Proċedura : 2017/0123(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0204/2018

Testi mressqa :

A8-0204/2018

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 18
CRE 03/07/2018 - 18
PV 27/03/2019 - 8
CRE 27/03/2019 - 8

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2018 - 7.9
CRE 14/06/2018 - 7.9
PV 04/07/2018 - 9.3
CRE 04/07/2018 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/04/2019 - 6.9
CRE 04/04/2019 - 6.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0341

RAPPORT     ***I
PDF 1203kWORD 132k
7.6.2018
PE 612.273v01-00 A8-0204/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

(COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Ismail Ertug

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

(COM(2017)0281 – C8- 0169/2017– 2017/0123(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0281),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0169/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0204/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sa issa, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati.L-għadd ta' tali impriżi, li huma attivi f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali, qed jiżdied. B'riżultat ta' dan, bosta Stati Membri ddeċidew li japplikaw, għal dawk l-impriżi, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq li ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta' professjonalizzazzjoni tas-settur bl-użu ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati skont regoli komuni, u biex b'hekk titwettaq l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha, jenħtieġ li din id-dispożizzjoni titħassar, filwaqt li jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-istabbiliment effettiv u stabbli u l-kapaċità finanzjarja xierqa jsiru obbligatorji.

(2)  Sa issa, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. L-għadd ta' tali impriżi qed jiżdied. B'riżultat ta' dan, bosta Stati Membri ddeċidew li japplikaw, għal dawk l-impriżi, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq li ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Sabiex jiġu evitati lakuni possibbli u jiġi żgurat livell minimu ta' professjonalizzazzjoni tas-settur bl-użu ta' vetturi bil-mutur b'massa, inkluża dik tat-trejlers, ta' bejn 2,4 sa 3,5 tunnellati għat-trasport internazzjonali skont regoli komuni, u biex b'hekk titwettaq l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha, ir-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport jenħtieġ li japplikaw b'mod ugwali, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat. Billi dan ir-Regolament japplika biss għall-impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isem ħaddieħor, l-impriżi li jwettqu l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom mhumiex koperti minn din id-dispożizzjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Skont il-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni qiegħda tistma ffrankar għall-impriżi ta' bejn EUR 2,7 sa EUR 5,2 biljun fil-perjodu 2020-2035.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru, u li dawn imexxu n-negozju tagħhom minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli.

(4)  Sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-hekk imsejħa "kumpaniji tal-isem" u jiġu ggarantiti kompetizzjoni ġusta u livell ekwu fis-suq intern, huma meħtieġa kriterji ta' stabbiliment aktar ċari, monitoraġġ u infurzar aktar intensivi, u kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri. L-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jenħtieġ li jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru, u li dawn fil-fatt imexxu n-negozju tagħhom tat-trasport u jwettqu attivitajiet sostanzjali minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli, filwaqt li jiġi evitat piż sproporzjonat.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema u l-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

(7)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema, il-kabotaġġ u l-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jkollhom livell minimu ta' pożizzjoni finanzjarja biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul. Madankollu, peress li ġeneralment l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu ta' daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti jkunu inqas stretti minn dawk applikabbli għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi jew minn kombinamenti ta' vetturi li jaqbżu dak il-limitu.

(10)  Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati u involuti f'operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali, ikollhom kapaċità minima finanzjarja biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul. Madankollu, peress li ġeneralment l-operazzjonijiet imwettqa b'dawn il-vetturi jkunu ta' daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti jkunu inqas stretti minn dawk applikabbli għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi jew minn kombinamenti ta' vetturi li jaqbżu dak il-limitu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kemm jista' jkun kompluta sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista' jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi, l-għadd ta' impjegati li jqabbdu l-operaturi, il-klassifikazzjoni tar-riskju tagħhom u l-informazzjoni finanzjarja bażika tagħhom għandhom jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tranfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan.

(11)  Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kompluta u aġġornata sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista' jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi, l-għadd ta' impjegati li jqabbdu l-operaturi u l-klassifikazzjoni tar-riskju tagħhom jenħtieġ li jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, kif ukoll leġiżlazzjonijiet oħra rilevanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex l-uffiċjali tal-infurzar, inkluż dawk li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq, jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali ċara u kompluta tal-operaturi tat-trasport li qed jiġu kkontrollati, huma għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni rilevanti kollha. Għalhekk, ir-reġistri elettroniċi nazzjonali jenħtieġ li jkunu interoperabbli tassew u d-data li jkun fihom jenħtieġ li tkun aċċessibbli direttament u immedjatament għall-uffiċjali tal-infurzar deżinjati kollha tal-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport bit-triq mhux residenti fi Stat Membru ospitanti ("kabotaġġ") ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati, filwaqt li jżommu wkoll, b'mod ġenerali, il-livell ta' liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa.

(13)  Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport bit-triq mhux residenti fi Stat Membru ospitanti ("kabotaġġ") ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għal dan l-għan, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u jiġu eliminati l-inċertezzi, jenħtieġ li titneħħa l-limitazzjoni fuq l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ wara li jkun sar trasport internazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jitnaqqsu l-għadd ta' jiem disponibbli għal operazzjonijiet ta' dan it-tip.

(14)  Sabiex jiġu evitati vjaġġi bla tagħbija, l-operazzjonijiet tal-kabotaġġ jenħtieġ li jiġu permessi, soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi, fl-Istat Membru ospitanti u fi Stati Membri kontigwi. Għal dan l-għan, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u jiġu eliminati l-inċertezzi, jenħtieġ li titneħħa l-limitazzjoni fuq l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ wara li jkun sar trasport internazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jitnaqqas il-perjodu disponibbli għal operazzjonijiet ta' dan it-tip fi Stat Membru wieħed.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Sabiex jiġi evitat li jsiru operazzjonijiet tal-kabotaġġ fuq bażi sistematika, li jistgħu joħolqu attività permanenti jew kontinwa li xxekkel is-suq nazzjonali, il-perjodu disponibbli għall-operazzjonijiet tal-kabotaġġ fi Stat Membru ospitanti jenħtieġ li jitnaqqas. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trasportaturi ma jiġux permessi jwettqu operazzjonijiet tal-kabotaġġ fl-istess Stat Membru ospitanti fi żmien ċertu perjodu u sakemm huma jkunu wettqu t-trasport internazzjonali li joriġina mill-Istat Membru fejn l-impriża tkun stabbilita. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għat-twettiq tal-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Jenħtieġ li l-użu u t-trażsmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta' dan it-tip, u dan għandu jissimplifika l-forniment ta' evidenza rilevanti u l-ipproċessar ta' tali dejta mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta' informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u tad-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

(15)  Infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tkun disponibbli l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqas il-piż amministrattiv żejjed fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs, jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Sabiex id-dokumenti tat-trasport isiru f'forma mingħajr karta, jenħtieġ li l-użu ta' dokumenti elettroniċi fil-futur isir ir-regola, b'mod partikolari n-nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta Oġġetti bit-Triq (eCMR). Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Jenħtieġ li l-użu u t-trażmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta' dan it-tip, u dan għandu jissimplifika l-forniment ta' evidenza rilevanti u l-ipproċessar ta' tali data mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta' informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u tad-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  L-introduzzjoni rapida tat-takografu intelliġenti hija ta' importanza kbira, peress li din ser tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar iwettqu l-kontrolli tal-ġenb tat-triq biex jidentifikaw ksur u anormalitajiet aktar malajr u aktar effiċjenti, li jwasslu għal infurzar aħjar ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-impriżi tat-trasport huma d-destinatarji tar-regoli dwar it-trasport internazzjonali u bħala tali huma soġġetti għall-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur li jistgħu jwettqu. Madankollu, sabiex jiġu evitati abbużi minn impriżi li jikkuntrattaw servizzi tat-trasport minn operaturi ta' trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu wkoll sanzjonijiet għall-ispedituri u għall-ispedizjonieri f'każ li jikkummissjonaw, b'mod intenzjonat, servizzi tat-trasport li jinvolvu ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

(16)  L-impriżi tat-trasport huma d-destinatarji tar-regoli dwar it-trasport internazzjonali u bħala tali huma soġġetti għall-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur li jistgħu jwettqu. Madankollu, sabiex jiġu evitati abbużi minn impriżi li jikkuntrattaw servizzi tat-trasport minn operaturi ta' trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu wkoll sanzjonijiet għall-konsenjaturi, għall-ispedituri, għall-ispedizjonieri, għall-kuntratturi u għas-sottokuntratturi fejn huma jafu li s-servizzi tat-trasport li jinvolvu ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Meta l-impriżi li jikkuntrattaw servizzi tat-trasport jikkummissjonaw dawn is-servizzi minn impriżi tat-trasport b'livell baxx ta' klassifikazzjoni tar-riskju, ir-responsabbiltà tagħhom jenħtieġ li titnaqqas.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol proposta [...] għandha l-għan li tappoġġja u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bil-ħsieb li jkun hemm infurzar effettiv tal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Fl-appoġġ u l-iffaċilitar tal-infurzar ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità jista' jkollha rwol importanti f'li tassisti l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, billi tappoġġja l-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità permezz ta' skambju u taħriġ tal-persunal, u f'li tassisti lill-Istati Membri jorganizzaw kontrolli organizzati. Dan għandu jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, itejjeb il-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u jgħin jiġġieled il-frodi u l-abbuż tar-regoli.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-punt (a) jitħassar;

(i)  il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

 

(a) impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trejlers, hija inqas minn 2,4 tunnellati;

 

(aa) impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trejlers, hija inqas minn 3,5 tunnellati li huma involuti esklussivament f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ii

Regolament 1071/2009

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull trasport bit-triq li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul, bħat-trasport ta' persuni għal għanijiet ta' karità jew għal użu strettament privat, għandu jiġi kkunsidrat bħala trasport esklużivament għal finijiet mhux kummerċjali;";

Kull trasport bit-triq li l-għan tiegħu mhuwiex li jiġġenera profitt għax-xufier jew oħrajn, bħal meta t-trasport huwa pprovdut fuq bażi ta' karità jew filantropika, għandu jiġi kkunsidrat bħala trasport esklużivament għal finijiet mhux kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' "trasport mhux kummerċjali" għandha tinkludi operazzjonijiet imwettqa fejn ir-raġuni ma tirrigwardjax gwadann kummerċjali.Operazzjonijiet purament għal karità, bħal servizzi ta' xarabank għal komunità, li jinvolvu xi forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja lejn it-trasport, m'għandhomx ikunu esklużi minn din l-eżenzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 1 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

imħassar

 

6.  

