Proċedura : 2017/0220(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0226/2018

Testi mressqa :

A8-0226/2018

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 22
CRE 11/03/2019 - 22

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2018 - 6.5
CRE 05/07/2018 - 6.5
PV 12/03/2019 - 9.19
CRE 12/03/2019 - 9.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0153

RAPPORT     ***I
PDF 1298kWORD 144k
27.6.2018
PE 618.206v02-00 A8-0226/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

(COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: György Schöpflin

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

(COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0482),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0308/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0226/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Skont l-Artikolu 11 tat-TUE, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tifforma parti integrali tal-fora pprovduti għaċ-ċittadini tal-Unjoni biex jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar l-oqsma kollha ta' politika tal-Unjoni, biex jipparteċipaw fi djalogu trasparenti, miftuħ u regolari mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll biex jiżguraw li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti. Barra minn hekk, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tirrikjedi impenji mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, sabiex l-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni jkun kemm jista' jkun effikaċi, iżda tirrikjedi li dawk iċ-ċittadini jirrispettaw il-prinċipji u r-regoli mogħtija għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tat-28 ta' Ottubru 201525 talab lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 211/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011.

(4)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tat-28 ta' Ottubru 201525 u fil-kuntest tat-tħejjija tar-rapport fuq inizjattiva proprja leġiżlattiv (2017/2024(INL)), talab lill-Kummissjoni biex tirrevedi b'mod komprensiv u temenda malajr kemm jista' jkun ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011. Huwa tenna t-talba tiegħu fil-kuntest tat-tħejjija tar-rapport fuq inizjattiva proprja leġiżlattiv b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament (UE) 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (2017/2024(INL)).

__________________

__________________

25 2014/2257(INI).

25 2014/2257(INI).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Matul il-proċess li wassal għar-reviżjoni tal-IĊE, numru ta' organizzazzjonijiet u ta' korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għenu biex il-lakuni fir-Regolament (UE) Nru 211/20111a jiġu eliminati, billi offrew appoġġ siewi lill-organizzaturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, billi pprovdew pjattaforma għal diskussjoni dwar titjibiet għal dak ir-Regolament, kif ukoll billi offrew mentoraġġ u faċilitazzjoni istituzzjonali lill-grupp ta' organizzaturi, billi organizzaw seduti ta' smigħ fil-bini tagħhom u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika fi ħdan l-Unjoni.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u l-partitarji, sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bħala għodda biex tħeġġeġ id-dibattitu u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, u biex tqarreb l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u għal dawk li jsostnuha, u li jsaħħaħ is-segwitu tagħha, sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bħala għodda biex trawwem id-dibattitu u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, u biex tħeġġeġ kemm jista' jkun liċ-ċittadini tal-Unjoni biex jinfluwenzaw il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, billi din tinġieb eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha u b'hekk jissaħħaħ il-prinċipju tad-demokrazija u tal-funzjonament demokratiku tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva Ewropej taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Huma għandhom jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rekwiżiti għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ikunu effikaċi, trasparenti, ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw, anke minn persuni b'diżabilità, kif ukoll proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Jenħtieġ li dawn jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi u jiżguraw li l-Kummissjoni tagħti segwitu xieraq lill-inizjattivi li jkunu rnexxew.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex ikun żgurat li inizjattiva tkun rappreżentattiva u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet simili għaċ-ċittadini biex jappoġġjaw inizjattiva, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta' firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. In-numru minimu ta' firmatarji meħtieġ f'kull Stat Membru għandu jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750.

(10)  Sabiex ikun żgurat li inizjattiva tkun rappreżentattiva u sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet simili biex iċ-ċittadini jappoġġjaw inizjattiva, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta' firmatarji li joriġinaw minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. In-numru minimu ta' firmatarji meħtieġ f'kull Stat Membru jenħtieġ li jkun proporzjonali b'mod degressiv u jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, immultiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew fil-mument ta' reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Kull ċittadin tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jappoġġja inizjattiva f'forma stampata jew onlajn, b'kundizzjonijiet simili irrispettivament mill-Istat Membru ta' nazzjonalità jew ta' residenza.

(11)  Sabiex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir aktar inklużiva u viżibbli, u biex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tiġi promossa u mxerrda, kif ukoll għall-ġbir tal-firem jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw il-lingwi reġjonali jew minoritarji.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli u biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u l-organizzaturi, il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lill-organizzaturi u tagħmel disponibbli pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn dedikata biex tipprovdi forum ta' diskussjoni u ta' informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini. Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(13)  Sabiex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti informazzjoni ċara, preċiża u kompluta kif ukoll appoġġ ġuridiku u prattika lill-organizzaturi billi tipprovdi pjattaforma kollaborattiva onlajn. Il-pjattaforma jenħtieġ li tipprovdi forum ta' diskussjoni u informazzjoni ddedikat u pariri dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li tiġi amministrata u aġġornata taħt il-kontroll amministrattiv tal-Kummissjoni minn organizzazzjonijiet indipendenti u minn esperti esterni b'esperjenza ppruvata fl-organizzazzjoni ta' Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, li jenħtieġ li jkollhom il-jedd li jikkontribwixxu għall-forum ta' diskussjoni. Sabiex jiżguraw il-prossimità maċ-ċittadini, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu fit-territorji rispettivi tagħhom punt ta' kuntatt wieħed jew aktar li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità sabiex iċ-ċittadini jingħataw informazzjoni u assistenza legali u prattika rigward l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, biex b'hekk tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jitrawwem id-dibattitu dwar l-inizjattivi li jkunu għaddejjin fil-livell nazzjonali. Meta jkun hemm strumenti simili għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fil-livell nazzjonali, tali punti ta' kuntatt jenħtieġ li jkunu marbuta mill-qrib mas-servizzi jew mal-pjattaformi li jipprovdu appoġġ għall-użu ta' dawk l-istrumenti nazzjonali. Dawk il-punti ta' kuntatt jenħtieġ li joperaw bħala uffiċċju ta' kuntatt uniku bil-għan li jgħinu lill-organizzaturi billi jipprovdu informazzjoni eżawrjenti kif ukoll konsulenza teknika u ġuridika speċifika.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu sodisfatti. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(16)  Sabiex Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir effikaċi u aktar aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li ssir reġistrazzjoni parzjali ta' inizjattiva f'każijiet fejn parti biss jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux b'mod ċar barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u li tissodisfa r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-iskop tar-reġistrazzjoni parzjali u jenħtieġ li l-firmatarji potenzjali jkunu infurmati dwar l-iskop tar-reġistrazzjoni u dwar il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-iskop tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva. L-għażla li wieħed jipproċedi għal reġistrazzjoni parzjali ta' inizjattiva jenħtieġ li ssir mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Kummissjoni li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, fejn inizjattiva appoġġjata mill-għadd meħtieġ ta' firmatarji u li tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-grupp ta' organizzaturi għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni. Is-seduta ta' smigħ pubblika għandha tiġi organizzata b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-inizjattiva u tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti kif ukoll livell adegwat ta' rappreżentanza mill-Kummissjoni. Istituzzjonijiet u korpi konsultattivi tal-Unjoni oħra kif ukoll partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

(23)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, fejn inizjattiva appoġġjata mill-għadd meħtieġ ta' firmatarji u li tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-grupp ta' organizzaturi jenħtieġ li jkollu d-dritt li jippreżenta dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jorganizza s-seduta ta' smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-inizjattiva lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-esperti, kif ukoll livell adegwat ta' rappreżentanza mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li istituzzjonijiet u korpi konsultattivi tal-Unjoni oħra, u b'mod partikolari l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fis-seduta ta' smigħ. .

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Sabiex jiġi vvalutat l-appoġġ politiku għal inizjattiva, il-Parlament Ewropew, li huwa l-istituzzjoni li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun intitolat li jorganizza dibattitu skont ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess, waqt is-sessjoni plenarja tiegħu, dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bħala segwitu għall-komunikazzjoni tagħha dwar inizjattivi mressqa b'suċċess. Id-dibattitu jista' jiġi konkluż bl-adozzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni li tista' tissuġġerixxi wkoll li jiġi skattat il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 225 tat-TFUE, jekk il-Kummissjoni ma tressaqx proposta għal att legali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina inizjattiva valida u twieġeb għaliha. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha kif ukoll l-azzjoni li biħsiebha tieħu, fi żmien ħames xhur mill-wasla tal-inizjattiva. Il-Kummissjoni għandha tispjega b'mod ċar, li jinftiehem u b'mod dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u għandha wkoll tagħti r-raġunijiet tagħha jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni.

(24)  Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina inizjattiva valida li tkun laħqet in-numru rekwiżit ta' mill-anqas miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ u tirrispondi għaliha. Il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha kif ukoll l-azzjoni li biħsiebha tieħu, fi żmien sitt xhur mill-wasla tal-inizjattiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispjega b'mod ċar, li jinftiehem u dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, b'mod partikolari, jekk tkunx se tressaq proposta għal att legali u bl-istess mod jenħtieġ li tagħti r-raġunijiet tagħha, jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni. Inizjattiva valida jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni .

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-appoġġ u l-finanzjament tal-inizjattivi għandhom ikunu trasparenti. Għalhekk gruppi tal-organizzaturi għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattivi tagħhom bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva tiġix sottomessa lill-Kummissjoni. L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jippromwovu inizjattiva taċ-ċittadini, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu dan bi trasparenza sħiħa.

(25)  L-appoġġ u l-finanzjament tal-inizjattivi jenħtieġ li jkunu trasparenti u bl-obbligu ta' rendikont. Għalhekk jenħtieġ li l-gruppi ta' organizzaturi jipprovdu informazzjoni aġġornata u dettaljata dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattivi tagħhom bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva tiġi sottomessa lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk il-gruppi ta' organizzaturi jirrappurtaw kull xahar dwar is-sorsi ta' finanzjament kollha tagħhom u jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika dawn is-sorsi b'mod ċar fuq ir-reġistru. L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippromwovu u jiffinanzjaw l-inizjattivi, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu dan bi qbil mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament u bi trasparenza sħiħa. Sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-iffinanzjar tal-attivitajiet tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej kif ukoll il-viżibbiltà tagħha bħala strument ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini, jenħtieġ li dan ir-regolament jiġi mogħni bi programm finanzjarju tiegħu proprju. Dan il-programm finanzjarju jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-entitajiet u l-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jżidu s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, bħala għodda biex titrawwem id-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-Unjoni u sabiex jingħata kontribut għall-finanzjament tal-appoġġ tekniku jew ġuridiku li għandu jiġi pprovdut lill-organizzaturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mingħajr ħlas.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 19.

