Proċedura : 2017/0228(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0201/2018

Testi mressqa :

A8-0201/2018

Dibattiti :

PV 03/10/2018 - 17
CRE 03/10/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2018 - 7.7
CRE 04/10/2018 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0381

RAPPORT     ***I
PDF 1034kWORD 114k
6.6.2018
PE 619.038v02-00 A8-0201/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

(COM(2017)0495 – C8-0312/2017 – 2017/0228(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Anna Maria Corazza Bildt

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

(COM(2017)0495 – C8-0312/2017 – 2017/0228(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0495),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0312/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Frar 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0201/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija qed taċċellera. It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) m'għadhiex qasam speċifiku iżda l-pedament tas-sistemi u s-soċjetajiet ekonomiċi moderni u innovattivi kollha. Id-data elettronika tinsab fiċ-ċentru ta' dawk is-sistemi u tista' tiġġenera valur kbir meta tiġi analizzata jew ikkombinata ma' servizzi u prodotti.

(1)  Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija qed taċċellera. It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) m'għadhiex qasam speċifiku iżda l-pedament tas-sistemi u s-soċjetajiet ekonomiċi moderni u innovattivi kollha. Id-data elettronika tinsab fiċ-ċentru ta' dawk is-sistemi u tista' tiġġenera valur kbir meta tiġi analizzata jew meta kkombinata, f'kundizzjonijiet siguri, ma' servizzi u prodotti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għas-servizzi ta' ħżin jew tal-ipproċessar ieħor tad-data. Madankollu, l-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

(3)  Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data, inkluż it-trasferiment tad-data. Madankollu, il-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali, reġjonali jew lokali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dawn l-ostakoli għall-moviment liberu ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data u għad-dritt ta' stabbiliment ta' fornituri tal-ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data joriġinaw minn rekwiżiti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri biex id-data tiġi lokalizzata f'żona jew territorju ġeografiku partikolari għall-għan tal-ħżin jew ipproċessar ieħor. Regoli jew prattiki amministrattivi oħra għandhom effett ekwivalenti billi jimponu rekwiżiti partikolari li jagħmluha iktar diffiċli li d-data tinħażen jew inkella tiġi pproċessata 'l barra minn żona jew territorju ġeografiku fl-Unjoni, bħal rekwiżiti biex jintużaw faċilitajiet teknoloġiċi li huma ċċertifikati jew approvati fi Stat Membru partikolari. L-inċertezza tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data leġittimi u illeġittimi tkompli tillimita l-għażliet disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u għas-settur pubbliku rigward il-lokalità tal-ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data.

(4)  Dawn l-ostakoli għall-moviment liberu ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data u għad-dritt ta' stabbiliment ta' fornituri tal-ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data joriġinaw minn rekwiżiti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri biex id-data tiġi lokalizzata f'żona jew territorju ġeografiku partikolari għall-għan tal-ipproċessar. Regoli jew prattiki amministrattivi oħra għandhom effett ekwivalenti billi jimponu rekwiżiti partikolari li jagħmluha iktar diffiċli li d-data tiġi pproċessata 'l barra minn żona jew territorju ġeografiku fl-Unjoni, bħal rekwiżiti biex jintużaw faċilitajiet teknoloġiċi li huma ċċertifikati jew approvati fi Stat Membru partikolari. L-inċertezza tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data leġittimi u illeġittimi tkompli tillimita l-għażliet disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u għas-settur pubbliku rigward il-lokalità tal-ipproċessar tad-data. Dan ir-Regolament bl-ebda mod ma jillimita l-libertà tan-negozji li jagħmlu ftehimiet kuntrattwali li jispeċifikaw fejn għandha tinstab id-data. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ biss dik l-għażla billi jiżgura li post miftiehem jista' jkun jinsab fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Dawk l-ostakli kkombinati wasslu għal nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-cloud fl-Ewropa, għal diversi kwistjonijiet ta' "intrappolament tal-klijentela", u għal nuqqas serju ta' mobbiltà tad-data. Bl-istess mod, il-politiki ta' lokalizzazzjoni tad-data dgħajfu l-kapaċità tal-kumpaniji ta' riċerka u żvilupp li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn impriżi, universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn bil-għan li jixprunaw l-innovazzjoni tagħhom stess.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-moviment liberu tad-data fl-Unjoni se jkollu rwol importanti biex ikun hemm tkabbir u innovazzjoni bbażati fuq id-data. L-istess bħan-negozji u l-konsumaturi, l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi tal-Istati Membri huma mistennija li jibbenefikaw minn aktar libertà tal-għażla fir-rigward ta' fornituri ta' servizzi mmexxija mid-data, minn prezzijiet aktar kompetittivi u minn forniment aktar effiċjenti ta' servizzi liċ-ċittadini. Minħabba l-ammonti kbar ta' data li l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi jimmaniġġjaw, huwa ta' importanza kbira li huma jagħtu eżempju billi jużaw servizzi ta' pproċessar tad-data u li huma jżommu lura milli jagħmlu kwalunkwe restrizzjoni tal-lokalizzazzjoni meta dawn jużaw is-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Għalhekk l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi jenħtieġ ukoll li jkunu koperti minn dan ir-Regolament, inkluż, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, fil-kuntest tal-akkwist pubbliku. Fl-istess waqt, dan ir-Regolament ma joħloq ebda obbligu għal entitajiet pubbliċi li jesternalizzaw l-ipproċessar tad-data.

 

_____________

 

1aId-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-qafas legali dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/67930, id-Direttiva (UE) 2016/68031 u d-Direttiva 2002/58/KE32 m'għandhomx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.

(9)  Il-qafas legali dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u fir-rigward tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/67930, id-Direttiva (UE) 2016/68031 u d-Direttiva 2002/58/KE32 mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament.

__________________

__________________

30 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

30 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

31 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

31 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

32 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

32 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment ħieles fl-Unjoni għal data mhux-personali ħlief fejn restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata għal raġunijiet tas-sigurtà.

(10)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment ħieles fl-Unjoni għal data mhux personali ħlief fejn restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata għal raġunijiet tas-sigurtà pubblika. Ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament jipprovdu sett koerenti ta' regoli li jikkonċernaw il-moviment liberu ta' tipi differenti ta' data. Fejn is-settijiet ta' data miżmuma mill-kumpaniji fihom data kemm personali kif ukoll mhux personali, jenħtieġ li japplika r-Regolament (UE) 2016/679 għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data personali, filwaqt li jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal dik il-parti mis-sett li tikkonċerna d-data mhux personali. Fejn id-data personali u d-data mhux personali f'sett ta' data imħallta jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk l-avvanzi teknoloġiċi, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku, l-internet tal-oġġetti u l-analiżi tal-big data, jagħmluha possibbli li data anonimizzata tinbidel f'data personali, din id-data tiġi trattata bħala data personali u japplika għalhekk ir-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jimponix l-obbligu tal-ħażna separata ta' tipi differenti ta' data jew l-obbligu tas-separazzjoni tas-settijiet ta' data mħallta.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' raġunijiet ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntiera ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ħżin jew l-ipproċessar ieħor tad-data f'diversi lokalitajiet fl-UE, u peress li dan ir-Regolament jagħti miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu kapaċi jinvokaw ġustifikazzjonijiet għajr l-iskrutinju pubbliku.