 

L-Artikolu 3(1)(b) u (d) u l-Artikoli 4, 6, 8, 9, 14, 19 u 21 ma għandhomx japplikaw għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu:

 

(a)  jitolbu lil dawk l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew uħud minnhom;

 

(b)  inaqqsu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-kategoriji kollha tal-operazzjonijet tat-trasport bit-triq, jew għal xi wħud minnhom.”;

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollha bini li fih iżżomm id-dokumenti tan-negozju ewlieni tagħha, partikolarment il-kuntratti kummerċjali, id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess biex tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;";

(a)  ikollha bini xieraq, proporzjonat mal-attivitajiet tal-impriża, li fih tkun kapaċi taċċessa l-orġinali tad-dokumenti ewlenin tan-negozju tagħha, kemm jekk f'forma elettronika kif ukoll fi kwalunkwe forma oħra, partikolarment il-kuntratti kummerċjali, id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti tas-sigurtà soċjali, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-kabotaġġ, l-istazzjonar u mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess biex tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  jiżdied il-punt (aa) li ġej:

 

(aa) Il-vetturi msemmija fil-punt (b) għandhom iwettqu, fil-qafas ta' kuntratt ta' trasport, mill-inqas tagħbija waħda jew ħatt wieħed tal-merkanzija kull tliet ġimgħat fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  twettaq b'mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u bil-faċilitajiet xierqa f'bini li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru;";

(c)  twettaq b'mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u bil-faċilitajiet xierqa f'bini msemmi fil-punt (a) li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  timmaniġġa l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa bil-vetturi msemmija fil-punt (b) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru;";

(d)  timmaniġġja b'mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa bl-użu tal-vetturi msemmija fil-punt (b) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  Jiżdied il-punt (f) li ġej:

 

(f) ikollha rabta ċara bejn l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa u l-Istat Membru ta' stabbiliment, ċentru ta' operazzjoni u aċċess għal biżżejjed postijiet għall-parkeġġ tal-vetturi msemmija f'punt (b).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iiia (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 6 – punt b – punt xiia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)  (xiia) il-kabotaġġ

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 6 – paragrafu 2a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti serji, u li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq, inkluż billi jdgħajfu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport;

(b)  tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti serji, jew li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq, inkluż billi jdgħajfu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, hija jkollha għad-disposizzjoni tagħha kapital u riżervi li jammontaw għal mill-anqas EUR 9 000 meta tintuża biss vettura waħda u EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali użata. L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati għandhom juru, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 1 800 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 900 għal kull vettura addizzjonali li tintuża.

Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, hija jkollha għad-disposizzjoni tagħha kapital u riżervi li jammontaw għal mill-anqas EUR 9 000 meta tintuża biss vettura waħda, EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, li taqbeż it-3,5 tunnellati użati u EUR 900 għal kull vettura addizzjonali b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati użati. L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati għandhom juru, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 1 800 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 900 għal kull vettura addizzjonali li tintuża.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kontijiet annwali ċċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat, bħal garanzija bankarja, dokument maħruġ minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi l-aċċess għall-kreditu f'isem l-impriża jew dokument vinkolanti ieħor li juri li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.";

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kontijiet annwali ċċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat, bħal garanzija bankarja, jew assigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni jew dokument vinkolanti ieħor li jipprovdi garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward tal-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

l-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' 10 snin biex jiżguraw li l-maniġers tat-trasport ikunu konxji mill-iżviluppi fis-settur.

"l-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' tliet snin biex jiżguraw li l-persuna jew il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu konxji biżżejjed mill-iżviluppi fis-settur.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A32009R1071)

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  fl-Artikolu 12(2) jitħassar it-tieni subparagrafu;

(8)  fl-Artikolu 12(2) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli minn tal-inqas kull tliet snin biex jivverifikaw li l-impriżi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3."

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Sakemm tittieħed miżura ta' riabilitazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 8(8) tal-maniġer tat-trasport li jkun iddikjarat inkapaċi m'għandux jibqa' validu fl-ebda Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' miżuri ta' riabilitazzjoni sabiex terġa' tinkiseb reputazzjoni tajba.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a– punt -ia (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ia)  il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

(c)  isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta' rappreżentant ġuridiku;

(c)  isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 b'rabta mar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta' rappreżentant ġuridiku;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt i

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-għadd ta' impjegati;

(h)  l-għadd ta' persuni impjegati mal-impriża matul l-aħħar sena kalendarja;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jżommu d-data msemmija fil-punti (e) sa (j) tal-ewwel subparagrafu f'reġistri separati. F'dan il-każ, id-data rilevanti għandha tkun disponibbli fuq talba jew direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istat Membru kkonċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba. Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali.

Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi kwalunkwe każ, id-data msemmija fil-punti (e) sa (j) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli biss għal awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti, jekk ikunu ngħataw kif suppost is-setgħat relatati mas-superviżjoni u mal-impożizzsjoni ta' pieni fis-settur tat-trasport bit-triq u jekk l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament jew ikunu b'xi mod ieħor taħt obbligu formali ta' segretezza.";

Id-data msemmija fil-punti (e) sa (j) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli biss għal awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti, jekk ikunu ngħataw kif suppost is-setgħat relatati mas-superviżjoni u mal-impożizzjoni ta' pieni fis-settur tat-trasport bit-triq u jekk l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament jew ikunu b'xi mod ieħor taħt obbligu formali ta' segretezza.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-Artikolu 14a tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-data msemmija fil-punt (j) għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u aċċessibbli fil-Komunità permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif definit fl-Artikolu 18. Aċċessibbiltà permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-interkonnessjoni għandhom jiġu implimentati b'tali mod li awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru tkun tista' tikkonsulta r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta' kull Stat Membru.

'5. Sabiex iżidu l-effettività tal-infurzar transfruntier, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u interoperabbli madwar l-Unjoni permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 2016/480, sabiex id-data msemmija fil-paragrafu 2 tkun direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll kollha tal-Istati Membri kollha f'ħin reali."

 

"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A32009R1071)

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

6. Regoli komuni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-paragrafu 5, bħall-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni teknika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri ma' data bases rilevanti oħra għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) u għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2010. Dawk ir-regoli komuni għandhom jiddeterminaw liema awtorità hija responsabbli għall-aċċess għad-data u, l-użu ulterjuri u l-aġġornar ta' data wara l-aċċess u, għal dan il-għan, għandhom jinkludu regoli dwar id-dħul tad-data u l-monitoraġġ tad-data.

6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikollu 24a biex tistabbilixxi u taġġorna regoli komuni biex tiżgura li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u interoperabbli b'mod sħiħ, b'tali mod li awtorità kompetenti jew korp ta' kontroll fi kwalunkwe Stat Membru jkunu jistgħu jaċċessaw direttament ir-reġistru elettroniku nazzjonali ta' kwalunkwe Stat Membru kif stipulat fil-paragrafu 5. Dawn ir-regoli komuni għandhom jinkludu regoli dwar il-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u l-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri, kif ukoll regoli speċifiċi rigward l-aċċess għad-data, id-dħul tad-data u l-monitoraġġ tad-data.

 

"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A32009R1071)

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta' kuntatt nazzjonali li jkun responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti ta' kuntatt kollha, u tibgħatha lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla fil-punti ta' kuntatt.

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka malajr u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kooperazzjoni amministrattiva prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun implimentata permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li tippermetti lill-operaturi kollha jipprovdu data fil-lingwi tagħhom stess.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u, fejn ikun meħtieġ, għandhom iwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet dwar il-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq stabbiliti fit-territorju tagħhom mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(1)(a). It-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu motivati. Għal dan l-għan, it-talbiet għandhom jinkludu indikazzjonijiet kredibbli ta' ksur possibbli tal-Artikolu 3(1)(a).

3.  L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandhom iwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet dwar il-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq stabbiliti fit-territorju tagħhom mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(1)(a). It-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu debitament ġustifikati u motivati. Għal dan l-għan, it-talbiet għandhom jinkludu indikazzjonijiet kredibbli ta' ksur possibbli tal-Artikolu 3(1)(a).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b'mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista' tiġi miċħuda mill-Istat Membru.

4.  Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b'mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista' tiġi miċħuda mill-Istat Membru.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem.