(32)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn 'il quddiem "l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej" jew "inizjattiva").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn 'il quddiem "l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej" jew "inizjattiva").

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Iċ-ċittadini residenti fi Stati Membri differenti minn dawk taċ-ċittadinanza tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jappoġġjaw inizjattiva kemm fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom kif ukoll fl-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aktar faċli li l-persuni b'diżabilità jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa tal-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b' 750, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(b)   f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa mill-anqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, immultiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1a firmatarju għandu jitqies fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu.

2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1a firmatarju għandu jiġi magħdud fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu irrispettivament mill-post fejn il-firmatarju jkun iffirma d-dikjarazzjoni ta' appoġġ.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u l-gruppi tal-organizzaturi.

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi liċ-ċittadini u lill-gruppi ta' organizzaturi informazzjoni aċċessibbli faċilment, ċara, preċiża u komprensiva u assistenza esperta u legali dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej .

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-internet pjattaforma kollaborattiva li tipprovdi liċ-ċittadini u l-gruppi ta' organizzaturi b'forum għad-diskussjoni u informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-internet pjattaforma kollaborattiva li tappoġġja l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn il-partijiet interessati, inklużi gruppi ta' organizzaturi, esperti indipendenti, NGOs, u istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni.

 

Dik il-pjattaforma għandha tipprovdi liċ-ċittadini u lill-gruppi ta' organizzaturi forum għad-diskussjoni u informazzjoni kif ukoll pariri prattiċi u legali dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

 

Il-pjattaforma kollaborattiva onlajn għandha tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

 

Hija għandha tiġi ġestita u aġġornata, taħt il-kontroll amministrattiv tal-Kummissjoni, minn organizzazzjonijiet indipendenti u minn esperti esterni b'esperjenza ppruvata fl-organizzazzjoni tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, li jkunu jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-forum ta' diskussjoni.

 

Wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida tal-utent sabiex tiffaċilita l-fehim tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u ż-żamma ta' pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u ż-żamma ta' pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura. Ir-reġistru għandu jinkludi websajt pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti li gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura kollha. Ir-reġistru għandu jinkludi sit web pubbliku li jipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u kompleta dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom, inkluż in-numru ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura u l-finanzjament iddikjarat kif ikkomunikat mill-gruppi ta' organizzaturi. Il-Kummissjoni għandha taġġorna r-reġistru b'mod regolari u għandha tirreġistra l-informazzjoni mressqa mill-grupp ta' organizzaturi b'mod viżibbli u aċċessibbli b'mod faċli.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk ikun il-każ, tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', apparti hekk, jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi traduzzjonijiet tal-Anness bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u wkoll, jekk ikun il-każ, tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2), sakemm dawk it-traduzzjonijiet ma jaqbżux il-limiti speċifikati fl-Anness II. Kull traduzzjoni li taqbeż dawn il-limiti għandha tibqa' r-responsabbiltà tal-grupp ta' organizzaturi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed jew aktar sabiex jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-gruppi ta' organizzaturi fit-twaqqif ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt wieħed jew aktar ta' kuntatt diġitali u fiżiċi ddedikati tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej sabiex jipprovdu informazzjoni, parir u u assistenza prattiċi u legali lill-gruppi ta' organizzaturi li jkunu qed jistabbilixxu inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-punti ta' kuntatt jikkooperaw mill-qrib mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mar-Rappreżentanzi tagħha fl-Istati Membri. Il-konsulenza għandha tinkludi informazzjoni dwar il-ħolqien ta' entità ġuridika bi qbil mad-dritt nazzjonali ta' Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 5(7). L-assistenza għandha tkun disponibbli f'formati li jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, mingħajr ħlas.

 

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jqajmu kuxjenza u jipprovdu informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, u jxerrduha fost iċ-ċittadini tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Inizjattiva għandha tiġi ppreparata u ġestita minn grupp ta' mill-inqas seba' persuni fiżiċi (il-"grupp ta' organizzaturi"). Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet ta' dak l-għadd minimu.

1.  Inizjattiva għandha tiġi ppreparata u ġestita minn grupp ta' persuni fiżiċi (il-"grupp ta' organizzaturi"). li n-numru tagħhom għandu jikkorrispondi għal mill-anqas kwart tal-Istati Membri. Il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-parlamenti nazzjonali ma għandhomx jingħaddu għall-finijiet ta' dak in-numru minimu.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Matul il-fażi ta' organizzazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni ta' proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini, l-organizzaturi jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-punti ta' kuntatt tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, tal-Europe Direct jew tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li għandhom jipprovdu assistenza sħiħa kif ukoll gwida b'xejn, u, fejn hu possibbli għandhom jaġixxu ta' uffiċċju ta' kuntatt uniku, biex l-organizzaturi jiġu diretti lejn sorsi ta' informazzjoni rilevanti kif ukoll lejn servizzi li huma kapaċi jipprovdu konsulenza teknika u legali speċifika.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri tal-grupp tal-organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni, ta' età biżżejjed li jkunu intitolati biex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u residenti f'tal-anqas seba' Stati Membri differenti.

2.  Il-membri tal-grupp ta' organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni, ta' età suffiċjenti biex ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u residenti f'mill-anqas kwart tal-Istati Membri.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(e)  l-inizjattiva ma tmurx espliċitament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet imnaqqxa fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3(c) jew iżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahar mill-wasla tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi fl-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-ewwel inizjattiva.

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex jikkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ħalli jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3(c) jew inkella jżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahrejn mill-wasla tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi għall-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-inizjattiva inizjali.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti sostanzjali tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti mill-inizjattiva ma tkunx taqa' b'mod ċar barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom.

7.  Fejn tirrifjuta li tirreġistra jew inkella li tirreġistra b'mod parzjali inizjattiva taċ-ċittadini skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-grupp ta' organizzaturi b'mod eżawrjenti dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, u għandha tħalli lill-grupp ta' organizzaturi jagħmlu evalwazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għar-rifjut tal-Kummissjoni, inkluż tal-bażi ġuridika jew tal-bażijiet ġuridiċi ssuġġeriti. Dik l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni inkluża fl-Anness imsemmi fil-punt 8 tal-Anness II, jekk tkun disponibbli. Id-deċiżjonijiet kollha dwar ir-rifjut ta' reġistrazzjoni jew ta' reġistrazzjoni parzjali ta' inizjattiva għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu  6 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Artikolu 296(2) tat-TFUE u lill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp ta' organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-grupp ta' organizzaturi jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 12-il xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha se jispiċċa l-perjodu tal-ġbir.

Fejn, matul il-perjodu ta' ġbir, il-grupp ta' organizzaturi jkun jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qabel it-tmiem ta' perjodu ta' 12-il xahar, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan il-ħsieb mill-anqas għaxart ijiem qabel id-data li fiha għandu jispiċċa l-perjodu ta' ġbir.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017.

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017. L-użu ta' din is-sistema għandu jkun fuq bażi volontarja u bla ħlas għall-organizzaturi kollha.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-grupp ta' organizzaturi li juża sistemi oħra ta' ġbir onlajn iċċertifikati xorta għandu jkollu l-possibbiltà li juża s-servers imħaddma mill-Kummissjoni bla ħlas.

 

Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru onlajn, id-data miksuba permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn għandha tinħażen fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif u koll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta' organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku.

Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta' organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew, bil-għan li jiġi ġġenerat dibattitu pubbliku madwar l-Unjoni kollha dwar l-inizjattiva proposta. Id-dibattitu għandu jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw interessi differenti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jorganizzaw is-smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni, kif ukoll partijiet interessati, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza s-seduta ta' smigħ pubbliku fil-bini tiegħu. Rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll tal-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi l-oħratal-Unjoni, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati l-oħra, inklużi l-parlamenti nazzjonali, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-seduta ta' smigħ. Is-seduta ta' smigħ għandha tixxandar b'mod dirett fuq l-Internet u wara dan titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-seduta ta' smigħ għandha tfittex li tissodisfa l-interess pubbliku. L-għan esklużiv tas-seduta ta' smigħ għandu jkun li tinforma b'mod eżawrjenti dwar il-kontenut u l-għanijiet ta' inizjattiva.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-seduta ta' smigħ għandha l-għan li tipprovdi lill-grupp ta' organizzaturi forum li fih jippreżenta l-inizjattiva tiegħu bi preżentazzjoni dettaljata tal-iskop tagħha u tal-għanijiet leġiżlattivi konkreti ssuġġeriti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti.

Bil-għan li jħeġġeġ dibattitu pubbliku inklużiv dwar il-proposta għal inizjattiva, il-Parlament Ewropew għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-interessi pubbliċi u privati, kif ukoll ir-rappreżentanza tal-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fis-seduta f'livell xieraq.

3.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati fis-seduti ta' smigħ pubbliku f'livell xieraq. Għandha tiġi żgurata l-preżenza ta' mill-inqas membru wieħed tal-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi żmien xahar mis-sottomissjoni tal-inizjattiva, il-Kummissjoni għandha tirċievi lill-grupp ta' organizzaturi f'livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva.

1.  Fi żmien xahar mis-sottomissjoni ta' inizjattiva valida li għaliha jkunu nġabru u ġew iċċertifikati dikjarazzjonijiet ta' appoġġ skont l-Artikoli 8 sa 12, il-Kummissjoni għandha tirċievi lill-grupp ta' organizzaturi f'livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall l-iskop tal-inizjattiva.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni.

Fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni, id-dettalji kollha tal-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, kif ukoll dikjarazzjoni dettaljata għalkollox u ċara tar-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni, skont il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni u l-grupp ta' organizzaturi jistgħu jinfurmaw lill-firmatarji dwar ir-rispons għall-inizjattiva skont l-Artikolu 17(2) u (3).

