Proċedura : 2017/0137(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0220/2018

Testi mressqa :

A8-0220/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.7

Testi adottati :

P8_TA(2018)0287

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 591kWORD 54k
25.6.2018
PE 620.814v01-00 A8-0220/2018

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(10670/2017 – C8-0121/2018 – 2017/0137(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Daniel Caspary

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(10670/2017 – C8-0121/2018 – 2017/0137(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (10670/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea (10672/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0121/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0220/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-ftehim attwali bejn l-UE u New Zealand ġie nnegozjat wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea. Permezz tal-adeżjoni tal-Kroazja, l-Unjoni Ewropea kabbret l-unjoni doganali tagħha. Għaldaqstant, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994) l-UE trid tidħol f'negozjati mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar fl-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex eventwalment ikun hemm qbil dwar aġġustament kumpensatorju. Tali aġġustament ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim tariffarju estern tal-UE jirriżulta f'żieda fit-tariffi lil hinn mil-livell li ntrabat bih il-pajjiż aderenti fid-WTO.

Dan kien il-każ għall-kummerċ bejn il-Kroazja u n-New Zealand, b'mod partikolari fir-rigward tal-importazzjoni ta' ċertu laħam, fejn it-tariffi tal-UE huma ogħla mit-tariffi stabbiliti fil-Kroazja qabel l-adeżjoni tagħha. Il-kumpens li ġie nnegozjat għandu l-għan li jkun proporzjonali għall-prodotti affettwati. Ftehimiet simili intlaħqu pereżempju mal-Brażil, li għalihom il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fil-15 ta' Marzu 2017.

In-negozjati man-New Zealand irriżultaw f'abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li ġie inizjalat fit-18 ta' Mejju 2017 u ffirmat fit-13 ta' Marzu 2018.

Ir-riżultati tal-Ftehim huma kif ġej:

1. Jiżdiedu 1 875 tunnellata mal-kwota tariffarja (TRQ) tal-UE "Laħam ta' annimali tal-ifrat, iffriżat -Ġewwieni li jittiekel ta' annimali tal-ifrat, iffriżat", numri tariffarji 0202 u 0206.29.91, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta' 20 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tkun ta' 54 875 tunnellata;

2. Jiżdiedu 135 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għan-New Zealand skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", numru tariffarju 0204, waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %. Il-kwota tariffarja l-ġdida allokata lin-New Zealand għandha tkun ta' 228 389 tunnellata.

Ir-rapporteur iqis li dawn iż-żidiet huma xierqa. Barra minn hekk, billi attwalment in-New Zealand mhuwiex juża t-TRQs kollha tiegħu, l-impatt immedjat taż-żidiet x'aktarx li jkun limitat ħafna.

Ir-rapporteur iqis li l-Parlament Ewropew għandu jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

10670/2017 – C8-0121/2018 – COM(2017)03332017/0137(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

16.4.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Daniel Caspary

10.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.5.2018

21.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Patricia Lalonde, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Danuta Maria Hübner, Sajjad Karim, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Czesław Hoc, John Howarth, Dietmar Köster

Data tat-tressiq

25.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Dita Charanzová, Nadja Hirsch, Elsi Katainen, Patricia Lalonde

ECR

Czesław Hoc, Sajjad Karim, Sander Loones

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Danuta Maria Hübner, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi

S&D

Goffredo Maria Bettini, John Howarth, Dietmar Köster, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

2

-

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ġunju 2018Avviż legali