Proċedura : 2017/0113(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0193/2018

Testi mressqa :

A8-0193/2018

Dibattiti :

PV 14/01/2019 - 17
CRE 14/01/2019 - 17

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2018 - 7.6
CRE 14/06/2018 - 7.6
PV 15/01/2019 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0264
P8_TA(2019)0006

RAPPORT     ***I
PDF 671kWORD 81k
29.5.2018
PE 615.479v01-00 A8-0193/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

(COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur għal opinjoni: Cláudia Monteiro de Aguiar

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq

(COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0282),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0172/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017(1)

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0193/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Għalhekk, dan jista' jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, dawn ukoll ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.

(2)  Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' għaldaqstant jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, jista' jkun li dawn ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu mill-impriżi tagħhom ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fuq it-territorji rispettivi tagħhom jekk il-vettura tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.

(3)  Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu, mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom, ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex obbligati jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom li tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jillimitaw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-użu ta' vettura mikrija minn impriża stabbilita b'mod dovut fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, dment li l-vettura tkun reġistrata u konformi mal-istandards tal-operat u r-rekwiżiti tas-sikurezza, jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru u awtorizzata topera mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża responsabbli.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw it-tul ta' żmien li fih vettura mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża tista' tintuża fit-territorji rispettivi tagħhom.

(5)  Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati bl-iskop li jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fit-territorji rispettivi tagħhom, it-tul ta' żmien li impriża stabbilita tista' tuża vettura mikrija rreġistrata jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dawn jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta' tali vetturi li jkunu qegħdin jinkrew minn impriża stabbilita fit-territorji tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex jiġu infurzati dawn il-miżuri, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura mikrija jenħtieġ li titniżżel fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment li qegħdin jiġu infurmati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) għal dan il-għan.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jinżammu l-istandards operattivi, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għas-sewwieqa, huwa importanti li t-trasportaturi jkollhom aċċess garantit għall-assi u infrastruttura ta' appoġġ dirett fil-pajjiż li fih iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u tiddokumentahom f'rapport. Jenħtieġ li kull azzjoni futura f'dan il-qasam tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' dak ir-rapport.

(7)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni, u hija tiddokumentahom f'rapport mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li r-rapport iqis b'mod dovut l-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq, fuq id-dħul mit-taxxa u fuq l-ambjent. Jenħtieġ li r-rapport jivvaluta wkoll kull ksur ta' din id-Direttiva, inklużi l-każijiet ta' ksur transkonfinali. Jenħtieġ li l-bżonn ta' azzjoni futura f'dan il-qasam jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' dak ir-rapport.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ii

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' Stat Membru;";

(a)  il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru, inklużi l-istandards operatorji u r-rekwiżiti tas-sikurezza;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

imħassar

'1a.  Meta l-vettura ma tkunx irreġistrata jew ma tiddaħħalx fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet tal-Istat Membru li fih tkun ġiet stabbilita l-impriża li tikri l-vettura, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien tal-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom. Madankollu, f'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-vettura għal mill-inqas erba' xhur fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari. ’

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta l-vettura tkun irreġistrata jew titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-impriża jista':

 

(a)  jillimita ż-żmien ta' użu tal-vettura mikrija fit-territorju rispettiv tiegħu dment li jippermetti li l-vettura mikrija tintuża tal-inqas erba' xhur konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari; f'dan il-każ jista' jiġi stipulat li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru;

 

(b)  jillimita n-numru ta' vetturi mikrija li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe impriża, dment li dawn jippermettu l-użu ta' tal-inqas għadd ta' vetturi li jikkorrispondi għal 25 % tal-flotta ġenerali tal-vetturi għat-trasport tal-merkanzija li jkunu proprjetà tal-impriża fil-31 ta' Diċembru tas-sena qabel it-talba għal awtorizzazzjoni; f'dan il-każ impriża li jkollha flotta ġenerali ta' aktar minn vettura waħda u inqas minn erba' vetturi, għandha tkun tista' tuża tal-inqas waħda minn dawn il-vetturi mikrija."

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a) jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej

 

"Artikolu 3a

 

1.  L-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura mikrija għandha titniżżel fir-reġistru elettroniku nazzjonali kif definit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1071/2009*.

 

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment ta' operatur li jiġu informati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari.

 

3.  Il-kooperazzjoni amministrattiva prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012**.

 

__________________

 

* B'riferiment għall-Artikolu 16 tar-Regolament (Nru) 1071/2009 b'kont meħud tal-estensjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata kif propost mill-Kummissjoni.

 

** ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1."

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2006/1/KE

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 5 years after the deadline for transposition of the Directive], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq id-dħul mit-taxxa, inklużi d-distorsjonijiet fiskali, u fuq l-infurzar tar-regoli tal-kabotaġġ f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [OP: please insert the date calculated 18 months following the entry into force]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa ... [20 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.

(1)

  ĠU C 129, 11.4.2018, p. 71.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

It-trasport bit-triq huwa l-mezz ta' trasport dominanti għall-merkanzija u l-passiġġieri fl-UE u jimpjega madwar 1.6 miljun ruħ. Matul is-snin, l-UE żviluppat firxa ta' regoli biex tiżgura settur tat-trasport ġust, li jiffunzjona tajjeb, sikur u soċjalment sostenibbli. Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport tal-merkanzija bit-triq ilha fis-seħħ 25 sena. Id-Direttiva 2006/1/KE attwali tiddisponi għal livell minimu tal-ftuħ tas-suq għall-użu ta' tali vetturi, iżda xorta tinkludi dispożizzjonijiet ġuridiċi mill-1980 li jirriflettu l-ħtiġijiet tas-settur f'dak iż-żmien. Din il-leġiżlazzjoni trid tiġi rieżaminata biex tikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali tal-operaturi, kif ukoll biex tkun allinjata mal-aktar kwistjonijiet reċenti fis-suq tat-trasport tal-merkanzija u mal-prijoritajiet attwali ta' politika tal-UE.