3.  Il-Kummissjoni u l-grupp ta' organizzaturi għandhom jinfurmaw lill-firmatarji dwar ir-rispons għall-inizjattiva skont l-Artikolu 17(2) u (3), fejn din id-data tkun ġiet miġbura.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'każ ta' inizjattiva taċ-ċittadini li tirnexxi, il-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament u jekk ikun propost fil-komunikazzjoni, għandha, fi żmien 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rispons għall-inizjattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Artikolu 296(2) tat-TFUE u lill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta' organizzaturi aġġornat dwar l-attivitajiet tagħha relatati mal-inizjattiva kif ukoll dwar kull żvilupp ulterjuri tal-inizjattiva wara l-komunikazzjoni uffiċjali tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Segwitu mill-Parlament Ewropew għall-inizjattivi taċ-ċittadini li jirnexxu

 

Wara l-perjodu ta' 12-il xahar imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-Parlament Ewropew għandu jevalwa l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni sabiex jingħata segwitu għall-komunikazzjoni tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. B'mod partikolari, huwa jista' jorganizza dibattitu fil-plenarja dwar din il-kwistjoni, skont ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

 

Dawn id-dibattiti jistgħu jiġu konklużi bl-adozzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta leġiżlattiva, il-Parlament Ewropew jista' jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt mogħti lilu skont l-Artikolu 225 tat-TFUE.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jipprovdu, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, kif jista' jkun il-każ fuq is-sit web tal-kampanja, informazzjoni dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbżu l-EUR 500 għal kull sponser.

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jipprovdu, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, informazzjoni ċara, preċiża u komprensiva dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbżu l-EUR 500 għal kull sponser, fuq is-sit web tal-kampanja, skont il-każ. L-isponsers u l-ammonti korrispondenti għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar.

 

Il-grupp ta' organizzaturi għandu wkoll jikkomunika l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li appoġġawh fuq bażi volontarja, meta dan l-appoġġ ma jkunx kwantifikabbli ekonomikament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata twettaq verifiki aleatorji dwar l-informazzjoni sottomessa fir-rigward tas-sorsi ta' appoġġ u ta' finanzjament, biex tivvaluta l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta u biex titlob kjarifiki addizzjonali mill-gruppi ta' organizzaturi. Tali verifiki għandhom l-għan li jiżguraw it-trasparenza tal-finanzjament u ta' appoġġ ieħor ipprovdut lill-gruppi ta' organizzaturi u għandhom jitwettqu b'mod effikaċi, imparzjali u proporzjonat.

 

Sorsi ta' appoġġ u ta' finanzjament għandhom ifissru kwalunkwe offerta ta' mezzi finanzjarji jew ta' kreditu, kwalunkwe offerta in natura, il-forniment taħt il-valur tas-suq ta' kwalunkwe prodott, servizz (inkluż self u l-provvediment ta' persunal) jew xogħlijiet, u/jew kwalunkwe tranżazzjoni oħra li tipprovdi xi vantaġġ ekonomiku, bl-eċċezzjoni ta' appoġġ imwettaq fuq bażi volontarja minn individwi.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura trasparenza sħiħa tal-finanzjament u tal-informazzjoni dwar l-isponsorizzazzjoni permezz ta' kontrolli ta' kwalità u sistema ta' twissija u ta' lmenti biex tiżgura li l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-isponsorizzazzjoni pprovduta mill-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun korretta.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jingħata appoġġ għall-organizzjoni ta' inizjattivi taċ-ċittadini, l-approprjazzjoni annwali għalihom għandha tiġi allokata fil-baġit tal-Unjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni.

1.  Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jissensibbilizzaw il-pubbliku dwar l-eżistenza, l-għanijiet u l-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni u ta' reklamar. B'hekk il-Kummissjoni għandha fost l-oħrajn tagħmel użu mill-pjattaformi diġitali, mill-midja soċjali u mit-teknoloġiji onlajn biex tilħaq u tinteraġixxi maċ-ċittadini.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni rigward l-inizjattiva kkonċernata u soġġett għal kunsens minn firmatarju, l-indirizz elettroniku tiegħu jista' jinġabar minn grupp ta' organizzaturi jew mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni rigward l-inizjattiva kkonċernata u soġġett għal kunsens espliċitu minn firmatarju, l-indirizz elettroniku tiegħu jista' jinġabar minn grupp ta' organizzaturi jew mill-Kummissjoni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkomunika b'mod attiv dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u dwar l-użu tagħha b'rabta ma' azzjonijiet oħrajn imfassla biex jippromwovu l-involviment taċ-ċittadini fl-attivitajiet tal-Unjoni, kif ukoll meta tkun qed tippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet taċ-ċittadini u meta tikkomunika dwar l-attivitajiet tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini".

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, il-grupp ta' organizzaturi ta' inizjattiva taċ-ċittadini jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-grupp ta'organizzaturi jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom, għandhom jiżguraw li d-data personali miġbura minnhom għall-finijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini partikolari ma tintuża għal ebda skop ieħor għajr biex jintwera appoġġ għal dik l-inizjattiva.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perijodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perijodikament il-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn tliet snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontenut tal-inizjattiva li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f'mhux aktar minn 1000 karattru;

2.  Il-kontenut tal-inizjattiva li fuqha l-Kummissjoni tkun mistiedna taġixxi, f'mhux aktar minn 1 200 karattru mingħajr spazji; (medja aġġustata għal kull lingwa);

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness II – punt 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sakemm il-kontenut ta' Anness ikun jikkonsisti f'inqas minn 5 000 karattru (medja aġġustata għal kull lingwa), il-grupp ta' organizzaturi jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tittraduċi l-Anness bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (27.4.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

(COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Angel Dzhambazki

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dik il-proċedura tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li l-Kummissjoni tiġi avviċinata direttament b'talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b'mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.

(1)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija strument tal-Unjoni ta' demokrazija parteċipattiva diretta li tagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni l-possibbiltà li javviċinaw direttament lill-Kummissjoni b'talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati b'mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva Ewropej taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Huma għandhom jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu effikaċi, ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Jenħtieġ li jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli u biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u l-organizzaturi, il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lill-organizzaturi u tagħmel disponibbli pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn dedikata biex tipprovdi forum ta' diskussjoni u ta' informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini. Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli u jingħata appoġġ liċ-ċittadini u l-organizzaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti tagħrif ċar, preċiż u komprensiv kif ukoll għajnuna legali u prattika lill-organizzaturi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn dedikata biex tipprovdi forum ta' diskussjoni u ta' informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini. Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu punt ta' kuntatt wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom, aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni kif ukoll b'assistenza legali u prattika dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu sodisfatti. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(16)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar effikaċi u aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu sodisfatti. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irċeviet l-appoġġ ta' mill-inqas miljun firma minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri.

(a)  irċeviet l-appoġġ ta' mill-inqas miljun firma minn mill-inqas ħames Stati Membri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa tal-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(b)  f'tal-anqas ħames Stati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa tal-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u l-gruppi tal-organizzaturi.

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u komprensiva u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u l-gruppi tal-organizzaturi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-pjattaforma kollaborattiva onlajn għandha tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura. Ir-reġistru għandu jinkludi websajt pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti li gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura. Ir-reġistru għandu jinkludi websajt pubblika aċċessibbli faċilment u b'mod effikaċi li tipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u komprensiva dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali, u b'mod partikolari dettalji rigward kull stadju tal-inizjattiva, li tispeċifika liema passi għandhom jittieħdu u s-sitwazzjoni attwali ta' kull inizjattiva, bi twissijiet meta tkun qed toqrob skadenza, kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-gruppi ta' organizzaturi għandhom ikunu informati malli tkun disponibbli l-verżjoni tradotta tal-inizjattiva tagħhom, u jekk ikun hemm xi impreċiżjoni, il-gruppi ta' organizzaturi għandhom jagħmlu korrezzjoni fil-ħin mas-servizzi tal-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk ikun il-każ, tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed jew aktar sabiex jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-gruppi ta' organizzaturi fit-twaqqif ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed jew aktar, aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, u jagħmluhom magħrufin, bil-għan li jipprovdu informazzjoni kif ukoll assistenza legali u prattika lill-gruppi ta' organizzaturi fit-twaqqif ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Istati Membri għandhom jinċentivaw lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Inizjattiva għandha tiġi ppreparata u ġestita minn grupp ta' mill-inqas seba' persuni fiżiċi (il-"grupp ta' organizzaturi"). Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet ta' dak l-għadd minimu.

1.  Inizjattiva għandha tiġi ppreparata u ġestita minn grupp ta' mill-inqas ħames persuni fiżiċi (il-"grupp ta' organizzaturi"). Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet ta' dak l-għadd minimu.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri tal-grupp tal-organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni, ta' età biżżejjed li jkunu intitolati biex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u residenti f'tal-anqas seba' Stati Membri differenti.

2.  Il-membri tal-grupp tal-organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni, ikollhom l-età adatta biex ikunu intitolati jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u jkunu residenti f'tal-anqas ħames Stati Membri differenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Qabel il-preżentazzjoni ta' inizjattiva, l-organizzaturi jistgħu jitolbu reviżjoni preliminari dwar l-idoneità tal-inizjattiva li għandha tiġi ppreżentata.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jissottomettu t-talba għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru.

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jissottomettu t-talba għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni permezz tal-pjattaforma għar-reġistrazzjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5.

Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk tikkunsidra li l-inizjattiva jew partijiet minnha jaqgħu barra mill-kompetenza tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-grupp ta' organizzaturi dwar il-konklużjoni tagħha u r-raġunijiet tagħha għaliex tkun waslet għaliha.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3(c) jew iżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahar mill-wasla tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi fl-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-ewwel inizjattiva.

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis l-informazzjoni tal-Kummissjoni jew inkella jżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi fl-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-ewwel inizjattiva.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti sostanzjali tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti sostanzjali tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati, filwaqt li, meta jkun fattibbli, jiġi permess perjodu raġonevoli biex isir l-adattament tal-parti tal-proposta li jkun fadal, bil-għan li din tidħol fil-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni 'Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej'

8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod ċar, eżawrjenti u ddettaljat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta' inizjattiva.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tindika l-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ġbir fir-reġistru.

2.  Il-Kummissjoni għandha tindika l-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ġbir fir-reġistru. Fi żmien xahar mill-iskadenzi għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha twissi lill-grupp ta' organizzaturi b'dan.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Kwalunkwe ġbir ta' data personali għall-finijiet ta' inizjattiva fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva, għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017.

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 u soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema ta' ġbir onlajn ċentrali għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Is-sistema ta' ġbir onlajn ċentrali għandha tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru onlajn, id-data li tinkiseb onlajn permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn għandha tinħażen fit-territorju ta' Stat Membru.

Fejn id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru onlajn, id-data li tinkiseb onlajn permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn għandha tinħażen fit-territorju ta' Stat Membru soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni.