(12)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' raġunijiet imperattivi ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ipproċessar tad-data f'diversi lokalitajiet fl-UE, u peress li dan ir-Regolament jagħti miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jinvokaw ġustifikazzjonijiet għajr l-iskrutinju pubbliku.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-kunċett ta' "sigurtà pubblika" fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE u kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri kemm is-sigurtà interna kif ukoll dik esterna ta' Stat Membru. Dan jassumi l-eżistenza ta' theddida ġenwina u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà, bħal theddida għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi essenzjali u s-sopravivenza tal-popolazzjoni, kif ukoll ir-riskju ta' tfixkil serju għar-relazzjonijiet barranin jew għall-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet, jew riskju għall-interessi militari. Il-kunċett ta' "raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika" jassumi theddida għas-sigurtà pubblika li hija ta' livell partikolarment għoli ta' serjetà. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data li huma ġustifikati f'każijiet eċċezzjonali permezz ta' raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika jenħtieġ li jkunu xierqa għall-kisba tal-objettiv segwit, u jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi tal-prinċipju moviment liberu transfruntiera ta' data mhux personali, u biex jipprevjenu l-emerġenza ta' ostakli ġodda għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li fih rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data ġdid jew li jimmodifika rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti. Dawk in-notifiki jenħtieġ li jiġu sottomessi u vvalutati skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/153533.

(13)  Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi tal-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, u biex jipprevjenu l-emerġenza ta' ostakli ġodda għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-Istati Membri jenħtieġ li immedjatament jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li fih rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data ġdid jew li jimmodifika rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti. Dawk l-abbozzi ta' atti jenħtieġ li jiġu sottomessi u vvalutati skont id-Direttiva (UE) 2015/153533.

__________________

__________________

33 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

33 Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, sabiex jitneħħew ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 12-il xahar, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu reviżjoni tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data nazzjonali eżistenti u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni, kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal.

(14)  Barra minn hekk, sabiex jitneħħew ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 12-il xahar, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu reviżjoni tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data nazzjonali eżistenti u jikkomunikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni, kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament. Dawn il-komunikazzjonijiet jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal, u fejn xieraq, tadotta deċiżjonijiet li jirrikjedu lill-Istati Membri jemendaw jew iħassru tali rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, bħal fornituri u utenti ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni dwar dawn il-miżuri fuq punt uniku ta' informazzjoni online jaġġornawha regolarment. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' dawn il-punti online. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha stess.

(15)  Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, bħal fornituri u utenti ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw id-dettalji ta' tali rekwiżiti fuq punt uniku ta' informazzjoni online jew jipprovdu tali dettalji lil punt ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni stabbilit skont att ieħor tal-Unjoni, [bħar-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni [il-Gateway Diġitali Unika]. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaġġornaw din l-informazzjoni regolarment. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' dawn il-punti online. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha stess, flimkien ma' lista konsolidata ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fis-seħħ fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, barra minn hekk, tippubblika informazzjoni dwar dawk ir-rekwiżiti fil-lingwi uffiċjali ta' ħidma tagħha.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data spiss ikunu xprunati minn nuqqas ta' fiduċja fil-ħżin u pproċessar ieħor transfruntiera tad-data, li jirriżulta minn perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' data għall-iskopijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-ispezzjoni u l-verifika għal kontroll regolatorju jew superviżorju. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi b'mod ċar li hu ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu u jirċievu aċċess għal data skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u dak l-aċċess għad-data mill-awtoritajiet kompetenti ma jistax jiġi rrifjutat fuq il-bażi li d-data tinħażen jew inkella tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor.

(16)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data spiss ikunu xprunati minn nuqqas ta' fiduċja fl-ipproċessar transfruntiera tad-data, li jirriżulta minn perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' data għall-iskopijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-ispezzjoni u l-verifika għal kontroll regolatorju jew superviżorju. Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu s-sistemi tas-sigurtà tal-hosting tad-data fl-Istati Membri kollha u li dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi b'mod ċar li hu ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu u jirċievu aċċess għal data skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u dak l-aċċess għad-data mill-awtoritajiet kompetenti ma jistax jiġi rrifjutat fuq il-bażi li d-data tinħażen jew inkella tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Fejn persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal obbligazzjonijiet tipprovdi d-data li tonqos milli tikkonforma magħhom u diment li awtorità kompetenti tkun eżawrixxiet il-mezzi kollha applikabbli biex tikseb aċċess għad-data, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tfittex għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw strumenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fid-dritt tal-Unjoni jew fi ftehimiet internazzjonali, skont is-suġġett f'każ partikolari, pereżempju, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, tal-ġustizzja kriminali jew ċivili jew fi kwistjonijiet amministrattivi rispettivament, id-Deċiżjoni Qafas 2006/96034, id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa36, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/200137, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE38 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/201039. Fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw bejniethom bl-għan li jagħtu aċċess għad-data mitluba, permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt magħżula, sakemm ma jkunx kuntrarju għall-ordni pubblika tal-Istat Membru rikjest.

(18)  Fejn persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal obbligazzjonijiet li tipprovdi d-data tonqos milli tikkonforma magħhom, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tfittex għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw strumenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fid-dritt tal-Unjoni jew fi ftehimiet internazzjonali, skont is-suġġett f'każ partikolari, pereżempju, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, tal-ġustizzja kriminali jew ċivili jew fi kwistjonijiet amministrattivi rispettivament, id-Deċiżjoni Qafas 2006/96034, id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa36, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/200137, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE38 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/201039. Fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw bejniethom bl-għan li jagħtu aċċess għad-data mitluba, permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt magħżula.

__________________

__________________

34 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

34 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

35 Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

35 Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

36 Il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa, CETS Nru 185.

36 Il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa, CETS Nru 185.

37 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

37 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

38 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

38 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

39 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

39 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa u ffaċilitata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinvolvu klawsoli kuntrattwali mudell. Madankollu, jekk dawn il-kodiċijiet ta' kondotta ma jiġux stabbiliti u implimentati b'mod effikaċi f'perjodu ta' żmien raġonevoli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza s-sitwazzjoni.

(21)  Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa, iffaċilitata u ssorveljata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinvolvu klawsoli kuntrattwali mudell. Il-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ li jkunu komprensivi, jenħtieġ li jagħmluha ċara li l-intrappolament tal-klijentela mhijiex prattika kummerċjali aċċettabbli, jenħtieġ li jipprovdu teknoloġiji li jkabbru l-fiduċja, u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment biex iżommu l-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda jiġu kkonsultati fil-proċess. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-iżvilupp, kif ukoll l-effikaċja tal-implimentazzjoni, ta'tali kodiċijiet ta' kondotta.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza dan ir-Regolament minn żmien għal żmien, b'mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal modifikazzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq.

