Proċedura : 2017/0115(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0200/2018

Testi mressqa :

A8-0200/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.9

Testi adottati :

P8_TA(2018)0289

RAPPORT     *
PDF 796kWORD 84k
5.6.2018
PE 615.498v02-00 A8-0200/2018

dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

(COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Deirdre Clune

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

(COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0276),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0196/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0200/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija se jkollha ġġarrab fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.

(4)  L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija, u b'mod partikolari l-SMEs, se jkollhom iġarrbu fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.

(5)  B'kont meħud tal-forma ta' tariffa għall-użu tat-triq relatata mad-distanza vvjaġġata, u sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti u piż amministrattiv possibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw marġni ta' diskrezzjoni akbar biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġiti jabolixxu kwalunkwe inċentiv fiskali kontradittorju li jiskoraġġixxi l-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u li jissussidja vetturi ineffiċjenti u li jniġġsu, bħal vetturi diesel tal-kumpaniji.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Sabiex tingħata diskrezzjoni ikbar lill-Istati Membri ħalli jkunu jistgħu jnaqqsu r-rati tagħhom tat-taxxa fuq il-vetturi sabiex tiġi appoġġjata l-introduzzjoni ta' pedaġġi abbażi tad-distanza u sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv potenzjali, ir-rati minimi ta' tassazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024, biex b'hekk l-Istati Membri jingħataw l-akbar flessibbiltà meta jkunu qed jiddeċiedu dwar ir-rata u l-veloċità tat-tnaqqis.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“4a. It-tnaqqis gradwali tat-taxxa fuq il-vetturi applikat minn Stat Membru għandu jkun totalment ikkompensat mid-dħul addizzjonali ġġenerat mis-sistema ta' pedaġġ tiegħu. Sal-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw is-sistema ta' pedaġġ skont din id-Direttiva."

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt a

Direttiva 1999/62/KE

Anness I - titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU [...]” [għandha tiddaħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];

Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2018

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar, huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' ħames fażijiet kif propost mill-Kummissjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – tabella B

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Tabella B: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR [...] [għandha tiddaħħal is-sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar, huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' ħames fażijiet kif propost mill-Kummissjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – tabella C

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella C: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tieni sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar, huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' ħames fażijiet kif propost mill-Kummissjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – tabella D

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella D: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tielet sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar, huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' ħames fażijiet kif propost mill-Kummissjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – tabella E

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella E: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal ir-raba' sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar, huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' ħames fażijiet kif propost mill-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – tabella F – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal il-ħames sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR 2024

Ġustifikazzjoni

Biex l-Istati Membri jingħataw l-akbar flessibbiltà , huwa propost li jitnaqqsu r-rati minimi ta' tassazzjoni f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024 minflok it-tnaqqis gradwali ta' 5 passi kif propost mill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza tat-trasport bit-triq fis-suq intern, il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza xi wħud mill-isfidi li joħloq is-settur tat-trasport bit-triq, jiġifieri kwistjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali bħalma huma t-tniġġis tal-arja, l-istorbju u l-konġestjoni. Il-Kummissjoni temmen li l-introduzzjoni tal-impożizzjoni ta' tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza tista' tgħin biex tinċentiva operazzjonijiet tat-trasport li jkunu aktar nodfa u effiċjenti filwaqt li toffri trattament ġust tal-utenti tat-toroq u tipprovdi finanzjament tal-infrastruttura meħtieġa. Id-Direttiva tal-Eurovignette (1999/62/KE) diġà tipprevedi qafas ġuridiku dettaljat għall-impożizzjoni ta' taxxa ta' vetturi tqal ta' merkanzija (HGV); id-Direttiva tistabbilixxi rati minimi ta' taxxa fuq il-vetturi għall-HGV barra milli tipprevedi regoli dettaljati għall-impożizzjoni ta' tariffi għall-infrastruttura.

Il-Kummissjoni temmen li t-taxxi fuq il-vetturi ma jirriflettux xi użu speċifiku tal-infrastruttura konnessa u, għalhekk, dawn ma jikkostitwixxux għodda effettiva sabiex jiġu promossi operazzjonijiet ta' trasport aktar nodfa jew biex titnaqqas il-konġestjoni. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li huwa aktar probabbli li l-pedaġġi, li huma marbuta direttament mal-użu reali tat-toroq, jilħqu dawn l-għanijiet.

