Proċedura : 2017/0128(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0199/2018

Testi mressqa :

A8-0199/2018

Dibattiti :

PV 13/02/2019 - 22
CRE 13/02/2019 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.8
CRE 14/02/2019 - 10.8

Testi adottati :

P8_TA(2019)0122

RAPPORT     ***I
PDF 1208kWORD 155k
5.6.2018
PE 615.481v02-00 A8-0199/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

(COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Massimiliano Salini

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

(COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0280),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0173/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0199/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Hu meħtieġ li wieħed jaħseb għall-firxa kbira ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi fl-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien, u li jkun hemm sistemi interoperabbli adattati għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' politika dwar il-pedaġġi f'livell tal-Unjoni u għal żviluppi fit-teknoloġija tal-ġejjieni.

(2)  Hu meħtieġ li wieħed jaħseb għall-firxa kbira ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi fl-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien, u li jkun hemm, safejn ikun possibbli, sistemi interoperabbli, affidabbli, faċli għall-utent u kosteffikaċi adattati għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' politika dwar il-pedaġġi f'livell tal-Unjoni u għal żviluppi fit-teknoloġija tal-ġejjieni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-tixrid ta' speċifikazzjonijiet imposti mill-Istati Membri u pajjiżi ġirien għas-sistemi tagħhom dwar il-ġbir tal-pedaġġi jistgħu jikkompromettu ż-żewġ għanijiet tal-politika dwar it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern u dik tat-trasport. Sitwazzjoni bħal din tista' twassal għal tixrid ta' kaxxi elettroniċi mhux kompatibbli u li jiswew il-flus fil-kabini tas-sewwieqa ta' vetturi heavy duty, u għal żbalji li jistgħu jagħmlu s-sewwieqa meta jużawhom bir-riżultat, per eżempju, li mingħajr ebda ħsieb il-ħlas ikun ġie evitat. Tixrid bħal dan mhux aċċettabbli għal min juża u jipproduċi vetturi għal raġunijiet ta' spejjeż, sigurtà u dawk legali.

(4)  It-tixrid ta' speċifikazzjonijiet imposti mill-Istati Membri u pajjiżi ġirien għas-sistemi tagħhom dwar il-ġbir tal-pedaġġi elettroniċi jista' jikkomprometti t-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, il-prinċipju tal-moviment liberu kif ukoll l-objettivi tal-politika tat-trasport. Sitwazzjoni bħal din tista' twassal għal tixrid ta' kaxxi elettroniċi mhux kompatibbli u li jiswew il-flus fil-kabini tas-sewwieqa ta' vetturi heavy duty, u għal żbalji li jistgħu jagħmlu s-sewwieqa meta jużawhom bir-riżultat, per eżempju, li mingħajr ebda ħsieb il-ħlas ikun ġie evitat. Tixrid bħal dan mhux aċċettabbli għal min juża u jipproduċi vetturi għal raġunijiet ta' spejjeż, sigurtà u dawk legali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-ostakoli artifiċjali għat-tħaddim tas-suq intern jenħtieġ li jitneħħew, waqt li jħallu lill-Istati Membri u l-Unjoni jimplimentaw varjetà ta' forom ta' politika għat-tipi kollha ta' vetturi fuq livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Jenħtieġ li t-tagħmir stallat ġo vetturi jippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-forom ta' politika diversa dwar il-ġbir tal-pedaġġi skont il-prinċipji mhux diskriminatorji ta' bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ għalhekk tiġi żgurata kemm jista' jkun malajr.

(5)  L-ostakoli artifiċjali għat-tħaddim tas-suq intern jenħtieġ li jitneħħew, waqt li jħallu lill-Istati Membri u l-Unjoni jimplimentaw varjetà ta' forom ta' politika għat-tipi kollha ta' vetturi fuq livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Jenħtieġ li t-tagħmir stallat ġo vetturi jippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-forom ta' politika diversa dwar il-ġbir tal-pedaġġi skont il-prinċipji mhux diskriminatorji ta' bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintuża tagħmir uniku abbord fl-Istati Membri kollha sabiex ma jibqax neċessarju għas-sewwieqa li jakkwistaw vignettes separati għal perjodi ta' żmien qosra biex jivvjaġġaw fl-Unjoni. L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ affidabbli fil-livell tal-Unjoni skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li għalhekk tiġi żgurata kemm jista' jkun malajr, mingħajr ma timponi piż amministrattiv u tillimita kemm jista' jkun l-ispejjeż addizzjonali possibbli għas-servizzi elettroniċi ta' pedaġġ, u għat-tagħmir installat u mħaddem minn operaturi tat-toroq.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li jkunu obbligati jagħtu aċċess għad-dominju tal-EETS lill-fornituri tal-EETS fuq bażi nondiskriminatorja.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għad-dominji tal-EETS għall-fornituri kollha tal-EETS, il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni kollha meħtieġa marbuta mad-drittijiet tal-aċċess f'dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Peress li l-EETS huwa servizz ibbażat fuq is-suq, il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li ma jkunux imġiegħla jipprovdu s-servizz kollu f'daqqa madwar l-Unjoni. Madankollu, fl-interess tal-utenti, fornituri tal-EETS jenħtieġ li jkunu rikjesti jkopru d-dominji kollha tal-EETS fi kwalunkwe pajjiż fejn huma jiddeċiedu li jipprovdu s-servizzi tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-flessibilità mogħtija lill-fornituri tal-EETS ma twassalx għall-esklużjoni tad-dominji tal-EETS żgħar u periferiċi mill-EETS.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Id-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS jenħtieġ li tiddeskrivi fid-dettall il-qafas tal-kundizzjonijiet kummerċjali għall-operazzjonijiet tal-fornituri tal-EETS fid-dominju tal-EETS inkwistjoni. B'mod partikolari, hija jenħtieġ li tiddeskrivi l-metodoloġija użata għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-fornituri tal-EETS.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li jkunu intitolati għal remunerazzjoni ġusta, ikkalkolata fuq il-bażi ta' metodoloġija trasparenti u nondiskriminatorja.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  L-utenti tal-EETS jenħtieġ li ma jħallsux pedaġġ ogħla milli kieku kienu jħallsu għal pedaġġ nazzjonali/lokali korrispondenti. Kull ħlas lura jew skont ta' pedaġġi marbuta mal-użu ta' Tagħmir Abbord (OBE) offruti minn Stat Membru jew minn kollettur tal-pedaġġi jenħtieġ li jkun disponibbli taħt l-istess kundizzjonijiet offruti lill-klijenti tal-Fornituri tal-EETS.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)  Fejn sistema elettronika ġdida tal-ġbir tal-pedaġġ tkun qed titnieda jew sistema eżistenti tkun qed tiġi mmodifikata b'mod sostanzjali, il-kollettur tal-pedaġġ jenħtieġ li jkun rikjest jippubblika d-dikjarazzjonijiet tad-dominju tal-EETS il-ġodda jew aġġornati b'avviż li jkun suffiċjenti sabiex jippermetti li jiġu akkreditati jew akkreditati mill-ġdid il-fornituri tal-EETS fis-sistema, mhux iktar tard minn xahar qabel il-jum tat-tnedija operattiva tagħha. Il-kollettur tal-pedaġġ jenħtieġ li jkun rikjest ifassal u jsegwi l-proċedura, rispettivament, għall-akkreditazzjoni jew l-akkreditazzjoni mill-ġdid tal-fornituri tal-EETS b'tali mod li l-proċedura tkun tista' tiġi konkluża mhux aktar tard minn xahar qabel it-tnedija operattiva tas-sistema l-ġdida jew tas-sistema sostanzjalment emendata. Il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li jkunu marbuta li jirrispettaw il-parti tagħhom tal-proċedura ppjanata kif definit fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)  Id-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS jenħtieġ li tispjega fid-dettall il-proċedura ta' akkreditazzjoni ta' fornitur tal-EETS għad-dominju tal-EETS, partikolarment il-proċedura għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità. Il-proċedura jenħtieġ li tkun l-istess għall-fornituri kollha tal-EETS.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6f)  Il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li ma jkunu permessi jitolbu jew jirrikjedu, minn fornituri tal-EETS, ebda soluzzjoni teknika speċifika li tista' tipperikola l-interoperabilità ma' dominji oħra ta' pedaġġi u mal-kostitwenti tal-interoperabilità eżistenti tal-fornitur tal-EETS.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li jitħallew joħorġu fatturi lill-utenti. Madankollu, il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li jkunu permessi jitolbu li l-fatturi jintbagħtu għan-nom tagħhom u f'isimhom, peress li fatturar direttament f'isem il-fornitur tal-EETS jista' jkollu implikazzjonijiet amministrattivi u fiskali negattivi f'ċerti dominji tal-pedaġġi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Jekk entità ġuridika li hija wkoll fornitur tas-servizz ta' pedaġġ ikollha wkoll rwoli oħra fis-sistema elettronika tal-ġbir ta' pedaġġ, jew ikollha attivitajiet oħra li mhumiex direttament relatati mal-ġbir elettroniku tal-pedaġġ, hija jenħtieġ li tkun rikjesta żżomm kontijiet separati tal-profitt u tat-telf għal kull tip tal-attivitajiet tagħha. Sussidji inkroċjati bejn dawn l-attivitajiet differenti jenħtieġ li jiġu esklużi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li jiġi kkonfermat li s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) huwa pprovdut minn fornituri tal-EETS, kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE17.

(8)  Jenħtieġ li jiġi kkonfermat li s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) ikun legalment ipprovdut minn fornituri tal-EETS, kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE17 u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali.

_________________

_________________

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11).

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Kull Stat Membru li jkollu mill-inqas żewġ dominji tal-EETS jenħtieġ li jwaqqaf uffiċċju ta' kuntatt fl-amministrazzjoni nazzjonali għall-Fornituri tal-EETS li jkunu jixtiequ jipprovdu l-EETS fit-territorju tiegħu sabiex jiffaċilita l-kuntatti tagħhom mal-Kolletturi tal-Pedaġġi.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Applikazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniku u oħrajn ta' ITS kooperattiv (C-ITS) jużaw teknoloġiji simili kif ukoll bandi ta' frekwenzi viċin xulxin għal-komunikazzjoni mill-qrib bejn il-vetturi u bejn il-vetturi u l-insfrastruttura. Fil-futur, il-potenzjal għat-tgħaqqid tal-pedaġġ elettroniku mas-C-ITS fil-banda 5.9 GHz, li bħalissa tintuża mis-C-ITS, għandu jiġi esplorat, wara valutazzjoni bir-reqqa tal-ispejjeż, tal-benefiċċji, tal-ostakli tekniċi u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom.