(28)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibgħat rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal modifikazzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku, l-internet tal-oġġetti u l-analiżi tal-big data. Jenħtieġ li tali rapport b'mod partikolari jevalwa l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal settijiet ta' data mħallta, sabiex jiġi żgurat li l-innovazzjoni tiffjorixxi, u jenħtieġ li jevalwa l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni tas-sigurtà pubblika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika wkoll linji gwida, qabel japplikaw ir-regoli l-oħra ta' dan ir-Regolament, dwar kif dan japplika għal settijiet ta' data mħallta, sabiex il-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jifhmu aħjar l-interazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħżin jew ipproċessar ieħor ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ ta' settijiet ta' data mħallta, dan ir-Regolament għandu japplika għal parti mis-sett li tikkonċerna d-data mhux personali. Meta d-data personali u d-data mhux personali f'sett imħallat ta' data jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  "sett ta' data mħallta" tfisser sett ta' data magħmul minn data personali kif ukoll dik mhux personali;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  “ħżin tad-data” tfisser kwalunkwe ħżin ta' data f'format elettroniku;

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  "ipproċessar" tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data f'format elettroniku, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  "fornitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data;

4.  "fornitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti servizzi tal-ipproċessar tad-data;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  "rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data" tfisser kwalunkwe obbligazzjoni, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previst fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, li jimponi/timponi l-lokalità tal-ħżin tad-data jew ta' pproċessar ieħor fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekkel/xxekkel il-ħżin jew ipproċessar ieħor ta' data f'kwalunkwe Stat Membru ieħor;

5.  "rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data" tfisser kwalunkwe obbligazzjoni, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previst fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi jew li jirriżultaw mill-prattiki amministrattivi tal-Istati Membri u l-emanazzjonijiet tagħhom, inklużi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, li jimponi/timponi l-lokalità tal-ħżin tad-data fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekkel/xxekkel l-ipproċessar tad-data fi kwalunkwe Stat Membru ieħor;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ta' Stat Membru li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data maħżuna jew ipproċessata minn persuna fiżika jew legali biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni;

6.  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ta' Stat Membru li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data ipproċessata minn persuna fiżika jew legali biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew li titlob servizz ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data;

7.  "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluża entità tas-settur pubbliku, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  "utent professjonali" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż entità tas-settur pubbliku, li tuża jew li titlob servizz ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa, mal-professjoni jew mal-kompiti tagħha.

8.  "utent professjonali" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż entità tas-settur pubbliku, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa, mal-professjoni jew mal-kompiti tagħha.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-post fejn tinsab id-data għall-ħżin jew għal ipproċessar ieħor fl-Unjoni m'għandhiex tkun ristretta għat-territorju ta' Stat Membru partikolari, u l-ħżin jew ipproċessar ieħor f'kwalunkwe Stat Membru ieħor m'għandux jiġi pprojbit jew ristrett, sakemm ma jkunx ġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.

1.  Rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data għandhom jiġu projbiti, sakemm, fuq bażi eċċezzjonali, u f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, dawn ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet imperattivi ta' sigurtà pubblika.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ġdid ta' lokalizzazzjoni tad-data jew li jibdew rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva (UE) 2015/1535.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ġdid ta' lokalizzazzjoni tad-data jew li jagħmlu tibdil għal rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2015/1535.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi żmien 12-il xahar wara li jibda japplika dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 ser jitħassar. Jekk Stat Membru jqis li rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data jkun konformi mal-paragrafu 1 u għalhekk jista' jibqa' fis-seħħ, hu għandu jinnotifika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni biex jinżamm fis-seħħ.

3.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 ikun tħassar. Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jekk Stat Membru jqis li rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data jkun konformi mal-paragrafu 1 u għalhekk jista' jibqa' fis-seħħ, hu għandu jikkomunika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni biex jinżamm fis-seħħ.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Kummissjoni, fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-wasla ta' tali komunikazzjoni, għandha teżamina l-konformità ta' dik il-miżura mal-paragrafu 1, u fejn xieraq għandha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat Membru inkwistjoni biex jemenda jew jirrevoka l-miżura.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data applikabbli fit-territorju tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' punt uniku ta' informazzjoni li għandhom iżommu aġġornat.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data applikabbli fit-territorju tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' punt uniku ta' informazzjoni li għandhom iżommu aġġornat, jew, fejn disponibbli, permezz ta' punt ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni stabbilit skont att ieħor tal-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-links għal dawn il-punti fuq is-sit web tagħha.

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-links għal dawn il-punti fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' lista konsolidata tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data kollha, regolarment aġġornata, imsemmija fil-paragrafu 4, inkluża informazzjoni dwar dawk ir-rekwiżiti fil-lingwi uffiċjali ta' ħidma tagħha.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn awtorità kompetenti tkun eżawriet il-mezzi applikabbli kollha biex tikseb aċċess għad-data, hi tista' titlob l-għajnuna ta' awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7, u l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha tagħti għajnuna skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7, sakemm ma tkunx kuntrarja għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.

2.  Fejn awtorità kompetenti ma tirċevix aċċess għad-data wara li tkun ikkuntattjat l-utent tas-servizz tal-ipproċessar tad-data, u jekk ma jkun jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta' kooperazzjoni speċifiku skont id-dritt tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali sabiex id-data tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti, dik l-awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7. L-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha tipprovdi assistenza skont dik il-proċedura.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn talba għall-għajnuna timplika l-kisba tal-aċċess għal kwalunkwe bini ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi ta' ħżin tad-data jew ta' pproċessar ieħor, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess għandu jkun skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali tal-Istat Membru.

3.  Fejn talba għall-għajnuna timplika l-kisba tal-aċċess għal kwalunkwe bini ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi ta' data jew ta' pproċessar, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess għandu jkun skont id-dritt proċedurali tal-Unjoni jew tal-Istat Membru fejn ikunu lokalizzati l-proprjetà jew it-tagħmir.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Paragrafu 2 għandu japplika biss jekk ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta' kooperazzjoni speċifiku taħt id-dritt tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali biex tiġi skambjata d-data bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti.

