Proċedura : 2017/0122(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0205/2018

Testi mressqa :

A8-0205/2018

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 18
CRE 03/07/2018 - 18
PV 27/03/2019 - 8
CRE 27/03/2019 - 8

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2018 - 7.8
CRE 14/06/2018 - 7.8
PV 04/07/2018 - 9.2
CRE 04/07/2018 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/04/2019 - 6.8
CRE 04/04/2019 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0340

RAPPORT     ***I
PDF 1162kWORD 137k
7.6.2018
PE 615.412v02-00 A8-0205/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi

(COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Wim van de Camp

Rapporteur għal opinjoni (*):

Georges Bach, Committee on Employment and Social Affairs

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi

(COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0277),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0167/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0205/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għax-xufiera u kundizzjonijiet ġusti ta' negozju għall-impriżi tat-trasport bit-triq huma tal-ogħla importanza għall-ħolqien ta' settur tat-trasport bit-triq sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli. Biex dak il-proċess jiġi ffaċilitat huwa essenzjali li r-regoli soċjali tal-Unjoni fit-trasport bit-triq ikunu ċari, xierqa għall-iskop tagħhom, faċli biex jiġu applikati u infurzati u implimentati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha.

(1)   Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għax-xufiera u kundizzjonijiet ġusti ta' negozju għall-impriżi tat-trasport bit-triq huma tal-ogħla importanza għall-ħolqien ta' settur tat-trasport bit-triq sikur, effiċjenti u, soċjalment responsabbli u nondiskriminatorju, li jkun kapaċi jattira ħaddiema kwalifikati. Biex dak il-proċess jiġi ffaċilitat huwa essenzjali li r-regoli soċjali tal-Unjoni fit-trasport bit-triq ikunu ċari, proporzjonati, xierqa għall-iskop tagħhom, faċli biex jiġu applikati u infurzati u implimentati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tas-sett eżistenti ta' regoli soċjali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, u b'mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fil-qafas legali eżistenti. Regoli mhux ċari u mhux xierqa dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta' regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn djarhom iwasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta' infurzar diverġenti fl-Istati Membri. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali li jkomplu jżidu l-inċertezza legali u t-trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi.

(2)  Wara li ġew evalwati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tas-sett eżistenti ta' regoli soċjali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, u b'mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-qafas legali. Regoli mhux ċari dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta' regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn djarhom jew lejn post ieħor tal-għażla tagħhom, iwasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta' infurzar diverġenti fl-Istati Membri. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali li jkomplu jżidu l-inċertezza legali u t-trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi.

 

Min-naħa l-oħra, il-perjodi massimi ta' sewqan għal kull jum u ġimgħa, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006, huma effettivi għat-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera fit-toroq u s-sikurezza fit-toroq b'mod ġenerali u għaldaqstant jenħtieġ li jittieħdu passi li jiżguraw li dawn jiġu rispettati.

______________

____________________

9 Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

9 Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jenħtieġ li, fl-interess tas-sikurezza fit-toroq u l-infurzar, ix-xufiera kollha jkunu kompletament konxji kemm tar-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ kif ukoll dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' mistrieħ. Għaldaqstant, huwa proprju li l-Istati Membri jaħdmu sabiex jipproduċu gwida li tippreżenta dan ir-Regolament b'mod ċar u sempliċi, tagħti informazzjoni utli dwar il-faċilitajiet għall-parkeġġ u għall-mistrieħ u tissottolinja l-importanza li jiġi indirizzat is-sewqan fi stat ta' eżawriment.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Huwa fl-interess tas-sikurezza fit-toroq li l-impriżi tat-trasport jiġu inkoraġġiti jadottaw kultura ta' sikurezza li tinkludi politiki u proċeduri ta' sikurezza maħruġa mill-maniġment superjuri, impenn għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sikurezza muri mill-maniġment operattiv u rieda ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza murija mill-ħaddiema. Jenħtieġ li jkun hemm enfasi ċara fuq kwistjonijiet ta' sikurezza tat-trasport bit-triq, inklużi l-eżawriment, ir-responsabbiltà, l-ippjanar tal-vjaġġi, il-ħolqien ta' programm, il-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni u l-ġestjoni "just in time".

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-valutazzjoni ex post tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 kkonfermat li l-infurzar inkonsistenti u mhux effettiv tar-regoli soċjali tal-Unjoni kien prinċipalment ir-riżultat ta' regoli mhux ċari, użu ineffiċjenti tal-għodod ta' kontroll u kooperazzjoni amministrattiva insuffiċjenti bejn l-Istati Membri.

(3)  Il-valutazzjoni ex post tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 ikkonfermat li l-infurzar inkonsistenti u mhux effettiv tar-regoli soċjali tal-Unjoni kien prinċipalment ir-riżultat ta' regoli mhux ċari, użu ineffiċjenti u mhux ugwali tal-għodod ta' kontroll u kooperazzjoni amministrattiva insuffiċjenti bejn l-Istati Membri, li jżidu l-frammentazzjoni tas-suq intern Ewropew.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Regoli ċari, xierqa u infurzati b'mod aktar uniformi huma kruċjali wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-operaturi u biex tittejjeb is-sikurezza stradali għall-utenti kollha tat-toroq.

(4)  Regoli ċari, xierqa u infurzati b'mod aktar uniformi huma kruċjali wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni u jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi u biex tittejjeb is-sikurezza stradali għall-utenti kollha tat-toroq.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Kwalunkwe regoli nazzjonali applikati għat-trasport bit-triq iridu jkunu kemm proporzjonati kif ukoll ġustifikati u ma jridux jostakolaw jew irendu inqas attraenti l-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi sabiex tinżamm jew anke tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)   Sabiex fl-Ewropa kollha jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tat-trasport bit-triq, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-vetturi kollha li jaqbżu t-2,4 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  It-trasport tal-prodotti huwa fundamentalment differenti mit-trasport tan-nies. Ix-xufiera tal-kowċis jinsabu f'kuntatt mill-qrib mal-passiġġieri tagħhom u jenħtieġ li jkunu f'sitwazzjoni fejn jieħdu pawżi b'aktar flessibilità mingħajr ma jiġu estiżi l-perjodi tas-sewqan jew jitnaqqsu l-perjodi ta' mistrieħ u l-pawżi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Ir-rekwiżiti attwali dwar il-mistrieħ regolari fil-ġimgħa jtawwlu dawk il-perjodi bla bżonn. Għaldaqstant ikun tajjeb li d-dispożizzjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tiġi adattata b'tali mod li jkun eħfef għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità mar-regoli u li jaslu lura fi djarhom għal perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst li l-operaturi jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li dawk il-perjodi barra minn djarhom ma jkunux eċċessivament twal.