(10)  Applikazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniku u oħrajn ta' ITS kooperattiv (C-ITS) jużaw teknoloġiji simili kif ukoll bandi ta' frekwenzi viċin xulxin għall-komunikazzjoni mill-qrib bejn il-vetturi u bejn il-vetturi u l-infrastruttura. Fil-futur, jenħtieġ li tiġi esplorata l-fattibilità ta' soluzzjonijiet ġodda u sinerġiji possibbli bejn il-pjattaforma tal-pedaġġ elettroniku u s-sistemi kooperattivi tat-trasport intelliġenti, li jqisu analiżi dettaljata bejn il-kostijiet u l-benefiċċji u l-impatti potenzjali fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li joperaw illum għall-vetturi light-duty jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Peress li bħalissa l-ebda tali sistema elettronika ta' pedaġġ ma tuża l-pożizzjonar bis-satellita jew il-komunikazzjoni mobbli, il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li jitħallew, għal perjodu ta' żmien limitat, jipprovdu lill-vetturi light duty bit-tagħmir abbord xieraq li jista' jintuża mat-teknoloġija 5.8 Ghz biss.

(11)  Il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li joperaw illum għall-vetturi light-duty jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Peress li bħalissa l-ebda sistema elettronika ta' pedaġġ bħal din ma tuża l-pożizzjonar bis-satellita jew il-komunikazzjonijiet mobbli, il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li jkunu permessi jipprovdu, għal perjodu ta' żmien limitat, lill-vetturi light duty bit-tagħmir abbord xieraq li jintuża biss mat-teknoloġija 5.8 Ghz biss. Sabiex tiġi evitata interferenza mill-Wi-Fi fil-vetturi u t-tagħmir tas-C-ITS, jenħtieġ li l-banda 5.8 GHz tkun protetta għall-użu f'sistemi ta' pedaġġ.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-infurzar transkonfinali ta' tariffi tat-triq, inkluż it-tariffi ċċarġjati f'żoni urbani, u ta' multi għal ksur jeħtieġ arranġament għal assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri. Biex tiġi ttrattata l-problema tal-infurzar transkonfinali tal-evażjonijiet ta' pedaġġi, jenħtieġ li jiġu implimentati ftehimiet legali li jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali, bl-użu ta' sempliċi mekkaniżmu awtomatiku għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-kolletturi tal-pedaġġi jenħtieġ li jkunu permessi jitolbu data dwar il-vetturi u s-sidien jew detenturi ta' vetturi li huma klijenti tal-fornitur tal-EETS mingħand il-fornitur tal-EETS, fi ħdan il-qafas tal-attivitajiet ta' infurzar tal-pedaġġi u fejn ikun preżunt li s-sewwieq ta' vettura jkun naqas milli jħallas tariffa tat-triq. Il-kollettur tal-pedaġġ jenħtieġ li jevita li din id-data, li tista' tkun kummerċjalment sensittiva, tintuża għal xi skop ieħor ħlief dak tal-infurzar. B'mod partikolari, il-kollettur tal-pedaġġ jenħtieġ li jkun rikjest li ma jiżvelax id-data lil xi kompetitur tal-fornitur tal-EETS. L-ammont u t-tip ta' data li l-fornituri tal-EETS jikkomunikaw lill-kolletturi tal-pedaġġi, għall-fini tal-kalkolu u l-applikazzjoni ta' pedaġġi, jew biex jivverifikaw il-kalkolu tal-pedaġġ applikat għall-vetturi tal-utenti tal-EETS mill-fornituri tal-EETS, jenħtieġ li jkunu limitati għal minimu strett.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Jenħtieġ li tiġi żgurata proċedura ta' konċiljazzjoni bil-ħsieb li jissolva t-tilwim bejn il-kolletturi tal-pedaġġi u l-fornituri tal-EETS waqt in-negozjati kuntrattwali u matul ir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom. Il-Korpi ta' Konċiljazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jiġu kkonsultati mill-kolletturi tal-pedaġġi u l-fornituri tal-EETS biex ifittxu soluzzjoni għat-tilwim relatat mal-aċċess nondiskriminatorju għad-dominji tal-EETS.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Il-Korpi ta' Konċiljazzjoni jenħtieġ li jingħataw is-setgħa biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet kuntrattwali imposti fuq kwalunkwe fornitur tal-EETS jkunu nondiskriminatorji. B'mod partikolari, jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jivverifikaw li r-rimunerazzjoni offruta mill-kollettur tal-pedaġġi għall-fornituri tal-EETS tirrispetta l-prinċipji ta' din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-introduzzjoni ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi jinvolvu l-proċessar ta' informazzjoni personali. Proċessar bħal dan għandu jitwettaq skond regoli tal-Unjoni , kif preskritti, inter alia, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, fid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Id-dritt għall-ħarsien ta' data personali hu rikonoxxut espliċitament bl-Artikolu 8 tal-Karta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(17)  L-introduzzjoni ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi tinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, li fuq il-bażi tagħha jistgħu jsiru profili komprensivi tal-movimenti. Biex tiġi salvagwardjata l-privatezza, l-Istati Membri jenħtieġ li, għalhekk, jippermettu għażliet ta' ħlas bil-quddiem anonimi u kriptati għall-EETS. Id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali huwa rikonoxxut espliċitament mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-ipproċessar tad-data personali għandu bżonn jitwettaq skont ir-regoli tal-Unjoni, kif stipulat, inter alia, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u fid-Direttiva (UE) 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, u fejn in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq ikun reat kriminali fl-Istat Membru fejn huwa dovut il-ħlas, dan isir mid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

20 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

20 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

20 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

21 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-fornituri tal-EETS jenħtieġ li jkunu responsabbli biex jipprovdu lill-kolletturi tal-pedaġġi u/jew l-operaturi tal-pedaġġi bid-data korretta dwar il-klijenti tagħhom, peress li din id-data hija essenzjali għall-ġbir korrett tat-taxxi u għall-infurzar effettiv.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jippreskrivu regoli dwar ħlasijiet għall-infrastruttura tat-toroq u kwistjonijiet ta' tassazzjoni.

(18)  Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jistipulaw regoli dwar ħlasijiet għall-infrastruttura tat-toroq u kwistjonijiet ta' tassazzjoni. Madankollu, hija tiddikjara li sistema elettronika ta' pedaġġ interoperabbli taf tgħin biex jintlaħqu l-objettivi stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-pedaġġi. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma kompatibbli ma' dawk tad-Direttiva .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22.

 

__________________

 

22  Direttiva .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi [proċedura 2017/0114 COD]

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament għall-progress teknoloġiku tal-lista ta' teknoloġiji li jistgħu jintużaw għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ f'sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li jeħtieġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(19)  Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament għall-progress teknoloġiku tal-lista ta' teknoloġiji li jistgħu jintużaw għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ f'sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li jeħtieġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tippreskrivi l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi fil-Komunità dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni. Tapplika għall-ġbir elettroniku ta' kull tip ta' pedaġġ, fin-network kollu tat-toroq fl-Unjoni, fl-ibliet u bejn l-ibliet, l-awtostradi, toroq prinċipali u żgħar, u strutturi diversi bħal mini, pontijiet u postijiet fejn isiru s-servizzi tal-laneċ.

Din id-Direttiva tistipula l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-finijiet li ġejjin:

 

(a)  li tiżgura l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ, fin-network kollu tat-toroq fl-Unjoni, fl-ibliet u bejn l-ibliet, l-awtostradi, toroq prinċipali u żgħar, u strutturi diversi bħal mini, pontijiet u postijiet fejn isiru s-servizzi tal-laneċ, u

 

(b)  li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni, inkluż dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' dawk it-tariffi li jridu jinġabru manwalment għall-infrastrutturi li għalihom tapplika din id-Direttiva, kif ukoll dawk it-tariffi ċċarġjati f'żoni urbani kif imsemmi fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, jew dawk il-multi għal ksur rigward il-ħlas ta' tariffi.

 

__________________

 

23 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda minn Stati Membri li jimponu tariffi fuq tipi ta'vetturi partikolari, sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawk it-tariffi u l-għan li għalih jiġu imposti dawn it-tariffi.

Sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda minn Stati Membri li jimponu tariffi fuq tipi ta' vetturi partikolari, u sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawk it-tariffi u l-għan li għalih jiġu imposti dawn it-tariffi.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  "servizz ta' pedaġġ" tfisser is-servizz li jippermetti lill-utenti li jkollhom kuntratt wieħed u sett wieħed ta' OBE li jużaw vettura f'dominju wieħed jew aktar ta' pedaġġi; dan jinkludi, b'mod partikolari:

 

i)  il-forniment ta' OBE personalizzat għall-utenti u ż-żamma tal-funzjonalità tiegħu;

 

ii)  il-garanzija li l-kollettur tal-pedaġġ jitħallas il-pedaġġ dovut mill-utent;

 

iii)  l-għoti tal-mezzi ta' ħlas lill-utent jew l-aċċettazzjoni ta' wieħed eżistenti;

 

iv)  il-ġbir tal-pedaġġ mill-utent;

 

v)  il-ġestjoni tar-relazzjonijiet tal-klijenti mal-utent;

 

vi)  l-implimentazzjoni u l-konformità mal-politiki ta' sigurtà u privatezza għas-sistemi tal-pedaġġi;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS)" tfisser is-servizzi pprovduti, skont kuntratt, minn fornitur tal-EETS lil utent tal-EETS. Dawn is-servizzi għandhom jinkludu d-disponibbiltà u l-garanzija tal-parametrizzazzjoni u l-funzjonament korrett tat-tagħmir abbord meħtieġa biex jitħallsu t-tariffi tat-triq fid-dominji kollha tal-pedaġġ elettroniku miftiehma fil-kuntratt, l-ipproċessar tal-ħlas tat-tariffi tat-triq dovuti mill-utenti lill-kollettur tal-pedaġġi f'isem l-utent, u l-forniment ta' servizzi oħra u l-assistenza meħtieġa għall-utent biex jikkonferma mal-obbligi imposti mill-kollettur tal-pedaġġi fid-dominji ta' pedaġġ miftiehma fil-kuntratt;