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni, sabiex tiddefinixxi l-linji gwida dwar l-aqwa prattiki biex jiġi ffaċilitat il-bdil tal-fornituri u biex tiżgura li huma jagħtu informazzjoni biżżejjed dettaljata, ċara u trasparenti lill-utenti professjonali qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data, fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni, sabiex tikkontribwixxi għal ekonomija tad-data kompetittiva, abbażi tal-prinċipju ta' trasparenza u tistabbilixxi linji gwida li, inter alia, ikopru l-kwistjonijiet li ġejjin:

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-aqwa prattiki li jiffaċilitaw il-bdil tal-fornituri jew it-trasferiment tad-data bl-użu ta' formati strutturati, komunement użati, interoperabbli u f'format li jinqara minn magna, inklużi formati ta' standards miftuħa fejn ikun meħtieġ jew mitlub mill-fornitur tas-servizz li jirċievi d-data;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess, inkluż il-proċessi u l-lokalità ta' kwalunkwe back-up tad-data, il-formats u l-appoġġi disponibbli tad-data, il-konfigurazzjoni meħtieġa tal-IT u l-bandwidth minima tan-netwerk; il-ħin meħtieġ qabel ma jibda l-proċess tat-trasferiment u l-ħin li matulu d-data ser tibqa' disponibbli għat-trasferiment; u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur; kif ukoll

(a)  ir-rekwiżiti minimi ta' informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-utenti professjonali jiġu pprovduti informazzjoni ddettaljata, ċara u trasparenti biżżejjed qabel ma kuntratt għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data jiġi konkluż, fir-rigward tal-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess, u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-rekwiżiti operazzjonali biex id-data tiġi swiċċjata jew trasferita f'format strutturat, użat b'mod komuni u li jinqara mill-magni li jippermettu biżżejjed ħin biex l-utent jiswiċċja jew jittrasferixxi d-data.

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  II-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta, imsemmija fil-paragrafu 1, jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji żgħar, utenti u fornituri tas-servizzi ta' cloud.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri biex jimplimentaw b'mod effikaċi l-kodiċijiet ta' kondotta msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sentejn wara li jibda japplika dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri biex jikkompletaw l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta msemmija fil-paragrafu 1 sa ... [12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u biex jimplimentawhom b'mod effikaċi sa ... [24 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-iżvilupp u l-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn il-kodiċijiet ta' kondotta l-għoti effikaċi ta' informazzjoni mill-fornituri mhux aktar tard minn tletin xahar wara li jibda japplika dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jagħtu informazzjoni ġenerali lill-utenti dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward it-tfassil tal-kodiċijiet ta' kondotta imsemmija fl-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

L-għarfien tal-punti uniċi ta' kuntatt jista' jintuża mhux biss bħala pont bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, iżda wkoll bħala kollegament bejn l-istituzzjonijiet u l-utenti.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux iktar tard minn [5 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 10(2)], il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1.  Mhux iktar tard minn [3 snin u 6 xhur wara d-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta':

 

(a)  l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal settijiet ta' data mħallta, speċjalment fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq li jistgħu jespandu l-possibilitajiet għal data deanonimizzata;

 

(b)  l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Artikolu 4(1), b'mod partikolari l-eċċezzjoni tas-sigurtà pubblika; kif ukoll

 

(c)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni effikaċi tal-kodiċijiet ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 6 u l-provvista effettiva ta' informazzjoni mill-fornituri.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sa ... [6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tas-settijiet ta' data mħallta.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Madankollu, l-Artikolu 9(2a) għandu japplika minn ... [jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

(1)

ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Is-Suq Uniku Diġitali (DSM) huwa element fundamentali tal-ekonomija Ewropea b'potenzjal enormi għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi. Dan ir-Regolament dwar il-fluss liberu tad-data mhux personali de facto jistabbilixxi d-data bħala l-"ħames liberta" fis-Suq Uniku. Bil-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda bħall-cloud computing, il-big data, u l-intelliġenza artifiċjali, il-possibbiltà taċ-ċaqliq liberu tad-data saret kwistjoni ewlenija għall-kumpaniji Ewropej. Din ovvjament hija possibbiltà, u mhux obbligu. Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni implimentati mill-Istati Membri jnaqqsu l-kompetizzjoni u jżidu l-ispejjeż tal-ħżin b'madwar 120 %. Madankollu, permezz tat-tneħħija ta' dawn ir-rekwiżiti, l-UE tista' tibbenefika minn massimu ta' EUR 8 biljun, jew 0,06 %, f'żidiet f'termini ta' PDG fis-sena. Dan huwa ekwivalenti għaż-żidiet f'termini ta' PDG mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles riċenti mal-Kanada u mal-Korea t'Isfel flimkien.

Ir-rapporteur iffukat fuq is-simplifikazzjoni, il-kjarifika u l-applikazzjoni faċli ta' dan ir-Regolament. L-għan tar-rapporteur hu li tagħmel it-test legalment ċert u validu għall-futur sabiex jimmassimizza l-benefiċċji tal-moviment liberu tad-data.

II. Il-pożizzjoni tar-rapporteur

A.  Eċċezzjoni ta' Sigurtà Pubblika

Ir-rapporteur tirrikonoxxi li, f'każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom raġunijiet leġittimi biex jillimitaw il-moviment liberu tad-data. Madankollu, meta jitqiesu l-effetti dannużi tal-ekonomija diġitali tal-UE, ir-rapporteur tqis li huwa fundamentali li l-għadd ta' dawn ir-rekwiżiti jinżamm minimu. Bl-introduzzjoni tal-kunċett stabbilit sew ta' "raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika", ir-rapporteur qed tfittex li tiżgura li l-Istat Membru ma jagħtix importanza żejda lill-eċċezzjoni tas-Sigurtà Pubblika. Peress li m'hemm l-ebda definizzjoni ta' Sigurtà Pubblika, ir-rapporteur tuża t-Trattat u l-każistika applikabbli mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċċara dan il-kunċett u żżid iċ-ċertezza legali.

Ir-rapporteur tiċċara wkoll li l-partijiet kollha tas-soċjetà għandhom jibbenefikaw mill-moviment liberu tad-data, inklużi l-entitajiet tas-settur pubbliku. Peress li ħafna rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni ma joriġinawx fil-livell nazzjonali, ġie ċċarat li dan ir-Regolament se japplika fil-livelli ta' governanza kollha, inkluż il-qasam tal-akkwist pubbliku li huwa wieħed mill-punti ta' tħassib speċjalment għall-SMEs.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa u l-obbligu li tissorvelja l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni u li tiżgura li dan ma jiġix interpretat b'mod sproporzjonat. Ir-rapporteur tixtieq tintroduċi skadenza ċara sa meta l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data li jixtiequ jżommu. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-att u tiddeċiedi jekk l-Istat Membru inkwistjoni għandux jemenda jew jirrevoka r-rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data. Kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà faċli għal din l-informazzjoni.

B.  Aċċess għad-data għall-awtoritajiet pubbliċi

Il-possibbiltà għall-kumpaniji u għall-entitajiet tas-settur pubbliku li jipproċessaw id-data tagħhom barra mill-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom m'għandu qatt jintuża bħala mod li bih l-informazzjoni tinżamm mill-awtoritajiet kompetenti. Ir-rapporteur temmen li billi l-awtoritajiet kompetenti jiġu obbligati jisfruttaw il-mezzi l-oħra kollha qabel jitħallew jikkuntattjaw lill-kontropartijiet tagħhom għall-għajnuna dan itawwal bla bżonn il-proċess għall-kisba ta' aċċess leġittimu għad-data inkwistjoni. L-iffaċilitar tal-aċċess għad-data għandu jinkiseb ukoll permezz tas-sistema l-ġdida ta' Punti Uniċi ta' Kuntatt. L-abbozz ta' rapport jiċċara wkoll li l-aċċess għall-proprjetà fejn id-data tkun maħżuna jrid jingħata f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikunu lokalizzati l-proprjetà jew it-tagħmir.