Fi żmien ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni. Tali raġunijiet għandhom ikunu ġġustifikati u spjegati b'mod ċar, komprensibbli u ddettaljat. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Qorti tal-Ġustizzjoni tal-Unjoni Ewropea tipprovdi opinjoni dwar l-aspetti legali tal-inizjattiva, li għandha tingħata mingħajr dewmien bla bżonn. Meta l-Kummissjoni ma jkunx biħsiebha tieħu azzjoni, hija għandha tinnotifika lill-grupp ta' organizzaturi dwar il-possibbiltajiet li jressqu l-inizjattiva tagħhom lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u b'hekk tippermettihom ikomplu b'ħidmiethom.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Segwitu u Azzjoni

 

1.   Meta inizjattiva tkun ġiet irreġistrata bis-sħiħ u b'suċċess, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni leġiżlattiva xierqa, meta:

 

(a)  il-ħtiġijiet proċedurali kollha għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva, skont dan ir-Regolament, ikunu ġew issodisfati kif xieraq;

 

(b)   fi żmien 3 xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva rreġistrata, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill.

 

(c)   il-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tkun identifikat b'mod ċar il-ħtieġa li jiġu indirizzati oqsma speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni skont il-kontenut tal-inizjattiva rreġistrata.

 

2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni fi żmien massimu ta' sena, wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva rreġistrata u tgħaddi kwalunkwe proposta għal azzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Parlament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jipprovdu, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, kif jista' jkun il-każ fuq is-sit web tal-kampanja, informazzjoni dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbżu l-EUR 500 għal kull sponser.

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jipprovdu, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, kif jista' jkun il-każ fuq is-sit web tal-kampanja, informazzjoni ċara, preċiża u komprensiva dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbeż il-EUR 500 għal kull sponser.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni u għandha tuża wkoll teknoloġiji u pjattaformi diġitali biex tilħaq lill-komunità u tinteraġixxi magħha, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni, peress li strateġiji ta' komunikazzjoni mmirati, inklużi l-midja soċjali, huma essenzjali għat-tisħiħ tal-effikaċja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u biex tiġi żgurata t-trasparenza.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha żżid ukoll il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, speċjalment fost iż-żgħażagħ.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Referenzi

COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

2.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

2.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angel Dzhambazki

10.10.2017

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Momchil Nekov, Yana Toom, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eider Gardiazabal Rubial, Elena Gentile, Emma McClarkin, Martina Michels, Michel Reimon, Liliana Rodrigues, Remo Sernagiotto, Francis Zammit Dimech

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ECR

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, Remo Sernagiotto

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Martina Michels

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Francis Zammit Dimech, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Elena Gentile, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Momchil Nekov, Liliana Rodrigues, Julie Ward

0

-

5

0

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ENF

Dominique Bilde

Verts/ALE

Jill Evans, Michel Reimon

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (16.5.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

(COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jarosław Wałęsa

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2017)482 – 2017/0220 (COD)) dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (minn hawn 'il quddiem "IĊE") tistabbilixxi rieżami komprensiv tal-qafas legali tal-IĊE bl-għan ewlieni li l-IĊE ssir aktar aċċessibbli bħala għodda ta' parteċipazzjoni pubblika għall-involviment ċiviku fl-Unjoni. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jappoġġja bis-sħiħ it-tentattiv tal-Kummissjoni li żżid l-għoti ta' gwida, appoġġ u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-IĊE liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni sabiex tirrealizza bis-sħiħ il-potenzjal tal-IĊE fit-trawwim tad-dibattitu pubbliku u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni. B'mod partikolari, ir-Rapporteur jenfasizza l-importanza tas-seduti ta' smigħ pubbliku tal-IĊE fil-Parlament Ewropew bħala mekkaniżmu għal djalogu u skambju ta' fehmiet bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-organizzaturi tal-IĊE li jirnexxu bħala mod kif l-Unjoni tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha. F'dan ir-rigward, huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata organizzazzjoni bilanċjata u inklużiva tas-seduti ta' smigħ pubbliċi tal-IĊE. Għalhekk jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jagħmel l-almu tiegħu biex irawwem livell xieraq ta' dibattitu pubbliku dwar inizjattivi li jirnexxu, inkluża l-possibbiltà ta' dibattitu fil-plenarja dwar din l-inizjattiva, li tista' tiġi konkluża bl-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni. Ir-rapporteur tal-Kumitat PETI jirrileva wkoll l-importanza li jiġi stabbilit mhux biss l-appoġġ onlajn għaċ-ċittadini u għall-organizzaturi tal-IĊE, iżda wkoll appoġġ offlajn, u punti ta' kuntatt fiżiku tal-IĊE għas-servizzi ta' tixrid ta' informazzjoni u servizzi ta' konsulenza għaċ-ċittadin, inkluż l-għoti ta' appoġġ fid-definizzjoni ta' bażi legali konformi għal inizjattiva skont il-liġi tal-Unjoni. Fid-dawl tal-għadd baxx ta' IĊE li rnexxew taħt ir-Regolament eżistenti, ir-rapporteur tal-Kumitat PETI jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jittawwal iż-żmien ta' valutazzjoni tal-IĊE minn tlieta għal ħames xhur u jittama li s-segwitu politiku u leġiżlattiv tal-Kummissjoni tal-IĊE b'hekk isir aktar proattiv u trasparenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dik il-proċedura tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li l-Kummissjoni tiġi avviċinata direttament b'talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b'mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.

(1)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 9, 10 u 11 tiegħu, jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija strument tad-demokrazija parteċipattiva li jagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li javviċinaw direttament lill-Kummissjoni b'talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali ġdid jew għall-abrogazzjoni ta' kwalunkwe att legali eżistenti jew previst tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati lil hinn mid-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 296 tat-TFUE jagħti biżżejjed lok biex jiġi interpretat li reviżjoni tat-Trattati jaf tkun marbuta ma' att legali. Il-Kummissjoni tista' tibda l-proċedura ta' reviżjoni, skont l-Artikolu 48 tat-TUE. Fl-istess waqt, u filwaqt li jitqiesu s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-abrogazzjoni u r-reviżjoni jenħtieġ li jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ammissibbiltà, u anki meta inizjattiva tkun relatata ma' atti legali previsti, bħal dawk li jirriżultaw minn trattati kummerċjali internazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  skont is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-754/1: Efler u oħrajn vs il-Kummissjoni Ewropea1a u b'mod partikolari l-paragrafi 45 u 47 tagħha, l-IĊE għandha l-għan li tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jipparteċipaw direttament fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess demokratiku tissaħħaħ aktar speċjalment permezz tal-mekkaniżmu tal-IĊE, li jippermettilhom jagħmlu mistoqsijiet lill-Kummissjoni, u li jitolbuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni, wara li, skont il-każ, tkun ippreżentat l-IĊE f'seduta pubblika organizzata fil-Parlament, billi tistimula dibattitu demokratiku mingħajr ma jkollhom jistennew l-adozzjoni tal-att legali qabel ma jitolbu l-emendar jew l-irtirar tiegħu.

 

_________________

 

1a ECLI:EU:T:2017:323.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  skont l-istess sentenza, il-proposti tal-IĊE jikkostitwixxu espressjoni tal-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-ħajja demokratika tagħha u ma jimminawx il-bilanċ istituzzjonali maħsub mit-Trattati, anke meta jkunu qegħdin jittrattaw il-proċeduri leġiżlattivi li jkunu għaddejjin.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u l-partitarji, sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bħala għodda biex tħeġġeġ id-dibattitu u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, u biex tqarreb l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar aċċessibbli, anqas oneruża u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u l-partitarji, sabiex isaħħaħ il-prinċipju tad-demokrazija u jħeġġeġ u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jipparteċipaw fil-funzjonament demokratiku tal-Unjoni, billi jqarreb lill-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva Ewropej taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Huma għandhom jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

(6)  Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rekwiżiti għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ikunu trasparenti, ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw, anke mill-persuni b'diżabbiltà u proporzjonati man-natura ta' dan l-istrument. Jenħtieġ li huma jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi u jiżguraw li l-Kummissjoni ssegwi kif xieraq l-inizjattivi li jirnexxu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa xieraq li tiġi ffissata età minima għall-appoġġ ta' inizjattiva taċ-ċittadini. Biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala strument ta' demokrazija parteċipattiva u biex trawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, speċjalment fost iż-żgħażagħ Ewropej, dik l-età għandha tkun ta' 16-il sena.

(7)  Huwa xieraq li tiġi ffissata età minima għall-appoġġ ta' inizjattiva taċ-ċittadini. Biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala strument ta' demokrazija parteċipattiva u biex trawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni u l-impenn ċiviku inġenerali, speċjalment fost iż-żgħażagħ Ewropej, jenħtieġ li dik l-età tkun ta' 16-il sena. Iż-żmien deċiżiv biex tiġi ddeterminata l-abbiltà ta' persuna li tappoġġja inizjattiva huwa dak tal-espressjoni tal-appoġġ.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'konformità mal-Artikolu 11(4) tat-TUE inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati, għandha tittieħed minn mhux anqas minn miljun ċittadin li huma ċittadini ta' numru sinifikanti ta' Stati Membri.

(8)  F'konformità mal-Artikolu 11(4) tat-TUE, l-Artikoli 24 u 298(1) tat-TFUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tagħha, inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet li fihom iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati, jenħtieġ li tittieħed minn mhux anqas minn miljun ċittadin li jkunu ċittadini ta' numru sinifikanti ta' Stati Membri.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba tipprovdi li l-azzjoni amministrattiva trid tkun imparzjali, ġusta u ttrattata fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u (Artikolu 41 § 2(c)) l-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun rappreżentattiva ta' interess tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrument jibqa' faċli li jintuża, dak in-numru għandu jkun stabbilit għal kwart tal-Istati Membri.

(9)  Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun rappreżentattiva ta' interess tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrument jibqa' faċli biex jintuża, jenħtieġ li dak in-numru ta' Stati Membri li minnhom iridu jkunu ġejjin iċ-ċittadini jkun stabbilit għal kwart tal-Istati Membri u n-numru minimu ta' firmatarji li jkunu ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jkun proporzjonat b'mod degressiv u jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750.

Ġustifikazzjoni

it-test tmexxa mill-premessa 10 biex it-test jinqara aħjar.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex ikun żgurat li inizjattiva tkun rappreżentattiva u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet simili għaċ-ċittadini biex jappoġġjaw inizjattiva, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta' firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. In-numru minimu ta' firmatarji meħtieġ f'kull Stat Membru għandu jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750.