(6)  Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Ir-rekwiżiti attwali dwar il-mistrieħ regolari fil-ġimgħa jtawwlu dawk il-perjodi bla bżonn. Għaldaqstant ikun tajjeb li d-dispożizzjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tiġi adattata b'tali mod li jkun eħfef għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità mar-regoli u li jaslu lura fi djarhom jew destinazzjoni tal-għażla tagħhom għal perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst li l-operaturi jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li dawk il-perjodi barra minn djarhom ma jkunux eċċessivament twal. Meta xufier jagħżel li jgħaddi dan il-perjodu ta' mistrieħ f'daru, jenħtieġ li l-impriża tat-trasport tipprovdi lix-xufier mezzi biex jirritorna.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Meta jkun previst li x-xogħol ta' xufier jinkludi attivitajiet għal min iħaddmu minbarra l-kompiti tas-sewqan professjonali tiegħu/tagħha, pereżempju tagħbija/ħatt, it-tiftix ta' spazju għall-parkeġġ, il-manutenzjoni tal-vettura, il-preparazzjoni tar-rotta eċċ, il-ħin li għandu bżonn biex iwettaq dawn il-kompiti jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-ħin tax-xogħol tiegħu, il-possibbiltà għal serħan adegwat u l-ħlas.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Sabiex jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fil-postijiet tat-tagħbija u tal-ħatt, jenħtieġ li s-sidien u l-operaturi ta' tali faċilitajiet jipprovdu lix-xufier b'aċċess għal faċilitajiet iġjeniċi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Il-progress rapidu tat-teknoloġija qiegħed jirriżulta fl-iżvilupp ta' sistemi ta' sewqan awtonomu b'livelli dejjem ogħla ta' sofistikazzjoni. Fil-futur, dawn is-sistemi jistgħu jippermettu użu differenzjat tal-vetturi li t-tħaddim tagħhom ma jinvolvix xufier. Din jista' jwassal għal possibilitajiet operattivi ġodda bħall-gwida sekwenzjata (platooning) tat-trakkijiet. B'riżultat ta' dan, il-leġiżlazzjoni eżistenti, inklużi r-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ u għaldaqstant huwa essenzjali li jkun hemm progress dwarhom fil-livell tal-Grupp ta' Ħidma UNECE. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-użu ta' sistemi ta' sewqan awtonomu fl-Istati Membri, akkumpanjat, jekk adatt, minn proposta leġiżlattiva li tieħu kont tal-benefiċċji tat-teknoloġiji ta' sewqan awtonomu. Il-fini ta' din il-leġiżlazzjoni hija li tiggarantixxi s-sikurezza fit-toroq, kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, filwaqt li tippermetti lill-UE tintroduċi teknoloġiji u prattiki innovattivi ġodda.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li ż-żoni dedikati għall-parkeġġ ikollhom il-faċilitajiet kollha neċessarji għal kundizzjonijiet tajba ta' mistrieħ, jiġifieri kundizzjonijiet sanitarji, kulinari, tas-sigurtà u oħrajn.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ huma kruċjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fis-settur u sabiex tinżamm is-sikurezza fit-toroq. Billi l-mistrieħ fil-kabina huwa karatteristiku għas-settur tat-trasport u f'ċerti każijiet ippreferut mill-perspettivi ta' kumdità u adegwatezza, jenħtieġ li x-xufiera jitħallew jistrieħu fil-vettura tagħhom jekk il-vettura tkun mgħammra b'faċilitajiet xierqa ta' rqad. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri la jxekklu u lanqas ifixklu b'mod sproporzjonat il-ħolqien ta' żoni dedikati għall-parkeġġ.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Il-linji gwida TEN-T riveduti jipprevedu l-iżvilupp ta' żoni għall-parkeġġ tul l-awtostradi madwar kull 100 kilometru biex jipprevedu spazju għall-parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell adegwat ta' sikurezza u sigurtà u għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jimplimentaw il-linji gwida TEN-T u jappoġġaw u jinvestu biżżejjed f'żoni għall-parkeġġ sikuri u adattati.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)  Sabiex jiġu pprovduti faċilitajiet ta' mistrieħ ta' kwalità tajba u bi prezz tajjeb, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' intrapriżi soċjali, kummerċjali, pubbliċi u oħrajn għall-funzjonament ta' żoni dedikati għall-parkeġġ.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Ħafna operazzjonijiet tat-trasport bit-triq fil-Komunità jinvolvu t-trasport bil-vapur jew bil-ferrovija għal parti mill-vjaġġ. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet ċari u xierqa dwar il-perjodi ta' mistrieħ u tal-pawżi għal dawn l-operazzjonijiet.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex ikun hemm garanzija ta' infurzar effettiv, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qegħdin iwettqu l-kontrolli fil-ġenb tat-triq, ikunu kapaċi jaċċertaw illi l-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ ikunu ġew osservati kif għandu jkun fil-jum tal-kontroll u fis-56 jum ta' qabel.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu ċari, faċli biex jinftiehmu u infurzabbli, l-informazzjoni trid tkun aċċessibbli għax-xufiera. Jenħtieġ li dan isir permezz tal-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li x-xufiera jirċievu wkoll informazzjoni dwar żoni ta' mistrieħ u parkeġġi siguri li tippermettilhom jippjanaw aħjar il-vjaġġi. Barra minn hekk, permezz tal-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li tinħoloq linja telefonika li twissi lis-servizzi ta' kontroll dwar każijiet ta' pressjoni mhux dovuta li titqiegħed fuq ix-xufiera, każijiet ta' frodi jew imġiba illegali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jobbliga lill-Istati Membri japplikaw klassifikazzjoni komuni ta' ksur meta jkunu qegħdin jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli nazzjonali dwar il-penali applikabbli għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 jiġu implimentati b'mod effettiv, proporzjonat u dissważiv. Huma meħtieġa passi ulterjuri sabiex jiġi żgurat li l-penali kollha applikati mill-Istati Membri huma nondiskriminatorji u proporzjonati skont il-gravità tal-ksur.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex tittejjeb il-kosteffettività tal-infurzar tar-regoli soċjali, jenħtieġ li l-potenzjal tas-sistemi tat-takografi attwali u futuri jiġi sfruttat bis-sħiħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tat-takografu jiġu mtejba sabiex ikun jista' jkun hemm pożizzjonament aktar preċiż, b'mod partikolari waqt l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali.

(11)  Biex tittejjeb il-kosteffettività tal-infurzar tar-regoli soċjali, jenħtieġ li s-sistemi tat-takografi attwali u intelliġenti jkunu obbligatorji fit-trasport internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tat-takografu jiġu mtejba sabiex ikun jista' jkun hemm pożizzjonament aktar preċiż.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwi fost il-kumpaniji tat-trasport internazzjonali bit-triq jagħmluha neċessarja li jitqassar il-perjodu tranżitorju għall-installazzjoni tat-takografu diġitali intelliġenti fil-vetturi rreġistrati. It-takografu intelliġenti ser jikkontribwixxi għal kontrolli ssimplifikati u b'hekk jiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Filwaqt li jitqies l-użu mifrux ta' smartphones u l-iżvilupp kontinwu tal-funzjonalitajiet tagħhom, u fid-dawl tal-varar ta' Galileo, li joffri aktar opportunitajiet għal lokalizzazzjoni f'ħin reali, li bosta mobiles diġà jużaw, jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa u tiċċertifika applikazzjoni tal-mobile li toffri l-istess benefiċċji bħal dawk offruti mit-takografu intelliġenti bl-istess spejjeż assoċjati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt (aa) li ġej:

 

"(aa)  ta' merkanzija fl-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali, fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-2,4 tunnellati, jew"

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 3 – punt h a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ha)  vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport ta' merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b'kiri jew b'kumpens, iżda fuq kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tal-persuna li ssuq il-vettura;"

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt r

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  "trasport mhux kummerċjali" tfisser kull trasport bit-triq, għajr trasport f'isem ħaddieħor jew għall-kont proprju, li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul.

(r)  "trasport mhux kummerċjali" tfisser kull trasport bit-triq, għajr trasport f'isem ħaddieħor jew għall-kont proprju, li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul jew fatturat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ra (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 4 jiżdied il-punt (ra) ġdid:

 

(ra)  "id-dar" tfisser ir-residenza rreġistrata tax-xufier fi Stat Membru."

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  L-età minima għal kundutturi għandha tkun ta' 18-il sena.

"1.  L-età minima għax-xufiera għandha tkun ta' 18-il sena."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32006R0561&from=MT)

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din il-pawża tista' tiġi mibdula minn pawża ta' mill-inqas 15-il minuta li tiġi segwita minn pawża ta' mill-inqas 30 minuta kull waħda mqassma fuq il-perijodu b'tali mod li tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Din il-pawża tista' tiġi mibdula minn pawżi ta' mill-inqas 15-il minuta kull waħda mqassma fuq il-perjodu b'tali mod li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu. Kwalunkwe pawża meħuda b'dan il-mod qabel inqas minn 45 minuta ta' ħin ta' sewqan m'għandhiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu.

(http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:5cf5ebde-d494-40eb-86a7-2131294ccbd9.0005.02/DOC_1&format=PDF)

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

  

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 8(6), jiddaħħal dan il-punt li ġej:

 

(ba)  tliet perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa u perjodu wieħed imnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 24 siegħa.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandhom jiġu kkumpensati b'perjodu ta' mistrieħ ekwivalenti meħud f'daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa ta' wara l-ġimgħa inkwistjoni.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c), il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa speċifikati hawn fuq għandhom jiġu kkumpensati b'perjodu ta' mistrieħ ekwivalenti meħud f'daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa ta' wara l-ġimgħa inkwistjoni f'konformità mal-paragrafu 8b.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6a – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Fl-Artikolu 8, il-parti introduttorja tal-paragrafu 6a għandha tinbidel b'dan li ġej:

6a. B' deroga mill-paragrafu 6, sewwieq li jkun qed iwettaq servizz wieħed okkażjonali ta' trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, jista' jipposponi l-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa b'sa 12-il perjodu konsekuttiv ta' 24 siegħa wara perjodu regolari preċedenti ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, kemm-il darba:

"6a.  B'deroga mill-paragrafu 6, xufier li jkun qed iwettaq servizz wieħed okkażjonali ta' trasport tal-passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, jista' jipposponi l-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa b'sa 12-il perjodu konsekuttiv ta' 24 siegħa wara perjodu regolari preċedenti ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, kemm-il darba:"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32006R0561)

Ġustifikazzjoni

Din id-deroga għandha tapplika wkoll għat-trasport nazzjonali u b'mod partikolari l-Istati Membri l-kbar għandhom jibbenefikaw minn din l-għażla.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6a – punt (a)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  Fl-Artikolu 8(6a), il-punt (a) huwa mħassar:

(a)  is-servizz idum għallinqas 24 siegħa konsekuttiva fi Stat Membru jew pajjiż terz li għalih ikun japplika dan ir-Regolament u li ma jkunx dak fejn ikun beda s-servizz;

""

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32006R0561)

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)  Fl-Artikolu 8, jiżdied paragrafu ġdid:

 

"6aa.  B'deroga mill-Artikolu 8(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(6), xufier li jkun involut f'okkażjoni waħda ta' trasport tal-passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, jista' jipposponi, l-aktar darbtejn fil-ġimgħa, il-ħin ta' mistrieħ ta' kuljum b'siegħa, dment li l-perjodu ta' mistrieħ ta' kuljum li jkun ħa wara l-użu tad-deroga jdum mill-inqas 9 sigħat, dment li s-sikurezza fit-toroq ma tiġix ipperikolata b'dan."

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ad (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ad)  Fl-Artikolu 8, jiżdied paragrafu ġdid:

 

"6ab.  Sakemm is-sikurezza fit-toroq ma tiġix ipperikolata, xufier li jkun qiegħed iwettaq trasport okkażjonali ta' darba tal-passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, jista' jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ kuljum maqsum fi tliet perjodi li għandhom jikkonsistu tal-inqas: f'perjodu mhux interrott ta' siegħa, f'perjodu mhux interrott ta' sagħtejn u perjodu mhux interrott ta' disa' sigħat. Dawn il-perjodi jistgħu jitqassmu fi kwalunkwe ordni, ħlief għal żewġ perjodi ta' disa' sigħat konsekuttivi minn jum għall-ieħor."

