Proċedura : 2018/0802(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0192/2018

Testi mressqa :

A8-0192/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2018 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0253

RAPPORT     *
PDF 603kWORD 54k
28.5.2018
PE 618.142v02-00 A8-0192/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija

(15820/1/2017 – C8-0017/2018 – 2018/0802(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Monica Macovei

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija

(15820/1/2017 – C8-0017/2018 – 2018/0802(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15820/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0017/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0192/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

A. Kuntest

1. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, minbarra dawk elenkati fl-Anness II għal dak l-Att, li għalihom ir-Repubblika tal-Bulgarija ("il-Bulgarija") u r-Rumanija se jaderixxu fil-mument tal-adeżjoni, għandhom japplikaw fil-Bulgarija u r-Rumanija skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dan il-għan, wara verifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen ikunu ġew issodisfati.

2. Fid-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill ikkonkluda, f'konformità mal-proċeduri ta' evalwazzjoni applikabbli ta' Schengen, li l-kundizzjonijiet fl-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw il-fruntieri tal-ajru, il-fruntieri tal-art, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-protezzjoni tad-data, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-fruntieri tal-baħar u l-viżi kienu ġew issodisfati mill-Bulgarija u r-Rumanija.

3. Madankollu, minkejja sejħiet ripetuti mill-Parlament Ewropew lil dawn il-pajjiżi biex jissieħbu maż-żona Schengen, il-Kunsill għad irid jieħu d-deċiżjoni finali, li hija dipendenti fuq votazzjoni unanima mill-Istati Membri kollha ta' Schengen.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-SIS bdew japplikaw għall-Bulgarija u r-Rumanija mill-15 ta' Ottubru 2010(1), bl-eċċezzjoni tal-obbligu li jirrifjutaw id-dħul jew is-soġġorn fit-territorju tagħhom lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ikun inħareġ allert minn Stat Membru ieħor u l-obbligu li jżommu lura milli joħorġu allerti tas-SIS u milli jdaħħlu informazzjoni addizzjonali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul jew ta' soġġorn ("restrizzjonijiet li fadal").

5. L-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill preżenti għandu l-għan li jneħħi r-restrizzjonijiet li fadal rigward l-użu tas-SIS mill-Bulgarija u r-Rumanija. Il-kontrolli mwettqa mill-Bulgarija u r-Rumanija fil-fruntieri esterni tagħhom u fit-territorju tagħhom għandhom isiru aktar effettivi billi joħorġu allerti tas-SIS għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul jew ta' soġġorn u billi jeżegwixxu tali allerti introdotti minn Stati Membri oħra, b'mod partikolari jekk dawn l-allerti jkunu bbażati fuq theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali.

B. Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tfakkar li f'Ġunju 2011 il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu lill-Bulgarija u r-Rumanija biex jingħaqdu maż-żona Schengen, fejn iddikjara f'riżoluzzjoni leġiżlattiva li l-Bulgarija u r-Rumanija kienu lesti jingħaqdu maż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri.

Mill-2011, il-Parlament Ewropew għamel sejħiet ripetuti għat-tkabbir taż-żona Schengen lil dawn iż-żewġ pajjiżi bis-sostenn tal-Kummissjoni Ewropea, u talab lill-Kunsill jieħu d-deċiżjoni finali li tippermetti t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-Bulgarija u r-Rumanija.

F'Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Deciżjoni (UE) 2017/1908(2) li tat effett lil ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Dan jippermetti lill-Bulgarija u lir-Rumanija jkollhom aċċess għal data tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża għal skopijiet ta' konsultazzjoni, u b'hekk jiżdied il-livell ta' sigurtà fiż-żona Schengen u tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Il-Parlament Ewropew approva l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom rwol ewlieni f'operazzjonijiet relatati mas-sorveljanza fil-Baħar l-Iswed, kif ukoll fuq ix-Xmara Danubju, li t-tnejn huma kurituri strateġiċi miftuħa għat-traffiku navali internazzjonali u soġġetti għall-vulnerabilitajiet marbuta mal-fruntieri.

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom fruntieri komuni mat-Turkija, il-Moldova, l-Ukraina, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li jiżguraw żoni sinifikanti ta' lqugħ għad-dħul fiż-żona Schengen.

Ir-Rumanija ilha għal ħafna snin konsekuttivi kontributur ewlieni għall-operazzjonijiet loġistiċi tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni tal-Kunsill attwali bil-għan li jitneħħew ir-restrizzjonijiet li fadal fir-rigward tal-użu tas-SIS mill-Bulgarija u r-Rumanija hija żvilupp li ntlaqa' tajjeb għall-parteċipazzjoni ta' dawn iż-żewġ pajjiżi fl-acquis ta' Schengen. Dan se jżid il-livell ta' sigurtà fiż-żona Schengen u jagħmel il-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu aktar effettiva.

Billi jiġu eliminati r-restrizzjonijiet kollha tal-użu tas-SIS, ir-Rumanija u l-Bulgarija jkunu kapaċi jiżguraw l-istess livell ta' protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni bħal stati membri oħra ta' Schengen.

Ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament japprova l-abbozz ta' test tal-Kunsill mingħajr emendi biex jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipproċedu b'ħeffa bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija

Referenzi

15820/2017 – C8-0017/2018 – 2018/0802(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.1.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

5.2.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Monica Macovei

26.2.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2018

24.5.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gérard Deprez, Maria Grapini, Anna Hedh, Jean Lambert, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Maria Gabriela Zoană, Tadeusz Zwiefka

Data tat-tressiq

29.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Kristina Winberg

PPE

Asim Ademov, Andrea Bocskor, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Tadeusz Zwiefka

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Eva Joly, Jean Lambert

1

-

ENF

Auke Zijlstra

2

0

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Ġunju 2018Avviż legali