(10)  Sabiex ikun żgurat li inizjattiva tkun rappreżentattiva u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet simili għaċ-ċittadini biex jappoġġjaw inizjattiva, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta' firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. In-numru minimu ta' firmatarji rekwiżit f'kull Stat Membru jenħtieġ li jkun proporzjonali b'mod degressiv u jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Fid-dawl tal-attivitajiet ta' konsulenza, traduzzjoni u sensibilizzazzjoni (inkluż il-"Jum tal-IĊE") li saru mill-istituzzjonijiet konsultattivi tal-Unjoni, speċjalment il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kummissjoni se żżomm lil dawk l-istituzzjonijiet infurmati dwar inizjattivi ġodda li jiġu rreġistrati u kampanji futuri ta' sensibilizzazzjoni relatati mal-IĊE.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li istituzzjonijiet oħrajn tal-UE qasmu l-piż fuq l-inizjattiva tagħhom stess u koprew lakuna li tħalliet mill-piż loġistiku u amministrattiv enormi li nħoloq mis-sistema preċedenti. F'dak is-sens il-KESE kiseb rwol kbir li jenħtieġ li jingħata kull tifħir fil-proċess, permezz tal-prattika proprio motu tiegħu.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli u biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u l-organizzaturi, il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lill-organizzaturi u tagħmel disponibbli pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn dedikata biex tipprovdi forum ta' diskussjoni u ta' informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini. Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(13)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun aktar aċċessibbli u biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u l-organizzaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti tagħrif u għajnuna bla ħlas lill-organizzaturi u tagħmel disponibbli pjattaforma ta' kollaborazzjoni onlajn dedikata biex tipprovdi forum ta' diskussjoni u ta' informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini, li sservi wkoll bħala pjattaforma għall-iskambju ta' ideat u tal-aqwa prattiki u tippermetti liċ-ċittadini jiddiskutu l-inizjattivi taċ-ċittadini proposti u jifformulaw oħrajn ġodda. Sabiex tiġi żgurata l-prossimità lejn iċ-ċittadini, l-Istati Membri, filwaqt li jibnu fuq iċ-Ċentri ta' Informazzjoni Europe Direct, jenħtieġ li jistabbilixxu helpdesk tal-IĊE wieħed jew aktar fit-territorji rispettivi tagħhom biex jipprovdu għaċ-ċittadini informazzjoni u assistenza u gwida dwar it-tressiq ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mal-IĊE, inkluż dwar kif jippromwovu l-IĊE fil-livell nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li tiġi organizzata konferenza annwali tal-IĊE fil-livell tal-UE fil-Jum tal-IĊE bil-għan li jissaħħu aktar id-djalogu u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-organizzaturi, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali u l-istituzzjonijiet tal-UE u sabiex jiġi vvalutat l-istat ta' implimentazzjoni u ta' effettività tal-IĊE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Sabiex titqajjem il-kuxjenza u jitrawwem id-dibattitu fil-livell nazzjonali dwar l-inizjattivi li jkunu għaddejjin, meta jinġabru l-firem, huwa importanti li jiġu involuti kemm il-parlamenti nazzjonali kif ukoll dawk reġjonali minn kmieni u li l-uffiċċji tar-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri joffru l-faċilitajiet tagħhom għas-servizz tal-inizjattivi taċ-ċittadini. Fil-livell tal-Unjoni, ir-rwol newtrali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jagħmlu adatt għar-rwol ta' faċilitatur u konsulent tal-istituzzjonijiet waqt l-inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu għaddejjin.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u t-trasparenza f'relazzjoni mal-inizjattivi u biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-firem jinġabru għal inizjattiva li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti mit-Trattati u dan ir-Regolament, inizjattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miċ-ċittadini. Il-Kummissjoni għandha tittratta r-reġistrazzjoni skont il-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba.

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u t-trasparenza f'relazzjoni mal-inizjattivi u biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-firem jinġabru għal inizjattiva li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti mit-Trattati u dan ir-Regolament, inizjattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu reġistrati mill-Kummissjoni qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miċ-ċittadini. Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet multipli tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi unità speċjalizzata li tittratta l-ammissibbiltà legali tal-inizjattivi.  Jenħtieġ li r-riżorsi meħtieġa jiġu żgurati sabiex titwettaq valutazzjoni oġġettiva dwar l-ammissibbiltà b'mod indipendenti minn kunsiderazzjonijiet politiċi u f'konformità mal-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. L-inizjattivi għandhom ikunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu sodisfatti. Iċ-ċarezza u t-trasparenza għandhom jiġu żgurati fir-rigward tal-ambitu tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali għandhom ikunu infurmati dwar l-ambitu tar-reġistrazzjoni u fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-ambitu tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(16)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, u b'kont meħud tal-fatt li jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rekwiżiti għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati, huwa xieraq li tiġi parzjalment irreġistrata inizjattiva f'każijiet meta biss parti jew partijiet ta' inizjattiva jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-inizjattivi jkunu rreġistrati parzjalment fejn parti sostanzjali mill-inizjattiva, inklużi l-għanijiet prinċipali tagħha, ma jaqgħux manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni bil-għan li timplimenta t-Trattati u r-rekwiżiti kollha l-oħra ta' reġistrazzjoni jkunu sodisfatti. Jenħtieġ li ċ-ċarezza u t-trasparenza jiġu żgurati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni parzjali u l-firmatarji potenzjali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru biss fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva. Jenħtieġ li l-għażla għal reġistrazzjoni parzjali ma tannullax l-obbligu tal-Kummissjoni li tiġġustifika għalkollox id-deċiżjoni tagħha billi tagħżel li tagħti raġunijiet għar-reġistrazzjoni parzjali ta' inizjattiva.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva għandhom jinġabru f'perijodu ta' żmien speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattivi taċ-ċittadini proposti jibqgħu rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità sabiex jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ madwar l-Unjoni, dak il-perijodu ta' żmien m'għandux ikun itwal minn 12-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

(17)  Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva jinġabru f'perjodu ta' żmien speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li inizjattiva tibqa' rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità sabiex jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ madwar l-Unjoni, jenħtieġ li dak il-perjodu ta' żmien ma jkunx itwal minn 18-il xahar mid-data tal-bidu tal-ġbir determinat mill-grupp tal-organizzaturi. Jekk l-organizzaturi jiddeċiedu li ma jużawx is-sistema ċentrali għall-ġbir onlajn tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ipprovduta mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-perjodu ta' żmien jibda biss wara li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità ta' sistema alternattiva onlajn ta' ġbir skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, anqas ta' piż u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u ċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ċentrali għall-ġbir onlajn tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Dik is-sistema għandha tkun disponibbli bla ħlas lill-gruppi ta' organizzaturi u għandha tinkludi l-karattersitiċi tekniċi meħtieġa li jippermettu l-ġbir onlajn inkluż hosting u software kif ukoll karatteristiċi ta' aċċessibbiltà li jiżguraw li ċ-ċittadini b'diżabilità jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ għall-inizjattivi. Din is-sistema għandha tkun stabbilita u miżmuma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/4626.

(18)  Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej issir aktar aċċessibbli, anqas oneruża u aktar faċli biex tintuża għall-organizzaturi u ċ-ċittadini, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tħaddem sistema ċentrali għall-ġbir onlajn tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ li tinkludi l-miżuri tekniċi u ta' sigurtà rilevanti meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dik is-sistema tkun volontarja u disponibbli bla ħlas għall-gruppi ta' organizzaturi u jenħtieġ li tinkludi l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa li jippermettu l-ġbir onlajn inkluż hosting u software kif ukoll karatteristiċi ta' aċċessibbiltà. Dan għandu jiżgura li ċ-ċittadini b'diżabbiltà jingħataw il-faċilità li jibdew, jipproponu jew jipprovdu appoġġ għall-inizjattivi fuq l-istess livell. Jenħtieġ li din is-sistema tiġi stabbilita u miżmuma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/4626.

_________________

_________________

26 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40–51).

26 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40–51).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Grupp ta' organizzaturi għandu jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi s-sistemi ta' ġbir onlajn tiegħu stess għall-ġbir ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ madwar l-Unjoni u jiddeċiedi f'liema Stat Membru għandha tinħażen id-data miġbura għall-inizjattiva. Il-grupp ta' organizzaturi għandu juża sistema ta' ġbir onlajn individwali waħda għal kull inizjattiva. Is-sistemi individwali ta' ġbir onlajn imwaqqfa u mħaddma minn grupp ta' organizzaturi għandu jkollhom karatteristiċi tekniċi u ta' sigurtà adegwati sabiex jiżguraw li d-data tinġabar, tinħażen u tiġi trasferita b'mod sigur matul il-proċedura. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għas-sistemi ta' ġbir onlajn. Il-Kummissjoni tista' titlob il-parir tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) li tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki relatati mas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni.

(20)  Jenħtieġ li grupp ta' organizzaturi jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi s-sistemi ta' ġbir onlajn tiegħu stess għall-ġbir ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ madwar l-Unjoni u jiddeċiedi f'liema Stat Membru jenħtieġ li tinħażen id-data miġbura għall-inizjattiva. Jenħtieġ li l-grupp ta' organizzaturi juża sistema ta' ġbir onlajn individwali waħda għal kull inizjattiva. Jenħtieġ li s-sistemi individwali ta' ġbir onlajn stabbiliti u mħaddma minn grupp ta' organizzaturi jkollhom karatteristiċi tekniċi u ta' sigurtà adegwati sabiex jiżguraw li d-data tinġabar, tinħażen u tiġi trasferita b'mod sigur matul il-proċedura. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għas-sistemi ta' ġbir onlajn individwali, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' titlob il-parir tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) li tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki relatati mas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), li jagħti pariri lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni personali. Il-grupp tal-organizzaturi jista' jikkonsulta wkoll mal-ENISA u mal-KEPD jekk jagħżel li jistabbilixxi sistemi proprji ta' ġbir onlajn.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Huwa xieraq li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità tas-sistemi ta' ġbir onlajn mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġbir onlajn individwali għandha titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn tinħażen id-data miġbura permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn individwali. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza taħt ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