Il-Proposta tal-Kummissjoni

Fil-31 ta' Mejju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat rieżami tad-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq, bħala parti minn diversi proposti fil-qasam tat-trasport bit-triq (il-pakkett "Ewropa Attiva" għal mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa). Dan huwa marbut mill-qrib mar-regoli l-ġodda dwar l-aċċess għall-professjoni u l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija, kif ukoll l-aċċess għas-suq tal-kowċis u x-xarabanks, bl-għan ġenerali li jiżgura kompetizzjoni ġusta, jissemplifika r-regoli eżistenti, jippreserva s-suq intern u jiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema f'dan is-settur.

Id-Direttiva 2006/1/KE attwali:

• tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu ta' vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija b'piż gross tal-vettura li jaqbeż is-sitt tunnellati għal operazzjonijiet proprji ta' trasport;

• tirrestrinġi l-użu ta' vettura li tkun ġiet mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.

Il-proposta tal-Kummissjoni tneħħi dawn ir-restrizzjonijiet u tistabbilixxi qafas regolatorju uniformi madwar l-UE biex jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport ikollhom aċċess ugwali għas-suq tal-vetturi mikrija. Din tfittex li:

• tippermetti li fit-territorju tagħha jintużaw vetturi mikrija minn impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, dment li l-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru;

• tippermetti l-użu ta' vettura mikrija fi Stat Membru ieħor għal tal-inqas erba' xhur fi kwalunkwe sena kalendarja biex l-impriżi jkunu jistgħu jlaħħqu ma' kwalunkwe żieda fid-domanda temporanja jew staġjonali u/jew jissostitwixxu vetturi li jkunu difettużi jew bil-ħsara.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tappoġġa l-għan ġenerali tal-pakkett leġiżlattiv tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva" u din il-proposta, billi hija opportunità biex jitrawmu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u kompetizzjoni ġusta għall-kumpaniji tal-kiri u l-lokazzjoni fl-UE filwaqt li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jissaħħaħ l-infurzar.

Ir-Rapporteur taqbel li l-Istati Membri m'għandhomx jirrestrinġu l-użu fit-territorju tagħhom ta' vettura mikrija minn impriża stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru ieħor dment li l-vettura tkun konformi mal-istandards tal-operat u r-rekwiżiti tas-sikurezza attwali.

Ir-Rapporteur hija tal-fehma li minħabba d-diversi livelli ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq fl-Unjoni, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw, fit-territorji rispettivi tagħhom, it-tul ta' żmien li impriża stabbilita tista' tuża vettura mikrija rreġistrata jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jillimitaw l-għadd ta' tali vetturi mikrija minn impriża stabbilita fit-territorji tagħhom, dment li jippermettu l-użu ta' għadd ta' vetturi li tal-inqas jikkorrispondi għal 25 % tal-flotta kollha tal-vetturi li hija proprjetà tal-impriża jew, f'każ ta' impriża li jkollha flotta ta' inqas minn erba' vetturi, l-użu ta' tal-inqas vettura waħda mikrija.

Ir-Rapporteur hija wkoll tal-fehma li l-infurzar xieraq huwa kruċjali għall-iżgurar tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta ta' din il-proposta. Għalhekk, ir-reġistri elettroniċi nazzjonali eżistenti kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għandhom jinkludu n-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura mikrija kif ukoll il-perjodu ta' validità tal-kopja ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja, li jindika għal kemm żmien Stat Membru ser jippermetti l-operaturi tiegħu jużaw il-vetturi mikrija fit-territorju tiegħu.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jiġi ppreżentat tal-inqas tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni, jiddeskrivi l-impatt u d-diversi effetti ta' din il-proposta fuq is-sikurezza tat-toroq, l-ambjent u d-dħul mit-taxxa u jidentifika tali metriċi ewlenin bħalma huma l-għadd ta' vetturi, reġistrati fi Stat Membru ieħor, li huma mikrija mill-operaturi tat-trasport kif ukoll l-għadd ta' infrazzjonijiet relatat mal-użu ta' vetturi mikrija, kemm b'mod ġenerali kif ukoll fil-livell transfruntier.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq

Referenzi

COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Cláudia Monteiro de Aguiar

30.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

20.3.2018

15.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

15

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Cláudia Monteiro de Aguiar, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton, Michael Gahler, Maria Grapini, Ramona Nicole Mănescu, Marek Plura, Jozo Radoš, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Jude Kirton-Darling, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Annie Schreijer-Pierik, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Data tat-tressiq

29.5.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

ECR

EFDD

PPE

 

 

S&D

VERTS/ALE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

Tomasz Piotr Poręba, Anneleen Van Bossuyt

Eleonora Evi, Marco Zullo

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Ramona Nicole Mănescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Marek Plura, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Annie Schreijer-Pierik, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Inés Ayala Sender

Karima Delli

15

-

GUE/NGL

S&D

 

VERTS/ALE

Marie-Pierre Vieu

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Jude Kirton-Darling, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

Michael Cramer, Keith Taylor

1

0

ECR

Jacqueline Foster

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2018Avviż legali