Il-proposta tqis li t-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jirrappreżentaw spiża għall-industrija irrispettivament mill-fatt li Stat Membru jiddeċiedi li juża pedaġġ. Minħabba dan, il-proposta tal-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jingħataw aktar libertà biex inaqqsu r-rati tagħhom tat-tassazzjoni fuq il-vetturi għall-HGVs, li tmur taħt il-minimu oriġinarjament stabbilit mid-Direttiva 1999/62/KE.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur ġeneralment tilqa' u tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, li ttejjeb id-Direttiva 1999/62/KE u taqbel mal-għan tagħha.

Ir-rapporteur taqbel li l-impożizzjoni tat-toroq abbażi tad-distanza tista' taqdi rwol ċentrali bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa tat-trasport b'mod ġust u ekwu. Madankollu, temmen li għal dak li jikkonċerna l-introduzzjoni ta' miżura bħal din, il-proposta għandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u testendi l-flessibbiltà għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħha lill-Istat Membru inkwistjoni.

Dan japplika wkoll għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-vetturi. Ir-rapporteur taqbel u temmen li jekk tiġi introdotta impożizzjoni tat-toroq abbażi tad-distanza, huwa essenzjali wkoll li titnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq il-vetturi għall-HGVs fid-dawl tal-possibbiltà ta' spejjeż addizzjonali onerużi fuq l-industrija tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tiffavorixxi bis-sħiħ it-tnaqqis tar-rata ta' tassazzjoni għal 0 fuq perjodu ta' ħames snin; madankollu, ir-rapporteur tqis li huwa importanti li tiġi semplifikata din il-flessibbiltà proposta b'tali mod li ma tkunx ta' piż amministrattiv għal Stat Membru.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (26.4.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

(COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I – Il-kuntest tal-proposta

Fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ħabbret L-Ewropa Attiva, strateġija fit-tul biex timmodernizza n-netwerks tat-trasport Ewropej. L-istrateġija tipproponi sensiela ta' inizjattivi biex tgħin fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, ipprezzar tat-toroq aktar ġust, anqas konġestjoni u biex tħaddan żviluppi ġodda fid-diġitalizzazzjoni. Sistema tat-trasport effiċjenti u affidabbli hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u hija settur ewlieni tal-ekonomija.

Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill għandha l-għan li tipprovdi lill-Istati Membri lok biex inaqqsu r-rati minimi tat-tassazzjoni fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs) bl-objettiv li jneħħu gradwalment it-taxxi fuq il-vetturi annwali.

Min-natura tagħhom, it-taxxi annwali fuq il-vetturi huma ħlasijiet marbuta mal-fatt li l-vettura tkun irreġistrata f'isem il-kontribwent matul perjodu partikolari u, bħala tali ma jirriflettux xi użu partikolari ta' infrastruttura.

Il-proposta għal Direttiva għalhekk tipprevedi s-sostituzzjoni gradwali tat-tassazzjoni fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija b'pedaġġi u tariffi għall-utent. Din il-proposta hija tabilħaqq ippreżentata ma' proposta oħra li tippromwovi l-applikazzjoni ta' pedaġġi, jiġifieri forma ta' tariffa għall-użu tat-triq relatata mad-distanza vvjaġġata. L-eliminazzjoni tat-taxxi annwali fuq il-vetturi għandha tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza, li se jkunu aktar effettivi biex jinċentivaw it-tnaqqis tal-konġestjoni u tal-emissjonijiet.

It-tnaqqis gradwali tat-tassazzjoni fuq il-vetturi se jsir billi jiġu emendati r-rati minimi stabbiliti fid-Direttiva 1999/62/KE f'ħames fażijiet matul ħames snin konsekuttivi. It-tnaqqis gradwali tar-rati minimi għandu l-għan li jiminimizza r-riskju tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tat-trasport ibbażati fi Stati Membri differenti.

Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, il-possibbiltà li titnaqqas it-taxxa fuq il-vetturi tista' tnaqqas il-piż fuq l-operaturi tat-trasport b'EUR 2 biljun kull sena, filwaqt li l-użu ta' tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza jista' joħloq dħul addizzjonali mill-ħlas għall-użu tat-triq ta' EUR 10 biljun kull sena.