(21)  Huwa xieraq li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità tas-sistemi ta' ġbir onlajn stabbiliti mill-grupp ta' organizzaturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u joħorġu dokument li jiċċertifika tali konformità qabel ma l-organizzaturi jibdew il-perjodu ta' 12-il xahar għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġbir onlajn individwali titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn tinħażen id-data miġbura permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn individwali. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jsiru bla ħlas. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza taħt ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw mingħajr dewmien l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikonoxxu b'mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr ma jintroduċu kontrolli oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, ladarba jgħaddu l-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' ġbir tal-firem, jenħtieġ li l-grupp ta' organizzaturi jkollu d-dritt li jippreżenta dawn l-inizjattivi filwaqt li jitlob li tiġi organizzata seduta ta' smigħ pubbliku fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li din is-seduta ta' smigħ tiġi organizzata mill-Parlament Ewropew fi żmien tliet xhur mit-talba ppreżentata mill-grupp ta' organizzaturi.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-ewwel seduta ta' smigħ pubbliku huwa li jingħata appoġġ validu lill-grupp ta' organizzaturi biex jiżdied il-livell ta' għarfien fost iċ-ċittadini tal-UE dwar l-eżistenza tal-inizjattiva tagħhom u tal-għanijiet speċifiċi segwiti permezz tagħha.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, fejn inizjattiva appoġġjata mill-għadd meħtieġ ta' firmatarji u li tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-grupp ta' organizzaturi għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni. Is-seduta ta' smigħ pubblika għandha tiġi organizzata b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-inizjattiva u tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti kif ukoll livell adegwat ta' rappreżentanza mill-Kummissjoni. Istituzzjonijiet u korpi konsultattivi tal-Unjoni oħra kif ukoll partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

(23)  Sabiex jiġu promossi l-parteċipazzjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-kwistjonijiet imqajma permezz tal-inizjattivi, meta inizjattiva appoġġjata mill-għadd meħtieġ ta' firmatarji u li tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-grupp ta' organizzaturi jkollu d-dritt li jippreżenta dik l-inizjattiva waqt seduta ta' smigħ pubbliku fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jorganizza s-seduta ta' smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-inizjattiva lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-esperti, kif ukoll livell adegwat ta' rappreżentanza mill-Kummissjoni u mill-Kunsill. Jenħtieġ li istituzzjonijiet u korpi konsultattivi tal-Unjoni oħra, u b'mod partikolari l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati interessati jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fis-seduta ta' smigħ. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jagħmel l-almu tiegħu biex irawwem livell xieraq ta' dibattitu pubbliku dwar inizjattivi li jirnexxu billi jagħmel dibattitu fil-plenarja wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u billi jieħu deċiżjoni dwar il-possibbiltà li ssir votazzjoni fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00). Filwaqt li l-Parlament imissu jagħmel ħiltu biex jippromwovi dibattitu pubbliku dwar l-inizjattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament, il-ħolqien ta' obbligu legali fuq il-Parlament li jsegwi rotta ta' azzjoni speċifika fir-rigward tal-IĊE kollha jista' ma jkunx adattat f'ċerti każijiet. Din l-emenda tirrifletti għalhekk in-natura fakultattiva tal-possibbiltà li jsir segwitu għall-IĊE li jirnexxu billi jiġi organizzat dibattitu fil-plenarja u tiġi adottata mozzjoni għal riżoluzzjoni, iżda ma tkunx torbot legalment lill-Parlament biex isegwi tali rotta speċifika ta' azzjoni għal kull IĊE.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina inizjattiva valida u twieġeb għaliha. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha kif ukoll l-azzjoni li biħsiebha tieħu, fi żmien ħames xhur mill-wasla tal-inizjattiva. Il-Kummissjoni għandha tispjega b'mod ċar, li jinftiehem u b'mod dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u għandha wkoll tagħti r-raġunijiet tagħha jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni.

(24)  Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, il-Kummissjoni wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u d-dibattitu plenarju fil-Parlament Ewropew u wara djalogu xieraq mal-organizzaturi tal-IĊE, jenħtieġ li teżamina inizjattiva valida u twieġeb għaliha fiż-żmien dovut filwaqt li jitqies li l-inizjattivi li jirnexxu jenħtieġ li jkollhom segwitu xieraq. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha kif ukoll l-azzjonijiet leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi li biħsiebha tieħu, fi żmien ħames xhur mill-wasla tal-inizjattiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġġustifika adegwatament b'mod ċar, li jinftiehem u dettaljat billi tissostanzja r-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u jenħtieġ ukoll li tagħti r-raġunijiet tagħha b'mod saħansitra aktar dettaljat u ċar jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni, kemm jekk ikun rifjut parzjali kif ukoll jekk sħiħ. Fiż-żewġ każijiet jenħtieġ li tiġi organizzata seduta oħra ta' smigħ pubbliku biex jiġu diskussi l-konklużjonijiet ikkomunikati mill-Kummissjoni, taħt l-istess regola bħall-ewwel.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-appoġġ u l-finanzjament tal-inizjattivi għandhom ikunu trasparenti. Għalhekk gruppi tal-organizzaturi għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattivi tagħhom bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva tiġix sottomessa lill-Kummissjoni. L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jippromwovu inizjattiva taċ-ċittadini, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu dan bi trasparenza sħiħa.

(25)  Jenħtieġ li l-appoġġ u l-finanzjament tal-inizjattivi jkunu trasparenti u responsabbli. Għalhekk jenħtieġ li gruppi tal-organizzaturi jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattivi tagħhom bejn id-data ta' reġistrazzjoni u d-data li fiha l-inizjattiva tiġi sottomessa lill-Kummissjoni. L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippromwovu u jipprovdu appoġġ u finanzjament għall-inizjattivi, dment li jagħmlu dan b'konformità mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament u bi trasparenza sħiħa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq kontrolli ta' kwalità u għal għarrieda fuq is-sorsi finanzjarji u ta' finanzjament pprovduti mill-organizzaturi tal-IĊE. Iċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jagħtu l-allert f'każ ta' suspetti ta' mġiba ħażina. Is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament jenħtieġ ukoll li jkunu disponibbli pubblikament u aġġornati regolarment flimkien mal-bqija tal-informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-IĊE ppubblikata onlajn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  [Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 200029 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.]

imħassar

_________________

 

29 [Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1-22)].

 

Ġustifikazzjoni

Immexxija għall-Premessa 28 ġdida

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Meta l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni jew mill-organizzaturi, dak l-ipproċessar jenħtieġ li jsir skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, ir-Regolament (UE)2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c .

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

1c Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Sabiex jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-organizzaturi għandhom ikunu jistgħu jiġbru, f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, l-indirizzi tal-posta elettronika ta' firmatarji għall-fini ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni dwar inizjattiva, b'mod partikolari għall-iskop li jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' segwitu li għandhom jittieħdu b'rispons għal inizjattiva. Il-ġabra ta' indirizzi tal-posta elettronika għandha tkun fakultattiva u suġġetta għall-kunsens ta' firmatarji. L-indirizzi tal-posta elettronika m'għandhomx jinġabru bħala parti mill-formoli ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u l-firmatarji potenzjali għandhom ikunu infurmati li d-dritt tagħhom li jappoġġaw inizjattiva mhuwiex suġġett għall-fatt li jagħtu l-kunsens tagħhom biex jiġbru l-indirizz tal-email.

(29)  Sabiex jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-organizzaturi jkunu jistgħu jiġbru, f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data, l-indirizzi elettroniċi tal-firmatarji għall-fini ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni dwar inizjattiva, b'mod partikolari għall-iskop li jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' segwitu li jittieħdu b'rispons għal inizjattiva. Jenħtieġ li l-ġabra ta' indirizzi elettroniċi tkun fakultattiva u suġġetta għall-kunsens espliċitu tal-firmatarji li jenħtieġ li jingħata liberament, ikun speċifiku, infurmat u mhux ambigwu skont l-Artikolu 7 tar-Regolament 2016/679. Jenħtieġ li l-indirizzi elettroniċi ma jinġabrux bħala parti mill-formoli ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u jenħtieġ li l-firmatarji potenzjali jkunu infurmati li d-dritt tagħhom li jappoġġaw inizjattiva mhuwiex kundizzjonali għall-għoti tal-kunsens tagħhom biex jiġbru l-indirizzi elettroniċi tagħhom. Jenħtieġ li l-firmatarji jkunu jistgħu jirtiraw il-kunsens espliċitu tagħhom għall-ġbir tal-indirizzi elettroniċi tagħhom fi kwalunkwe ħin qabel u wara li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun ingħalqet, u f'dan il-każ il-Kummissjoni u l-organizzaturi tal-IĊE jenħtieġ li jħassru minnufih l-indirizz elettroniku mill-bażi tad-data tagħhom u jwaqqfu l-komunikazzjoni mal-firmatarji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Sabiex jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva u ugwali taċ-ċittadini kollha fil-ħajja politika tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-organizzaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-paġni web u l-applikazzjonijiet mobbli tagħhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Għalkemm id-Direttiva (UE) 2016/2102 ma tapplikax għas-siti web u għall-applikazzjonijiet mobbli tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, għall-finijiet tas-sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, ir-reġistru onlajn, jew il-pjattaforma kollaborattiva onlajn u kwalunkwe paġna web relatata mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li l-Kummissjoni u l-organizzaturi huma responsabbli għalihom jenħtieġ li jkunu aċċessibbli b'mod ekwivalenti għar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/2102. B'mod partikolari, il-Kummissjoni hija mħeġġa tikkonforma mal-istandards armonizzati Ewropej rilevanti, li jipprovdu konformità mar-rekwiżiti ta' perċezzjoni, komprensibbiltà, operabbiltà u robustezza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura konformità mal-Konvezjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UN CRPD), speċjalment l-Artikoli 9 u 21, sabiex trawwem l-aċċess għall-informazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà intellettwali; jenħtieġ li jiġu pprovduti alternattivi b'lingwa faċli li tinqara sa fejn huwa l-aktar possibbli u b'mod proporzjonat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tirrifletti aħjar il-bqija tat-test u l-bidliet fl-Artikoli.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 19.

(32)  Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Kamp ta' applikazzjoni

 

Inizjattiva taċ-ċittadini tista' tikkonċerna proposta għal att legali ġdid mill-Kummissjoni, jew l-abrogazzjoni jew ir-reviżjoni ta' kwalunkwe att legali eżistenti jew previst tal-Unjoni għall-finijiet ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ċittadin tal-Unjoni li jkollu tal-anqas 16-il sena għandu d-dritt li jappoġġja inizjattiva billi jiffirma dikjarazzjoni ta' appoġġ, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Kull ċittadin tal-Unjoni li jkollu tal-anqas 16-il sena fiż-żmien meta jesprimi l-appoġġ tiegħu, għandu d-dritt li jappoġġja inizjattiva billi jiffirma dikjarazzjoni ta' appoġġ ("il-firmatarju"), f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Iċ-ċittadini residenti fi Stati Membri differenti minn dawk taċ-ċittadinanza tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jappoġġjaw inizjattiva jew fil-pajjiż ta' residenza tagħhom jew fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aktar faċli li persuni b'diżabbiltà jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa tal-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

(b)  f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru ta' firmatarji huwa tal-inqas daqs in-numru minimu stabbilit fl-Anness I, li jikkorrispondi għan-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat bin-numru totali ta' Membri tal-Parlament Ewropew, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.