(a)  "Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS)" tfisser is-servizz ta' pedaġġ ipprovdut, skont kuntratt, minn fornitur tal-EETS lil utent tal-EETS.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "pedaġġ" tfisser tariffa jew imposta imposti fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni ta' vettura f'dominju tal-pedaġġi;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  "fornitur tas-servizz ta' pedaġġ" tfisser entità legali li tipprovdi servizzi tal-pedaġġi ta' klijent f'dominju wieħed jew aktar tal-pedaġġi għal klassi waħda jew aktar ta' vetturi.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "operatur tal-pedaġġi" tfisser entità privata li l-kollettur tal-pedaġġi jiddelega lilha l-kompitu tal-ġbir ta' tariffi tat-triq f'isem u għall-benefiċċju tal-kollettur tal-pedaġġ;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)  "fornitur tas-servizz ta' pedaġġ nazzjonali" tfisser entità li tipprovdi s-servizzi tal-pedaġġi żviluppati u mħaddma mill-operatur tal-pedaġġi għall-utenti finali. Hija tkun maħtura minn Stat Membru u tkun fdata bl-obbligu ta' servizz pubbliku li tipprovdi Tagħmir Abbord lill-utenti kollha tas-servizzi tal-pedaġġi u tipprovdi servizzi tal-pedaġġi fit-territorju kollu tal-Istat Membru rispettiv;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  "fornitur tas-servizz prinċipali" tfisser il-fornitur tas-servizz ta' pedaġġ li fuqu, il-kollettur tal-pedaġġi, iqiegħed obbligi speċifiċi (bħall-obbligu li jiffirmaw il-kuntratti mal-utenti interessati kollha) jew jagħti drittijiet speċifiċi (bħal remunerazzjoni speċifika jew kuntratt iggarantit fuq tul ta' żmien) differenti mid-drittijiet u l-obbligi ta' fornituri tas-servizz oħrajn;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "dominju ta' pedaġġ elettroniku" tfisser triq, netwerk tat-toroq, struttura bħalma hi mina, pont jew bastiment ta' traġitt fejn it-tariffi tat-triq jinġabru bl-użu, esklussivament jew parzjalment ta' miżuri ta' żvelar awtomatiku u mekkaniżmi bħal komunikazzjoni ma' tagħmir abbord il-vettura jew għar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-karozzi;

(e)  "dominju ta' pedaġġ elettroniku" tfisser triq, netwerk tat-toroq, struttura bħalma hi mina, pont jew bastiment ta' traġitt fejn it-tariffi tat-triq jinġabru bl-użu, jew esklussivament jew parzjalment, ta' miżuri ta' żvelar awtomatiku u mekkaniżmi bħal komunikazzjoni ma' tagħmir abbord il-vettura jew għar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-karozzi;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  "data fil-kuntest ta' pedaġġi" tfisser l-informazzjoni definita mill-kollettur tal-pedaġġi responsabbli li tkun neċessarja biex jiġi stabbilit il-pedaġġ dovut għaċ-ċirkolazzjoni ta' vettura f'dominju partikolari tal-pedaġġi u tiġi konkluża t-tranżazzjoni tal-pedaġġ;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  "dikjarazzjoni tal-pedaġġ" tfisser dikjarazzjoni lil kollettur tal-pedaġġi li tikkonferma l-preżenza ta' vettura f'dominju tal-pedaġġi, f'format miftiehem bejn il-fornitur tas-servizz ta' pedaġġ u l-kollettur tal-pedaġġi;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "kostitwenti tal-interoperabilità" tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew maħsub biex jiġi inkorporat fl-EETS u li fuqu tiddependi, direttament jew indirettament, l-interoperabilità tas-servizz, inklużi kemm l-oġġetti tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli bħalma hu s-softwer;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  "adegwatezza għall-użu" tfisser l-abilità ta' kostitwent interoperabbli li jikseb u jsostni prestazzjoni speċifikata waqt li tkun qed tintuża, integrata rappreżentantivament fl-EETS b'rabta mas-sistema tal-kollettur tal-pedaġġi;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)  "sistema sostanzjalment immodifikata" tfisser sistema elettronika tal-ġbir ta' pedaġġ eżistenti li tkun għaddiet jew qed tgħaddi minn bidla li tirrikjedi li l-fornituri tal-EETS jagħmlu modifiki għall-kostitwenti tal-interoperabilità li jkunu qed jintużaw, bħall-ipprogrammar mill-ġdid jew l-ittestjar mill-ġdid tal-OBE jew l-adattament tal-interfaċċje tal-back office tagħhom;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd)  "back office" tfisser sistema elettronika ċentrali użata mill-kollettur tal-pedaġġ, grupp ta' kolletturi tal-pedaġġ li jkunu ħolqu ċentru ta' interoperabilità, jew minn fornitur tal-EETS li jiġbor, jipproċessa u jibgħat informazzjoni fil-qafas tal-ġbir tal-pedaġġ elettroniku;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe)  "akkreditazzjoni" tfisser il-proċess definit u ġestit mill-kollettur tal-pedaġġ li fornitur tal-EETS għandu jgħaddi minnu qabel ma jkun awtorizzat jipprovdi l-EETS f'dominju tal-EETS;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  "Stat Membru tar-reġistrazzjoni" tfisser l-Istat Membri ta' reġistrazzjoni tal-vettura li biha jkun sar ir-reat ta' nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq;

(i)  "Stat Membru tar-reġistrazzjoni" tfisser l-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-vettura li biha jkun sar ir-reat ta' nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la)  "parametri tal-klassifikazzjoni tal-vetturi" tfisser l-informazzjoni relatata mal-vettura li skontha jiġu kkalkulati l-pedaġġi abbażi tad-data fil-kuntest tal-pedaġġi;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

o)   "vettura light-duty" tfisser kwalunkwe vettura li ma tkunx vettura heavy duty.

(o)   "vettura light-duty" tfisser karozza, minibus jew vann;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi elettroniċi ġodda kollha ta' pedaġġ li jesiġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord għandhom, biex jagħmlu tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ, jużaw waħda jew iżjed mit-teknoloġiji elenkati fl-Anness IV .

Is-sistemi elettroniċi ġodda kollha ta' pedaġġ li jesiġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord għandhom, biex jagħmlu tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ, jużaw waħda jew iżjed mit-teknoloġiji segwenti:

 

(a)  pożizzjonar bis-satellita;

 

(b)  komunikazzjoni mobbli;

 

(c)  teknoloġija ta' microwave b'5,8 GHz

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi elettroniċi ta' pedaġġ eżistenti li jużaw teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-Anness IV għandhom jikkonformaw ma' dawk it-teknoloġiji jekk iseħħ titjib teknoloġiku sostanzjali

Sistemi elettroniċi ta' pedaġġ eżistenti li jużaw teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kompatibbli ma' dawk it-teknoloġiji jekk iseħħ titjib teknoloġiku sostanzjali.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-fornituri tal-EETS għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti, tagħmir ta' abbord li jkun xieraq għall-użu, interoperabbli u kapaċi jikkomunika mas-sistemi kollha ta' pedaġġ elettroniku operattivi fl-Istati Membri li jużaw it-teknoloġiji elenkati fl-Anness IV.

3.   Il-fornituri tal-EETS għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti, tagħmir ta' abbord li jkun xieraq għall-użu, interoperabbli u kapaċi jikkomunika mas-sistemi kollha ta' pedaġġ elettroniku operattivi fl-Istati Membri li jużaw it-teknoloġiji elenkati fil-paragrtafu 1.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tagħmir ta' abbord jista' juża l-hardware u s-software tiegħu stess, juża elementi oħra ta' hardware u software preżenti fil-vettura, jew it-tnejn li huma. Għal fini ta' komunikazzjoni ma' sistemi oħra ta' hardware preżenti fil-vettura, it-tagħmir ta' abbord jista' juża teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-Anness IV.

4.  It-tagħmir ta' abbord jista' juża l-hardware u s-software tiegħu stess, juża elementi oħra ta' hardware u software preżenti fil-vettura, jew it-tnejn li huma. Għal fini ta' komunikazzjoni ma' sistemi oħra ta' hardware preżenti fil-vettura, it-tagħmir ta' abbord jista' juża teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1. Kull vettura għandu jkollha biss unità abbord waħda, u dik l-unità abbord tista' tkun marbuta ma' vettura waħda biss.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-fornituri tal-EETS jistgħu jipprovdu lill-utenti ta' vetturi ħfief b'tagħmir ta' abbord li jkun biss tajjeb għall-użu b'teknoloġija tal-microwave b'5.8GHz.

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-fornituri tal-EETS jistgħu jipprovdu lill-utenti ta' vetturi ħfief b'tagħmir ta' abbord li jkun biss tajjeb għall-użu b'teknoloġija tal-microwave b'5.8GHz li jrid jintuża fid-dominji tal-EETS li ma jirrikjedux pożizzjonar bis-satellita jew teknoloġiji tal-komunikazzjoni mobbli.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessar ta' data personali meħtieġ għat-tħaddim tal-EETS jitwettaq skond ir-regoli tal-Komunità li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali ta' l-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom, u li, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE jiġu mħarsa.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali meħtieġ għat-tħaddim tal-EETS jitwettaq skont ir-regoli tal-Komunità li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom, u li jitħarsu, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn f'każijiet iġġustifikati kif dovut, bħan-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-EETS għandu jippermetti li l-kuntratti jiġu konklużi irrispettivament mill-post fejn tkun reġistrata l-vettura, iċ-ċittadinanza tal-partijiet fil-kuntratt, u ż-żona jew is-sezzjoni fin-network tat-toroq li fir-rigward tagħha tkun dovuta tariffa.

2.  L-EETS għandu jippermetti li l-kuntratti jiġu konklużi irrispettivament mill-post fejn tkun reġistrata l-vettura, iċ-ċittadinanza tal-partijiet fil-kuntratt, u ż-żona jew is-sezzjoni fin-network tat-toroq li fir-rigward tagħha tkun dovuta tariffa, billi jitqiesu l-mezzi ta' ħlas validu f'dak l-Istat Membru.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-EETS huwa fornut permezz ta' ftehimiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizz u l-kolletturi tal-pedaġġi li jiggarantixxu l-ħlas korrett tal-pedaġġi dovuti.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-EETS għandu jippermetti l-iżvilupp ta' intermodalità mingħajr ma joħloq żvantaġġi għal modi oħra ta' trasport.

3.  L-EETS għandu jippermetti l-iżvilupp ta' intermodalità, filwaqt li jiggarantixxi l-konformità mal-prinċipju ta' "min juża u min iniġġes iħallas" u jiżviluppa vantaġġi għal modi oħra u aktar sostenibbli ta' trasport.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-korpi rilevanti tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari is-CEN, skont il-proċedura preskritta bid-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jadottaw malajr l-istandards applikabbli għas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fir-rigward tat-teknoloġiji elenkati fl-fl-Anness IV, u jaġġornawhom fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha titlob li l-korpi ta' standardizzazzjoni jiżguraw il-kompatibbiltà kontinwa tal-kostitwenti tal-interoperabilità.

5.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-korpi rilevanti tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari is-CEN, skont il-proċedura preskritta bid-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jadottaw malajr l-istandards applikabbli għas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fir-rigward tat-teknoloġiji elenkati fl-Artikolu 3, u jaġġornawhom fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha titlob li l-korpi ta' standardizzazzjoni jiżguraw il-kompatibilità kontinwa tal-kostitwenti tal-interoperabilità.