5.  Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, filwaqt li jiġġustifika kif suppost dik id-diffikultà jew l-impossibbiltà. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem. Fl-eventwalità ta' kwalunkwe problema persistenti fl-iskambju ta' informazzjoni jew f'każ ta' rifjut permanenti li tingħata informazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni xierqa, il-Kummissjoni wara li tkun ġiet infurmata u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Bi tweġiba għat-talbiet skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba u jwettqu l-kontrolli, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet meħtieġa fi żmien ħamsa u għoxrin jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba, sakemm ma jkunux infurmaw lill-Istat Membru rikjedenti li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, jew dwar l-impossibbiltà jew id-diffikultajiet skont il-paragrafu 4 u l-paragrafu 5.

6.  Bi tweġiba għat-talbiet skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba u jwettqu l-kontrolli, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet meħtieġa fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba, sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kkonċernati dwar limitu ta' żmien ieħor jew sakemm ma jkunux infurmaw lill-Istat Membru rikjedenti li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, jew dwar l-impossibbiltà jew id-diffikultajiet skont il-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 u ma tkun instabet l-ebda soluzzjoni għal dawk id-diffikulatajiet.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Jiġi introdott l-Artikolu 18a li ġej:

 

Artikolu 18a

 

Miżuri ta' akkumpanjament

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta' akkumpanjament sabiex jiżviluppaw, jiffaċilitaw u jippromwovu l-iskambji bejn l-uffiċjali inkarigati mill-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri, kif ukoll dawk inkarigati mill-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar tar-regoli applikabbli ta' dan ir-Regolament.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku u appoġġ ieħor sabiex tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva u żżid il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' skambji ta' persunal rilevanti u programmi ta' taħriġ konġunt, kif ukoll l-iżvilupp, l-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-inizjattivi tal-aħjar prattika. Il-Kummissjoni tista', mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja, tuża strumenti finanzjarji disponibbli biex tkompli ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

 

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fejn jipparteċipaw l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar kollha, filwaqt li jiżguraw ir-rotazzjoni xierqa tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar kemm dawk li qegħdin jirrieżaminaw kif ukoll dawk rieżaminati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-programmi lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-rapport dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 26.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-użu ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara t-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

3.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-użu ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn it-2,4 u t-3,5 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali u stabbiliti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara t-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati;

(a)  l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn 2,4 u 3,5 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru f'kull sena kalendarja;

(b)  l-għadd ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn 2,4 u 3,5 tunnellati, involuti fit-trasport internazzjonali li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru f'kull sena kalendarja;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd ġenerali ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena;

(c)  l-għadd ġenerali ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn 2,4 u 3,5 tunnellati, involuti fit-trasport internazzjonali li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-istima tas-sehem ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati fl-attività ġenerali tat-trasport bit-triq għall-vetturi kollha rreġistrati fl-Istat Membru, imqassma skont l-operazzjonijiet nazzjonali, internazzjonali u ta' kabotaġġ.

(d)  l-istima tas-sehem ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn 2,4 u 3,5 tunnellati kifukoll dawk taħt it-2,4 tunnellati fl-attività ġenerali tat-trasport bit-triq għall-vetturi kollha rreġistrati fl-Istat Membru, imqassma skont l-operazzjonijiet nazzjonali, internazzjonali u ta' kabotaġġ.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 u abbażi ta' evidenza oħra, il-Kummissjoni għandha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tal-għadd totali ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati li jkunu involuti f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali bit-triq. Abbażi ta' dan ir-rapport, hija għandha terġa' twettaq valutazzjoni oħra biex tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 u abbażi ta' evidenza oħra, il-Kummissjoni għandha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tal-għadd totali ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers bejn 2,4 u 3,5 tunnellati involuti f'operazzjonijiet tat-trasport. Abbażi ta' dan ir-rapport, hija għandha terġa' twettaq valutazzjoni oħra biex tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward it-talbiet li jkunu ppreżentaw skont l-Artikolu 18(3) u (4), rigward it-tweġibiet li jkunu waslu mingħand Stati Membri oħra u rigward l-azzjonijiet li jkunu ħadu abbażi tal-informazzjoni pprovduta.”;

5.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward it-talbiet li jkunu ppreżentaw skont l-Artikolu 18, rigward it-tweġibiet li jkunu waslu mingħand Stati Membri oħra u rigward l-azzjonijiet li jkunu ħadu abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

16a.  Għandu jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

 

5a.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 u ta' evidenza ulterjuri, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, tippreżenta rapport dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-firxa tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, dwar kwalunkwe nuqqas possibbli f'dan ir-rigward u dwar modi possibbli biex titjieb il-kooperazzjoni. Abbażi ta' dan ir-rapport, hija għandha tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trasport ta' merkanzija bit-triq li dieħel jew li ħiereġ li jirrappreżenta l-parti inizjali u/jew il-parti finali tal-vjaġġ ta' trasport ikkombinat kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE."

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  L-Artikolu 1(2) jinbidel bit-test li ġej:

2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. M'għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.

‘2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. Madankollu, dan il-vjaġġ fi tranżitu għandu jkun eskluż mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. M'għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  fil-paragrafu 5, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

(c) it-trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trejlers, hija inqas minn 2,4 tunnellati;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 2 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "tranżitu" tfisser vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi fejn il-punt tat-tluq u l-punt ta' wasla ma jkunx f'dawk l-Istati Membri jew f'dawk il-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni hija meħtieġa bil-għan li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istazzjonar tas-sewwieqa fil-COM(2017)0278.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (c) jiġi miżjud.

 

"(c) iwettaq trasport internazzjonali fuq vetturi li jkollhom takografu intelliġenti kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a."

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ssir il-konsenja ta' merkanzija li tkun inġarret bi trasport internazzjonali li jkun dieħel minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz lejn Stat Membru ospitanti, l-operaturi tat-trasport bit-triq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti jew fi Stati Membri kontigwi bl-istess vettura jew, fil-każ ta' vettura kombinata, bil-vettura bil-mutur ta' dik l-istess vettura. L-aħħar ħatt tul operazzjoni ta' kabotaġġ għandu jseħħ fi żmien sitt (5) ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt it-trasport internazzjonali li jkun dieħel.;

2.  Meta ssir il-konsenja ta' merkanzija li tkun inġarret bi trasport internazzjonali li jkun dieħel minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz lejn Stat Membru ospitanti, l-operaturi tat-trasport bit-triq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti jew fi Stati Membri kontigwi bl-istess vettura jew, fil-każ ta' vettura kombinata, bil-vettura bil-mutur ta' dik l-istess vettura, fit-triq lura lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tat-trasportatur. L-aħħar ħatt tul operazzjoni ta' kabotaġġ għandu jseħħ fi żmien sebat ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt it-trasport internazzjonali li jkun dieħel, soġġett għal kuntratt tat-trasport applikabbli;

 

Fil-limitu ta' żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, it-trasportaturi jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fi Stat Membru dment li l-permanenza tagħhom f'dak l-Istat Membru ma taqbiżx 48 siegħa wara d-dħul tagħhom fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Wara tmiem il-perjodu ta' sebat ijiem imsemmi fil-paragrafu 2, it-trasportaturi ma għandhomx jitħallew iwettqu, bl-istess vettura, jew, fil-każ ta' vetturi kkombinati, b'vettura bil-mutur ta' dak il-kombinament, operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-istess Stat Membru ospitanti fi żmien 72 siegħa wara r-ritorn lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tat-trasportatur u sakemm huma jkunu wettqu trasport internazzjonali ġdid li joriġina mill-Istat Membru fejn l-impriża tkun stabbilita."

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata jew trażmessa lill-uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat tal-Istat Membru ospitanti fuq talba u waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq. Din tista' tiġi ppreżentata jew trażmessa b'mod elettroniku, f'format strutturat li jippermetti li jsiru reviżjonijiet u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u għall-ipproċessar b'kompjuter, bħal pereżempju l-eCMR.* Waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jkun jista' jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

L-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata jew trażmessa lill-uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat tal-Istat Membru ospitanti fuq talba u waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-evidenza tiġi ppreżentata jew trażmessa b'mod elettroniku, f'format strutturat li jippermetti li jsiru reviżjonijiet u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u għall-ipproċessar b'kompjuter, bħal pereżempju nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR). Waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jkun jista' jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 9, fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

(ea) ir-remunerazzjoni u l-liv annwali mħallas, kif stipulat fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – titlu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontrolli

Infurzar intelliġenti

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'mod li mill-1 ta' Jannar 2020, tal-inqas 2 % tal-għadd totali ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imwettqa fit-territorju tagħhom jiġu kkontrollati f'kull sena kalendarja. Huma għandhom iżidu l-perċentwal għal tal-inqas 3 % mill-1 ta' Jannar 2022. Il-bażi għall-kalkolu ta' dak il-perċentwal għandha tkun l-attività totali ta' kabotaġġ fl-Istat Membru f'termini ta' tunnellati-kilometri fis-sena t-2, kif irrappurtat mill-Eurostat.

1.  Sabiex l-obbligi jiġu infurzati aktar f'dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Din l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi li għandhom klassifikazzjoni ta' riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.1a

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu kontroll dwar operazzjonijiet ta' kabotaġġ fejn rilevanti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u d-data rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna minn takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u f'dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħal noti ta' konsenja elettroniċi skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti bit-Triq (eCMR).