 

(Aġġornat l-Anness I kif xieraq).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1a firmatarju għandu jitqies fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu.

2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1a firmatarju għandu jingħadd fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu irrispettivament mill-post fejn il-firmatarju jkun iffirma d-dikjarazzjoni ta' appoġġ.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex jiġi ċċarat li ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu jistgħu jiffirmaw inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni u assistenza mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri

Informazzjoni u assistenza mill-Kummissjoni, minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u mill-Istati Membri

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' referenza għall-Parlament u għall-KESE f'dan l-artikolu tirrikjedi l-aġġornament tat-titolu

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi informazzjoni u assistenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u l-gruppi tal-organizzaturi.

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi informazzjoni u assistenza faċilment aċċessibbli u orjentati lejn l-utent dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej liċ-ċittadini u lill-gruppi tal-organizzaturi, inkluża assistenza dwar il-bażi ġuridika xierqa għal inizjattiva skont id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll gwida legali, materjali u teknika oħra li tiffaċilita r-reġistrazzjoni li tirnexxi ta' inizjattiva. Tali assistenza għandha tingħata mingħajr ħlas, u f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct u ċ-Ċentri ta' Informazzjoni Europe Direct kif rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00), paragrafu 17. Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/9/2013/TN rigward il-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 10-11.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-internet pjattaforma kollaborattiva li tipprovdi liċ-ċittadini u l-gruppi ta' organizzaturi b'forum għad-diskussjoni u informazzjoni u pariri dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-internet pjattaforma kollaborattiva li tipprovdi għaċ-ċittadini u l-gruppi ta' organizzaturi forum għad-diskussjoni u servizzi ta' informazzjoni u konsulenza dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika b'mod regolari mal-organizzaturi tal-IĊE permezz tal-pjattaforma kollaborattiva. Is-servizzi ta' konsulenza kollha għandhom ikunu disponibbli f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, fi żmien debitu u mingħajr ħlas.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida tal-utent sabiex tiffaċilita l-fehim tal-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Gwida tal-utent bħal din hija meħtieġa biex tinforma u tagħti t-tweġibiet bażiċi lill-promoturi tal-IĊE. Din għandha tinħareġ malajr sabiex tħeġġeġ approprjazzjoni f'waqtha tar-Regolament il-ġdid dwar l-IĊE u tippermetti valutazzjoni sostantiva f'konformità mal-Artikolu 24.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura. Ir-reġistru għandu jinkludi websajt pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli reġistru onlajn (ir-"reġistru") li jippermetti gruppi ta' organizzaturi jimmaniġġjaw l-inizjattiva tagħhom matul il-proċedura. Ir-reġistru għandu jinkludi websajt pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali inkluż dwar is-sorsi finanzjarji u ta' finanzjament tal-IĊE kif ukoll dwar inizjattivi speċifiċi u l-istatus rispettiv tagħhom.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk ikun il-każ, tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

4.  Wara li l-Kummissjoni tkun irreġistrat inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi t-traduzzjoni tal-kontenut ta' dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Grupp ta' organizzaturi jista', barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni tittraduċi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni l-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk ikun il-każ, tal-abbozz ta' att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2). Jekk Anness jew dikjarazzjoni ta' spjegazzjoni jkollhom inqas minn 5 000 karattru (medja aġġustata għal kull lingwa), il-grupp ta' organizzaturi jista' jitlob ukoll lill-Kummissjoni tittraduċi l-Anness bla ħlas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkun intitolat joffri pariri istituzzjonali u faċilitazzjoni lill-grupp ta' organizzaturi, kif jara l-aktar xieraq biex iżid is-sensibilizzazzjoni dwar l-inizjattivi, filwaqt li jirrispetta l-mandat tiegħu u jżomm rwol newtrali.

 

Għandu jkun intitolat jorganizza seduta ta' smigħ waħda jew aktar fil-bini tiegħu, mir-reġistrazzjoni ta' inizjattiva u tul il-fażi ta' ġbir tal-firem, u jistieden lill-grupp ta' organizzaturi jippreżentaw l-inizjattivi tagħhom. Jistgħu jiġu mistiedna wkoll esperti indipendenti rilevanti.

 

Għandu jkun intitolat jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini b'mod ġenerali bħala għodda li trawwem il-parteċipazzjoni demokratika fl-Unjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed jew aktar sabiex jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-gruppi ta' organizzaturi fit-twaqqif ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

6.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt diġitali u fiżiku wieħed jew aktar sabiex jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-gruppi ta' organizzaturi fl-istabbiliment ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Tali assistenza għandha tingħata mingħajr ħlas għaċ-ċittadini, f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct, iċ-Ċentri ta' Informazzjoni Europe Direct, l-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea kollha, kif ikun rilevanti. L-assistenza għandha tinkludi pariri legali, tekniċi u organizzattivi dwar it-tħejjija ta' inizjattiva għar-reġistrazzjoni kif ukoll il-faċilitazzjoni fil-komunikazzjoni mal-Kummissjoni. L-assistenza għandha tkun disponibbli f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tal-Kumitat PETI huwa tal-fehma li r-Regolament għandu jiċċara l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu punti ta' kuntatt fiżiku offlajn għal dawk li jappoġġjaw l-IĊE u għal dawk li jikkampanjaw għall-IĊE.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-grupp ta' organizzaturi jista' jkun irreġistrat bħala entità legali, jiġifieri organizzazzjoni b'personalità ġuridika f'wieħed mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jaħtar tnejn mill-Membri tiegħu bħala, rispettivament, rappreżentant u sostitut, li għandhom jikkollaboraw bejniethom u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċess kollu u li għandu jkollhom mandat biex jaġixxu f'isem il-grupp ta' organizzaturi (il-"persuni ta' kuntatt").

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jaħtar jew jeleġġi tnejn mill-Membri tiegħu bħala, rispettivament, rappreżentant u sostitut, li għandhom jikkollaboraw bejniethom u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċess kollu u li għandu jkollhom mandat biex jaġixxu f'isem il-grupp ta' organizzaturi (il-"persuni ta' kuntatt").

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi jista' wkoll jinnomina massimu ta' żewġ persuni fiżiċi oħra, magħżula minn fost il-membri tiegħu jew b'xi mod ieħor, li huma awtorizzati biex jaġixxu f'isem persuni ta' kuntatt għall-finijiet ta' kuntatt mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha.

Il-grupp ta' organizzaturi jista' wkoll jinnomina massimu ta' tliet persuni fiżiċi oħra, magħżula minn fost il-membri tiegħu jew b'xi mod ieħor, li huma awtorizzati biex jaġixxu f'isem persuni ta' kuntatt għall-finijiet ta' kuntatt mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiġu awtorizzati massimu ta' tliet sostituti biex jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar ta' IĊE. Aktar minn hekk jistgħu jkunu diffiċilment immaniġġjati mill-Kummissjoni u jibdlu l-kontinwità ta' IĊE u l-komunikazzjoni meħtieġa bejn l-organizzaturi u l-Kummissjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' rappreżentant ta' grupp ta' organizzaturi bħala l-kontrollur tad-data skont it-tifsira tal-Artikolu 82(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-membri ta' grupp ta' organizzaturi għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, għal kwalunkwe ħsara kkawżata matul l-organizzazzjoni ta' inizjattiva minn atti illegali mwettqa b'mod intenzjonali jew b'negliġenza serja.

5.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' rappreżentant ta' grupp ta' organizzaturi bħala l-kontrollur tad-data skont it-tifsira tal-Artikolu 82(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-membri ta' grupp ta' organizzaturi jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom, għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, għal kwalunkwe ħsara kkawżata matul l-organizzazzjoni ta' inizjattiva minn atti illegali mwettqa b'mod intenzjonali jew b'negliġenza serja.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva jistgħu jinġabru biss wara li l-inizjattiva tkun ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni.

1.  Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal inizjattiva jistgħu jinġabru biss wara li l-inizjattiva tkun ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni u fejn rilevanti wara li l-Istati Membri jkunu vverifikaw il-konformità tas-sistemi ta' ġbir individwali onlajn stabbiliti mill-grupp ta' organizzaturi skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Unità speċjalizzata fi ħdan il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammissibbiltà tal-inizjattiva taċ-ċittadini ppreżentata, esklużivament fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3.

 

Din l-unità speċjalizzata għandha twettaq il-kontroll tal-konformità legali b'mod indipendenti minn kunsiderazzjonijiet politiċi u tagħmel kompletament aċċessibbli għall-pubbliku il-kunsiderazzjonijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet tagħha.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(e)  ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għad-drittijiet stabbiliti fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3(c) jew iżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahar mill-wasla tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi fl-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-ewwel inizjattiva.

F'dak il-każ, il-grupp ta' organizzaturi jista' jew jemenda l-inizjattiva biex iqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex jiżgura li l-inizjattiva tkun konformi mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3(c) jew iżomm jew jirtira l-inizjattiva inizjali. Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahrejn mill-wasla tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet tiegħu, u għandu, jekk ikun il-każ, jibgħat emendi fl-informazzjoni msemmija fl-Anness II biex jissostitwixxi l-ewwel inizjattiva.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti sostanzjali tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

(b)  tirreġistra parzjalment l-inizjattiva jekk parti tal-inizjattiva, inklużi l-għanijiet ewlenin tagħha, ma tkunx taqa' manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru.

Kwalunkwe inizjattiva li tkun ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni, inkluża kull inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru u fuq is-sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva taħt numru ta' reġistrazzjoni uniku u tgħarraf lill-grupp ta' organizzaturi biha.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva taħt deċiżjoni ta' reġistrazzjoni unika u numru ta' reġistrazzjoni uniku u tgħarraf lill-grupp ta' organizzaturi biha.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fejn tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom.