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandu jittieħed eżatt qabel jew wara perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa.

(7)  Kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandu jkun marbut mal-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

8.  Fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, perijodi ta' mistrieħ ta' kuljum u perijodi mnaqqsa ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa 'l bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu f'vettura, sakemm din ikollha faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa.

"8.  Fejn xufier jagħżel li jagħmel dan, perijodi ta' mistrieħ ta' kuljum 'l bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu f'vettura, sakemm din ikollha faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa."

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Il-perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti ma għandhomx jittieħdu f'vettura. Dawn għandhom jittieħdu f'akkomodazzjoni xierqa, b'faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adattati;

8a.  Il-perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti ma għandhomx jittieħdu f'vettura. Minflok, dawn għandhom jittieħdu f'akkomodazzjoni xierqa, b'faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adattati. Dik l-akkomodazzjoni għandha tkun:

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8a – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  imħallsa jew ipprovduti mill-impjegatur, jew

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fid-dar jew f'post privat ieħor magħżul mix-xufier

(b)  fid-dar tax-xufier jew f'post privat ieħor magħżul mix-xufier.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 8, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"8aa.  Il-paragrafu 8a ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa u l-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa jittieħdu f'postijiet li jkunu ċċertifikati bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8a, dment li l-vettura tkun wieqfa u jkollha faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier."

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8b – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8b.  Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa f'kull perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi.

8b.  Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew f'post ieħor tal-għażla tax-xufier qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi. Ix-xufier għandu jinforma lill-impriża tat-trasport sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel tali perjodu ta' mistrieħ, jekk dan ikun ser jittieħed f'post li mhuwiex id-dar tax-xufier. Meta xufier jagħżel li jqatta' dan il-ħin tal-mistrieħ f'daru, l-impriża tat-trasport għandha tipprovdi lix-xufier il-mezzi meħtieġa biex jerġa' lura lejn daru.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8b – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 8(8b), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Ix-xufier irid jiddikjara li perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal mistrieħ imnaqqas fil-ġimgħa, ittieħed f'post tal-għażla tax-xufier. Id-dikjarazzjoni trid tinżamm fil-bini tal-impriża."

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 8a

 

1.  B'deroga mill-Artikolu 8(8a), xufier jista' jieħu perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa u perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa fi kwalunkwe żoni għall-parkeġġ li jkunu awtoċertifikati bħala Żoni Dedikat għall-Parkeġġ (DPA).

 

2.   Iż-żoni kollha għall-parkeġġ li jkollhom tal-inqas il-faċilitajiet u l-karatteristiċi stipulati fl-Anness 1 jistgħu fl-entrata tagħhom jindikaw li huma awtoċertifikati bħala Żona Dedikata għall-Parkeġġ.

 

3.   L-Istati Membri jridu jiżguraw li jsiru verifiki għall-għarrieda fuq bażi regolari biex jivverifikaw il-konformità tal-karatteristiċi tal-parkeġġ mal-kriterji tad-DPA stipulati fl-Anness 1.

 

4.   L-Istati Membri għandhom jinvestigaw ilmenti ta' DPAs awtoċertifikati li mhumiex konformi mal-kriterji stipulati fl-Anness 1.

 

5.  L-Istati Membri għandhom jikkondividu l-informazzjoni dwar żoni dedikati għall-parkeġġ li m'għadhomx jitqiesu bħala konformi mal-kriterji stipulati fl-Anness 1 permezz tal-punt ta' aċċess nazzjonali jew internazzjonali msemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 885/2013.

 

6.  Iż-żoni kollha għall-parkeġġ li huma konformi mal-kriterji DPA stipulati fl-Anness 1 jitqiesu bħala adatti għall-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum, għall-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa, għall-perjodi ta' mistrieħ kumpensat u għall-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, sakemm mhux indikat mod ieħor f'konformità mal-paragrafu 5.

 

7.  L-Istati Membri għandhom joħorġu rapport annwali lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-disponibbiltà ta' Żoni Dedikati għall-Parkeġġ fit-territorju nazzjonali tagħhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

8.  L-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' Żoni Dedikati għall-Parkeġġ skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

 

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ għax-xufiera u ta' faċilitajiet siguri għall-parkeġġ. Dan ir-rapport għandu jiġi aġġornat kull sena abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-paragrafu 5 u jinkludi lista ta' miżuri proposti biex jiżdied l-għadd u l-kwalità tal-faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ għax-xufiera u l-faċilitajiet siguri għall-parkeġġ.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal iktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispoizzjoni tiegħu aċċess għal sodda jew couchette.

9.  B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal iktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew couchette.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu 1a:

 

"Id-deroga fil-paragrafu 1 tista' tiġi estiża għal mistrieħ regolari fil-ġimgħa meta t-tul tal-vjaġġ bil-vapur ikun ta' 12-il siegħa jew aktar. Matul dak il-perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa, ix-xufier għandu jkollu aċċess għal kabina tal-irqad."

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.   Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-disposizzjoni tagħha xi ħlas, anke jekk ikun fil-forma ta' bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u/jew l-ammont ta' merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas ikun tali li jista' jipperikola s-sigurtà fit-triq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta' dan ir-Regolament.

"1.  Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-dispożizzjoni tagħha xi ħlas, anke jekk ikun fil-forma ta' bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ li jkun sar, il-ħeffa tal-kunsinna u/jew l-ammont ta' merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas jinkoraġġixxi ksur ta' dan ir-Regolament."

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 561/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Diment li ma tiġix preġudikata s-sikurezza stradali, ix-xufier jista' jitbiegħed mill-Artikolu 8(2) u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(6) sabiex ikun jista' jasal f'akkomodazzjoni xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 8(8a) u jieħu l-mistrieħ tiegħu ta' kuljum jew fil-ġimgħa hemmhekk. Il-fatt li jitbiegħed mill-Artikolu 8(2) u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(6) ma għandux iwassal biex jinqabżu l-ħinijiet ta' sewqan ta' kuljum jew fil-ġimgħa, u lanqas għal tqassir fil-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum jew fil-ġimgħa. Ix-xufier għandu jindika r-raġuni għaliex ikun tbiegħed hekk b'mod manwali fuq il-folja ta' reġistrazzjoni tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew fuq kopja stampata mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal f'akkomodazzjoni adattata.

Dment li ma tiġix ipperikolata s-sikurezza fit-toroq, ix-xufier jista' jitbiegħed b'mod eċċezzjonali mill-Artikolu 6(1) wara mistrieħ ta' 30 minuta, sabiex fi żmien sagħtejn jasal fiċ-ċentru operattiv ta' min iħaddmu fejn ix-xufier ikun normalment ibbażat. Ix-xufier għandu jindika r-raġuni għaliex ikun tbiegħed hekk b'mod manwali fuq il-folja ta' reġistrazzjoni tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni. Dan il-perjodu sa sagħtejn għandhom jiġu kkumpensati b'perjodu ekwivalenti ta' mistrieħ meħud f'darba, sa tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Fl-Artikolu 13(1), il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

(d)  vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati użati minn fornituri ta' servizzi universali kif imfisser f'Artikolu 2(13) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewroprew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta' servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz biex iwasslu oġġetti bħala parti mis-servizz universali.

d)  vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati użati minn fornituri ta' servizzi universali kif imfisser f'Artikolu 2(13) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta' servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz biex iwasslu oġġetti bħala parti mill-oġġetti tal-posta kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 97/67/KE.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&qid=1512486773548&from=MT)

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7b)  Fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

(e) vetturi li joperaw b'mod esklużiv fuq gzejjer li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru f'żona li ma tkunx magħquda mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur;

"(e)  vetturi li joperaw b'mod esklużiv fuq gżejjer jew reġjuni iżolati mill-bqija tat-territorju nazzjonali li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru f'żona li ma tkunx konnessa mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur, u li ma jkollhomx fruntieri ma' xi Stat Membru ieħor;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02006R0561-20150302&from=MT)

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(pa)  vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'massa massima permessa li ma taqbiżx l-44 tunnellata li jintużaw minn impriża ta' kostruzzjoni f'raġġ sa 100 km mill-bażi tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jkunx l-attività ewlenija tax-xufier;"

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet urġenti l-Istati Membri jistgħu jagħtu, taħt ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, eċċezzjoni temporanja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tletin jum, li għandha tiġi ġustifikata kif imiss u nnotifikata minnufih lill-Kummissjoni.

2.  F'każijiet urġenti l-Istati Membri jistgħu jagħtu, taħt ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, eċċezzjoni temporanja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tletin jum, li għandha tiġi ġustifikata kif imiss u nnotifikata minnufih lill-Kummissjoni.