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għal dik id-data biss lill-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jivverifikaw ksur tal-atti legali stipulati f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' kuntatt dwar l-awtoritajiet kompetenti kollha fit-territorju tagħhom li jkunu nnominaw biex ikollhom aċċess għal dik id-data. Sa [XXX] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha u tgħaddiha lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe bidla sussegwenti li ssir fiha.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b li jistipula l-karatteristiċi tad-data li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess tagħhom, billi tispeċifika b'mod partikolari:

 

(a) lista dettaljata ta' informazzjoni u data li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess, li għandhom jinkludu tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, ta' operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tas-sewwieq;

 

(b) id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, differenzjati, fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-data;

 

(c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-data msemmija fil-punt (a), inkluż, fejn ikun rilevanti, id-durata massima li d-data tinżamm, bid-differenza meta xieraq skont it-tip ta' data.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.  Kwalunkwe data personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment. Ladarba tali data ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta' kabotaġġ tal-inqas tliet darbiet fis-sena. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta' żewġ Stati Membri jew aktar, b'kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali nominati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta' kabotaġġ tal-inqas, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta' żewġ Stati Membri jew aktar, b'kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 14a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Kapitoli II u III, f'każ li jikkummissjonaw, b'mod intenzjonat, servizzi tat-trasport li jinvolvu ksur ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Kapitoli II u III, f'każijiet fejn ikunu jafu jew fejn għandhom ikunu jafu b'mod raġonevoli li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jinvolvu ksur ta' dan ir-Regolament.

 

Fejn il-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi jikkummissjonaw servizzi tat-trasport minn impriżi tat-trasport b'livell baxx ta' klassifikazzjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE, huma ma għandhomx ikunu responsabbli għal sanzjonijiet ta' ksur, sakemm ma jiġix ippruvat li huma kellhom għarfien attwali ta' dak il-ksur.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' kontrolli tal-kabotaġġ imwettqa fis-sena kalendarja ta' qabel skont l-Artikolu 10a. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' vetturi li sarulhom il-kontrolli, kif ukoll l-għadd ta' tunnellati-kilometri verifikati.”;

3.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istrateġija ta' infurzar nazzjonali tagħhom adottata skont l-Artikolu 10a. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' infurzar imwettqa fis-sena kalendarja ta' qabel skont l-Artikolu 10a, inkluż, fejn xieraq, l-għadd ta' kontrolli mwettqa. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' vetturi li sarulhom il-kontrolli, kif ukoll l-għadd ta' tunnellati-kilometri verifikati;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-Istat tas-Suq tat-Trasport bit-Triq tal-Unjoni sa tmiem l-2022. Ir-rapport għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi fil-professjoni.

(1)

ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.


NOTA SPJEGATTIVA

SFOND

Is-settur tat-trasport bit-triq huwa settur importanti ħafna u huwa kruċjali biex is-soċjetà tagħna tkun tista' tiffunzjona. Is-settur iħaddem aktar minn 11-il miljun persuna u jġorr kważi nofs il-volum kollu tal-merkanzija fl-UE.

Fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat "Pakkett ta' Mobbiltà" bil-għan li tiżgura kompetizzjoni ġusta, tissimplifika r-regoli eżistenti, tippreżerva s-suq intern tal-UE u tiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema f'dan is-settur.

Il-Pakkett ta' Mobbiltà jikkonsisti minn diversi proposti leġiżlattivi. Waħda minnhom hija din il-proposta, li temenda r-Regolamenti 1071/2009 u 1072/2009, dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u għall-professjoni ta' impriża tat-trasport bit-triq. Dawn ir-regolamenti jistabbilixxu dispożizzjonijiet li l-kumpaniji jeħtieġ li jikkonformaw magħhom jekk ikunu jixtiequ joperaw fis-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew fi swieq nazzjonali għajr (il-kabotaġġ) tagħhom stess.

Madankollu, id-differenzi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet, l-inkonsistenzi fil-prattiki ta' infurzar u n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, naqqsu l-effettività tagħhom u ħolqu inċertezza legali u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni inugwali għall-operaturi tat-trasport.

Il-proposti tal-Kummissjoni jintroduċu bidliet f'erba' oqsma distintivi; il-kumpaniji tal-isem, il-vetturi kummerċjali ħfief (LCVs), il-kabotaġġ u l-infurzar.

Ċerti operaturi tat-trasport bit-triq jiftħu "sussidjarji foloz" fi Stati Membri b'pagi baxxi sabiex jisfruttaw id-differenzi fil-pagi, filwaqt li joperaw esklussivament fi Stati Membri b'pagi għolja. Dan iwassal għal vantaġġ kompetittiv inġust fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq, li huma stabbiliti kif xieraq fl-Istat Membru fejn joperaw prinċipalment.

Sabiex jiġi eliminat l-użu tal-kumpaniji tal-isem, il-Kummissjoni tipproponi li jkomplu jissaħħew il-kriterji dwar l-istabbiliment sabiex jiġi żgurat li l-operatur tat-trasport bit-triq ikollu attività reali fl-Istat Membru ta' stabbiliment. Pereżempju biex jitwettaq negozju minn dan il-bini, jinżammu assi u jiġi impjegat persunal b'mod proporzjonat għall-attività.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tissimplifika l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. L-Istati Membri jeħtieġ li jikkooperaw aktar qrib xulxin biex jikxfu l-kumpaniji tal-isem u jwettqu spezzjonijiet fuq il-post jekk ikun meħtieġ.

Attwalment, l-LCVs (vetturi taħt it-3,5 tunnellati) huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 1071/2009. Madankollu, l-Istati Membri huma permessi japplikaw uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament għal-LCVs stabbiliti fit-territorju tagħhom, li jwassal għal frammentazzjoni madwar l-UE. Minħabba li l-użu tal-LCVs huwa mistenni li jkompli jikber fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni tipproponi li l-LCVs ikunu soġġetti għal uħud mir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni.

Attwalment, is-suq għall-kabotaġġ, it-trasport tal-oġġetti fi Stat Membru minn kumpanija tat-trasport stabbilita fi Stat Membru ieħor huwa soġġett għal restrizzjonijiet. Ir-regoli attwali tal-UE jippermettu tliet operazzjonijiet ta' kabotaġġ fi żmien sebat ijiem ta' konsenja internazzjonali.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet attwali huma diffiċli ħafna biex jiġu infurzati. L-awtoritajiet ta' kontroll jirrikjedu dokumenti stampati dwar l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ iżda dan ma jidhirx li qed jaħdem b'mod effettiv. Ir-regoli ġew implimentati wkoll b'mod mhux armonizzat madwar l-UE, li wassal għal piż amministrattiv, inċertezza legali, kompetizzjoni inġusta u nuqqas ta' fiduċja bejn l-operaturi nazzjonali u dawk barranin.

Peress li l-kabotaġġ huwa prinċipalment ikkonċentrat f'xi Stati Membri iżda mhux fl-Istati Membri kollha, ir-regoli mhux ċari u l-implimentazzjoni jistgħu jaffettwaw serjament lill-operaturi nazzjonali li joperaw f'dawk l-Istati Membri fejn il-kabotaġġ huwa parti kbira mis-suq tat-trasport nazzjonali. Dan huwa prinċipalment dovut għal differenzi sostanzjali f'termini ta' pagi, skemi tat-taxxa, kontribuzzjonijiet soċjali u dispożizzjonijiet tax-xogħol. Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-settur għadu mhuwiex lest għal liberalizzazzjoni.

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi regola ġdida, jiġifieri operazzjonijiet ta' kabotaġġ mhux limitati fi żmien ħamest ijiem ta' trasport internazzjonali. Dan huwa kkombinat ma' applikazzjoni stretta tad-drittijiet tal-paga minima u tal-liv annwali mħallas tal-Istati Membri ospitanti mill-ewwel operazzjoni ta' kabotaġġ, il-possibbiltà li tingħata prova tal-legalità tal-kabotaġġ minn dokumenti elettroniċi (eż. eCMR) u l-obbligu tal-Istati Membri li jwettqu perċentwal minimu tal-kontrolli tal-kabotaġġ.

Sabiex jiġu indirizzati d-diversi livelli u l-effettività tal-kontrolli bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu stabbiliti livelli limitu obbligatorji annwali għall-kontrolli ta' kabotaġġ u l-kontrolli (transkonfinali) miftiehma. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni, tippermetti kontrolli mmirati billi tipprovdi klassifikazzjoni tar-riskju permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq u tkompli tħeġġeġ l-użu tat-takografu intelliġenti u tad-dokumenti elettroniċi.

OPINJONI TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur jilqa' l-Pakkett ta' Mobbiltà, minħabba li hemm ħtieġa qawwija li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni sabiex jitjiebu r-regoli attwali. Il-pakkett jinkludi diversi leġiżlazzjonijiet importanti u r-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li dawn jinżammu interkonnessi sabiex jiġu żgurati regoli ċari. Huwa importanti li jkun hemm regolament koerenti sabiex jiġu evitati lakuni, li joħolqu kompetizzjoni inġusta għall-kumpaniji. Fir-rigward ta' dan, ir-rapporteur jiddispjaċih għalhekk li r-reviżjoni tad-direttiva dwar it-trasport ikkombinat, id-Direttiva 92/106/KEE, ġiet isseparata mill-ewwel parti tal-pakkett ta' mobbiltà u nħarġet aktar tard.