C.  Settijiet ta' data mħallta

Dan ir-Regolament u l-GDPR huma komplementari u ma jitrikkbux. Flimkien huma jipprovdu sett ta' regoli koerenti li jkopru t-tipi kollha ta' data u jwasslu għal "Spazju Uniku tad-Data tal-UE". Il-biċċa l-kbira tas-settijiet tad-data jikkombinaw kemm data personali kif ukoll mhux personali, iżda li tinkludi data personali bħal ismijiet u/jew indirizzi tal-posta elettronika inkluż għal finijiet amministrattivi biss. L-esklużjoni ta' tali settijiet ta' data mħallta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tillimita serjament il-benefiċċji tiegħu. Fil-każijiet fejn is-settijiet ta' data mħallta jistgħu jiġu separati faċilment, dan ir-Regolament għandu japplika għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data mhux personali. F'sett ta' data mħallta, meta d-data mhux personali u dik personali jkunu intrinsikament marbuta, dan ir-Regolament għandu japplika għas-sett kollu mingħajr preġudizzju għall-GDPR. Minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni tal-GDPR huwa limitat għad-data personali, u ma jkoprix id-data mhux personali, ikun sproporzjonat u legalment skorrett li wieħed japplika l-GDPR minflok dan ir-Regolament għas-sett kollu ta' data mħallta. Dan joħloq piżijiet bla bżonn għall-kumpaniji bħall-SMEs u n-negozji l-ġodda li mitluba jsegwu regoli stretti u jfixkel l-innovazzjoni. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-data mhux personali ma tfissirx li l-protezzjonijiet tal-privatezza taħt il-GDPR jieqfu japplikaw fis-settijiet ta' data mħallta irrispettivament minn fejn id-data tkun maħżuna fl-UE. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament ma jimponi la l-obbligu tal-ħżin separat tat-tipi differenti ta' data u lanqas l-obbligu tas-separazzjoni tas-settijiet ta' data mħallta.

D.  Trasferiment tad-data

Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-DSM, il-kompetizzjoni trid tiżdied. Parti minn dan huwa li tiġi żgurata l-portabbiltà bejn il-fornituri ta' servizzi tal-cloud differenti. Ir-rapporteur taqbel mal-idea li l-atturi tas-suq jingħataw il-kompitu li jipproduċu Kodiċijiet ta' Kondotta sabiex jirregolaw il-possibbiltà għall-utenti professjonali li jaqilbu s-servizz u jittrasferixxu d-data. Dan il-proċess għandu jiġi mħeġġeġ, iffaċilitat u ssorveljat mill-Kummissjoni.

Għall-ħolqien ta' Kodiċijiet ta' Kondotta (CoC) li jiffunzjonaw tajjeb huwa fundamentali li kemm l-utenti kif ukoll il-fornituri ta' servizzi jiġu inklużi fil-proċess. Barra minn hekk, ir-rapporteur tisħaq li l-essenza ta' CoC hija l-interoperabbiltà u t-trasparenza, u għalhekk għażlet li tneħħi wħud mill-partijiet l-aktar preskrittivi tat-test tal-Kummissjoni u tħalli spazju għall-atturi tas-suq biex jiddefinixxu kif l-awtoregolamentazzjoni għandha tiġi fformulata. Ir-rapporteur estendiet ukoll l-iskadenza b'6 xhur għax l-esperjenza turi li biex tinħoloq u tiġi implimentata CoC hemm bżonn aktar żmien.

E.  Rieżami

Minħabba l-importanza li wieħed ilaħħaq mal-iżviluppi teknoloġiċi, ir-rapporteur tipproponi li l-perjodu ta' evalwazzjoni jitqassar, b'mod partikolari fir-rigward tas-settijiet ta' data mħallta minħabba li ż-żoni l-griżi aktarx maż-żmien se jiżdiedu. S'issa għadna ma nafux kif is-settijiet tad-data se jidhru fil-futur u għalhekk huwa importanti li jiġi vvalutat jekk dan ir-Regolament huwiex aġġornat u xieraq. Ir-rapporteur tixtieq tikkjarifika li l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandu jkun li tippreżenta rapport bil-valutazzjoni tagħha lill-koleġiżlaturi.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mill-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Allied for Startups

Almega (Organizzazzjoni tal-Impjegaturi għas-Settur tas-Servizzi Żvediż)

Ametic

Association of Swedish Engineering Industries

AT&T

Bisnode

Bitkom

BSA - The software alliance

Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Bulgarija għall-UE

Business Europe

CERCA – il-Kunsill Ewropew għall-Magni u t-Tiswijiet

Cercle de l'Industrie

Computer & Communications Industry Association (CCIA Europe)

Il-Konfederazzjoni tal-Intrapriżi Żvediżi

Confindustria

Il-Kamra tal-Kummerċ Daniża

Deutsche Telekom

DigitalEurope

Dr Kristina IRION – l-Università ta' Amsterdam (Sessjoni ta' Ħidma tal-IMCO tal-20 ta' Frar)

Dr Simon Forge – SCF Associates (Sessjoni ta' Ħidma tal-IMCO tal-20 ta' Frar)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ericsson

Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Estonja għall-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi tan-Netwerks tat-Telekomunikazzjoni (ETNO)

EyeEm

Il-Federazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni Diretta u Interattiva Ewropea (FEDMA)

FIGIEFA – Distributuri tal-Parts tal-Karozzi

Företagarna

France Digitale

Ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Franza għall-UE

L-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Assigurazzjoni (GDV)

Google

GSMA

IBM

Il-Konsulenza tal-Gvernijiet Ewropej dwar l-IDC

Il-Fondazzjoni għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informatika

INTUG

Intuit Inc.

Id-Dipartiment Irlandiż għall-Komunikazzjoni, it-Tibdil fil-Klima u l-Ambjent

Microsoft

Il-Bord Nazzjonali tal-Kummerċ

Orange Group

Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Polonja għall-UE

Schneider Electric Services International

Ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Spanja għall-UE

SUP46

Swedbank

L-Industriji Żvediżi tal-IT u tat-Telekomunikazzjoni

Il-Federazzjoni Żvediża tal-Kummerċ

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Lotteriji (EL)

Il-Federazzjoni tal-Bdiewa Żvediżi (LRF)

UEAPME – l-organizzazzjoni Ewropea tal-impjegaturi tas-snajja' u l-SMEs

Il-Federazzjoni tan-Negozji ż-Żgħar tar-Renju Unit

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Renju Unit għall-UE

Veolia

Vodaphone


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (26.4.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

(COM(2017)0495 – C8-0312/2017 – 2017/0228(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Zdzisław Krasnodębski

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ktajjen tal-valur tad-data huma mibnija fuq attivitajiet differenti tad-data: il-ħolqien u l-ġbir tad-data; l-aggregazzjoni u l-organizzazzjoni tad-data; il-ħżin u l-ipproċessar tad-data; l-analiżi, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tad-data; l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data. Il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ħżin u pproċessar ieħor tad-data hu element fundamentali f'kwalunkwe katina tal-valur tad-data. Madankollu, dan il-funzjonament effikaċi u effiċjenti u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-data fl-Unjoni jiġu mxekkla, b'mod partikolari, minn żewġ tipi ta' ostakli għall-mobbiltà tad-data u għas-suq intern.