_________________

_________________

23 Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

23 Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfati mill-fornituri tal-EETS

 

Il-fornituri tal-EETS għandhom jitolbu biex jiġu reġistrati fi Stat Membru fejn huma stabbiliti. Din ir-reġistrazzjoni għandha tingħata jekk il-fornituri tal-EETS jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)  ikollhom ċertifikazzjoni EN ISO 9001 jew l-ekwivalenti tagħha;

 

(b)  juru li għandhom it-tagħmir tekniku u d-dikjarazzjoni jew iċ-ċertifikat KE li jattesta l-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità għall-ispeċifikazzjonijiet;

 

(c)  juru kompetenza fil-forniment tas-servizzi elettroniċi tal-pedaġġi jew f'dominji rilevanti;

 

(d)  ikunu f'pożizzjoni finanzjarja xierqa;

 

(e)  ikollhom pjan globali ta' ġestjoni tar-riskju, li jiġi awditjat mill-anqas kull sentejn;

 

(f)  ikollhom reputazzjoni tajba.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Drittijiet u obbligi tal-Fornituri tal-EETS

 

1.  Il-fornituri tal-EETS għandhom jikkonkludu kuntratti tal-EETS li jkopru d-dominji kollha tal-EETS fit-territorji ta' mill-inqas 4 Stati Membri fi żmien 36 xahar wara r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4a.

 

Huma għandhom jikkonkludu kuntratti li jkopru d-dominju kollu tal-EETS fi Stat Membru partikolari fi żmien 24 xahar mill-konklużjoni tal-ewwel kuntratt f'dak l-Istat Membru, ħlief għal dawk id-dominji tal-EETS, li fihom, il-kolletturi tal-pedaġġi responsabbli ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4d.

 

2.  Il-fornituri tal-EETS għandhom iżommu f'kull ħin il-kopertura tad-dominji kollha tal-EETS ladarba jkunu kkonkludew il-kuntratti korrispondenti. Fejn fornitur tal-EETS ma jkunx jista' jżomm kopertura ta' dominju tal-EETS minħabba li l-kollettur tal-pedaġġ ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu, huwa għandu jistabbilixxi mill-ġdid il-kopertura tad-dominju kkonċernat malajr kemm jista' jkun.

 

3.  Il-fornituri tal-EETS għandhom jikkooperaw mal-kolletturi tal-pedaġġi fl-isforzi tagħhom ta' infurzar. Fejn huwa ssuspettat li utent tat-triq ikun naqas milli jħallas tariffa tat-triq, il-kollettur tal-pedaġġ jista' jitlob li l-fornitur tal-EETS jipprovdilu d-data marbuta mal-vettura involuta fin-nuqqas issuspettat ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, u lis-sid jew lid-detentur ta' dik il-vettura li huwa klijent tal-fornitur tal-EETS. Il-fornitur tal-EETS għandu jiżgura li tali data tkun disponibbli minnufih.

 

Il-kollettur tal-pedaġġ għandu jiżgura li tali data ma tkunx żvelata lil xi fornitur ieħor tas-servizz ta' pedaġġ. Jekk il-kollettur tal-pedaġġ ikun integrat mal-fornitur tas-servizz ta' pedaġġ f'entità waħda, huwa għandu jimplimenta miżuri u proċeduri xierqa biex jiżgura li d-data tintuża għall-fini unika ta' infurzar.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4c

 

Drittijiet u obbligi tal-Kolletturi tal-Pedaġġi

 

1.  Kull kollettur tal-pedaġġi għandu jiżviluppa u jżomm dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS li tistipula l-kundizzjonijiet ġenerali għall-fornituri tal-EETS biex jaċċedu għad-dominji tal-pedaġġi tagħhom.

 

2.  Fejn tkun maħluqa sistema elettronika ġdida tal-ġbir ta' pedaġġ, il-kollettur tal-pedaġġi futur responsabbli għal din is-sistema għandu jippubblika d-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS b'avviż suffiċjenti li jippermetti akkreditazzjoni ta' fornituri tal-EETS interessati biex jikkonkludi, mhux iktar tard minn xahar qabel it-tnedija operattiva tas-sistema l-ġdida, filwaqt li jitqies it-tul tal-proċess ta' valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità.

 

3.  Fejn tkun modifikata b'mod sostanzjali sistema elettronika tal-ġbir ta' pedaġġ, il-kollettur tal-pedaġġi għandu jippubblika d-dikjarazzjoni riveduta tad-dominju tal-EETS b'avviż suffiċjenti li jippermetti lill-fornituri tal-EETS diġà akkreditati biex jadattaw il-konstitwenti tal-interoperabilità tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda u jakkwsitaw akkreditazzjoni mill-ġdid fejn tkun rikjesta, mhux iktar tard minn xahar qabel it-tnedija operattiva tas-sistema modifikata, filwaqt li jitqies it-tul tal-proċess ta' valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità.

 

Il-kollettur tal-pedaġġ għandu jistabbilixxi u jippubblika fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS l-ippjanar iddettaljat tal-proċess ta' valutazzjoni jew valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u tal-adegwatezza għall-użu ta' kostitwenti tal-interoperabilità, li jippermetti l-akkreditazzjoni jew l-akkreditazzjoni mill-ġdid tal-fornituri tal-EETS interessati, mhux aktar tard minn xahar qabel it-tnedija operattiva tas-sistema l-ġdida jew sostanzjalment immodifikata. Il-kollettur tal-pedaġġ għandu jkun marbut li jirrispetta n-naħa tiegħu tal-ippjanar.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4d(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4d

 

Il-kolletturi tal-pedaġġ għandhom jaċċettaw fuq bażi nondiskriminatorja lil kwalunkwe fornitur tal-EETS li jitlob biex jipprovdi EETS fid-dominju/i tal-EETS taħt ir-responsabilità tal-kollettur tal-pedaġġ.

 

Aċċettazzjoni ta' fornitur tal-EETS f'dominju ta' pedaġġ għandha tkun soġġetta għall-konformità tal-fornitur mal-obbligi u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fid-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS.

 

Il-kolletturi tal-pedaġġ ma għandhomx jirrikjedu lill-fornitur tal-EETS li juża xi soluzzjoni jew proċessi tekniċi speċifiċi li jfixklu l-interoperabilità tal-kostitwenti tal-interoperabilità ta' fornitur tal-EETS b'sistemi elettroniċi tal-ġbir ta' pedaġġ f'dominji oħrajn tal-EETS.

 

Jekk kollettur tal-pedaġġ u fornitur tal-EETS ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, il-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-entità ta' konċiljazzjoni responsabbli mid-dominju tal-pedaġġi rilevanti.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 4e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4e

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kuntratti bejn il-kollettur tal-pedaġġ u l-fornitur tal-EETS, rigward il-forniment ta' EETS fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, jippermettu li tinħareġ fattura għall-pedaġġ lill-utent tal-EETS direttament mill-fornitur tal-EETS. Il-Kollettur tal-Pedaġġ jista' jirrikjedi li l-Fornitur tal-EETS joħroġ fatturi għall-utent f'isem u għan-nom ta' kollettur tal-pedaġġ, u l-fornitur tal-EETS għandu jikkonforma ma' dik it-talba.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 4f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4f

 

Kull Stat Membru li jkollu tal-inqas żewġ dominji tal-EETS fit-territorju tiegħu għandu jaħtar uffiċċju ta' kuntatt uniku għall-fornituri tal-EETS. Fuq talba tal-fornitur tal-EETS, l-uffiċċju ta' kuntatt għandu jiffaċilita u jikkoordina kuntatti bikrin bejn il-fornitur tal-EETS u l-kolletturi tal-pedaġġ responsabbli mid-dominji tal-EETS fit-territorju tal-Istat Membru. L-uffiċċju ta' kuntatt jista' jkun persuna jew korp pubbliku jew privat.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 4g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4g

 

Il-pedaġġ iċċarġjat mill-kolletturi tal-pedaġġ lill-utenti tal-EETS ma għandux jaqbeż il-pedaġġ nazzjonali/lokali korrispondenti. Kull roħs jew kull skont ta' pedaġġi marbuta mal-utenti ta' tagħmir abbord offruti minn Stat Membru jew minn kollettur tal-pedaġġ għandhom ikunu disponibbli taħt l-istess kundizzjonijiet offruti lill-klijenti tal-fornituri tal-EETS.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 4h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4h

 

Remunerazzjoni

 

1.  Il-fornituri tal-EETS għandhom ikunu intitolati għal remunerazzjoni mill-fornitur tal-pedaġġ.

 

2.  Il-metodoloġija għad-definizzjoni tar-remunerazzjoni tal-fornituri tal-EETS għandha tkun trasparenti, mhux diskriminatorja u l-istess għall-fornituri tal-EETS kollha akkreditati għal dominju partikolari tal-EETS.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 4i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4i

 

1.  Il-pedaġġ għandu jiġi determinat mill-kollettur tal-pedaġġ skont fost l-oħrajn il-klassifikazzjoni ta' vettura. Klassifikazzjoni ta' vettura għandha tiġi determinata abbażi tal-parametri tal-klassifikazzjoni tal-vettura. Fil-każ ta' diskrepanza bejn il-klassifikazzjoni tal-vettura użata mill-fornitur tal-EETS u l-kollettur tal-pedaġġ, għandha tipprevali l-klassifikazzjoni tal-kollettur tal-pedaġġ, sakemm ma jkunx jista' jintwera li hemm żball.

 

2.  Minbarra li jirrikjedi ħlas mingħand fornitur tal-EETS għal kwalunkwe dikjarazzjoni sostanzjata tal-pedaġġ, kollettur tal-pedaġġ jista' jirrikjedi ħlas mingħand fornitur tal-EETS għal kwalunkwe nuqqas ta' dikjarazzjoni sostanzjata tal-pedaġġ rigward kwalunkwe kont ta' utent ġestit minn dak il-fornitur tal-EETS.

 

3.  Fejn fornitur tal-EETS ikun bagħat lil kollettur tal-pedaġġ lista ta' tagħmir abbord invalidat, il-fornitur tal-EETS ma għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwe pedaġġ ulterjuri mġarrab minħabba l-użu ta' tali tagħmir abbord invalidat. L-għadd ta' entrati fil-lista tal-OBE invalidat, il-format tal-lista u l-frekwenza tal-aġġornar tagħha għandhom jiġu miftiehma bejn il-kolletturi tal-pedaġġ u l-fornituri tal-EETS.

 

4.  F'sistemi tal-pedaġġ abbażi tal-microwave, il-kolletturi tal-pedaġġ għandhom jikkomunikaw dikjarazzjonijiet sostanzjati tal-pedaġġ lill-fornituri tal-EETS għall-pedaġġi mġarrba mill-utenti tal-EETS rispettivi tagħhom.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 4j (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4j

 

Il-kontabilità

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi li huma fornituri tas-servizz tal-pedaġġ iżommu kontijiet separati tal-profitt u tat-telf u karti tal-bilanċ għall-attivitajiet imwettqa fir-rwol relatat mal-forniment tas-servizz tal-pedaġġ, kif definit fl-istandard ISO 17573:2010 u l-attivitajiet l-oħrajn kollha. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn il-kontijiet u l-karti tal-bilanċ ikunu ppubblikati separatament għal kull tip ta' attività u li jkunu esklużi sussidji inkroċjati bejn attivitajiet imwettqa fir-rwol relatat mal-forniment ta' servizz tal-pedaġġ u attivitajiet oħra.