 

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web pubbliku ddedikat apposta u miżmum mill-Kummissjoni bil-lingwi kollha tal-UE.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xufiera tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 3(a) huma rregolati b'regoli nazzjonali li jipprovdu protezzjoni xierqa fir-rigward tal-ħinijiet permessi tas-sewqan u l-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ obbligatorji. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli għal xufiera bħal dawn.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xufiera tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 3(a) huma rregolati b'regoli nazzjonali li jipprovdu protezzjoni xierqa fir-rigward tal-ħinijiet permessi tas-sewqan u l-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ obbligatorji. Huwa fl-interess tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera kif ukoll tas-sikurezza fit-toroq u l-infurzar li l-Istati Membri għandhom jipprovdu żoni għall-parkeġġ u għall-mistrieħ, ħielsa mill-borra u s-silġ fix-xitwa, speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi u/jew reġjuni periferiċi tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a.  Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-użu tas-sistemi ta' sewqan awtonomu fl-Istati Membri u l-possibbiltà li x-xufiera jirreġistraw il-perjodu li fih tiġi attivata s-sistema ta' sewqan awtonomu, u għandu jkun akkumpanjat, jekk adatt, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżiti meħtieġa għax-xufiera biex jirreġistraw din id-data fit-takografu intelliġenti."

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati skont il-gravità tagħhom kif stabbilit skont l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, dissważivi u mhux diskriminatorji. L-ebda ksur ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 ma għandu jkun soġġett għal aktar minn penali jew proċedura waħda. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri u bir-regoli dwar il-penali sad-data speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29. Għandhom jinnotifikawha minnufih b'kull emenda sussegwenti għalihom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kif xieraq.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi u proporzjonati skont il-gravità tal-ksur, kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, dissważivi u mhux diskriminatorji. L-ebda ksur ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 ma għandu jkun soġġett għal aktar minn penali jew proċedura waħda. L-Istati Membri għandhom, sad-data speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u l-miżuri, flimkien mal-metodu u l-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali biex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawk ir-regoli u l-miżuri, u dwar kull emenda għalihom.

 

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web pubbliku ddedikat apposta u miżmum mill-Kummissjoni bil-lingwi kollha tal-UE, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar tali penali applikabbli fl-Istati Membri tal-UE.

__________________

__________________

12  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

12  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 25 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu approċċi komuni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu approċċi komuni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Anness (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiżdied l-Anness li ġej:

 

"Ir-rekwiżiti minimi għaż-żoni għall-parkeġġ

 

Parti A: Faċilitajiet tas-servizzi

 

1)  Tojlits b'viti tal-ilma, nodfa, jaħdmu tajjeb u jiġu kkontrollati regolarment:

 

- sa 10 postijiet għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed b'erba' tojlits;

 

- bejn 10 u 25 post għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed bi tmien tojlits;

 

- bejn 25 u 50 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'10 tojlits kull blokk;

 

- bejn 50 u 75 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki bi 15-il tojlit kull blokk;

 

- bejn 75 u 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas erba' blokki bi 15-il tojlit kull blokk;

 

- aktar minn 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas sitt blokki bi 15-il tojlit kull blokk.

 

2)  Doċċi nodfa, jaħdmu tajjeb u jiġu kkontrollati regolarment:

 

- sa 10 postijiet għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed b'żewġ doċċi;

 

- bejn 25 u 50 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'ħames doċċi kull blokk;

 

- bejn 50 u 75 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'10 doċċi kull blokk;

 

- bejn 75 u 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas erba' blokki bi 12-il doċċa kull blokk;

 

- aktar minn 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas sitt blokki bi 15-il doċċa kull blokk.

 

3)  Aċċess adegwat għall-ilma tax-xorb;

 

4)  Faċilitajiet tat-tisjir xierqa, snack-bar jew ristoranti;

 

5)  Ħwienet b'varjetà ta' ikel, xorb, eċċ. fuq il-post jew fil-qrib;

 

6)  Reċipjenti tal-iskart disponibbli f'ammont u kapaċità adegwati;

 

7)  Kenn għax-xita jew ix-xemx qrib iż-żona għall-parkeġġ;

 

8)  Pjan ta' kontinġenza/ġestjoni disponibbli/kuntatti ta' emerġenza magħrufa mill-persunal;

 

9)  Imwejjed tal-pikniks bil-bankijiet jew alternattivi disponibbli f'ammonti raġonevoli;

 

10)  Servizz ta' Wi-Fi apposta;

 

11)  Sistema ta' riservazzjoni, ħlas u ħruġ ta' fattura mingħajr flus kontanti;

 

12)  Sistema ta' indikazzjoni li turi d-disponibbiltà ta' postijiet vojta kemm fil-post kif ukoll online;

 

13)  Il-faċilitajiet ikunu jilqgħu kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa.

 

Parti B: Karatteristiċi tas-sigurtà

 

1)  Separazzjoni kontinwa taż-żona għall-parkeġġ u l-inħawi ta' madwarha, bħal ċnut jew barrieri alternattivi li jimpedixxu d-dħul każwali u d-dħul illegali intenzjonat jew li jtawwlu d-dħul;

 

2)  L-utenti taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet u l-persunal taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet biss jingħataw aċċess għall-parkeġġ;

 

3)  Reġistrazzjoni diġitali fil-post (mill-inqas 25fps). Is-sistema tirreġistra jew kontinwament jew permezz ta' manjiera ta' kxif ta' moviment;

 

4)  Sistema ta' CCTV li tkun tista' tkopri ċ-ċint kollu u tiżgura li l-attivitajiet kollha viċin iċ-ċint jistgħu jiġu rreġistrati b'mod ċar (reġistrazzjoni tas-CCTV);

 

5)  Is-sorveljanza tas-sit permezz ta' rondi jew b'xi mod ieħor;

 

6)  Kull inċident kriminali għandu jiġi rrapportat lill-persunal taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet u lill-pulizija. Jekk ikun possibbli, il-vettura għandha tibqa' fejn tkun sakemm jingħataw istruzzjonijiet mill-pulizija;

 

7)  Karreġġati, kemm għas-sewqan kif ukoll għall-persuni bil-mixi, imdawla f'kull ħin;

 

8)  Is-sikurezza tal-persuni bil-mixi fiż-żoni dedikati għall-parkeġġ;

 

9)  Is-sorveljanza taż-żona għall-parkeġġ permezz ta' kontrolli tas-sigurtà xierqa u proporzjonati;

 

10)  Numru/Numri tat-telefown tas-servizzi ta' emerġenza indikati b'mod ċar."

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi u rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament u tal-Kunsill14 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE15.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi u rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament u tal-Kunsill14 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE15, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE15a, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE sa fejn jikkonċerna l-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u d-Direttiva li tistipula regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar ta' xufiera fit-trasport bit-triq.

__________________

__________________

14  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

14  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

15  Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).

15  Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).

 

15a  Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1)

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 2 – punt 2 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)  Fl-Artikolu 2(2), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ha)  'takografu intelliġenti' tfisser takografu diġitali li juża servizz ta' pożizzjonament ibbażat fuq sistema ta' navigazzjoni bis-satellita li awtomatikament tiddetermina l-pożizzjoni tiegħu skont dan ir-Regolament;"

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

4.  Ħmistax-il sena wara li vetturi ġodda irreġistrati jkunu obbligati jkollhom takografu kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10, il-vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom għandu jkollhom immuntat tali takografu.

4.  Sa mhux aktar tard minn1... [ĠU: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti:

 

(a)  vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom ikunu mgħammra b'takografu analogu,

 

(b)  vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli sat-30 ta' Settembru 2011; jew

 

(c)  vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2011,

 

__________________

 

  Jekk jitqies id-dħul fis-seħħ tal-pakkett tat-triq fl-2019, l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għall-verżjoni 2 tat-takografu intelliġenti sal-2019/2020 (ara l-Artikolu 11 hawn taħt), filwaqt li jiġi applikat minn hemm 'il quddiem approċċ gradwali għall-modifika retroattiva.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&qid=1512486773548&from=MT)

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1d)  Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4a:

 

4a  Sa... [ĠU: erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi kollha li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2012, għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 3 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1e)  Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4b:

 

4b  Sa... [ĠU: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi kollha li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu intelliġenti li jkun konformi mal-Anness IC tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2016/799, għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1f)  Fl-Artikolu 4(2), jiddaħħal l-inċiż li ġej:

 

- ikollhom biżżejjed kapaċità ta' memorja biex jaħżnu d-data kollha meħtieġa skont dan ir-Regolament;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1g)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jitwettaq biss għall-fini ta' verifika ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

"1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jitwettaq biss għall-fini ta' verifika ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u mad-Direttiva li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679.

 

"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1#ntr15-L_2014060MT.01000101-E0015)

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 7 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1h)  Fl-Artikolu 7, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li d-data personali tkun protetta minn użi li mhumiex dawk strettament marbuta ma' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, f'konformità mal-paragrafu 1, fir-rigward ta':

"2.  L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li d-data personali tkun protetta minn użi li mhumiex dawk strettament marbuta ma' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u mad-Direttiva li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, f'konformità mal-paragrafu 1, fir-rigward ta':

 

"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1#ntr15-L_2014060MT.01000101-E0015)

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 8 – paragrafu 1 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kull tliet sigħat ta' ħin akkumulat ta' sewqan;

– kull minuta ta' ħin akkumulat ta' sewqan u kull darba li l-vettura taqsam minn fruntiera għal oħra ta' Stat Membru;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 8(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet ta' kontroll, it-takografu intelliġenti għandu jirreġistra wkoll anke jekk il-vettura intużatx għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri, kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fl-Artikolu 8(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

Il-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba minn... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] għandhom ikunu mgħammra b'takografu skont it-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Ħmistax-il sena wara li vetturi ġodda irreġistrati jkunu obbligati li jkollhom takografu kif previst f'dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom kemm ikun meħtieġ tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill-bogħod biex jippermetti l-komunikazzjoni ta' data msemmija f'dan l-Artikolu, b'kont meħud tar-rekwiżiti u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom tal-infurzar. Sa dak iż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk jipprovdux lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom tali tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill-bogħod.

