger Cogan, Ulrich Karl

International Regulatory Strategy Group: Mark Hoban

Moody’s: Nigel Phipps

Japan Center for International Finance: Jutaro Kaneko

NASDAQ: Erica Brown, Julia Haglind, Hans-Ole Jochumsen,

Nomura Bank: Yuji Nakata

SIX-clear: Matthias Heer, Urs Wieland

L-Istat ta' Hessen: Mark Weinmeister, Robert Möhrle

Union Investment: Andreas Illenseer

US Commodities Futures Trading Commission: John Behnam, Chris Giancarlo, Brian Quintenz, Eric Pan, Tracey Wingate

It-Teżor Amerikan: Corrado Camera, Lawrence Norton, Rebekah Goshorn-Jurata

Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti: Thomas Quaadman, Samantha DeZur, Sean Downey, Giovanni Campi

L-entitajiet li ġejjin organizzaw avvenimenti ta' diskussjoni fejn is-Sinjura Hübner ipparteċipat u ppreżentat il-ħidma tagħha fuq is-superviżjoni tas-CCP:

APCO, l-Assoċjazzjoni tal-Banek Ġermaniżi, l-Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa (AFME), il-Kamra tal-Kummerċ Brittanika, Eurofi, European Parliamentary Financial Services Forum (EPFSF), Financial Future, Fleishmann Hillard, Linklaters, QED


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

ITRE

11.9.2017

JURI

11.9.2017

AFCO

11.9.2017

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

29.6.2017

ITRE

11.10.2017

JURI

12.7.2017

AFCO

11.9.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

6.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2017

21.2.2018

24.4.2018

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ramón Jáuregui Atondo, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Joachim Starbatty, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

Data tat-tressiq

25.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

4

-

ECR

Kay Swinburne

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot, Marco Zanni

5

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan

S&D

Neena Gill, Alex Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2018Avviż legali