 

2.  Is-sistemi tal-kontabilità għall-attivitajiet imwettqa fi rwol relatat mal-forniment ta' servizz tal-pedaġġ u attivitajiet oħra għandhom jinżammu separati minn kontijiet relatati ma' kwalunkwe tip ieħor ta' attivitajiet ħalli tkun tista' ssir evalwazzjoni ċara tal-ispejjeż u l-benefiċċji marbuta mal-attivitajiet imwettqa fir-rwol relatat mal-forniment tas-servizzi tal-pedaġġ.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 4k (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4k

 

Il-Korp ta' Konċiljazzjoni

 

1.  Kull Stat Membru li jkollu tal-inqas dominju wieħed tal-EETS għandu jaħtar jew jistabbilixxi entità ta' konċiljazzjoni sabiex tiffaċilita l-medjazzjoni bejn il-kolletturi tal-pedaġġ b'dominju tal-EETS li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu u l-fornituri tal-EETS li jkollhom kuntratti jew ikunu f'negozjati kuntrattwali ma' dawk il-kolletturi tal-pedaġġ.

 

2.  Il-korp ta' konċiljazzjoni għandu jingħata s-setgħa, b'mod partikolari, biex jivverifika li l-kundizzjonijiet kuntrattwali imposti minn kollettur tal-pedaġġ fuq fornituri tal-EETS jkunu nondiskriminatorji. Dak il-korp għandu jingħata s-setgħa li jivverifika li l-EETS huwa rimunerat f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva.

 

3.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-korpi ta' konċiljazzjoni tagħhom ikunu indipendenti fl-organizzazzjoni u l-istruttura legali tagħhom mill-interessi kummerċjali tal-kolletturi tal-pedaġġ u tal-fornituri tas-servizzi tal-pedaġġ.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 4l (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4l

 

Reġistri

 

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali ta' dan li ġej:

 

(a)  id-dominji tal-EETS fit-territorju tiegħu, inkluża informazzjoni relatata ma':

 

i)  il-kolletturi tal-pedaġġ korrispondenti,

 

ii)  it-teknoloġiji tal-pedaġġ użati,

 

iii)  id-data fil-kuntest tal-pedaġġ,

 

iv)  id-dikjarazzjoni tad-dominju tal-EETS,

 

v)  il-fornituri tal-EETS li jkollhom kuntratti tal-EETS mal-kolletturi tal-pedaġġ attivi fil-qasam ta' kompetenza tagħhom.

 

(b)  il-fornituri tal-EETS li jkun tahom reġistrazzjoni.

 

(c)  id-dettalji ta' uffiċċju ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 4f għall-EETS, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika ta' kuntatt u n-numru tat-telefon.

 

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw tal-inqas darba fis-sena li r-rekwiżiti f'punti (a), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 4a jkunu għadhom sodisfati u jaġġornaw ir-reġistri kif xieraq. Ir-reġistru għandu jkun fih ukoll il-konklużjonijiet tal-awditjar previst fl-Artikolu 4a(e). Stat Membru ma għandux jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tal-fornituri tal-EETS msemmija fir-reġistru tiegħu.

 

2.  Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-data kollha li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali tinżamm aġġornata u preċiża.

 

3.  Ir-reġistri għandhom ikunu elettronikament aċċessibbli għall-pubbliku.

 

4.  Dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

5.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mir-reġistri għandhom jikkomunikaw b'mezzi elettroniċi lill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni r-reġistri tad-dominji tal-EETS u tal-fornituri tal-EETS fi tmiem kull sena tal-kalendarju. Għandha tinġibed l-attenzjoni tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u tal-Kummisjoni dwar kwalunkwe inkonsistenza fis-sitwazzjoni fi Stat Mmebru.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 4m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4m

 

Sistemi tal-pedaġġ pilota

 

Sabiex jippermettu l-iżvilupp tekniku tal-EETS, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw b'mod temporanju, f'partijiet limitati tad-dominju tal-pedaġġ tagħhom u b'mod parallel mas-sistema tal-ilmenti tal-EETS, sistemi tal-pedaġġ pilota li jkun fihom teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li ma jikkonformawx ma' dispożizzjoni waħda jew aktar ta' din id-Direttiva.

 

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni min qabel tal-Kummissjoni.

 

Il-perjodu inizjali ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Il-fornituri tal-EETS ma għandhomx ikunu rikjesti jipparteċipaw f'sistemi tal-pedaġġ pilota.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-investigazzjoni tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

L-Istat Membru għandu jagħti, biss lil punti ta' kuntatt nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri u biss għall-fini ta' investigazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq, aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  data relatata mal-vetturi; kif ukoll

(a)  data meħtieġa biex tiġi identifikata vettura speċifika; kif ukoll

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  data relatata mas-sidien jew mad-detenturi tal-vettura.

(b)  data meħtieġa biex tiġi identifikata u kkuntattjati s-sidien jew id-detenturi tal-vettura.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-iskambju ta' data msemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati bil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

(2)  Għall-finijiet tal-iskambju ta' data msemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati bil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat. F'dan il-proċess, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni xierqa ta' data personali meħtieġa għall-operazzjoni tal-EETS.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jsir permezz ta' mezzi elettroniċi interoperabbli mingħajr skambju ta' data li jinvolvi bażijiet tad-data oħra li ma jintużawx għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-iskambju ta' informazzjoni jsir b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u b'mod sikur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dik imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Anness II ta' din id-Direttiva u mal-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprevedu kemm skambju online f'ħin reali kif ukoll mod ta' skambju bil-lott, li permezz tiegħu jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jsir permezz ta' mezzi elettroniċi interoperabbli mingħajr skambju ta' data li jinvolvi bażijiet tad-data oħra li ma jintużawx għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-iskambju ta' informazzjoni jsir b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u b'mod sikur u li awtoritajiet li ma jkollhomx is-setgħa skont din id-Direttiva ma jingħatawx aċċess għad-data. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dik imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Anness II ta' din id-Direttiva u mal-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprevedu kemm skambju online f'ħin reali kif ukoll mod ta' skambju bil-lott, li permezz tiegħu jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri ma għandhom, taħt l-ebda ċirkostanza, jippermettu lill-kumpaniji privati jew l-individwi li jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ittra ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq

Ittra ta' informazzjoni u proċedimenti ta' segwitu dwar nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq għandu jiddeċiedi jekk għandux jibda proċedimenti ta' segwitu f'dak li jirrigwarda n-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq.

L-awtorità domestika kompetenti fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq għandha tibda proċedimenti għar-reat ta' nuqqas ta' ħlas ta' pedaġġi meta tistabbilixxi li kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' pedaġġ, bi qbil mal-għodod previsti fid-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

 

__________________

 

24 Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta tintbagħat l-ittra ta' informazzjoni lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li naqset milli tħallas it-tariffa tat-triq, l-Istat Membru fejn seħħ in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment dwar in-natura ta' dan in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq , il-post, id-data u l-ħin tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali li tagħhom ikun sar ksur u s-sanzjoni u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li ntuża fl-osservazzjoni tar-reat. Għal dak l-għan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness III.

2.  Meta tintbagħat l-ittra ta' informazzjoni lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li naqset milli tħallas it-tariffa tat-triq, l-Istat Membru fejn seħħ in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment dwar in-natura ta' dan in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, il-post, id-data u l-ħin tan-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali miksura, id-dritt għall-oġġezzjoni u għall-għoti ta' informazzjoni, u s-sanzjoni u d-data li jikkonċernaw it-tagħmir li ntuża fl-osservazzjoni tar-reat. Għal dak l-għan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq għandu juża l-mudell stabbilit fl-Anness III.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Id-deċiżjoni tal-korp kompetenti fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, meħuda f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, għandha tkun awtomatikament rikonoxxuta mill-Istat Membru tas-sid, id-detentur tal-vettura jew alternattivament il-persuna identifikata ssuspettata li naqset milli tħallas it-tariffa tat-triq.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Jekk neċessarju għall-finijiet tas-segwitu fir-rigward tal-pedaġġi mhux imħallsa, il-punt ta' kuntatt nazzjonali jista' jipprovdi lill-kollettur tal-pedaġġ affettwat mill-pedaġġ mhux imħallas bl-informazzjoni neċessarja għall-irkupru tiegħu.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Arranġamenti għal assistenza reċiproka

 

Mill-2021, sabiex jiġi infurzat ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni bejn il-fruntieri, għandu japplika arranġament għal assistenza reċiproka skont liema l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jassisti lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu sar nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq biex jirkupra tariffi tat-triq u multi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw arranġamenti dettaljati għal tali assistenza reċiproka. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Protezzjoni tad-data

Protezzjoni tad-data

1.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva.

1.  Ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva. Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika biss għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva meta n-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq ikun reat kriminali fl-Istat Membru fejn huwa dovut il-ħlas.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata skont din id-Direttiva jkunu, f'perjodu ta' żmien xieraq, rettifikati jekk ma jkunux preċiżi, jew imħassra jew ristretti, u li jiġi stabbilit limitu ta' żmien għall-ħżin tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet tal-Artikolu 5 jkun limitat għat-tipi ta' data elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li s-suġġetti tad-data jkollhom id-dritt li jaġġornaw, jirrettifikaw jew iħassru d-data personali pproċessata mingħajr dewmien mhux dovut jekk ma tkunx preċiża. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta' żmien għall-ħżin ta' data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali kollha proċessata taħt din id-Direttiva tintuża biss għall-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta' ħlas ta' tariffi tat-triq, u li s-suġġetti tad-data għandu jkollhom l-istess drittijiet għall-informazzjoni, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-dritt għall-kumpens u rimedju ġudizzjarju kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u għal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata skont din id-Direttiva tiġi pproċessata għall-unika fini li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta' ħlas ta' tariffi tat-triq u m'għandhiex tiġi ulterjorment ipproċessata għal xi skop ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li s-suġġetti tad-data jkollhom l-istess drittijiet ta' informazzjoni, aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar, li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data, kumpens u rimedju ġudizzjarju effettiv kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għad-data personali jingħata biss lill-awtoritajiet kompetenti maħtura għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.

3.  Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun ġiet trasmessa lill-Istat Membru fejn kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, inkluża d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq.

3.  Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb, mingħajr dewmien mhux dovut, informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun ġiet trażmessa lill-Istat Membru fejn kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, inkluża d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih sar nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Rapport

Rapport

Il-Kummissjoni għandha, sa [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

1.  Sa [4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-avvanz u l-iskjerament tal-EETS u l-effettività u l-effiċjenza tal-mekkaniżmu għall-iskambju ta' data fil-qafas tal-investigazzjoni ta' avvenimenti ta' nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq.