"2.  Sa... [ĠU: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom kemm ikun meħtieġ tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill-bogħod biex jippermetti l-komunikazzjoni ta' data msemmija f'dan l-Artikolu, b'kont meħud tar-rekwiżiti u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom tal-infurzar. Sa dak iż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk jipprovdux lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom tali tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill-bogħod."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&qid=1512486773548&from=MT)

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1d)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3.  Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita bit-takografu biss meta mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet ta' kontroll. Din għandha tkun sikura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-data u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll. L-aċċess għad-data kkomunikata għandu jkun ristrett għall-awtoritajiet tal-kontroll awtorizzati li jivverifikaw ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u ta' dan ir-Regolament u għall-ħwienet tax-xogħol sa fejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu.

"3.  Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita bit-takografu biss meta mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet ta' kontroll. Din għandha tkun sikura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll. L-aċċess għad-data kkomunikata għandu jkun ristrett għall-awtoritajiet tal-kontroll awtorizzati li jivverifikaw ksur tal-atti legali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u ta' dan ir-Regolament u għall-ħwienet tax-xogħol sa fejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1#ntr15-L_2014060MT.01000101-E0015)

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1e)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

Biex ikun żgurat li t-takografi intelliġenti jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dettaljati neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 8, 9 u 10, minbarra dispożizzjonijiet li jkunu jipprevedu r-reġistrazzjoni ta' data addizzjonali mit-takografu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

"Biex ikun żgurat li t-takografi intelliġenti jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dettaljati neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 8, 9 u 10, minbarra dispożizzjonijiet li jkunu jipprevedu r-reġistrazzjoni ta' data addizzjonali mit-takografu.

 

Sa... [ĠU: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe qsim tal-fruntiera tal-vettura msemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3)."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1#ntr15-L_2014060MT.01000101-E0015)

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 34 – paragrafu 5 – punt b – punt (iv)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f)  Fl-Artikolu 34(5), il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(iv)  taħt is-sinjal : pawżi fix-xogħol u perijodi ta' mistrieħ.

"(iv)  taħt is-sinjal : pawżi, mistrieħ, liv annwali jew liv minħabba mard,

 

taħt is-sinjal "vapur/ferrovija": Flimkien mas-sinjal: il-perjodu ta' mistrieħ li jsir fuq vapur jew ferrovija kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006."

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 34 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Ix-xufier għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli tal-pajjiżi li fihom ikun inbeda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum, kif ukoll fejn u meta x-xufier ikun għadda minn fruntiera għall-oħra fil-vettura meta jasal f'post ta' waqfien adattat. Stat Membru jista' jeħtieġ li x-xufiera ta' vetturi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, diment li dawk l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998.

7.  Meta t-takografu ma jkunx kapaċi jirreġistra l-qsim tal-fruntieri b'mod awtomatiku, fl-ewwel post ta' waqfien possibbli u disponibbli, ix-xufier għandu jdaħħal is-simboli tal-pajjiżi li fihom ikun inbeda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum, kif ukoll fejn u meta x-xufier ikun għadda minn fruntiera għall-oħra. Il-kodiċi tal-pajjiż wara l-qsim ta' fruntiera f'pajjiż ġdid għandu jiddaħħal taħt l-intestatura BEGIN fit-takografu. Stat Membru jista' jeħtieġ li x-xufiera ta' vetturi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, diment li dawk l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998."

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 34 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 7a ġdid għandu jiddaħħal:

 

"7a.  Ix-xufiera għandhom jingħataw taħriġ dwar kif jużaw takografu korrettament sabiex ikun hemm użu sħiħ tat-tagħmir. Ix-xufiera m'għandhomx ikunu responsabbli għall-ispejjeż tat-taħriġ tagħhom, iżda min iħaddimhom għandu jipprovdi dan it-taħriġ."

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 34 – paragrafu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 7b ġdid għandu jiddaħħal:

 

"7b.  L-akbar ammont possibbli ta' awtoritajiet ta' kontroll għandhom ikunu mħarrġa dwar kif jaqraw u jimmonitorjaw korrettament it-takografu."

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2c)  Fl-Artikolu 36(1), il-punt (i) huwa emendat kif ġej:

(i)  il-folji ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fit-28 jum ta' qabel,

"(i)  il-folji ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fis-56 jum ta' qabel,"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1)

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt iii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2d)  Fl-Artikolu 36(1), il-punt (iii) huwa emendat kif ġej:

(iii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.

"(iii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&rid=1)

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt ii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2e)  Fl-Artikolu 36(2), il-punt (ii) huwa emendat kif ġej:

(ii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006,

"(ii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006,"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014R0165&qid=1512486773548&from=MT)

(1)

  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-UE żviluppat firxa ta' regoli soċjali u tas-suq bil-għan li tiżgura settur tat-trasport bit-triq li jkun ġust, jiffunzjona tajjeb, sikur u soċjalment sostenibbli. Ir-Regolamenti attwali 561/2006 dwar il-Ħin tas-Sewqan u 165/2014 dwar it-Takografu ġew adottati sabiex itejbu s-sikurezza tat-toroq u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, u sabiex isaħħu kemm il-konformità mar-regoli kif ukoll il-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tat-toroq.

Madankollu, l-evalwazzjonijiet juru li n-nuqqasijiet fir-regoli attwali, kif ukoll l-infurzar insuffiċjenti, wasslu biex l-għanijiet iddikjarati ma jintlaħqux għalkollox. Ir-regoli mhux ċari u/jew mhux xierqa dwar il-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta' regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn darhom, wasslu biex Stati Membri differenti jużaw interpretazzjonijiet u prattiki ta' infurzar differenti. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali, li rriżultaw f'aktar oqsma ta' inċertezza ġuridika, u fit-trattament mhux indaqs u inkonsistenti tax-xufiera u tal-operaturi. Il-ksur l-aktar komuni kellu x'jaqsam mal-perjodi ta' mistrieħ (25 %), il-pawżi (23 %), iż-żamma tar-rekords tal-ħinijiet tas-sewqan (17 %) u l-ħin tas-sewqan (16 %).

L-evalwazzjoni enfasizzat ukoll l-użu ineffiċjenti tal-għodod ta' kontroll u tas-sistemi ta' skambju tad-data, inklużi t-takografi.

Il-Proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni adottat ġabra ta' 8 proposti leġiżlattivi (il-pakkett "L-Ewropa Attiva" għal mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa) fil-31 ta' Mejju 2017 bl-għanijiet li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti, jiġi ppreservat is-suq intern u jiġu żgurati d-drittijiet tal-ħaddiema f'dan is-settur.

Il-proposta attwali li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 (ir-Regolament dwar il-Ħin tas-Sewqan) u (UE) Nru 165/2014 (ir-Regolament dwar it-Takografi) għandha l-għan li tirrimedja n-nuqqasijiet li jeżistu fil-liġi attwali, bħalma huma n-nuqqas ta' ċarezza, l-implimentazzjoni mhux uniformi, l-infurzar insuffiċjenti, u li tiffaċilita kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet rilevanti.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġa l-pakkett leġiżlattiv tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva" u din il-proposta, għaliex għandhom l-għan li jrawmu kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta fis-settur, filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn, taċċelera d-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tat-trasport u tagħti spinta lill-infurzar. Huwa jqis bħala importanti ħafna li l-proposti jiġu ttrattati flimkien, bil-għan li tiġi żgurata l-adozzjoni ta' ġabra konsistenti ta' leġiżlazzjoni.

Ir-rapporteur għandu l-ħsieb li jkompli jtejjeb il-proposta tal-Kummissjoni fl-oqsma ewlenin li ġejjin, bil-prinċipju gwida jkun "Regolamentazzjoni inqas u diġitalizzazzjoni aħjar":

1. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-flessibbiltà tax-xufiera

It-trasport bit-triq, b'mod speċjali dak fuq distanzi twal u dak internazzjonali, qed jiffaċċja skarsezza imminenti ta' xufiera madwar l-Istati Membri kollha. Dan huwa parzjalment minħabba l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tax-xufiera. Dawn jinkludu perjodi twal 'il bogħod mid-dar u n-nuqqas sistemiku ta' akkomodazzjoni adegwata.

- Aktar flessibilità fl-applikazzjoni tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ

Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Ir-rekwiżiti attwali dwar il-mistrieħ regolari fil-ġimgħa jtawwlu bla bżonn dawk il-perjodi. Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta li jiġu adattati regoli tal-Unjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa sabiex jagħmluha eħfef biex ix-xufiera jkunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet tat-trasport f'konformità mar-regoli, kif ukoll jaslu lura f'darhom għall-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tagħhom, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa.

- Ir-ritorn lura d-dar

Ir-rapporteur ifittex li jiżgura li l-operaturi jagħtu l-opportunità kif ukoll il-mezzi lix-xufiera biex jirritornaw lura d-dar darba fix-xahar, mingħajr ma jitnaqqas b'mod sproporzjonat il-ħin tal-mistrieħ fid-dar. Barra minn hekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi li d-definizzjoni tad-dar tiġi ċċarata biex jiġi evitat l-użu ħażin.