(2)  Il-ktajjen tal-valur tad-data huma mibnija fuq attivitajiet differenti tad-data: il-ħolqien u l-ġbir tad-data; l-aggregazzjoni u l-organizzazzjoni tad-data; l-ipproċessar; l-analiżi, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tad-data; l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data. Il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ipproċessar hu element fundamentali fi kwalunkwe katina tal-valur tad-data. Madankollu, dan il-funzjonament effikaċi u effiċjenti u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-data fl-Unjoni jiġu mxekkla, b'mod partikolari, minn żewġ tipi ta' ostakli għall-mobbiltà tad-data u għas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta "pproċessar" miżjuda mal-Artikolu 3 tinkludi "ħżin tad-data". Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ tibdil korrispondenti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għas-servizzi ta' ħżin jew tal-ipproċessar ieħor tad-data. Madankollu, l-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

(3)  Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi stipulati fl-Artikoli 26, l-Artikoli 49 sa 55 u l-Artikoli 56 sa 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar, inkluż it-trasferiment tad-data. Madankollu, il-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-aspetti tekniċi tat-trasferiment tad-data. L-abbozz ta' regolament la jipprovdi definizzjoni tad-dritt tat-trasferiment tad-data u lanqas ma jipprovdi definizzjoni tat-trasferiment tad-data nnifsu. Għalhekk, sabiex l-Artikolu 6 jkun fattibbli, għandna bżonn nankraw it-trasferiment tad-data bħala servizz, li għalhekk ikun jaqa' taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minquxa fit-Trattat.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Dawn l-ostakli kkombinati jwasslu għal nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-cloud fl-Ewropa, għal diversi kwistjonijiet ta' "intrappolament tal-klijentela", u għal nuqqas serju ta' mobbiltà tad-data. Bl-istess mod, il-politiki ta' lokalizzazzjoni tad-data jdgħajfu l-kapaċità tal-kumpaniji ta' riċerka u żvilupp li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn impriżi, universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn biex jixprunaw l-innovazzjoni tagħhom stess.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi tal-Istati Membri jenħtieġ li jibbenefikaw, bħalma jagħmlu n-negozji u l-konsumaturi, minn libertà tal-għażla ikbar fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi bbażati fuq id-data, minn prezzijiet aktar kompetittivi u minn forniment aktar effiċjenti ta' servizzi liċ-ċittadini. Peress li l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi jittrattaw ammonti kbar ta' data, jenħtieġ li dawn jagħtu l-eżempju billi jużaw servizzi bbażati fuq id-data fl-Unjoni fir-rigward ta' data mhux personali u jżommu lura milli jagħmlu kwalunkwe restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-lokalizzazzjoni tad-data meta jużaw is-servizzi bbażati fuq id-data ta' partijiet privati.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment ħieles fl-Unjoni għal data mhux-personali ħlief fejn restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata għal raġunijiet tas-sigurtà.

(10)  Skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment liberu fl-Unjoni għal data mhux-personali ħlief meta restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata għal raġunijiet tas-sigurtà. Ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament jipprovdu sett koerenti ta' regoli li jikkonċernaw il-moviment liberu ta' tipi differenti ta' data. Għalhekk ir-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jiġi applikat għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data personali, filwaqt li dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi applikat għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data mhux personali. Meta d-data personali u d-data mhux personali jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jimponi la l-obbligu tad-diżaggregazzjoni tas-settijiet ta' data mħallta u lanqas l-obbligu tal-ħażna separata tat-tipi differenti ta' data.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li ma jnaqqasx il-livell tal-protezzjoni li jgawdu minnha l-persuni fiżiċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u fl-istess ħin jenħtieġ li jagħmilha faċli biex in-negozji jikkonformaw miegħu, u b'mod partikolari jenħtieġ li ma jikkostitwixxix ostaklu għall-iżvilupp tan-negozji l-ġodda u l-SMEs. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fuq is-sit web tagħha, gwida ċara għan-negozji dwar it-trattament legali tas-settijiet ta' data mħallta flimkien ma' informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' diżaggregazzjoni tas-settijiet ta' data mħallta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-settijiet ta' data mħallta u jekk ikun hemm bżonn tipproponi rakkomandazzjonijiet ulterjuri fir-reviżjoni tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' raġunijiet ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntiera ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ħżin jew l-ipproċessar ieħor tad-data f'diversi lokalitajiet fl-UE, u peress li dan ir-Regolament jagħti miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu kapaċi jinvokaw ġustifikazzjonijiet għajr l-iskrutinju pubbliku.

(12)  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi tal-ipproċessar fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' raġunijiet imperattivi ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ipproċessar tad-data f'diversi lokalitajiet fl-UE, u peress li dan ir-Regolament jipprevedi miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jinvokaw ġustifikazzjonijiet għajr is-sigurtà pubblika. Il-kunċett ta' "sigurtà pubblika" fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE u kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri kemm is-sigurtà interna kif ukoll dik esterna ta' Stat Membru. L-Istat Membru li jitlob tali eżenzjoni jenħtieġ li juri li r-rikors għal dik id-deroga huwa neċessarju sabiex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, sabiex jitneħħew ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 12-il xahar, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu reviżjoni tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data nazzjonali eżistenti u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni, kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal.

(14)  Barra minn hekk, sabiex jitneħħew l-ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 12-il xahar, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu reviżjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' natura ġenerali li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni, kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal, u tadotta opinjonijiet, fejn xieraq, biex tirrikjedi li tali rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni jiġu emendati jew jitħassru, u jenħtieġ li l-Istati Membri jqisuhom bis-sħiħ.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, bħal fornituri u utenti ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni dwar dawn il-miżuri fuq punt uniku ta' informazzjoni online jaġġornawha regolarment. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' dawn il-punti online. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha stess.

(15)  Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, bħal fornituri u utenti ta' servizzi tal-ipproċessar, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni dwar dawn il-miżuri fuq punt uniku ta' informazzjoni online u jaġġornawha regolarment. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' dawn il-punti online. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika fuq is-sit web tagħha stess informazzjoni aġġornata regolarment dwar dawn il-miżuri nazzjonali li tkun disponibbli fil-lingwi operattivi/proċedurali tagħha, flimkien mal-indirizzi tal-punti uniċi ta' kuntatt online tal-Istati Membri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa u ffaċilitata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinvolvu klawsoli kuntrattwali mudell. Madankollu, jekk dawn il-kodiċijiet ta' kondotta ma jiġux stabbiliti u implimentati b'mod effikaċi f'perjodu ta' żmien raġonevoli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza s-sitwazzjoni.