 

Ir-rapport għandu janalizza, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

 

(a)  l-effett tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4b dwar it-tnedija tal-EETS, b'enfasi partikolari fuq id-disponibilità tas-servizz f'dominji żgħar jew periferiċi tal-EETS;

-  valutazzjoni tal-effikaċja tal-Artikoli 6 u 7 dwar it-tnaqqis fin-numru ta' nuqqasijiet ta' ħlas tat-tariffi tat-triq fl-Unjoni,

(b)  l-effettività tal-Artikoli 6 u 7 dwar it-tnaqqis fin-numru ta' nuqqasijiet ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni;

 

(c)  il-progress li sar fl-aspetti ta' interoperabilità bejn sistemi ta' pedaġġi bis-satellita u dawk konvenzjonali;

 

2.  Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari rigward l-elementi li ġejjin:

 

(a)  miżuri addizzjonali biex tiżgura li l-EETS hija disponibbli fid-dominji kollha, inklużi dawk żgħar u periferiċi;

-  valutazzjoni tal-ħtieġa li jkompli jiġi ffaċilitat l-infurzar transkonfinali tal-ħlas tat-tariffi tat-triq fl-Unjoni billi jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' għajnuna mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ in-nuqqas tal-ħlas ta' tariffa tat-triq fl-irkupru ta' tariffi u multi.

(b)  mekkaniżmu ta' għajnuna mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ in-nuqqas tal-ħlas sabiex jiġi ffaċilitat b'mod ulterjuri l-infurzar transkonfinali tal-ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni, b'mod partikolari fejn qed jintużaw sistemi awtomatiċi ta' debitu.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Annessi I u IV ħalli dawn jiġu adattati għall-progress tekniku.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Anness I ħalli dan jiġi adattat għall-progress tekniku.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Proċedura ta' kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat għall-Ġbir Elettroniku tal-Pedaġġ.

 

Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**).

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 1 u 3 sa 8 u l-Annessi II u III sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] . Għandhom mill-ewwel jikkomunikaw it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni .

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 1 u 3 sa 8 u l-Annessi II u III sa [30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Għandhom mill-ewwel jikkomunikaw it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni .

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula vis-a-vis r-regoli tal-Unjoni li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom u l-protezzjoni tad-data personali. b'mod partikolari, ikun meħtieġ li tiġi żgurata konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE;

(k)  validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula vis-a-vis r-regoli tal-Unjoni li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom u l-protezzjoni tad-data personali. B'mod partikolari, ikun meħtieġ li tiġi żgurata konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, kif ukoll, fejn ikun applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Klawżola dwar il-protezzjoni tad-data:

 

Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inti għandek id-dritt li titlob aċċess, u rettifika jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew li toġġezzjona għall-ipproċessar, kif ukoll id-dritt għall-portabilità tad-data; Inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment quddiem [isem u indirizz tal-awtorità superviżorja rilevanti].

 

[Jekk in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq jitqies bħala reat kriminali skont il-liġi nazzjonali:

 

Skont [isem tal-liġi nazzjonali li tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680], inti għandek id-dritt li titlob mingħand il-kontrollur aċċess u rettifika jew tħassir ta' data personali u restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment quddiem [isem u indirizz tal-awtorità superviżorja rilevanti]. ]

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IV

imħassar

Lista ta' teknoloġiji permessi għas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ biex isiru tranżazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniċi

 

1.  pożizzjonar bis-satellita;

 

2.  komunikazzjoni mobbli;

 

3.  teknoloġija ta' microwave b'5,8 GHz

 

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tegħleb in-nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni kurrenti li tirregola s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet neċessarji li jiggarantixxu l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ, u li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar il-ksur ikkawżat minn pedaġġi mhux imħallsin fl-Istati Membri tal-UE.

Il-leġiżlazzjoni kurrenti fis-seħħ, li tinkludi d-Direttiva 2004/52/KE dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE dwar id-definizzjoni tas-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku u l-elementi tekniċi tiegħu, tfasslet bil-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq permezz tal-introduzzjoni ta' servizz ibbażat fuq tagħmir abbord li kapaċi jikkomunika mal-infrastrutturi tal-pajjiżi li jgħaddi minnhom l-utent, u b'hekk tiffaċilita l-ħolqien ta' sistema elettronika ta' pedaġġ interoperabbli fil-livell tal-Unjoni.

Madankollu l-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni kurrenti ma għamlithiex possibbli li jintlaħqu l-objettivi li kienu ġew stabbiliti rigward il-ġbir awtomatiku tal-pedaġġi. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni identifikat ċerti limitazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni kurrenti fis-seħħ, inklużi l-ostakli għall-aċċess għas-suq għall-fornituri tal-EETS, li fuqhom ġew imposti obbligi eċċessivi. Fil-livell teknoloġiku, it-tagħmir satellitari għadu ferm ogħla fil-prezz mill-unitajiet abbord li jużaw teknoloġija bil-microwave, għalkemm l-iżvilupp li għaddej tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) għandu jġiegħel lil dak li jkun jirrifletti fuq is-sinerġiji potenzjali bejn dawn is-sistemi u sistemi elettroniċi ta' pedaġġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat li ma hemm l-ebda bażi ġuridika fil-livell tal-UE għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-Istati Membri għall-finijiet tal-infurzar tal-pedaġġi.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

•  Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni bħala titjib sinifikanti fil-leġiżlazzjoni kurrenti li tirregola l-EETS. Ir-rapporteur jipproponi sensiela ta' emendi li, fil-fehma tiegħu, joffru valur miżjud lit-test tal-proposta, bil-għan li titħeġġeġ in-natura interoperabbli tal-EETS, u li ssir aktar effettiva l-proċedura ta' infurzar.

•  Ir-rapporteur jaqbel mal-bżonn li jkunu definiti b'mod ċar u oġġettiv il-varji operaturi tal-EETS, li bħalissa huma definiti biss fid-Deċiżjoni 2009/750/KE, u jirrikonoxxi l-bżonn ta' konsistenza mad-Direttiva 2017/0114(COD).

•  Ir-rapporteur iqis l-aspetti teknoloġiċi bħala ta' importanza kbira biex joħolqu sistema elettronika ta' pedaġġ tassew interoperabbli. Għal din ir-raġuni tressqu emendi li jenfasizzaw il-bżonn li tingħata prijorità lill-kodeċiżjoni, sabiex jiġu involuti l-partijiet interessati kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

•  B'riferiment għall-proċedura għall-infurzar tal-pedaġġi, ir-rapporteur jirrikonoxxi l-limiti tal-approċċ intergovernattiv, li fil-fatt mhuwiex kapaċi jiggarantixxi l-ħlas koersiv tal-pedaġġi transkonfinali. Fir-rigward tal-infurzar, ir-rapporteur jixtieq sempliċiment jintroduċi ċerti kjarifiki fit-test, intiżi li jagħmlu l-proċedura aktar effettiva.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2017)36120

Karima Delli

President, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

ASP 04F155

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

  (COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid dan li ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li eżaminat il-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta u mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazjzoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom.

Fl-aħħar nett, waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Settembru 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali(1), b'vot unanimu, irrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Rapport iffirmat mill-President tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Isabella Adinolfi, Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Andrey Novakov, Julia Reda, Evelyn Regner, Axel Voss, Rainer Wieland, Tiemo Wölken, Tadeusz Zwiefka.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, l-24 ta' Lulju 2017

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (tfassil mill-ġdid)

COM(2017)0280 of 31.5.2017 – 2017/0128(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2010 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-21 ta' Ġunju 2017 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

L-eżami(1) tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva 2007/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2014 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fil-Komunità, wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, li l-bidliet ta' hawn taħt kellhom ikunu mmarkati bil-griż kif ġeneralment jintuża biex jiġi indikat it-tibdil sustanzjali

– fil-Premessa 4, is-sostituzzjoni tal-kelma "automezzi" b'"vetturi" (ma taffettwax il-verżjoni Maltija);

– it-tħassir tal-Premessa 20 tad-Direttiva 2004/52/KE;

– fl-Artikolu 4(6), iż-żieda tal-kliem "abbord".

B'konsegwenza, l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr xi tibdil fis-sustanza tiegħu.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (28.3.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

(COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Branislav Škripek

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà tal-persuna skont l-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja skont Artikolu 7 tal-Karta u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom skont l-Artikolu 8 tal-Karta.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tad-drittijiet imsemmija hawn fuq għandha tiġi enfasizzata b'mod espliċitu, peress li l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni permezz tal-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ jista' jhedded dawn id-drittijiet. Din l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi ammissibbli oħrajn.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Hu meħtieġ li wieħed jaħseb għall-firxa kbira ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi fl-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien, u li jkun hemm sistemi interoperabbli adattati għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' politika dwar il-pedaġġi f'livell tal-Unjoni u għal żviluppi fit-teknoloġija tal-ġejjieni.

(2)  Hu meħtieġ li wieħed jaħseb għall-firxa kbira ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fl-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien, u li jkun hemm, safejn ikun possibbli, sistemi interoperabbli, affidabbli, faċli għall-utent u kosteffikaċi adattati għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' politika dwar il-pedaġġi f'livell tal-Unjoni u għal żviluppi fit-teknoloġija tal-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

Is-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ għandhom ikunu kemm jista' jkun affidabbli, faċli għall-utent u kosteffikaċi. Dan għandu jiffavorixxi liċ-ċittadini tal-UE. Din l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi ammissibbli oħrajn.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-tixrid ta' speċifikazzjonijiet imposti mill-Istati Membri u pajjiżi ġirien għas-sistemi tagħhom dwar il-ġbir tal-pedaġġi jistgħu jikkompromettu ż-żewġ għanijiet tal-politika dwar it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern u dik tat-trasport. Sitwazzjoni bħal din tista' twassal għal tixrid ta' kaxxi elettroniċi mhux kompatibbli u li jiswew il-flus fil-kabini tas-sewwieqa ta' vetturi heavy duty , u għal żbalji li jistgħu jagħmlu s-sewwieqa meta jużawhom bir-riżultat, per eżempju, li mingħajr ebda ħsieb il-ħlas ikun ġie evitat. Tixrid bħal dan mhux aċċettabbli għal min juża u jipproduċi vetturi għal raġunijiet ta' spejjeż, sigurtà u dawk legali.

(4)  It-tixrid ta' speċifikazzjonijiet imposti mill-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien għas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ tagħhom jista' jikkomprometti t-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, il-prinċipju tal-moviment liberu kif ukoll l-objettivi tal-politika tat-trasport. Sitwazzjoni bħal din tista' twassal għat-tixrid ta' kaxxi elettroniċi mhux kompatibbli u li jiswew il-flus fil-kabini tas-sewwieqa ta' vetturi heavy duty, u għal żbalji li jistgħu jagħmlu s-sewwieqa meta jużawhom, bir-riżultat, per eżempju, li mingħajr ebda ħsieb il-ħlas ikun ġie evitat. Tixrid bħal dan mhux aċċettabbli għal min juża u jipproduċi vetturi għal raġunijiet ta' spejjeż, sigurtà u dawk legali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test sabiex issaħħaħ il-proposta billi tindika li l-multipliċità ta' sistema eTolls taffettwa l-prinċipju tal-moviment liberu.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-ostakoli artifiċjali għat-tħaddim tas-suq intern jenħtieġ li jitneħħew, waqt li jħallu lill-Istati Membri u l-Unjoni jimplimentaw varjetà ta' forom ta' politika għat-tipi kollha ta' vetturi fuq livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Jenħtieġ li t-tagħmir stallat ġo vetturi jippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-forom ta' politika diversa dwar il-ġbir tal-pedaġġi skont il-prinċipji mhux diskriminatorji ta' bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ għalhekk tiġi żgurata kemm jista' jkun malajr.