Ir-rapporteur jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tiċċara r-regoli biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ekwi u l-kompetizzjoni ġusta fis-settur, filwaqt li fl-istess ħin ma jinħoloqx piż amministrattiv żejjed. B'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). L-aġġornament tal-leġiżlazzjoni huwa meħtieġ ukoll, filwaqt li ma jintesiex it-titjib teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni tat-trasport. Dan huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tar-regoli.

Madankollu, ir-rapporteur jemmen li l-proposta tista' tissaħħaħ f'diversi punti sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ibbilanċjati għal kompetizzjoni ġusta u infurzar rigoruż, sabiex il-benefiċċji tas-suq uniku jkunu tassew jistgħu jinkisbu.

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-kumpaniji tal-isem. Attwalment, hemm aktar minn 400 kumpanija tal-isem fl-UE. Dawn huma stabbiliti minn operaturi tat-trasport bit-triq fi Stati Membri b'pagi għolja u li jfittxu li jibbenefikaw indebitament minn spejjeż tax-xogħol aktar baxxi jew taxxi fi Stati Membri oħra. Dawn l-operaturi jabbużaw mil-lakuni fil-leġiżlazzjoni u l-infurzar laxk, li jwassal għal kompetizzjoni inġusta.

Huwa importanti li jissaħħu u jiġu ċċarati r-rekwiżiti dwar l-istabbiliment ta' preżenza ta' negozju reali u li tiġi kkomplementata d-data li għandha tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali sabiex tinkiseb stampa sħiħa tas-sjieda ta' kumpanija.

Barra minn hekk, l-opinjoni tar-rapporteur hija li l-inklużjoni tal-LCVs f'din il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa, peress li fis-suq hemm żieda ta' dawn il-vetturi u għalhekk għandhom jiġu segwiti l-istess regoli. Madankollu, huwa ċentrali wkoll li ma jintesiex li s-settur tat-trasport bit-triq jikkonsisti minn bosta SMEs li jwettqu biss operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament għal-LCVs li joperaw internazzjonalment biss (li huwa madwar 10 % tal-LCVs kollha) jiġi ristrett.

Madankollu, għal dawk l-LCVs, ir-rapporteur jemmen li jenħtieġ li jiġu applikati l-erba' kriterji kollha, flimkien ma' "reputazzjoni tajba" u "kompetenza professjonali", kif ukoll ir-rekwiżit li tinkiseb liċenzja komunitarja. Dan se jiżgura li t-trasport internazzjonali mwettaq mil-LCVs jissodisfa l-istess standards minimi ta' professjoni bħall-bqija tas-settur tal-merkanzija bit-triq. Sabiex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, ir-rapporteur jipproponi li l-LCVs ħfief ħafna (taħt it-2,4 tunnellati) jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni.

Fir-rigward tal-kabotaġġ, ir-rapporteur jenfasizza l-għan ta' dawn l-operazzjonijiet, jiġifieri li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn trakkijiet vojta li jirritornaw minn trasport internazzjonali u li għandhom jitwettqu fuq bażi temporanja. Pereżempju, jekk operazzjoni tat-trasport internazzjonali tkun qiegħda tiġi kkombinata ma' xi operazzjonijiet nazzjonali fit-triq lura, dan jista' jżid l-effiċjenza fit-trasport u jnaqqas il-vjaġġi bla tagħbija.

Madankollu, attwalment ir-regoli ta' kabotaġġ qegħdin jiġu abbużati biex jippermettu lill-operaturi tat-trasport bit-triq barranin, bl-użu sistematiku tal-għan tal-kabotaġġ, iwettqu ripetutament l-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali. Dan iwassal għal kompetizzjoni inġusta u għal dumping soċjali. Peress li l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ huma l-istess bħall-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali, ir-rapporteur ifakkar li d-Direttiva dwar l-impjieg ta' sewwieqa, id-Direttiva 96/71/KE, jenħtieġ li tiġi applikata. Dan huwa indikat ukoll fil-proposta tal-Kummissjoni ta' din id-direttiva.

Sfortunatament, il-proposti tal-Kummissjoni jonqsu milli jindirizzaw il-kwistjoni ta' kabotaġġ sistematiku. Ir-rapporteur jemmen li l-indirizzar tal-kabotaġġ sistematiku huwa essenzjali. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-kumpaniji tat-trasport ma jkunux jistgħu jabbużaw mid-Direttiva tat-Trasport Ikkombinat sabiex jevitaw ir-regoli dwar il-kabotaġġ.

Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi titjib għal dak li tinkludi preċiżament operazzjoni tat-trasport internazzjonali li tagħti dritt għall-kabotaġġ, sabiex jitwaqqaf il-kabotaġġ sistematiku, billi jiġi inkluż pereżempju l-valur tal-kuntratt ta' operazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li jiġi limitat iż-żmien li fih jistgħu jitwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ, sabiex jiġi enfasizzat il-karattru temporanju tagħhom.

Finalment, ir-rapporteur jemmen li t-tisħiħ tal-infurzar huwa assolutament essenzjali sabiex jintlaħaq kwalunkwe għan tal-proposta. Attwalment, l-infurzar huwa pjuttost dgħajjef b'diskrepanzi bejn l-Istati Membri. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni u l-infurzar amministrattivi. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli, jeħtieġ li jkollhom aċċess aktar faċli għar-reġistri nazzjonali. Hemm ukoll ħtieġa li jiġi inċentivat l-użu tat-takografu intelliġenti u jiżdied l-iskambju tal-aħjar prattika u t-taħriġ bejn l-Istati Membri dwar l-infurzar.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (30.4.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

(COM(2017)0281 - C8-0169/2017 – 2017/0123(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Verónica Lope Fontagné

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Fil-31 ta' Mejju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija.

B'din il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li s-suq uniku tat-trasport bit-triq jiffunzjona kif xieraq u huwa effiċjenti u kompetittiv, peress li skont l-evalwazzjoni ex post li saret fl-2014-15, dan l-objettiv intlaħaq biss parzjalment. Id-diffikultajiet ewlenin li ġew identifikati fl-evalwazzjoni kienu marbuta man-nuqqasijiet fir-regoli u l-infurzar tagħhom.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur taqbel mal-objettivi fundamentali tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda temmen li l-approvazzjoni ta' wħud mill-miżuri proposti timpedixxi l-implimentazzjoni prattika tagħhom mis-settur tat-trasport bit-triq, peress li tista' toħloq ostakli amministrattivi kbar wisq għall-impriżi, b'mod partikolari għall-SMEs, u dan fl-aħħar mill-aħħar jippreġudika l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Bl-istess mod, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta flimkien mal-proposta għal direttiva dwar il-postazzjoni tas-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq u l-proposta għal direttiva dwar il-ħinijiet tas-sewqan, u b'hekk tikkunsidra li dawn għandhom jiġu analizzati flimkien.

Ir-rapporteur hija tal-fehma li dawn il-proposti għandhom jilħqu bilanċ bejn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżgurar li jinżammu regoli u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa.

L-ewwel pass sabiex jinkiseb dan jeħtieġ li jkun il-ġlieda kontra x-xogħol illegali fis-settur tat-trasport, b'mod partikolari kontra l-hekk imsejħa kumpanija fantażma u impjieg indipendenti fittizju.

Huwa importanti li jiġu rrispettati l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' provvista ta' servizzi, li huma prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u rikonoxxuti rispettivament fl-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE. Madankollu, kif iddikkjarat il-Kummissjoni, jeħtieġ li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru u jwettqu n-negozju tagħhom minn hemm.

Għandhom jissaħħu l-kontrolli u jiġu applikati penali effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra dawk l-impriżi li volontarjament ma josservawx ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni. Dan l-aġir, minkejja li huwa minoritarju u ma jistax jiġi estrapolat għall-bqija tas-settur, joħloq kompetizzjoni inġusta, ifixkel il-ħidma tas-suq intern u ma jiggarantixxix kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol għall-ħaddiema;

Is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE jipprovdi 5 miljun post tax-xogħol dirett u jirrappreżenta kważi 2 % tal-PDG tal-Unjoni. Madankollu, l-UE qiegħda taffaċċja nuqqas ta' sewwieqa professjonali. Għaldaqstant, u peress li waqfien fit-trasport jipparalizza l-ekonomija, l-UE jeħtiġilha tadotta miżuri li jistgħu jattiraw liż-żgħażagħ lejn dan is-settur filwaqt li jinżammu fl-istess suq is-sewwieqa professjonali li diġà hemm.

Ir-rapporteur taqbel li għandu jkun hemm rekwiżiti ċari għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament 1072/2009, kif ukoll li jiġi żgurat li dawn ikunu xierqa għan-natura tal-attività u d-daqs tal-impriża, mingħajr ma jsiru ostaklu amministrattiv eċċessiv.

F'dan is-sens, u peress li l-implimentazzjoni parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għall-vetturi kummerċjali ħfief tirrikjedi żieda fl-ispejjeż tal-operat ta' bejn 4 % u 10 %, meta dawn il-vetturi jirrappreżentaw biss 0,11 % tat-traffiku internazzjonali f'termini ta' tunnelleta-kilometru, hija meqjusa bħala sproporzjonata l-proposta li tiġi eliminata kompletament l-eżenzjoni eżistenti u inkluża fl-Artikolu 1(4)(a) mingħajr ebda data li tiġġustifika din in-neċessità.

Minħabba n-natura mobbli tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll id-diffikultajiet reali biex jiġi previst iż-żmien meħtieġ għall-provvista internazzjonali ta' servizzi, ir-rapporteur tesprimi d-dubji tagħha dwar l-implikazzjonijiet reali f'termini amministrattivi tal-inklużjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema bħala kriterju sabiex tiġi evalwata l-idoneità.

Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, ir-rapporteur taqbel mal-importanza tal-flessibbiltà, kif ukoll li jiġu applikati regoli ċari u sempliċi u li l-osservanza tagħhom tista' tiġi infurzata b'mod faċli. Madankollu, il-possibbiltà li dawn l-attivitajiet jiġu inklużi mill-ewwel jum fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-postazzjoni tas-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq, mhux biss tagħmel l-applikazzjoni tar-regoli diffiċli, iżda wkoll tgħolli l-prezz tal-esportazzjonijiet. Dan se jirriżulta fi tnaqqis tal-profittabbiltà tat-trasport internazzjonali u se jkollu impatt negattiv kemm fuq is-suq intern kif ukoll fuq is-suq tax-xogħol.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sa issa, u sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. L-għadd ta' tali impriżi, li huma attivi f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali, qed jiżdied. B'riżultat ta' dan, bosta Stati Membri ddeċidew li japplikaw, għal dawk l-impriżi, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq li ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta' professjonalizzazzjoni tas-settur bl-użu ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati skont regoli komuni, u biex b'hekk titwettaq l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha, jenħtieġ li din id-dispożizzjoni titħassar, filwaqt li jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-istabbiliment effettiv u stabbli u l-kapaċità finanzjarja xierqa jsiru obbligatorji.

(2)  Sa issa, u sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq biss, permezz ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. L-għadd ta' tali impriżi qed jiżdied, b'mod partikolari dawk fis-suq tat-trasport nazzjonali, minħabba l-użu ta' vetturi kummerċjali ħfief fil-bliet u fuq rotot iqsar. B'riżultat ta' dan, bosta Stati Membri ddeċidew li japplikaw, għal dawk l-impriżi, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq li ġew previsti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta' professjonalizzazzjoni tas-settur, jitwaqqaf l-isfruttar ta' lakuni u tinħoloq kompetizzjoni aktar ġusta fis-suq intern mingħajr ma jiġu imposti piżijiet amministrattivi u finanzjarji żejda fuq l-impriżi tat-trasport, b'mod partikolari l-SMEs, ir-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li japplikaw b'mod ugwali għall-impriżi li jużaw vetturi jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati li huma involuti f'operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali u ta' kabotaġġ;

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Skont il-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni qiegħda tistma ffrankar għall-impriżi ta' bejn EUR 2,7 sa EUR 5,2 biljuni fil-perjodu 2020-2035.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bħalissa, l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq soġġett għal rekwiżiti li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Ma ntweriex li din il-possibbiltà hi meħtieġa sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet imperattivi, u din wasslet għal diverġenzi fir-rigward ta' tali aċċess. Għaldaqstant, jenħtieġ li din titneħħa.

(3)  L-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq soġġett għal rekwiżiti li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Minkejja li l-attività tat-trasport bit-triq fl-Unjoni tirrappreżenta 5 miljun post tax-xogħol dirett u tikkontribwixxi għal kważi 2 % tal-PDG tal-Unjoni, l-Unjoni qiegħda taffaċċja nuqqas ta' xufiera professjonali, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u n-nisa. Sabiex ikun aktar faċli u aktar attraenti għaż-żgħażagħ u għan-nisa li jaċċessaw din il-professjoni, u bl-istess mod, jinżammu n-nies li bħalissa jaħdmu fis-settur (b'mod speċjali fil-każ tal-SMEs), jenħtieġ li jitnaqqas ix-xogħol illegali u l-impjieg indipendenti fittizju, u l-proċeduri amministrattivi eżistenti jenħtieġ li jsiru aktar flessibbli sabiex ma jkunux piż eċċessiv għall-impriżi żgħar jew għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. L-evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 u (KE) Nru 1072/2009 uriet li r-rekwiżiti regolatorji u amministrattivi bla bżonn huma onerużi kemm għall-korpi tal-gvern kif ukoll għall-impriżi tat-trasport. Kjarifika tar-regoli u aktar simplifikazzjoni amministrattiva huma meħtieġa għal suq kompetittiv u effiċjenti tal-industrija tat-trasport kif ukoll għall-infurzar aħjar tagħhom. Huma meħtieġa ukoll aktar appoġġ u sfruttament tal-iżviluppi teknoloġiċi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru, u li dawn imexxu n-negozju tagħhom minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli.

(4)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru, u li dawn imexxu n-negozju tagħhom minn hemm. Il-libertà ta' stabbiliment hija wieħed mis-sisien tas-suq intern. Madankollu, l-eżistenza ta' kumpaniji fantażma u l-impjieg indipendenti fittizju fis-settur tat-trasport ikkawżaw proliferazzjoni ta' prattiki illeċiti, li jimminaw ir-reputazzjoni tas-settur, peress li b'mod illegali jnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol u jonqsu milli jiżguraw li jitħarsu l-istandards tax-xogħol. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 dwar il-kondizzjonijiet relatati mar-rekwiżit tal-istabbiliment, dwar l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli, u li tiġi żgurata u mmonitorata l-implimentazzjoni tagħhom, billi jiżdiedu l-kontrolli biex b'hekk tintemm il-prattika illegali tal-hekk imsejħa kumpaniji fantażma u tal-impjieg indipendenti fittizju. Jeħtieġ ukoll li titrawwem kooperazzjoni msaħħa, kif ukoll kontrolli konġunti, l-iffissar ta' miri iktar ambizzjużi u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tat-taxxa nazzjonali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

(6)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tat-taxxa nazzjonali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba u jenħtieġ ukoll, bħala deterrent, li jkunu soġġetti għal sanzjonijiet proporzjonati mal-ksur identifikat.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema u l-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

(7)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema, il-kabotaġġ u l-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, jenħtieġ li l-ksur tar-regoli tal-Unjoni li huwa rilevanti għal din il-kwistjoni jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport u tal-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni li tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur rilevanti jiġi ċċarat skont il-każ.

(8)  Minħabba l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni li huma rilevanti għal din il-kwistjoni u għall-ħaddiema kkonċernati jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport u tal-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni li tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur rilevanti jiġi ċċarat skont il-każ.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jkollhom livell minimu ta' pożizzjoni finanzjarja biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul. Madankollu, peress li ġeneralment l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu ta' daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti jkunu inqas stretti minn dawk applikabbli għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi jew minn kombinamenti ta' vetturi li jaqbżu dak il-limitu.

(10)  Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali jkollhom livell suffiċjentita' pożizzjoni finanzjarja, biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul u jenħtieġ li jkunu kapaċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom relatati mas-salarji u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati tagħhom. Madankollu, peress li ġeneralment l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu ta' daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti jkunu inqas stretti minn dawk applikabbli għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi jew minn kombinamenti ta' vetturi li jaqbżu dak il-limitu u jenħtieġ li ma dawn jirrappreżentawx piż żejjed għall-impriżi iżgħar jew għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kemm jista' jkun kompluta sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista' jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi, l-għadd ta' impjegati li jqabbdu l-operaturi, il-klassifikazzjoni tar-riskju tagħhom u l-informazzjoni finanzjarja bażika tagħhom għandhom jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tranfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan.

(11)  Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kontinwament aġġornata sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista' jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi, l-għadd ta' impjegati li jqabbdu l-operaturi, il-klassifikazzjoni tar-riskju tagħhom u l-informazzjoni finanzjarja bażika tagħhom għandhom jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell transfruntier. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interoperabbli u jenħtieġ li d-data li tinsab fihom tkun direttament aċċessibbli għall-uffiċjali tal-infurzar tal-Istati Membri kollha li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport bit-triq mhux residenti fi Stat Membru ospitanti ("kabotaġġ") ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati, filwaqt li jżommu wkoll, b'mod ġenerali, il-livell ta' liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa.

(13)  L-għan prinċipali tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ huwa li jiġu evitati vjaġġi vojta mar-ritorn lejn il-pajjiż ta' stabbiliment, peress li dan jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil u fl-emissjonijiet, itejjeb il-profittabbiltà tal-impriżi u b'hekk tas-suq intern u tas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport bit-triq mhux residenti fi Stat Membru ospitanti ("kabotaġġ") ikunu ċari, sempliċi biex jiġu implimentati mill-operaturi tat-trasport u faċli biex jiġu infurzati. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jkunu konformi mal-liġi applikabbli filwaqt li jinżamm il-livell ta' liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa, mingħajr ma jiddgħajjef il-prinċipju bażiku tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern u tal-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati. Sabiex tiġi żgurata n-natura temporanja u biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin jew distorsjoni tas-suq, kif ukoll il-periklu ta' kabotaġġ sistematiku, ikkawżat mill-hekk imsejħa kumpaniji fantażma jew xufiera nomadiċi, ir-regoli tal-Unjoni stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għas-settur tat-trasport bit-triq japplikaw għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ mill-ewwel jum.

 

_______________

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għal dan l-għan, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u jiġu eliminati l-inċertezzi, jenħtieġ li titneħħa l-limitazzjoni fuq l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ wara li jkun sar trasport internazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jitnaqqsu l-għadd ta' jiem disponibbli għal operazzjonijiet ta' dan it-tip.