(21)  Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa u ffaċilitata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinvolvu klawsoli kuntrattwali mudell. Dawn il-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ li jistipulaw li l-intrappolament tal-klijentela mhuwiex prattika kummerċjali aċċettabbli, jenħtieġ li jużaw standards miftuħa u speċifikazzjonijiet miftuħa u jipprevedu teknoloġiji li jżidu l-fiduċja, bħall-kriptaġġ. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, bħalma huma l-fornituri u l-utenti tal-cloud ta' kull daqs, inklużi n-negozji l-ġodda u l-SMEs, matul l-iżvilupp ta' dan il-kodiċi ta' kondotta awtoregolatorju. Madankollu, jekk dawn il-kodiċijiet ta' kondotta ma jiġux stabbiliti u implimentati b'mod effikaċi fil-perjodu ta' żmien stabbilit, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza s-sitwazzjoni u tivvaluta l-ħtieġa li tippreżenta proposti leġiżlattivi biex tnaqqas b'mod effikaċi l-għadd ta' ostakli għat-trasferiment tad-data.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Meta jsir ipproċessar tad-data, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jirċievu d-data f'format strutturat, komunement użat, li jista' jinqara minn magna u li jkun interoperabbli, u jibagħtuha jew jaraw li tintbagħat direttament minn post tal-ipproċessar tad-data wieħed għall-ieħor jew lil servizz tal-ipproċessar. Il-fornituri tas-servizz jenħtieġ li jkunu mħeġġa jiżviluppaw formati interoperabbli, filwaqt li jagħmlu użu minn standards miftuħa u speċifikazzjonijiet miftuħa li jippermettu t-trasferiment tad-data.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-proċedura għall-għajnuna bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu forom standard, lingwi ta' talbiet, limiti ta' żmien u dettalji oħra tal-proċeduri għal talbiet għall-għajnuna. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

(23)  Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-proċedura għall-għajnuna bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard, formati u mezzi ta' trażmissjoni, lingwi ta' talbiet, limiti ta' żmien jew dettalji oħra tal-proċeduri għal talbiet għall-għajnuna. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

_________________

_________________

40 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

40 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-tisħiħ tal-fiduċja fis-sigurtà tal-ħżin jew ipproċessar ieħor transfruntiera tad-data mistenni jnaqqas il-propensità tal-parteċipanti fis-suq u tas-settur pubbliku biex jużaw il-lokalizzazzjoni tad-data bħala indikatur għas-sigurtà tad-data. Mistenni jtejjeb ukoll iċ-ċertezza tad-dritt għal kumpaniji dwar ir-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli meta jesternalizzaw l-attivitajiet ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data tagħhom, inkluż lil fornituri ta' servizzi fi Stati Membri oħra.

(24)  It-tisħiħ tal-fiduċja fis-sigurtà tal-ipproċessar transfruntier jenħtieġ li jnaqqas il-propensità tal-parteċipanti fis-suq u tas-settur pubbliku biex jużaw il-lokalizzazzjoni tad-data bħala indikatur għas-sigurtà tad-data. Dan jenħtieġ li jtejjeb ukoll iċ-ċertezza tad-dritt għal kumpaniji dwar ir-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli meta jesternalizzaw l-attivitajiet tal-ipproċessar tagħhom, inkluż lil fornituri ta' servizzi fi Stati Membri oħra, u jqis l-iżvilupp kontinwu rapidu ta' teknoloġiji ġodda, sabiex isir adattament għalihom minnufih. Għal dak il-għan l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw leġiżlazzjoni invadenti li tqajjem dubji dwar is-sigurtà, l-integrità jew l-awtentiċità tad-data, u l-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli biex jimplimentaw il-politiki u l-prattiki ta' sigurtà fid-disinn u privatezza fid-disinn. Il-faċilità fil-bdil tal-fornituri u l-portabbiltà tad-data huma wkoll fatturi li jżidu l-fiduċja u jenħtieġ li jiġu żgurati.

Ġustifikazzjoni

Il-fiduċja tissemma' bħala l-akbar ostaklu mhux legali fl-użu tas-servizzi tal-cloud. Għalhekk il-bini tal-fiduċja jeħtieġ li jkun wieħed mill-objettivi ta' dan it-test.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż id-drittijiet għall-protezzjoni ta' data personali (l-Artikolu 8), il-libertà ta' intrapriża (l-Artikolu 16), u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11).

(29)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal regolamenti applikabbli oħra dwar it-trattament tad-data, jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi d-drittijiet għall-protezzjoni ta' data personali (l-Artikolu 8), il-libertà ta' intrapriża (l-Artikolu 16), u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11).

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġi evitat li tiġi stabbilita ġerarkija ta' testi legali u li jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet fundamentali, hija meħtieġa interpretazzjoni stretta.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħżin jew ipproċessar ieħor ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiġu pprovduti bħala servizz lill-utenti li jgħixu jew li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-fornitur huwiex stabbilit fl-Unjoni jew le, inkella

(a)  jiġu pprovduti bħala servizz lill-utenti, indipendentement minn jekk ikunux entitajiet privati jew pubbliċi-privati, jew awtoritajiet pubbliċi, li jgħixu jew li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-fornitur huwiex stabbilit fl-Unjoni jew le, inkella

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fil-każ ta' settijiet ta' data mħallta, ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data personali, u dan ir-Regolament għandu japplika għall-parti mis-sett li tikkonċerna d-data mhux personali. Meta d-data personali u d-data mhux personali jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  "ħżin tad-data" tfisser kwalunkwe ħżin ta' data f'format elettroniku;

2.  "ipproċessar" tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data f'format elettroniku, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  "fornitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti servizzi ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data;

4.  "fornitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi tal-ipproċessar;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  "rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data" tfisser kwalunkwe obbligazzjoni, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previst fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, li jimponi/timponi l-lokalità tal-ħżin tad-data jew ta' pproċessar ieħor fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekkel/xxekkel il-ħżin jew ipproċessar ieħor ta' data f'kwalunkwe Stat Membru ieħor;

5.  "rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data" tfisser kwalunkwe obbligazzjoni, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet jew il-prattiki amministrattivi, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, tal-Istati Membri, imposti minn gvernijiet lokali, ċentrali jew reġjonali jew minn entitajiet pubbliċi, li jirrikjedu l-lokalità tal-ipproċessar ieħor fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekklu l-ħżin jew ipproċessar ieħor ta' data fi kwalunkwe Stat Membru ieħor;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ta' Stat Membru li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data maħżuna jew ipproċessata minn persuna fiżika jew legali biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni;

6.  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ta' Stat Membru li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data pproċessata minn persuna fiżika jew legali biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew li titlob servizz ta' ħżin jew ipproċessar ieħor tad-data;

7.  "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew li titlob servizz tal-ipproċessar tad-data;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-post fejn tinsab id-data għall-ħżin jew għal ipproċessar ieħor fl-Unjoni m'għandhiex tkun ristretta għat-territorju ta' Stat Membru partikolari, u l-ħżin jew ipproċessar ieħor f'kwalunkwe Stat Membru ieħor m'għandux jiġi pprojbit jew ristrett, sakemm ma jkunx ġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.