(5)  L-ostakoli artifiċjali għat-tħaddim tas-suq intern jenħtieġ li jitneħħew, waqt li jħallu lill-Istati Membri u l-Unjoni jimplimentaw varjetà ta' forom ta' politika għat-tipi kollha ta' vetturi fuq livell lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Jenħtieġ li t-tagħmir installat ġo vetturi jippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-forom ta' politika dwar il-ġbir tal-pedaġġi skont il-prinċipji mhux diskriminatorji ta' bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali kollha. L-interoperabilità affidabbli tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ fil-livell tal-Unjoni, li hi bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, jenħtieġ li, għalhekk, tiġi żgurata kemm jista' jkun malajr.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jiġi ssalvagwardjat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali ta' persuni waqt l-implimentazzjoni tal-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ. Din l-emenda hija marbuta intrinsikament ma' emendi ammissibbli oħrajn.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li jiġi kkonfermat li s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) huwa pprovdut minn fornituri tal-EETS, kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE17.

(8)  Jenħtieġ li jiġi kkonfermat li s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) ikun legalment ipprovdut minn fornituri tal-EETS, kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE17 u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali.

_________________

_________________

17 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu, ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11.

17 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu, ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Applikazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniku u oħrajn ta' ITS kooperattiv (C-ITS) jużaw teknoloġiji simili kif ukoll bandi ta' frekwenzi viċin xulxin għal-komunikazzjoni mill-qrib bejn il-vetturi u bejn il-vetturi u l-insfrastruttura. Fil-futur, il-potenzjal għat-tgħaqqid tal-pedaġġ elettroniku mas-C-ITS fil-banda 5.9 GHz, li bħalissa tintuża mis-C-ITS, għandu jiġi esplorat, wara valutazzjoni bir-reqqa tal-ispejjeż, tal-benefiċċji, tal-ostakli tekniċi u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom.

(10)  Applikazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniku u oħrajn ta' ITS kooperattiv (C-ITS) jużaw teknoloġiji simili kif ukoll bandi ta' frekwenzi viċin xulxin għal-komunikazzjoni mill-qrib bejn il-vetturi u bejn il-vetturi u l-insfrastruttura. Fil-futur, il-potenzjal għat-tgħaqqid tal-pedaġġ elettroniku mas-C-ITS fil-banda 5.9 GHz, li bħalissa tintuża mis-C-ITS, għandu jiġi esplorat, wara valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt possibbli fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data u tal-ispejjeż, tal-benefiċċji, tal-ostakli tekniċi u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom, sabiex dan ma jikkostitwix ostaklu, speċjalment għall-SMEs.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-opinjoni adottata tal-Kumitat LIBE dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi (Grapini)

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-problemi fl-identifikazzjoni ta' trasgressuri mhux residenti tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ ifixklu l-introduzzjoni ulterjuri ta' sistemi bħal dawn u applikazzjoni aktar estiża tal-prinċipji ta' "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas" fit-toroq tal-Unjoni.

(13)  Il-problemi fl-identifikazzjoni ta' trasgressuri mhux residenti tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ ifixklu l-introduzzjoni ulterjuri ta' sistemi bħal dawn u l-applikazzjoni aktar estiża tal-prinċipji ta' "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas" fit-toroq tal-Unjoni, u għalhekk hemm bżonn li jinstab mezz li bih jiġu identifikati tali persuni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-data meħtieġa sabiex jiġu evalwati l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni dwar dawk li jonqsu milli jħallsu tariffa tat-triq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tevalwa d-data u l-informazzjoni miksuba, u biex tipproponi, jekk meħtieġ, emendi għal-leġiżlazzjoni.

(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-data meħtieġa sabiex tevalwa l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni dwar dawk li jonqsu milli jħallsu tariffa tat-triq, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tevalwa d-data u l-informazzjoni miksuba, u biex tipproponi, jekk meħtieġ, emendi għal-leġiżlazzjoni. Jenħtieġ li l-ebda data personali ma tiġi trażmessa lill-Kummissjoni jew tiġi kondiviża magħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura l-konsistenza legali mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Għandu jiġi enfasizzat b'mod espliċitu li l-għoti ta' informazzjoni rilevanti min-naħa tal-Istati Membri lill-istituzzjonijiet tal-UE għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali.

Minħabba raġunijiet urġenti relatati mal-loġika interna tat-test u r-rabta ma' emendi ammissibbli oħrajn, huwa meħtieġ li titressaq din l-emenda.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-introduzzjoni ta' sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-pedaġġi jinvolvu l-proċessar ta' informazzjoni personali. Proċessar bħal dan għandu jitwettaq skond regoli tal-Unjoni , kif preskritti, inter alia, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, fid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u fid-Direttiva (UE) 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Id-dritt għall-ħarsien ta' data personali hu rikonoxxut espliċitament bl-Artikolu 8 tal-Karta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(17)  L-introduzzjoni ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ tinvolvi l-ipproċessar ta' data personali. Id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali huwa rikonoxxut espliċitament mill-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Proċessar bħal dan għandu jitwettaq skont regoli tal-Unjoni, kif preskritti, inter alia, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u fid-Direttiva (UE) 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, u, fejn in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq huwa reat kriminali fl-Istat Membru fejn huwa dovut il-ħlas, u bid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

20 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

20 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

21 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

21 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tapplika r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva tal-Pulizija (2016/680) għall-ipproċessar tad-data personali. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn l-Istati Membri fejn in-nuqqas ta' ħlas ta' tali tariffi huwa kwistjoni amministrattiva jew fejn huwa reat kriminali. L-emenda hija marbuta intrinsikament mal-emendi l-oħra mir-rapporteur.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament għall-progress teknoloġiku tal-lista ta' teknoloġiji li jistgħu jintużaw għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ f'sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li jeħtieġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(19)  Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u biex jiġi ffaċilitat b'mod legali l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament għall-progress teknoloġiku tal-lista ta' teknoloġiji li jistgħu jintużaw għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ f'sistemi elettroniċi ta' pedaġġ li jirrikjedu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda minn Stati Membri li jimponu tariffi fuq tipi ta'vetturi partikolari, sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawk it-tariffi u l-għan li għalih jiġu imposti dawn it-tariffi.

Sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda minn Stati Membri li jimponu tariffi fuq tipi ta'vetturi partikolari u sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawk it-tariffi u l-għan li għalih jiġu imposti dawn it-tariffi.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "dominju ta' pedaġġ elettroniku" tfisser triq, netwerk tat-toroq, struttura bħalma hi mina, pont jew bastiment ta' traġitt fejn it-tariffi tat-triq jinġabru bl-użu, esklussivament jew parzjalment ta' miżuri ta' żvelar awtomatiku u mekkaniżmi bħal komunikazzjoni ma' tagħmir abbord il-vettura jew għar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-karozzi;

(e)  "dominju ta' pedaġġ elettroniku" tfisser triq, netwerk tat-toroq, struttura bħalma huma pont, mina, jew bastiment ta' traġitt fejn it-tariffi tat-triq jinġabru bl-użu, esklussivament jew parzjalment, ta' mekkaniżmi ta' żvelar awtomatiku bħal komunikazzjoni ma' tagħmir abbord il-vettura, possibbilment issupplimentati b'rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-karozzi;

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-livell baxx ta' standardizzazzjoni tas-sistemi ta' rikonoxximent tal-pjanċi tal-karozzi fl-Unjoni, id-dipendenza esklussiva fuq ir-rikonoxximent tal-pjanċi tal-karozzi tista' twassal għal riżultati ħżiena. Għal din ir-raġuni, ir-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi għandu jintuża biss bħala għodda supplimentari għall-ġbir ta' pedaġġi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  "Stat Membru tar-reġistrazzjoni" tfisser l-Istat Membri ta' reġistrazzjoni tal-vettura li biha jkun sar ir-reat ta' nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq;

(i)  "Stat Membru tar-reġistrazzjoni" tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha jkun sar ir-reat ta' nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi elettroniċi ġodda kollha ta' pedaġġ li jesiġu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord għandhom, biex jagħmlu tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ, jużaw waħda jew iżjed mit-teknoloġiji elenkati fl-Anness IV .

Is-sistemi elettroniċi ġodda kollha ta' pedaġġ li jirrikjedu l-installazzjoni jew l-użu ta' tagħmir abbord għandhom jużaw, biex jagħmlu tranżazzjonijiet elettroniċi ta' pedaġġ, waħda jew iżjed mit-teknoloġiji li ġejjin:

 

(a)   pożizzjonar bis-satellita;

 

(b)   komunikazzjonijiet mobbli bl-użu tal-istandard GSM-GPRS (referenza GSM TS 03.60/23.00);

 

(c)   teknoloġija ta' microwave b'5.8 GHz

Ġustifikazzjoni

Is-soluzzjonijiet teknoloġiċi huma fattur determinanti ewlieni tal-interoperabilità, wieħed mill-objettivi ewlenin ta' din ir-riformulazzjoni. Għal din ir-raġuni, id-deċiżjoni dwar il-lista tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi eliġibbli għandha titħalla f'idejn il-koleġiżlatur minflok il-Kummissjoni.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi elettroniċi ta' pedaġġ eżistenti li jużaw teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-Anness IV għandhom jikkonformaw ma' dawk it-teknoloġiji jekk iseħħ titjib teknoloġiku sostanzjali

Sistemi elettroniċi ta' pedaġġ eżistenti li jużaw teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw ma' dawk it-teknoloġiji jekk iseħħ titjib teknoloġiku sostanzjali.

Ġustifikazzjoni

Konsistenti mal-emenda li tħassar l-Anness IV u tittrasferixxi l-lista ta' teknoloġiji eliġibbli lejn l-Artikolu 3(1) subparagrafu 1.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tal-EETS għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti, tagħmir ta' abbord li jkun xieraq għall-użu, interoperabbli u kapaċi jikkomunika mas-sistemi kollha ta' pedaġġ elettroniku operattivi fl-Istati Membri li jużaw it-teknoloġiji elenkati fl-Anness IV.