II – Il-pożizzjonijiet tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jappoġġja l-objettivi tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill sabiex jitneħħew gradwalment it-tariffi annwali fuq il-vetturi u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn it-tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza li jappoġġjaw it-tnaqqis tal-konġestjoni u tat-tniġġis tal-arja. Il-bidliet proposti se jiżguraw li l-iskemi tat-tariffi għall-użu tat-triq ikunu aktar konformi mal-prinċipji ta' min iniġġes iħallas u min juża jħallas. Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tipproponi li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja billi t-tassazzjoni tiġi sostitwita b'sistema ta' ħlas abbażi tad-distanza lejn l-2024.

Madankollu, ir-Rapporteur jesprimi tħassib dwar it-tneħħija gradwali tar-rati minimi matul perjodu ta' ħames snin. Skont il-proposti attwali, ir-rati minimi se jitnaqqsu kull sena b'20 % tal-livell eżistenti tagħhom f'ħames fażijiet sakemm ir-rati minimi jilħqu ż-żero. Għalhekk, kull Stat Membru li jagħżel li jneħħi gradwalment ir-rati minimi malajr daqskemm tippermetti l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill se jkollu jintroduċi rati ġodda kull sena għal perjodu ta' ħames snin, u dan se jinvolvi spejjeż amministrattivi sinifikanti għall-awtoritajiet nazzjonali u jżid il-piż fuq is-settur tat-trasport.

Minħabba f'hekk, ir-Rapporteur jipproponi li jemenda l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill biex tipprovdi flessibbiltà akbar fit-tneħħija gradwali tar-rati minimi, li tkun tippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu tnaqqis akbar fir-rati minimi f'anqas fażijiet.

Peress li l-proposta għal Direttiva taqa' esklużivament taħt il-kompetenza (tassazzjoni) tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), ir-Rapporteur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu biex jikkunsidra l-emendi tal-Kumitat ECON mingħajr ma jimmodifikahom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.

(5)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Madankollu, it-tranżizzjoni minn taxxi fuq il-vetturi għal pedaġġi f'kull Stat Membru jenħtieġ li ma tirriżultax f'telf ta' dħul. It-tnaqqis gradwali tat-taxxa fuq il-vetturi applikat minn Stat Membru jenħtieġ li jkun totalment ikkompensat bi dħul addizzjonali ġġenerat mis-sistema tiegħu ta' pedaġġ. Sal-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jimplimentaw is-sistema ta' pedaġġ skont din id-Direttiva.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 1999/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)  Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4a. It-tnaqqis gradwali tat-taxxa fuq il-vetturi applikat minn Stat Membru għandu jkunu totalment ikkompensat bi dħul addizzjonali ġġenerat mis-sistema tiegħu ta' pedaġġ. Sal-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw is-sistema ta' pedaġġ skont din id-Direttiva."

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt a

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella A – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TABELLA A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU [...]” [għandha tiddaħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva];

TABELLA A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2018

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella B

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella C

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella D

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella E

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 1 – punt b

Direttiva 1999/62/KE

Anness I – Tabella F – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal il-ħames sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR 2024

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

Referenzi

COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

3.7.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.11.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Markus Ferber

5.10.2017

Eżami fil-kumitat

27.2.2018

24.4.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

15

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Krišjānis Kariņš, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Michel Reimon, Romana Tomc

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Caroline Nagtegaal

ENF

Barbara Kappel, Bernard Monot

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Mady Delvaux, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

15

-

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Molly Scott Cato

3

0

ALDE

Wolf Klinz

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

Referenzi

COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

23.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

3.7.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.11.2017

ENVI

3.7.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.6.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Deirdre Clune

30.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2018

20.3.2018

14.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Ramona Nicole Mănescu, Marek Plura, Jozo Radoš, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Jude Kirton-Darling, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Data tat-tressiq

5.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

EFDD

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

Eleonora Evi, Marco Zullo

Merja Kyllönen,

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Marek Plura, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jude Kirton-Darling, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

Karima Delli

4

-

ECR

GUE/NGL

VERTS/ALE

Jacqueline Foster

Marie-Pierre Vieu

Michael Cramer, Keith Taylor

2

0

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Anneleen Van Bossuyt

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2018Avviż legali