(14)  Għal dan l-għan, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u jiġu eliminati l-inċertezzi, jenħtieġ li l-limitazzjoni fuq l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ wara li jkun sar trasport internazzjonali ma tiġix ristretta għal perjodu ta' 48 siegħa.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Wara li jintemmu l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, l-impriżi tat-trasport bit-triq jenħtieġ li ma jitħallewx iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ ulterjuri bl-istess vettura, jew, fil-każ ta' kombinamenti, bil-vettura bil-mutur ta' dawk il-kombinamenti, fl-Istat Membru ospitanti għal sebat ijiem.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  L-effiċjenza ambjentali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq hija aspett ta' rilevanza kbira għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija 2020. Fl-2012, kważi kwart tal-vetturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Unjoni kienu jinkludu vettura vojta, u, f'ħafna każijiet, dan kien minħabba restrizzjonijiet fuq operazzjonijiet ta' kabotaġġ.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  Il-Premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tipprevedi b'mod espliċitu li d-Direttiva 96/71/KE tapplika għall-impriżi tat-trasport li jwettqu operazzjoni ta' kabotaġġ. Peress li l-kabotaġġ jinvolvi parteċipazzjoni diretta fis-suq tat-trasport tal-Istat Membru ospitanti, dan huwa l-uniku mod biex jinkiseb livell ekwu.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Jenħtieġ li l-użu u t-trażsmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta' dan it-tip, u dan għandu jissimplifika l-forniment ta' evidenza rilevanti u l-ipproċessar ta' tali dejta mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta' informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u tad-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

(15)  L-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern u biex jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-infurzar hija essenzjali sabiex tkun disponibbli l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqas il-piż amministrattiv żejjed u jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli. L-aġġornament u l-użu rapidu ta' takografi intelliġenti u dokumenti tat-trasport elettroniċi (eCMR) huma meħtieġa. Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Jenħtieġ li l-użu u t-trażmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta' dan it-tip, u dan għandu jissimplifika l-forniment ta' evidenza rilevanti u l-ipproċessar ta' tali dejta mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta' informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u tad-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodod ta' infurzar hija prerekwiżit għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv żejjed u għat-twettiq ta' infuzar effettiv u effiċjenti tar-regoli fis-settur tat-triq;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-punt (a) jitħassar;

(i)  il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

 

"(a)  impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq biss permezz ta' vetturi bil-mutur jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati u li huma involuti esklussivament f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali;"

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 1 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

imħassar

"6. L-Artikolu 3(1)(b) u (d) u l-Artikoli 4, 6, 8, 9, 14, 19 u 21 ma għandhomx japplikaw għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu:

 

(a)  jitolbu lil dawk l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew uħud minnhom;

 

(b)  inaqqsu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-kategoriji kollha tal-operazzjonijet tat-trasport bit-triq, jew għal xi wħud minnhom.";

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jitħassar;

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(a)  ikollha bini li fih iżżomm id-dokumenti tan-negozju ewlieni tagħha, partikolarment il-kuntratti kummerċjali, id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess biex tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;";

"(a)  ikollha bini adegwat, proporzjonat għall-attivitajiet tal-impriża, li fih iżżomm id-dokumenti tan-negozju ewlieni tagħha, jew tiżgura aċċess għalihom, jew fuq il-karta jew f'format elettroniku, partikolarment il-kuntratti kummerċjali, id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-kabotaġġ, mal-postazzjoni tal-ħaddiema, fejn meħtieġ, u mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jeħtiġilha jkollha aċċess biex tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(aa)  ikollha żoni ta' parkeġġ li jkunu proporzjonati mal-attività u mad-daqs tal-flotta tal-vetturi tagħha;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Il-valutazzjoni tal-istabbiliment effettiv u stabbli ta' impriża hija dejjem valutazzjoni individwali u ġenerali, li tqis il-fatturi rilevanti kollha."

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iii

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b – punt xiia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xiia)  il-kabotaġġ.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 6 – paragrafu 2a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti serji, u li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq, inkluż billi jdgħajfu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport;

(b)  tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti serji, li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq, inkluż billi jdgħajfu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport, kif ukoll in-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol rilevanti tal-Unjoni;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha għandha, fuq bażi permanenti, tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. L-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, din ikollha għad-disposizzjoni tagħha kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 9 000 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali li tintuża. L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati għandhom juru, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 1 800 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 900 għal kull vettura addizzjonali li tintuża."

Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. L-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, din ikollha għad-disposizzjoni tagħha kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 9 000 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali li tintuża li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur jew kombinamenti ta' vetturi biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati għandhom juru, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 1 800 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 900 għal kull vettura addizzjonali li tintuża."

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-impriżi għandhom juru li huma għandhom il-mezzi finanzjarji korrispondenti għal minn tal-inqas xahar paga għal kull ħaddiem mobbli impjegat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kontijiet annwali ċċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat, bħal garanzija bankarja, dokument maħruġ minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi l-aċċess għall-kreditu f'isem l-impriża jew dokument vinkolanti ieħor li juri li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kontijiet annwali ċċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat, bħal garanzija bankarja, polza tal-assigurazzjoni, dokument maħruġ minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi l-aċċess għall-kreditu f'isem l-impriża jew dokument vinkolanti ieħor li juri li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

l-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' 10 snin biex jiżguraw li l-maniġers tat-trasport ikunu konxji mill-iżviluppi fis-settur.

L-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' tliet (3) snin biex jiżguraw li l-persuna jew il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu konxji biżżejjed mill-iżviluppi fis-settur.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009R1071&from=EN)

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  fl-Artikolu 12(2) jitħassar it-tieni subparagrafu;

(8)  fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli minn tal-inqas kull tliet (3) snin biex jivverifikaw li l-impriżi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3."

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt-a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 1, jitħassar it-tieni subparagrafu.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt -i (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-i)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(aa)  "Sabiex ikun hemm infurzar transfruntier aktar effettiv, id-data li tinsab fir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandha tkun kompletament aċċessibbli f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra;"

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a– punt -ia (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ia)  il-punt c jinbidel b'dan li ġej:

(c)  isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta' rappreżentant ġuridiku;

(c)  isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 b'rabta mal-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta' rappreżentant ġuridiku;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt -ib (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ib)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(ca)  l-ismijiet tal-impriżi tat-trasport bit-triq li qabel kienu ġestiti mill-maniġers tat-trasport;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt i

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-għadd ta' impjegati;

(h)  l-għadd ta' impjegati, l-identità tagħhom, il-pajjiż ta' residenza tagħhom, il-leġiżlazzjoni tax-xogħol applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg tagħhom, il-pajjiż fejn isir il-pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali u l-identifikatur tas-sigurtà soċjali tagħhom;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-iskopijiet ta' infurzar transfruntier effettiv, id-data li tinsab fir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandha tkun aċċessibbli f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009R1071&from=EN

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u aċċessibbli fil-Komunità permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif definit fl-Artikolu 18. Aċċessibbiltà permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-interkonnessjoni għandhom jiġu implimentati b'tali mod li awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru tkun tista’ tikkonsulta r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta' kull Stat Membru.

"5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u interoperabbli fl-Unjoni kollha u huma konnessi mal-portal imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 165/2014 b'tali mod li d-data msemmija fil-paragrafu 2 tkun direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll rilevanti kollha tal-Istati Membri kollha."

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009R1071&from=EN

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki ta' monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mal-pjattaforma kontra x-xogħol mhux iddikjarat u mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem.

5.  Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1071/2009

Artikolu 18 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq kumpaniji tat-trasport relatati (kumpaniji omm - kumpaniji sussidjarji) sabiex jiġu identifikati trasferimenti sproporzjonati tal-profitt jew ksur ta' sottofatturar.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasport ta' kontejners jew ta' palits vojta għandu jitqies bħala trasport ta' merkanzija f'isem ħaddieħor meta jkun soġġett għal kuntratt tat-trasport,

It-trasport ta' kontejners jew ta' palits vojta ma għandux jitqies bħala trasport ta' merkanzija internazzjonali f'isem ħaddieħor għall-finijiet tal-Kapitolu III;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trasport ta' merkanzija bit-triq li dieħel jew li ħiereġ li jirrappreżenta l-parti inizjali u/jew il-parti finali ta' vjaġġ ta' trasport ikkombinat kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE."

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  L-Artikolu 1(2) jinbidel bit-test li ġej:

2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċe-versa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. M'għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.

"2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċe-versa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. Madankollu, din il-parti tal-vjaġġ li ssir fi tranżitu għandha tkun eskluża mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema. M'għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz."

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Fl-Artikolu 1(5), jitħassar il-punt (c).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 2 – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  "operazzjoni ta' kabotaġġ" tfisser trasport nazzjonali f'isem ħaddieħor imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti, li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija mill-ġbir minn punt jew punti ta' tagħbija sal-kunsinna tagħha f'punt jew punti ta' kunsinna, kif speċifikat fin-nota ta' konsenja;

6.  "operazzjoni ta' kabotaġġ" tfisser trasport nazzjonali f'isem ħaddieħor imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti, li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija mill-ġbir tal-merkanzija minn punt ta' tagħbija wieħed sal-kunsinna tagħha f'punt ta' kunsinna wieħed;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

It-trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għall-pussess ta' liċenza Komunitarja u, jekk ix-xufier huwa ċittadin ta' pajjiż terz, flimkien mal-attestazzjoni ta' xufier.