Il-fornituri tal-EETS għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti, tagħmir ta' abbord li jkun xieraq għall-użu, interoperabbli u kapaċi jikkomunika mas-sistemi elettroniċi kollha ta' pedaġġ operattivi fl-Istati Membri li jużaw it-teknoloġiji elenkati fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Konsistenti mal-emenda li tħassar l-Anness IV u tittrasferixxi l-lista ta' teknoloġiji eliġibbli lejn l-Artikolu 3(1) subparagrafu 1.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tagħmir ta' abbord jista' juża l-hardware u s-software tiegħu stess, juża elementi oħra ta' hardware u software preżenti fil-vettura, jew it-tnejn li huma. Għal fini ta' komunikazzjoni ma' sistemi oħra ta' hardware preżenti fil-vettura, it-tagħmir ta' abbord jista' juża teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fl-Anness IV.

4.  It-tagħmir ta' abbord jista' juża l-hardware u s-software tiegħu stess, juża elementi oħra ta' hardware u software preżenti fil-vettura, jew it-tnejn li huma. Għal fini ta' komunikazzjoni ma' sistemi oħra ta' hardware preżenti fil-vettura, it-tagħmir ta' abbord jista' juża teknoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Konsistenti mal-emenda li tħassar l-Anness IV u tittrasferixxi l-lista ta' teknoloġiji eliġibbli lejn l-Artikolu 3(1) subparagrafu 1.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessar ta' data personali meħtieġ għat-tħaddim tal-EETS jitwettaq skond ir-regoli tal-Komunità li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali ta' l-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom, u li, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE jiġu mħarsa.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali meħtieġ għat-tħaddim tal-EETS jitwettaq skont ir-regoli tal-Komunità li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom, u li, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE jiġu mħarsa. Id-data personali pproċessata skont din id-Direttiva ma għandhiex tiġi ulterjorment ipproċessata għal finijiet oħra, u għandha titħassar hekk kif ma tibqax meħtieġa għall-fini li għalih ġiet ipproċessata.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-proposta se tipprevedi bidla sostanzjali fit-test attwali fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-EETS, il-ħlas ta' tariffi u regoli ġodda dwar kooperazzjoni u infurzar bejn l-Istati Membri rigward it-tariffi mhux imħallsa, il-proposta timplika interferenza kbira fid-dritt għall-protezzjoni tad-data li mhuwiex indirizzat mill-proposta. Għalhekk, huwa meħtieġ li titressaq din l-emenda sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data personali u l-konsistenza mad-dritt tal-UE.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-investigazzjoni tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra, aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

Għall-fini unika tal-investigazzjoni tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tat-triq, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħra aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura l-konsistenza legali mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  data relatata mal-vetturi; kif ukoll

(a)  data meħtieġa biex tiġi identifikata vettura speċifika; kif ukoll

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  data relatata mas-sidien jew mad-detenturi tal-vettura.

(b)  data meħtieġa biex jiġu identifikati u kkuntattjati s-sidien jew id-detenturi tal-vettura.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn it-tiftixiet awtomatizzati għandhom isiru f'konformità mal-proċeduri msemmija fil-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI26 u mar-rekwiżiti tal-Anness II ta' din id-Direttiva.

Dawn it-tiftixiet awtomatizzati għandhom isiru f'konformità sħiħa mal-proċeduri msemmija fil-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI26 u mar-rekwiżiti tal-Anness II ta' din id-Direttiva, kif ukoll f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kollha.

_________________

_________________

26 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

26 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta tintbagħat l-ittra ta' informazzjoni lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li naqset milli tħallas it-tariffa tat-triq, l-Istat Membru fejn seħħ in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment dwar in-natura ta' dan in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq , il-post, id-data u l-ħin tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali li tagħhom ikun sar ksur u s-sanzjoni u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li ntuża fl-osservazzjoni tar-reat. Għal dak l-għan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness III.

2.  Meta tintbagħat l-ittra ta' informazzjoni lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li naqset milli tħallas it-tariffa tat-triq, l-Istat Membru fejn seħħ in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment dwar in-natura ta' dan in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, il-post, id-data u l-ħin tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali miksura u s-sanzjoni u d-data li jikkonċernaw it-tagħmir li ntuża fl-osservazzjoni tar-reat. Għal dak l-għan, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness III.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każ li l-Istat Membru fejn li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq jiddeċiedi li jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, dan għandu, bil-għan li jiżgura li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati, jibgħat l-ittra ta' informazzjoni bil-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-vettura, fejn disponibbli, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

3.  F'każ li l-Istat Membru fejn li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq jiddeċiedi li jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq, dan għandu, bil-għan li jiżgura li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati, jibgħat l-ittra ta' informazzjoni bil-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-vettura, fejn disponibbli, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. B'dik l-ittra, l-Istat Membru għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-mekkaniżmi disponibbli għas-sid tal-vettura sabiex jikkontesta l-allegat reat u, b'mod partikolari, id-dritt ta' appell u rimedju legali kif ukoll l-awtorità li quddiemha dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura l-konsistenza legali mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Protezzjoni tad-data

Protezzjoni tad-data

1.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva.

1.  Ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva. Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika biss għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva fejn in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq huwa reat kriminali fl-Istat Membru fejn huwa dovut il-ħlas.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata skont din id-Direttiva jkunu, f'perjodu ta' żmien xieraq, rettifikati jekk ma jkunux preċiżi, jew imħassra jew ristretti, u li jiġi stabbilit limitu ta' żmien għall-ħżin tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet tal-Artikolu 5 jkun limitat għat-tipi ta' data elenkati fl-Anness II.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jkollhom id-dritt li jaġġornaw, jirrettifikaw jew iħassru d-data personali pproċessata mingħajr dewmien mhux dovut jekk ma tkunx preċiża. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta' żmien għall-ħżin ta' data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali kollha proċessata taħt din id-Direttiva tintuża biss għall-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta' ħlas ta' tariffi tat-triq, u li s-suġġetti tad-data għandu jkollhom l-istess drittijiet għall-informazzjoni, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-dritt għall-kumpens u rimedju ġudizzjarju kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u għal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata skont din id-Direttiva tiġi pproċessata għall-unika fini li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqasijiet ta' ħlas tat-tariffi tat-triq u m'għandhiex tiġi ulterjorment ipproċessata għal xi skop ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jkollhom l-istess drittijiet ta' informazzjoni, aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar, li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data, kumpens u rimedju ġudizzjarju effettiv kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u, fejn applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għad-data personali jingħata biss lill-awtoritajiet kompetenti maħtura għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.

3.  Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun ġiet trasmessa lill-Istat Membru fejn kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, inkluża d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq.

3.  Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb, mingħajr dewmien mhux dovut, informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun ġiet trasmessa lill-Istat Membru fejn kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq, inkluża d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien hemm nuqqas ta' ħlas ta' tariffa tat-triq.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, sa [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

Il-Kummissjoni għandha, sa [4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  analiżi tal-impatt tal-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva dwar id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali,

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Annessi I u IV ħalli dawn jiġu adattati għall-progress tekniku.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Anness I ħalli tadattah għall-progress tekniku.

Ġustifikazzjoni

Konsistenti mal-emenda li tħassar l-Anness IV u tittrasferixxi l-lista ta' teknoloġiji eliġibbli lejn l-Artikolu 3(1) subparagrafu 1.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jiġu adottat atti delegati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 10 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 10 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm id-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni għandha tkun limitata fiż-żmien, id-Direttiva għandha tipprevedi l-possibilità ta' estensjoni taċita ta' dak il-perjodu.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula vis-a-vis r-regoli tal-Unjoni li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom u l-protezzjoni tad-data personali. b'mod partikolari, ikun meħtieġ li tiġi żgurata konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE;

(k)  validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula vis-a-vis r-regoli tal-Unjoni li jħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluża l-privatezza tagħhom u l-protezzjoni tad-data personali. b'mod partikolari, ikun meħtieġ li tiġi żgurata konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE kif ukoll, fejn applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/680;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għaliex hija marbuta intrinsikament ma' emendi oħra ammissibbli li jdaħħlu fit-test ir-referenza għad-Direttiva 2016/680.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Rinunzja tal-Protezzjoni tad-Data:

 

Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inti għandek id-dritt li titlob aċċess għal data personali u rettifika jew tħassir tagħha jew restrizzjoni tal-ipproċessar rigward id-data personali tiegħek jew li toġġezzjona għall-ipproċessar, kif ukoll id-dritt għall-portabilità tad-data. Inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment quddiem [isem u indirizz tal-awtorità superviżorja rilevanti].

 

[Jekk in-nuqqas ta' ħlas tat-tariffa tat-triq jitqies bħala reat kriminali skont il-liġi nazzjonali:

 

Skont [isem tal-liġi nazzjonali li tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680], inti għandek id-dritt li titlob mingħand il-kontrollur aċċess għal data personali u rettifika jew tħassir tagħha jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment quddiem [isem u indirizz tal-awtorità superviżorja rilevanti]. ]

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jew id-Direttiva tal-Pulizija fejn applikabbli, l-ittra għandha ssemmi d-drittijiet bażiċi tal-protezzjoni tad-data disponibbli għaċ-ċittadini kollha u l-isem u l-indirizz tal-awtorità fejn dawn ikunu jistgħu jressqu lment. Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' teknoloġiji permessi għas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ biex isiru tranżazzjonijiet ta' pedaġġ elettroniċi

imħassar

1. pożizzjonar bis-satellita;

 

2. komunikazzjoni mobbli;

 

3. teknoloġija ta' microwave b'5,8 GHz

 

Ġustifikazzjoni

Il-lista tat-teknoloġiji għandha tkun soġġetta għal kodeċiżjoni mil-leġiżlatur. Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Branislav Škripek

31.8.2017

Eżami fil-kumitat

20.2.2018

20.3.2018

27.3.2018

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Eva Joly, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Maria Grapini, Marek Jurek, Miltiadis Kyrkos, Nuno Melo, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Petri Sarvamaa, Elly Schlein, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

André Elissen, Marc Joulaud, Christelle Lechevalier, Martina Michels, Liadh Ní Riada, Anna Záborská

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ALDE

Gérard Deprez, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström

ECR

Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara

ENF

Christelle Lechevalier, Harald Vilimsky

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Marc Joulaud, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Petri Sarvamaa, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Anna Záborská

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Ivari Padar, Emilian Pavel, Elly Schlein, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

André Elissen

NI

Udo Voigt

4

0

GUE/NGL

Martina Michels, Liadh Ní Riada, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2017

LIBE

15.6.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

21.6.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Massimiliano Salini

30.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2018

20.3.2018

14.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Cláudia Monteiro de Aguiar, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Maria Grapini, Ramona Nicole Mănescu, Marek Plura, Jozo Radoš, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Jude Kirton-Darling, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Annie Schreijer-Pierik, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Data tat-tressiq

5.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Eleonora Evi, Marco Zullo

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Marek Plura, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Annie Schreijer-Pierik, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Jude Kirton-Darling, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

1

-

ECR

Jacqueline Foster

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2018Avviż legali