- Ir-rekwiżiti tal-mistrieħ regolari fil-ġimgħa:

Ir-rapporteur jaqbel li hemm bżonn li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta' mistrieħ fil-ġimgħa fir-rigward tal-post fejn għandu jsir il-perjodu tal-mistrieħ fil-ġimgħa, minħabba d-disparitajiet attwali li hemm fost l-Istati Membri fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti.

Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi introdotta projbizzjoni fuq il-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa ġo vettura li jammontaw għal 45 siegħa jew aktar, biex tiġi estiża ħalli tinkludi l-perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Ir-rapporteur jaqbel li min iħaddem għandu jipprovdi lix-xufiera akkomodazzjoni adegwata li jkun fiha faċilitajiet xierqa tal-irqad u tal-iġjene, kull meta x-xufiera ma jkunux jistgħu jieħdu perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa f'post privat tal-għażla tagħhom.

Madankollu, ir-rapporteur iwissi li mill-perspettiva tas-sigurtà u tal-assigurazzjoni, ix-xufiera u l-vetturi tagħhom m'għandhomx jiġu separati, u li l-mistrieħ tagħhom fil-kabina huwa għalhekk komuni fis-settur tat-trasport.

- Ir-rekwiżit ta' Żoni Dedikati għall-Parkeġġ:

Ir-rapporteur jipproponi, għalhekk, li tiddaħħal deroga għar-regola ġenerali li ma jittieħdux perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa fil-kabina, sakemm dawn jittieħdu f'Żoni Dedikati għall-Parkeġġ Iċċertifikati.

Iċ-Ċertifikati Dedikati għall-Parkeġġ għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għal dawk il-Postijiet Dedikati għall-Parkeġġ, ta' diversi tipi, li jippermettu lix-xufiera jieħdu l-mistrieħ tagħhom fil-vettura. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jkunu preżenti l-faċilitajiet kollha neċessarji għal kundizzjonijiet tajba ta' mistrieħ, jiġifieri kundizzjonijiet sanitarji, kulinari u oħrajn, inkluża d-disponibbiltà ta' sistema ta' ħlas minn qabel. Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li l-allowance ta' kuljum tax-xufiera tintuża kif maħsub għall-parkeġġ u għas-sussistenza ta' kuljum.

Ir-rapporteur iqis li diversi tipi ta' organizzazzjonijiet, gvernijiet lokali jew oħrajn, għandhom jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom fil-bini ta' tali postijiet għall-parkeġġ, ħalli dawn imbagħad jiġu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Dawn jistgħu jaħdmu kemm bħala mudell kummerċjali, jew bħala intrapriża soċjali, kemm-il darba jiġu ssodisfati r-rekwiżiti.

- Ir-rekwiżiti attwali tal-ħinijiet tas-sewqan

Ix-xufiera ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' ċirkostanzi mhux mistennija, li jagħmluhielhom impossibbli li jilħqu d-destinazzjoni mixtieqa bil-għan li dak li jkun ikun jista' jieħu l-mistrieħ fil-ġimgħa tiegħu mingħajr ma jikser ir-regoli tal-Unjoni. Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta li tagħmilha aktar faċli għax-xufiera biex ilaħħqu ma' dawk iċ-ċirkostanzi, u biex ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom għall-mistrieħ fil-ġimgħa mingħajr ma jiksru r-rekwiżiti dwar il-ħinijiet massimi tas-sewqan. Madankollu, ir-rapporteur jimmodifika l-proposta li dan jiġi applikat biss meta x-xufier ikun qed jipprova jilħaq il-bażi tal-operazzjonijiet sabiex jieħu l-mistrieħ tiegħu d-dar.

2. Infurzar "intelliġenti":

- Takografu intelliġenti

Ir-rapporteur jemmen li t-titjib tal-infurzar huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta. Ir-regoli ċari għall-kooperazzjoni amministrattiva regolari bejn l-Istati Membri huma essenzjali, bil-għan li jiġu standardizzati l-prattiki tal-infurzar u b'hekk ikomplu jiġu msaħħa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-infurzar transfruntier. Bħalissa, l-istrumenti ta' kontroll qed jintużaw b'mod differenti u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri hija nieqsa, u b'hekk qed jiddgħajjef l-infurzar transfruntier. Fil-fehma tar-rapporteur, l-użu aħjar ta' għodod diġitali jista' jwassal għal regolamentazzjoni inqas kostrettiva f'ħafna aspetti tal-infurzar.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur jinsab konvint li l-użu mandatarju tat-takografi intelliġenti fit-trasport internazzjonali għandu jiddaħħal aktar qabel milli previst mir-regolament attwali. Dan jippermetti li jsir użu aktar bikri tal-benefiċċji ta' dan l-istrument ġdid u tissaħħaħ l-effikaċja tar-regoli u l-infurzar tagħhom.

L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom bżonn ikunu mgħammra b'mod xieraq sabiex jieħdu vantaġġ tal-informazzjoni essenzjali li t-takografu intelliġenti se jipprovdi.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija stabbilita fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Euro Control Route

Federatie Nederlandse Vakbeweging

Christelijk Nationaal Vakbond

International Coach Tourism Federation

Discordia

Transport and Logistics Poland

Bundesverband der Deutschen Industrie

International Road Union

European Automobile Manufacturers' Association

DHL Group

European Transport Workers' Federation

Bundesverband Güterkraftverkehr Logistik und Entsorgung

Austrian Federal Economic Chamber (WKÖ)

Association of International Road Transport Carriers in Poland

Freight Transport Association

CEGROBB

Transport en Logistiek Nederland

Kiwa Register B.V.

Fédération Française des Transports Routiers

European Shippers' Council

Amazone

The Danish Transport and Logistics Association

Rappreżentanti minn diversi gvernijiet ta' Stati Membri

Rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (26.4.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi

(COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD))

Rapporteur(*): Georges Bach

(*)  Il-kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-settur tat-trasport huwa settur ferm kompetittiv li jiffaċċja sfidi kbar. In-nuqqas ta' xufiera kwalifikati huwa wieħed mid-diffikultajiet ewlenin. Is-settur ser ikunu kapaċi jattira biss ħaddiema, jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu. Sewqan nomadiku, irqad f'kabina għal bosta ġimgħat, xogħol f'kundizzjonijiet ta' pressjoni u stress huma l-kawżi ewlenin tal-immaġni negattiva li ta' spiss ikollhom il-ħaddiema tas-settur tat-trasport internazzjonali.

L-għan tar-Regolament dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ huwa li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera u tas-sigurtà fit-triq b'mod ġenerali. Meta applikati u infurzati b'mod korrett, ir-regoli attwali dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ xorta jissodisfaw dan l-għan. Ir-Rapporteur jipproponi għalhekk li jinżammu r-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ kif stipulati fir-regolament attwali.

Interpretazzjonijiet differenti tar-regoli eżistenti fl-Istati Membri madankollu huma problematiċi għal kumpaniji u xufiera li joperaw bejn il-fruntieri u jagħmluha aktar diffiċli għall-awtoritajiet biex iwettqu kontrolli effiċjenti.

L-awtoritajiet nazzjonali u l-korpi ta' kontroll fl-Istati Membri differenti jeħtieġu li jaħdmu aktar mill-qrib sabiex japplikaw b'mod korrett u jinfurzaw ir-regoli u biex jipprovdu ċertezza legali għall-kumpaniji u għax-xufiera tagħhom. L-introduzzjoni tat-takografu diġitali fl-2019 se jissimplifika l-kontrolli għall-awtoritajiet nazzjonali iżda wkoll għall-kumpaniji u x-xufiera. Bis-saħħa tal-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji diġitali, huwa neċessarju li jitqassar il-perjodu ta' tranżizzjoni għall-installazzjoni tat-takografu diġitali, b'tali mod li l-vetturi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jkunu mgħammra bit-takografu diġitali sal-2024.

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà fit-triq u biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, ir-Rapporteur jipproponi li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament sabiex ikopri t-trasport tal-merkanzija minn vetturi kummerċjali li jiżnu inqas minn 3.5 tunnellati li joperaw lil hinn minn raġġ ta' 100 kilometru mill-bażi tal-impriża.

Ix-xufiera jistgħu jqattgħu l-pawżi tagħhom, il-waqfiet ta' mistrieħ ta' kuljum u ta' kull ġimgħa fil-kabina. Għalhekk, ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ l-idea li tipprojbixxi l-irqad fil-kabina waqt il-mistrieħ regolari ta' kull ġimgħa ta' 45 siegħa jew aktar.

Madankollu, attwalment hemm nuqqas ta' infrastruttura adegwata fit-toroq Ewropej biex jiġu akkomodati x-xufiera. Huma meħtieġa iktar sforzi biex jinkiseb finanzjament għall-istabbiliment u/jew l-immodernizzar ta' żoni siguri ta' parkeġġ, faċilitajiet sanitarji xierqa kif ukoll akkomodazzjoni adegwata.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tgħid li l-kumpens ta' perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa jrid jittieħed flimkien ma' perjodu ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa. Barra minn hekk, il-kumpaniji jkollhom jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw lura għall-post ta' residenza tagħhom jew post ieħor tal-għażla tagħhom għal perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa.

Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li dawn il-miżuri ser itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera kif ukoll is-sigurtà fit-triq u b'hekk tiżdied l-attraenza tas-settur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għax-xufiera u kundizzjonijiet ġusti ta' negozju għall-impriżi tat-trasport bit-triq huma tal-ogħla importanza għall-ħolqien ta' settur tat-trasport bit-triq sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli. Biex dak il-proċess jiġi ffaċilitat huwa essenzjali li r-regoli soċjali tal-Unjoni fit-trasport bit-triq ikunu ċari, xierqa għall-iskop tagħhom, faċli biex jiġu applikati u infurzati u implimentati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha.

(1)   Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għax-xufiera u kundizzjonijiet ġusti ta' negozju għall-impriżi tat-trasport bit-triq huma tal-ogħla importanza għall-ħolqien ta' settur tat-trasport bit-triq sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli, li jkun kapaċi jiġbed ħaddiema kwalifikati. Biex dak il-proċess jiġi ffaċilitat huwa essenzjali li r-regoli soċjali tal-Unjoni fit-trasport bit-triq ikunu ċari, proporzjonati, xierqa għall-iskop tagħhom, faċli biex jiġu applikati u infurzati u implimentati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   Il-ħolqien ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol jista' jkollu rwol importanti fl-infurzar tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi din tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jikkoordinaw il-kontrolli, jiskambjaw informazzjoni u l-aqwa prattiki u jħarrġu lill-ispetturi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tas-sett eżistenti ta' regoli soċjali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, u b'mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fil-qafas legali eżistenti. Regoli mhux ċari u mhux xierqa dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta' regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn djarhom iwasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta' infurzar diverġenti fl-Istati Membri. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali li jkomplu jżidu l-inċertezza legali u t-trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi.

(2)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tas-sett eżistenti ta' regoli soċjali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, u b'mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-qafas legali. Regoli mhux ċari dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta' regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn djarhom jew lejn post ieħor tal-għażla tagħhom, iwasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta' infurzar diverġenti fl-Istati Membri. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali li jkomplu jżidu l-inċertezza legali u t-trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi.

______________

____________________

9 Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

9 Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-valutazzjoni ex post tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 kkonfermat li l-infurzar inkonsistenti u mhux effettiv tar-regoli soċjali tal-Unjoni kien prinċipalment ir-riżultat ta' regoli mhux ċari, użu ineffiċjenti tal-għodod ta' kontroll u kooperazzjoni amministrattiva insuffiċjenti bejn l-Istati Membri.

(3)  Il-valutazzjoni ex post tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 kkonfermat li l-infurzar inkonsistenti u mhux effettiv tar-regoli soċjali tal-Unjoni kien prinċipalment ir-riżultat ta' regoli mhux ċari, użu ineffiċjenti u mhux ugwali tal-għodod ta' kontroll u kooperazzjoni amministrattiva insuffiċjenti bejn l-Istati Membri.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Regoli ċari, xierqa u infurzati b'mod aktar uniformi huma kruċjali wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-operaturi u biex tittejjeb is-sikurezza stradali għall-utenti kollha tat-toroq.

(4)  Regoli ċari, xierqa u infurzati b'mod aktar uniformi huma kruċjali wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u li ma jkunx fiha distorsjoni bejn l-operaturi u biex tittejjeb is-sikurezza stradali għall-utenti kollha tat-toroq.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  It-trasport tal-merkanzija huwa differenti ħafna mit-trasport tal-passiġġieri. Ix-xufiera tal-kowċis jew tax-xarabanks jinsabu f'kuntatt mill-qrib mal-passiġġieri tagħhom u jenħtieġ li jkun jista' jkollhom aktar flessibbiltà biex jieħdu pawżi mingħajr ma jiġu estiżi l-ħinijiet tas-sewqan jew jitnaqqsu l-perjodi ta' mistrieħ u l-pawżi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Ir-rekwiżiti attwali dwar il-mistrieħ regolari fil-ġimgħa jtawwlu dawk il-perjodi bla bżonn. Għaldaqstant ikun tajjeb li d-dispożizzjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tiġi adattata b'tali mod li jkun eħfef għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità mar-regoli u li jaslu lura fi djarhom għal perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst li l-operaturi jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li dawk il-perjodi barra minn djarhom ma jkunux eċċessivament twal.

(6)  Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Għaldaqstant ikun tajjeb li l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tiġi infurzata b'tali mod li jkun eħfef għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità mar-regoli eżistenti u li jaslu lura fi djarhom għal perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u deċenti, huwa meħtieġ li jiġi previst li l-operaturi jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li l-perjodi barra minn djarhom ma jkunux eċċessivament twal, u li x-xufiera jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw regolarment id-dar u jkunu jistgħu jgawdu kundizzjonijiet deċenti ta' mistrieħ f'akkomodazzjonijiet ta' kwalità. Meta xufier jiddeċiedi li jqatta' dan il-ħin tal-mistrieħ id-dar tiegħu, l-impriża tat-trasport jenħtieġ li tipprovdilu l-mezzi finanzjarji jew prattiċi biex jerġa' lura hemmhekk. Barra minn hekk, it-tul ta' żmien tal-vjaġġ tar-ritorn jenħtieġ li ma jitqiesx meta jiġi kkalkolat it-tul tal-ħin tal-mistrieħ. Fejn xufier jagħżel li jqatta l-ħin ta' mistrieħ f'post barra minn daru, dan jenħtieġ li ma jitqiesx għall-finijiet tal-kalkolu tal-intitolament tas-sewwieq għal indennizzi tal-ivvjaġġar.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Hemm differenzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa fir-rigward tal-post fejn jenħtieġ li jittieħed il-perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Għalhekk huwa xieraq li dak ir-rekwiżit jiġi ċċarat sabiex jiġi żgurat li x-xufiera jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni xierqa għall-perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa tagħhom f'każ li dawn jittieħdu 'l bogħod minn djarhom.

(7)  Hemm differenzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa fir-rigward tal-post fejn jenħtieġ li jittieħed il-perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u s-sigurtà għax-xufiera, huwa għalhekk xieraq li dak ir-rekwiżit jiġi ċċarat sabiex jiġi żgurat li x-xufiera jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni ta' kwalità u li tilqa' kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jew post ieħor magħżul mix-xufier u mħallas mill-impjegatur għall-perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa tagħhom f'każ li dawn jittieħdu 'l bogħod minn djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' biżżejjed żoni siguri ta' parkeġġ li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tas-sewwieqa.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ħafna operazzjonijiet tat-trasport bit-triq fi ħdan l-Unjoni jinvolvu t-trasport bil-lanċa jew bil-ferrovija għal parti mill-vjaġġ. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet ċari u xierqa dwar il-perjodi ta' mistrieħ u tal-pawżi għal dawn l-operazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li jiġu previsti eżenzjonijiet f'każ ta' mistrieħ fil-ġimgħa għal vjaġġi twal bil-lanċa jew bil-ferrovija, li primarjament jikkonċernaw il-periferija tal-UE.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fil-postijiet tat-tagħbija u tal-ħatt, jenħtieġ li s-sidien u l-operaturi ta' tali faċilitajiet jipprovdu lix-xufier aċċess għal faċilitajiet iġjeniċi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex tittejjeb il-kosteffettività tal-infurzar tar-regoli soċjali, jenħtieġ li l-potenzjal tas-sistemi tat-takografi attwali u futuri jiġi sfruttat bis-sħiħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tat-takografu jiġu mtejba sabiex ikun jista' jkun hemm pożizzjonament aktar preċiż, b'mod partikolari waqt l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali.

(11)  Biex tittejjeb il-kosteffettività u jiġi ssimplifikat l-infurzar tar-regoli soċjali, jenħtieġ li l-potenzjal tas-sistemi tat-takografi attwali u futuri jiġi sfruttat bis-sħiħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tat-takografu jiġu mtejba sabiex ikun jista' jkun hemm pożizzjonament aktar preċiż, b'mod partikolari waqt l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibbiltà li toħloq portal tat-trasport bit-triq, bħall-GNSS, li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tat-takografu intelliġenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwi fost il-kumpaniji tat-trasport internazzjonali bit-triq jagħmluha neċessarja li jitqassar il-perjodu tranżitorju għall-installazzjoni tat-takografu diġitali intelliġenti fil-vetturi rreġistrati. It-takografu intelliġenti se jikkontribwixxi għat-titjib tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-settur tat-trasport tat-triq u għas-simplifikazzjoni tal-kontrolli, u b'hekk jiffaċilita x-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali. L-installazzjoni tat-takografu intelliġenti fil-vetturi rreġistrati jenħtieġ li jkun obbligatorju malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn Jannar 2021.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  L-użu ta' vetturi kummerċjali ħfief għat-trasport ta' merkanzija qed jiżdied u qed jirriżulta fl-iżvilupp ta' kompetizzjoni inġusta u differenzi fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 561/2006, li jwasslu għal differenzi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jikkompromettu s-sikurezza stradali. Sabiex jittejbu s-sikurezza stradali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi l-vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport ta' merkanzija, sakemm il-vettura ma tkunx użata għal kont proprju tal-kumpanija jew ix-xufier, jew is-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tas-sewwieq tal-vettura.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)  Sabiex jiġu garantiti l-istandards xierqa tas-saħħa u tas-sigurtà għal xufiera, hemm bżonn tal-istabbiliment jew l-immodernizzar taż-żoni ta' parkeġġ siguri, faċilitajiet sanitarji xierqa u akkomodazzjoni xierqa. Fl-Unjoni jenħtieġ li jeżisti netwerk suffiċjenti ta' żoni ta' parkeġġ.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11d)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli, il-Parlament Ewropew ikkunsidra l-ħolqien ta' Aġenzija Ewropea tat-Toroq sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-Unjoni u tippromwovi l-istandardizzazzjoni fl-Istati Membri kollha.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  ta' merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-3,5 tunnellati, jew

"(a)  ta' merkanzija; or

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 3 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  vetturi jew kombinamenti ta' vetturi li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali tal-merkanzija;

(h)  vetturi jew kombinamenti ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali tal-merkanzija;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 3 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ha)  vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport ta' merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b'kiri jew b'kumpens, iżda fuq kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tas-sewwieq tal-vettura;"

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 4 – punt r

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  "trasport mhux kummerċjali" tfisser kull trasport bit-triq, għajr trasport f'isem ħaddieħor jew għall-kont proprju, li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul.