It-trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għall-pussess ta' takografu intelliġenti kif previst fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, liċenzja tal-Unjoni u, jekk ix-xufier huwa ċittadin ta' pajjiż terz, flimkien mal-attestazzjoni ta' xufier.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1). "

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32009R1072)

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ssir il-konsenja ta' merkanzija li tkun inġarret bi trasport internazzjonali li jkun dieħel minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz lejn Stat Membru ospitanti, l-operaturi tat-trasport bit-triq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti jew fi Stati Membri kontigwi bl-istess vettura jew, fil-każ ta' vettura kombinata, bil-vettura bil-mutur ta' dik l-istess vettura. L-aħħar ħatt tul operazzjoni ta' kabotaġġ għandu jseħħ fi żmien ħamest 5 ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt it-trasport internazzjonali li jkun dieħel.

2.  Meta ssir il-konsenja ta' merkanzija li tkun inġarret bi trasport internazzjonali li jkun dieħel minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz lejn Stat Membru ospitanti, l-operaturi tat-trasport bit-triq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti bl-istess vettura jew, fil-każ ta' vettura kombinata, bil-vettura bil-mutur ta' dik l-istess vettura. L-aħħar ħatt tul operazzjoni ta' kabotaġġ għandu jseħħ fi żmien 48 siegħa mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt it-trasport internazzjonali li jkun dieħel.

 

L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ awtorizzati skont l-ewwel paragrafu għandu jkollhom natura temporanja u l-ħidma tax-xufier li jwettaq dawn l-operazzjonijiet għandha tiġi organizzata b'tali mod li tippermetti lix-xufier jistrieħ f'daru jew f'post ieħor li jagħżel huwa stess skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-impriżi tat-trasport bit-triq ma għandhomx jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ bl-istess vettura, jew, fil-każ ta' kombinamenti ta' vetturi, bil-vettura bil-mutur ta' dak il-kombinament, fl-Istat Membru ospitanti fi żmien sebat (7) ijiem minn tmiem l-operazzjoni ta' kabotaġġ."

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2b.  Il-fini ta' dawn l-operazzjonijiet għandha tkun li jirritornaw lejn l-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tat-trasport nazzjonali mwettqa fl-Istat Membru ospitanti minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mhux residenti għandhom jitqiesu konformi ma' dan ir-Regolament biss jekk l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ikun jista' jagħti prova ċara tat-trasport internazzjonali li jkun sar qabel.;

Is-servizzi tat-trasport nazzjonali mwettqa fl-Istat Membru ospitanti minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mhux residenti għandhom jitqiesu konformi ma' dan ir-Regolament biss jekk l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ikun jista' jagħti prova ċara tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija reali li jkun sar qabel, u ta' kull operazzjoni konsekuttiva ta' kabotaġġ imwettqa b'nota ta' konsenja. In-noti ta' konsenja għandhom ikunu disponibbli minnufih fil-vettura għall-kontrolli fil-ġenb tat-triq.;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata jew trażmessa lill-uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat tal-Istat Membru ospitanti fuq talba u waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq. Din tista' tiġi ppreżentata jew trażmessa b'mod elettroniku, f'format strutturat li jippermetti li jsiru reviżjonijiet u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u għall-ipproċessar b'kompjuter, bħal pereżempju l-eCMR.* Waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jkun jista' jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

4a.  Kull nota ta' konsenja għandu jkollha n-numri tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vettura u t-trejler użati. In-nota ta' konsenja tista' tiġi ppreżentata elettronikament, f'format strutturat li jippermetti li jsiru reviżjonijiet u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u għall-ipproċessar b'kompjuter, bħal pereżempju l-eCMR. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jospita l-operazzjoni ta' kabotaġġ jistgħu jitolbu l-verifika tad-data relatata mat-takografu skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014. Id-dokumenti u r-rekords għandhom jinżammu u jkunu disponibbli skont id-Direttiva dwar il-postazzjoni tax-xufiera.

_______________

______________

* Nota ta' konsenja elettronika skont il-"Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq".

* Nota ta' konsenja elettronika skont il-"Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq".

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4b.  Sabiex tiġi sorveljata b'mod effikaċi l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi tat-trasport bit-triq għandhom jinnotifikaw bil-miktub permezz ta' dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-Istat Membru li jkun qiegħed jospita l-attività ta' kabotaġġ, mhux aktar tard minn meta tibda l-operazzjoni ta' kabotaġġ, u fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew jekk hemm aktar minn lingwa waħda uffiċjali, tal-inqas f'waħda minnhom, jew f'lingwa oħra aċċettabbli mill-Istat Membru ospitanti, l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex ikun jista' jsir kontroll effikaċi tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, inkluż minn tal-inqas dawn li ġejjin:

 

(a)  l-identità tal-konsenjatur;

 

(b)  it-tul ta' żmien stmat tal-operazzjoni ta' kabotaġġ;

 

(c)  id-data li ġejja dwar kull xufier: l-isem, l-Istat Membru ta' residenza, l-Istat Membru fejn il-kuntratt tax-xogħol ġie rreġistrat, l-Istat Membru fejn jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u n-numru tal-assigurazzjoni soċjali jew nazzjonali."

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 a)  Fl-Artikolu 9(1) jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea)  L-applikazzjoni tar-regoli li jirriżultaw mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE dwar il-postazzjoni tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq1a."

 

1a COM(2017)0278.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'mod li mill-1 ta' Jannar 2020, tal-inqas 2 % tal-għadd totali ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imwettqa fit-territorju tagħhom jiġu kkontrollati f'kull sena kalendarja. Huma għandhom iżidu l-perċentwal għal tal-inqas 3 % mill-1 ta' Jannar 2022. Il-bażi għall-kalkolu ta' dak il-perċentwal għandha tkun l-attività totali ta' kabotaġġ fl-Istat Membru f'termini ta' tunnellati-kilometri fis-sena t-2, kif irrappurtat mill-Eurostat.

1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jsegwi politika ta' infurzar effikaċi fit-territorju tiegħu. Bħala parti minn din il-politika, kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'mod li mill-1 ta' Jannar 2020, tal-inqas 4 % tal-għadd totali ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imwettqa fit-territorju tiegħu jiġu kkontrollati f'kull sena ta' kalendarju. Huma għandhom iżidu l-perċentwal għal tal-inqas 6 % mill-1 ta' Jannar 2022. Il-bażi għall-kalkolu ta' dak il-perċentwal għandha tkun l-attività totali ta' kabotaġġ fl-Istat Membru f'termini ta' tunnellati-kilometri fis-sena t-2, kif irrappurtat mill-Eurostat.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta' kabotaġġ tal-inqas tliet darbiet fis-sena. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta' żewġ Stati Membri jew aktar, b'kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali nominati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta' kabotaġġ tal-inqas sitt (6) darbiet fis-sena. Il-kontrolli jistgħu jsiru flimkien mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta' żewġ Stati Membri jew aktar, b'kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali nominati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 10b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 10b li ġej:

 

"Artikolu 10b

 

Sabiex jissaħħu aktar l-obbligi f'dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Din l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi li għandhom klassifikazzjoni ta' riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u għandha tagħmel użu mill-informazzjoni u d-data rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna mit-takografi intelliġenti fuq perjodu ta' sitta u ħamsin (56) jum. It-takografu intelliġenti għandu jiġi introdott fuq bażi obbligatorja fil-vetturi kollha involuti fit-trasport internazzjonali u fil-kabotaġġ sa mhux aktar tard mit-2 ta' Jannar 2020.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar d-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35)."

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1072/2009

"Artikolu 14a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Kapitoli II u III, f'każ li jikkummissjonaw, b'mod intenzjonat, servizzi tat-trasport li jinvolvu ksur ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Kapitoli II u III, f'każ li jikkummissjonaw, b'mod intenzjonat, servizzi tat-trasport li jinvolvu ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-istat tas-suq tat-trasport bit-triq tal-Unjoni sa tmiem l-2022. Ir-rapport għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet tal-impjiegi fil-professjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1072/2009

Artikolu 17 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' kumpaniji tat-trasport li għandhom sussidjarji fi Stati Membri oħra, l-għadd ta' kumpaniji tat-trasport li ġew ivverifikati għal ksur ta' sottofatturar u/jew trasferimenti sproporzjonati tal-profitt.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

Referenzi

COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Verónica Lope Fontagné

3.10.2017

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

26.2.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

19

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Karima Delli, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Anne Sander, Jasenko Selimovic, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

31

+

ALDE

Robert Rochefort

EFDD

Laura Agea

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Michael Detjen, Elena Gentile, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Karima Delli, Jean Lambert, Terry Reintke

19

-

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Yana Toom

ECR

Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski

ENF

Dominique Bilde, Christelle Lechevalier, Dominique Martin

PPE

Heinz K. Becker, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Verónica Lope Fontagné, Marek Plura, Romana Tomc

3

0

ECR

Helga Stevens

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

S&D

Maria Grapini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

Referenzi

COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ismail Ertug

12.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

15.5.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

15

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Michael Gahler, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Marek Plura, Franck Proust, Dario Tamburrano

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, José Manuel Fernandes, Lampros Fountoulis, Barbara Kappel, Andrey Novakov, Marco Valli

Data tat-tressiq

7.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

EFDD

Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Marco Valli

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Frank Engel, José Manuel Fernandes, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Marek Plura, Claudia Schmidt, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Marita Ulvskog, Janusz Zemke

15

-

ECR

Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

ENF

Marie-Christine Arnautu, Barbara Kappel

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Andrey Novakov, Franck Proust, Massimiliano Salini

VERTS/ALE

Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor

3

0

S&D

Inés Ayala Sender, Maria Grapini, Claudia Țapardel

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Ġunju 2018Avviż legali