1.  Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux ġustifikati minħabba theddid serju u dokumentat għas-sigurtà pubblika u jkunu jikkostitwixxu miżuri adegwati u proporzjonati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi żmien 12-il xahar wara li jibda japplika dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 ser jitħassar. Jekk Stat Membru jqis li rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data jkun konformi mal-paragrafu 1 u għalhekk jista' jibqa' fis-seħħ, hu għandu jinnotifika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni biex jinżamm fis-seħħ.

3.  Fi żmien 12-il xahar wara li jibda japplika dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 jitħassar. Jekk, sa tmiem dan il-perjodu, Stat Membru jqis li rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data jkun konformi mal-paragrafu 1 u għalhekk jista' jibqa' fis-seħħ, hu għandu jinnotifika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni biex jinżamm fis-seħħ.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha, fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-wasla ta' tali notifika, teżamina l-konformità ta' dik il-miżura mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u fejn xieraq, għandha tadotta opinjoni li tirrikjedi li l-Istat Membru inkwistjoni jemenda jew jirrevoka l-miżura.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-links għal dawn il-punti fuq is-sit web tagħha.

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku ta' informazzjoni tagħhom imsemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni aġġornata regolarment disponibbli fil-lingwi operattivi/proċedurali tagħha dwar il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 2 u 3, flimkien mal-indirizzi tal-punti uniċi ta' kuntatt online tal-Istati Membri.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha gwida għall-fornituri u l-utenti tal-ipproċessar tad-data dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar it-trattament legali ta' tipi differenti ta' settijiet ta' data.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni, sabiex tiddefinixxi l-linji gwida dwar l-aqwa prattiki biex jiġi ffaċilitat il-bdil tal-fornituri u biex tiżgura li huma jagħtu informazzjoni biżżejjed dettaljata, ċara u trasparenti lill-utenti professjonali qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data, fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

1.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni, abbażi tal-prinċipju tal-interoperabbiltà, sabiex tiddefinixxi linji gwida li jkopru l-aspetti li ġejjin:

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-aħjar prattiki f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffaċilitar tal-bdil tal-fornituri u t-trasferiment tad-data f'format strutturat, abbażi ta' standards miftuħa użati komunament u li jinqaraw mill-magni li jagħtu biżżejjed ħin lill-utent biex jibdel jew jittrasferixxi d-data; u

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess, inkluż il-proċessi u l-lokalità ta' kwalunkwe back-up tad-data, il-formats u l-appoġġi disponibbli tad-data, il-konfigurazzjoni meħtieġa tal-IT u l-bandwidth minima tan-netwerk; il-ħin meħtieġ qabel ma jibda l-proċess tat-trasferiment u l-ħin li matulu d-data ser tibqa' disponibbli għat-trasferiment; u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur; kif ukoll

(a)  rekwiżiti minimi tal-informazzjoni biex jiġi żgurat li l-utenti professjonali jingħataw informazzjoni trasparenti, ċara u dettaljata biżżejjed qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-ipproċessar tad-data fir-rigward tal-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess, inkluż il-proċessi u l-lokalità ta' kwalunkwe back-up tad-data, il-formats u l-appoġġi disponibbli tad-data, il-konfigurazzjoni meħtieġa tal-IT u l-bandwidth minima tan-netwerk; il-ħin meħtieġ qabel ma jibda l-proċess tat-trasferiment u l-ħin li matulu d-data ser tibqa' disponibbli għat-trasferiment; u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur; kif ukoll

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  skemi ta' ċertifikazzjoni għal prodotti u servizzi tal-ipproċessar tad-data, li jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-kwalità ta' dawn il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-ġestjoni tal-kwalità, il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-ġestjoni ambjentali;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-kodiċi ta' kondotta awtoregolatorju ma jkunx naqqas l-għadd ta' ostakli eżistenti għat-trasferiment tad-data, ir-reviżjoni għandha, jekk ikun xieraq, tiġi segwita minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Jekk tali kodiċijiet ta' kondotta ma jiġux stabbiliti u implimentati b'mod effikaċi fil-perjodu ta' żmien stabbilit, jew jekk ikun hemm raġunijiet għal tħassib wara li tkun saret reviżjoni xierqa, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu gwida minima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-awtoregolamentazzjoni hija mħeġġa, l-involviment tal-Kummissjoni jista' jgħin fit-tneħħija tal-ostakli li jistgħu jinqalgħu fil-proċess tal-abbozzar tal-kodiċijiet.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu forom standard, lingwi ta' talbiet, limiti ta' żmien jew dettalji oħra tal-proċeduri għal talbiet għall-għajnuna. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard, formati u mezzi ta' trażmizzjoni, lingwi ta' talbiet, limiti ta' żmien jew dettalji oħra tal-proċeduri għal talbiet għall-għajnuna. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni ġenerali lill-utenti professjonali u lill-pubbliku dwar l-obbligi previsti f'din id-Direttiva, kif ukoll dwar kwalunkwe kodiċi ta' kondotta żviluppat skont l-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Il-Punt Uniku ta' Kuntatt ġie ddisinjat primarjament biex jgħin lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, iżda l-funzjoni tiegħu tista' tkompli tiġi estiża bħala punt ta' kuntatt għall-pubbliku ġenerali u għall-komunità tan-negozju b'mod ġenerali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

Referenzi

COM(2017)0495 – C8-0312/2017 – 2017/0228(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Zdzisław Krasnodębski

9.11.2017

Eżami fil-kumitat

28.11.2017

21.2.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Cornelia Ernst, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Werner Langen, Rupert Matthews, Răzvan Popa, Dominique Riquet, Theodor Dumitru Stolojan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

59

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel

NI

David Borrelli

PPE

Pilar Ayuso, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Julia Reda, Claude Turmes

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

4

0

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

Referenzi

COM(2017)0495 – C8-0312/2017 – 2017/0228(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.10.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.10.2017

JURI

23.10.2017

LIBE

23.10.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

2.10.2017

LIBE

23.10.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Anna Maria Corazza Bildt

25.10.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

21.3.2018

24.4.2018

17.5.2018

Data tal-adozzjoni

4.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Roberta Metsola, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Clara Eugenia Aguilera García, Klaus Buchner, Peter Liese, Emilian Pavel, Annie Schreijer-Pierik, Tomáš Zdechovský

Data tat-tressiq

6.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

PPE

Asim Ademov, Pascal Arimont, Cristian-Silviu Buşoi, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Philippe Juvin, Peter Liese, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Annie Schreijer-Pierik, Sabine Verheyen, Tomáš Zdechovský

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Liisa Jaakonsaari, Emilian Pavel, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Pascal Durand

3

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Ġunju 2018Avviż legali