(r)  "trasport mhux kummerċjali" tfisser kull trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija bit-triq, għajr trasport f'isem ħaddieħor jew għall-kont proprju, li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni diretta jew indiretta u li b'mod dirett jew indirett ma joħloq ebda dħul.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni hija ċċarata aktar, filwaqt li tqis mudelli kummerċjali ġodda.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 4 – punt ra (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ra)  "id-dar" tfisser ir-residenza rreġistrata tas-sewwieq fi Stat Membru."

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 4 – punt rb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(rb)  "vettura kummerċjali ħafifa" tfisser vettura użata għat-trasport tal-merkanzija u li għandha massa massima mgħobbija permissibbli, inkluż kull karru jew semi-karru, li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati."

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Xufier li jwettaq multimanning jista' jiddeċiedi li jieħu pawża ta' 45 minuta f'vettura li tkun qed tiġi misjuqa minn xufier ieħor, diment li x-xufier li jkun qed jieħu l-pawża ma jkunx qed jassisti lix-xufier li jkun qed isuq il-vettura.

Xufier li jwettaq multimanning jista' jiddeċiedi li jieħu pawża ta' 45 minuta f'vettura li tkun qed tiġi misjuqa minn xufier ieħor, diment li x-xufier li jkun qed jieħu l-pawża ma jkunx qed jassisti lix-xufier li jkun qed isuq il-vettura.

 

Għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, ix-xufier jista' jagħżel li jieħu pawża ta' mill-inqas 30 minuta li tiġi segwita minn pawża ta' mill-inqas 15-il minuta, kull waħda mqassma fuq il-perjodu b'tali mod li tikkonforma mal-ewwel paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Ix-xufiera li jġorru l-passiġġieri għandhom ikollhom aktar flessibbiltà biex jieħdu pawżi sabiex jadattawhom għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri mingħajr ma jiġu estiżi l-ħinijiet tas-sewqan jew jitnaqqsu l-ħinijiet ta' mistrieħ u l-pawżi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

“6.  Fi kwalunkwe erba' ġimgħat konsekuttivi, xufier għandu jieħu minn tal-inqas:

 

(a)  erba' perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa, jew

 

(b)  żewġ perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa u żewġ perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 24 siegħa.

 

Għall-finijiet tal-punt (b), il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandhom jiġu kkumpensati b'perjodu ta' mistrieħ ekwivalenti meħud f'daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa ta' wara l-ġimgħa inkwistjoni.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandu jittieħed eżatt qabel jew wara perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa.;

7.  Kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa għandu jittieħed qabel jew bħala estensjoni ta' perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' mill-inqas 45 siegħa bħala perjodu wieħed ta' mistrieħ kontinwu.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Il-perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti ma għandhomx jittieħdu f'vettura. Dawn għandhom jittieħdu f'akkomodazzjoni xierqa, b'faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adattati;

8a.  Il-perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti ma għandhomx jittieħdu f'vettura. Dawn għandhom jittieħdu f'akkomodazzjoni ta' kwalità u li tilqa' kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel, barra mill-kabina, b'faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adattati għax-xufier:

(a)  imħallsa jew ipprovduti mill-impjegatur, jew

(a)  imħallsa jew ipprovduti mill-impjegatur, jew

(b)  fid-dar jew f'post privat ieħor magħżul mix-xufier.

(b)  fid-dar jew f'post privat ieħor magħżul mix-xufier.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8b.  Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa f'kull perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi;

8b.  Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew f'post ieħor tal-għażla tagħhom f'kull perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi. Ix-xufier għandu jinforma lill-impriża tat-trasport bil-miktub qabel tali perjodu ta' mistrieħ, jekk dan ikun se jittieħed f'post li mhuwiex id-dar tax-xufier. Meta xufier jiddeċiedi li jqatta' il-ħin tal-mistrieħ f'daru, l-impriża tat-trasport għandha tipprovdilu l-mezzi finanzjarji jew prattiċi biex jerġa' lura lejn daru. It-tul ta' żmien tal-vjaġġ ta' ritorn ta' xufier m'għandux jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tal-ħin tal-mistrieħ. Fejn xufier jagħżel li jqatta l-ħin ta' mistrieħ f'post barra minn daru, l-impriża m'għandhiex tnaqqas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-intitolament tas-sewwieq għall-indennizzi tal-ivvjaġġar.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 8 – paragrafu 8b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

8c.  Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sentejn minn hemm' il quddiem, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar id-disponibilità ta' faċilitajiet xierqa ta' mistrieħ għax-xufiera u faċilitajiet ta' parkeġġ siguri fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu forma komuni għar-rapporti biennali tal-Istati Membri, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal iktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispoizzjoni tiegħu aċċess għal sodda jew couchette.;

1.  B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal aktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu aċċess għal sodda jew couchette.

Ġustifikazzjoni

B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal aktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu aċċess għal sodda jew couchette.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 561/2006

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)  fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-disposizzjoni tagħha xi ħlas, anke jekk ikun fil-forma ta' bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u/jew l-ammont ta' merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas ikun tali li jista' jipperikola s-sigurtà fit-triq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta' dan ir-Regolament.

"1.  Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-dispożizzjoni tagħha xi ħlas żejjed, anke jekk ikun fil-forma ta' bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ, il-ħeffa tal-kunsinna u/jew l-ammont ta' merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas jinkoraġġixxi l-ksur ta' dan ir-Regolament."

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Ħmistax-il sena wara li vetturi ġodda irreġistrati jkunu obbligati jkollhom takografu kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10, il-vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom għandu jkollhom immuntat tali takografu.

"4.  Tmintax-il xahar wara li vetturi ġodda irreġistrati jkunu obbligati jkollhom takografu kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10, il-vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom għandu jkollhom immuntat tali takografu."

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 34 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Ix-xufier għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli tal-pajjiżi li fihom ikun inbeda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum, kif ukoll fejn u meta x-xufier ikun għadda minn fruntiera għall-oħra fil-vettura meta jasal f'post ta' waqfien adattat. Stat Membru jista' jeħtieġ li x-xufiera ta' vetturi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, diment li dawk l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998."

"Ix-xufier għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli tal-pajjiżi li fihom ikun inbeda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum, kif ukoll fejn u meta x-xufier ikun għadda minn fruntiera għall-oħra fil-vettura meta jasal fl-ewwel post ta' waqfien adattat. Stat Membru jista' jeħtieġ li x-xufiera ta' vetturi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, diment li dawk l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 36(1), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(i)  il-folji ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fit-28 jum ta' qabel,

"(i)  il-folji ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mix-xufier fis-56 jum ta' qabel,"

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt iii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b)  Fl-Artikolu 36(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(iii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.

"(iii)  kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006."

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 2c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 165/2014

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt ii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2c)  Fl-Artikolu 36(2), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(ii) kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006,

"(ii) kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006,"

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi

Referenzi

COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Georges Bach

3.10.2017

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

26.2.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

14

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Rosa D’Amato, Karima Delli, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Anne Sander, Jasenko Selimovic, Michaela Šojdrová, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Robert Rochefort

EFDD

Laura Agea, Rosa D'Amato

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, Jérôme Lavrilleux, Thomas Mann, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Michael Detjen, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Karima Delli, Jean Lambert, Terry Reintke

14

-

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski

ENF

Dominique Bilde, Christelle Lechevalier, Dominique Martin

PPE

Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Marek Plura, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

7

0

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Yana Toom

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

PPE

Verónica Lope Fontagné

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi

Referenzi

COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

14.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Wim van de Camp

30.6.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

20.3.2018

15.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Michael Gahler, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Marek Plura, Franck Proust, Dario Tamburrano

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, José Manuel Fernandes, Lampros Fountoulis, Barbara Kappel, Andrey Novakov, Marco Valli

Data tat-tressiq

7.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

 

S&D

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Merja Kyllönen

Deirdre Clune, Andor Deli, Frank Engel, José Manuel Fernandes, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Marek Plura, Claudia Schmidt, Wim van de Camp

Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Janusz Zemke

14

-

EFDD

ENF

GUE/NGL

NI

EPP

S&D

VERTS/ALE

Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Marco Valli

Marie-Christine Arnautu, Barbara Kappel

Marie-Pierre Vieu

Lampros Fountoulis

Georges Bach, Franck Proust

Lucy Anderson, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy

Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor

1

0

PPE

Massimiliano Salini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Ġunju 2018Avviż legali