7.  Meta tirrifjuta li tirreġistra jew tirreġistra parzjalment biss inizjattiva skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tinforma kif dovut lill-grupp ta' organizzaturi bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha bir-rimedji ġudizzjarji u extraġudizzjarji kollha possibbli disponibbli għalihom. Id-deċiżjonijiet ta' rifjut ta' reġistrazzjoni jew reġistrazzjoni parzjali ta' inizjattiva għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u għandhom iniżżlu fid-dettall u jiġġustifikaw ir-raġunament tal-Kummissjoni għal tali rifjut, filwaqt li jindikaw il-bażijiet ġuridiċi invokati u jippermettu lill-organizzaturi tal-IĊE jikkontestawhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00), paragrafu 10. Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/9/2013/TN rigward il-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 14-16 dwar l-iskrutinju pubbliku tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Meta l-organizzaturi jkunu infurmati dwar rifjut, sħiħ jew parzjali, ta' reġistrazzjoni jistgħu jemendaw l-inizjattiva tagħhom u jissottomettuha mill-ġdid lill-Kummissjoni fi żmien xahar. Id-deċiżjonijiet magħmula mill-organizzaturi dwar ir-reġistrazzjoni tal-IĊE tagħhom għandhom ikunu magħmula disponibbli wkoll fir-reġistru u fuq is-sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni 'Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej'

8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod ċar, eżawrjenti u dettaljat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta' inizjattiva.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Kull dikjarazzjoni ta' appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-18-il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-"perjodu ta' ġbir"), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-grupp ta' organizzaturi jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 12-il xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha se jispiċċa l-perjodu tal-ġbir.

Fejn il-grupp ta' organizzaturi jkun jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ qabel tmiem il-perijodu ta' 18-il xahar wara l-bidu tal-perjodu ta' ġbir, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha se jispiċċa l-perjodu tal-ġbir.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-grupp ta' organizzaturi, jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom skont l-Artikolu 5(2a) u (7) ta' dan ir-Regolament, għandu jkun responsabbli għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġiet irreġistrata skont l-Artikolu 6.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa biex iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru minbarra dak taċ-ċittadinanza tagħhom għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu jekk l-appoġġ tagħhom għal inizjattiva jingħaddx fil-pajjiż ta' residenza tagħhom jew fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti mid-diversi Stati Membri għandhom jikkoordinaw sabiex jiżguraw allokazzjoni xierqa tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ fil-kontijiet rispettivi tagħhom.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura f'kull Stat Membru mill-anqas kull xahrejn matul il-perjodu ta' ġbir u tal-għadd finali fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu ta' ġbir għall-pubblikazzjoni fir-reġistru.

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura f'kull Stat Membru mill-anqas kull tliet xhur matul il-perjodu ta' ġbir u tal-għadd finali fi żmien tliet xhur minn tmiem il-perjodu ta' ġbir għall-pubblikazzjoni fir-reġistru. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika regolarment mal-organizzaturi tal-IĊE matul il-kampanja u warajha.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017.

Għall-iskop tal-ġbir onlajn ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera, sal-1 ta' Jannar 2020, sistema ċentrali ta' ġbir onlajn, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017. L-użu ta' din is-sistema għandu jkun fuq bażi volontarja u bla ħlas għall-organizzaturi kollha.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema ta' ġbir onlajn ċentrali għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Is-sistema ta' ġbir onlajn ċentrali għandha tkun b'sors miftuħ u għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-grupp ta' organizzaturi li juża sistemi oħrajn ta' ġbir onlajn iċċertifikati xorta waħda għandu jkollu l-possibbiltà li juża s-servers imħaddma mill-Kummissjoni bla ħlas.

 

Meta d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ jinġabru onlajn, id-data miksuba permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn għandha tinħażen fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp tal-organizzaturi għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti biss meta l-għadd minimu ta' firmatarji stabbiliti fl-Artikolu 3 jintlaħaq minn din l-inizjattiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda tmur lil hinn mill-għan ewlieni tal-proposta li tissimplifika r-regoli attwali u toħloq ostakoli inġustifikati għall-organizzaturi ta' IĊE.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pubblikazzjoni u smigħ pubbliku

Pubblikazzjoni u seduti ta' smigħ pubbliku

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva valida li għaliha jkunu nġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew iċċertifikati skont l-Artikoli 8 sa 12, din għandha tippubblika minnufih avviż għal dak l-għan fir-reġistru u tittrażmetti l-inizjattiva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta' organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku.

Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp tal-organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt seduta ta' smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew, fl-interess li jiġi ġġenerat dibattitu pubbliku fl-Unjoni kollha dwar l-inizjattiva proposta, li jkun jinkludi d-diversità tal-partijiet ikkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00), paragrafu 19. Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/9/2013/TN rigward il-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 17-22.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jorganizzaw is-smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni, kif ukoll partijiet interessati, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza s-seduti ta' smigħ pubbliku fil-bini tiegħu. Rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll tal-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni l-oħra, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-parlamenti nazzjonali, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-seduti ta' smigħ. Is-seduta ta' smigħ pubbliku għandha tixxandar fuq l-internet u wara dan tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-IĊE. Wara s-seduta ta' smigħ, il-Parlament Ewropew għandu jorganizza dibattitu plenarju dwar l-inizjattiva u jiddeċiedi jekk jadottax mozzjoni għal riżoluzzjoni.

 

Fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(2), l-organizzaturi tal-IĊE għandhom ikunu intitolati li jitolbu t-tieni seduta ta' smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza t-tieni seduta ta' smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tat-talba.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00), paragrafu 19. Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/9/2013/TN rigward il-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 17-22.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-seduta ta' smigħ għandu jkollha l-għan li tfittex l-interess pubbliku. L-għan esklużiv tas-seduta ta' smigħ għandu jkun li tinforma b'mod eżawrjenti dwar il-kontenut u l-għanijiet ta' inizjattiva.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-iskop ewlieni tas-seduta ta' smigħ għandu jkun li jipprovdi għall-grupp ta' organizzaturi forum li fih jippreżenta l-inizjattiva tagħhom b'espożizzjoni dettaljata tal-għan tagħha u li jiġu suġġeriti miri leġiżlattivi.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti.

Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-interessi pubbliċi u privati, kif ukoll ir-rappreżentanza tal-istituzzjonijiet u l-korpi ta' konsulenza tal-Unjoni, sabiex jitħeġġeġ dibattitu pubbliku inklużiv dwar l-inizjattiva proposta.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (PETI_AD(2017)606197) (PE 606.197v03-00), paragrafu 19. Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/9/2013/TN rigward il-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 17-22.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fis-seduta f'livell xieraq.

3.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati fis-seduti f'livell xieraq.

Il-preżenza ta' mill-inqas membru wieħed tal-Kulleġġ tal-Kummissarji għandha tiġi żgurata waqt is-seduti ta' smigħ.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Parlament Ewropew jista' wkoll jiżviluppa forom xierqa ta' rispons għal dawk l-inizjattivi taċ-ċittadini, li jkunu ġew irreġistrati b'suċċess iżda li ma jissodisfawx il-miljun firma, iżda madankollu jirċievu appoġġ sinifikanti miċ-ċittadini.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-parlamenti nazzjonali u reġjonali jistgħu jorganizzaw ukoll seduti ta' smigħ dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini, fejn jistiednu kif xieraq lill-organizzaturi, b'enfasi partikolari fuq l-Istati Membri meta inizjattiva ta' suċċess tkun laħqet il-livell limitu minimu tal-firem.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-parlamenti nazzjonali fid-dibattitu fuq inizjattiva taċ-ċittadini huwa mod effettiv kif id-dibattitu politiku tal-Unjoni jitressaq eqreb lejn iċ-ċittadini. Id-dibattiti fil-parlamenti nazzjonali u reġjonali jistgħu jkunu utli min-naħa tagħhom għal dibattiti sussegwenti fil-Parlament Ewropew, jew għall-Kummissjoni nfisha.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi żmien xahar mis-sottomissjoni tal-inizjattiva, il-Kummissjoni għandha tirċievi lill-grupp ta' organizzaturi f'livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva.

1.  Fi żmien xahar mis-sottomissjoni ta' inizjattiva valida li għaliha jkunu nġabru u ġew iċċertifikati dikjarazzjonijiet ta' appoġġ skont l-Artikoli 8 sa 12, il-Kummissjoni għandha tirċievi lill-grupp ta' organizzaturi f'livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn se tieħu jew mhux se tieħu dik l-azzjoni.

Fi żmien ħames xhur wara l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 14(1), u wara s-seduta ta' smigħ pubbliku msemmi fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f'komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva, l-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, jekk tkun se tieħu azzjoni, u r-raġunijiet għalfejn tkun se tieħu jew ma tkunx se tieħu dik l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet dettaljati u ċari u ġustifikazzjoni sħiħa għal deċiżjoni li ma tiħux azzjoni li tispjega l-konklużjonijiet tagħha lill-pubbliku b'mod dettaljat u trasparenti skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-konklużjonijiet fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 15(2) u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew ivarjaw, il-Parlament Ewropew jista' jeżerċita d-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-organizzaturi aġġornati dwar l-attivitajiet tagħha relatati mal-inizjattiva u dwar l-evoluzzjoni tal-inizjattiva wara li l-Kummissjoni tkun tat id-deċiżjoni tagħha.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-grupp ta' organizzaturi għandhom jipprovdu, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, kif jista' jkun il-każ fuq is-sit web tal-kampanja, informazzjoni dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbżu l-EUR 500 għal kull sponser.

Il-grupp ta' organizzaturi għandu jipprovdi, għall-pubblikazzjoni fir-reġistru, u kif jista' jkun il-każ fuq is-sit web tal-kampanja, informazzjoni dwar is-sorsi ta' appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva li jaqbżu l-EUR 100 għal kull sponser.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a  Approprjazzjoni annwali fil-Baġit tal-Unjoni għandha tkun allokata sabiex tappoġġja l-organizzazzjoni tal-inizjattivi taċ-ċittadini.

 

Grupp stabbilit ta' organizzaturi jista' japplika għall-kopertura finanzjarja ta' spejjeż relatati mal-pariri legali u appoġġ qabel is-sottomissjoni jew wara l-konklużjoni tal-ġbir tal-firem.

 

Il-grupp ta' organizzaturi ta' inizjattivi rreġistrati għandu jkun intitolat għal għotja, immirata li tkopri l-ispejjeż relatati mal-aspetti tal-komunikazzjoni u loġistiċi tal-kampanja ta' ġbir ta' firem tagħhom.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura trasparenza sħiħa tal-finanzjament u informazzjoni dwar l-isponsorizzazzjoni permezz ta' kontrolli ta' kwalità u sistema ta' allerti u lmenti biex tiżgura li l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-isponsorizzazzjoni pprovduta mill-organizzaturi tal-IĊE tkun korretta.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni.

1.  Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, u tal-Istati Membri, għandha tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u kampanji ta' informazzjoni ad hoc, inizjattivi tal-massa u l-użu tal-midja soċjali u diġitali biex b'hekk tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja politika tal-Unjoni u tippromwovi l-kuxjenza ta' dwar kif iċ-ċittadini jistgħu jinfluwenzaw u jsawru l-Unjoni Ewropea permezz ta' Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Il-Kummissjoni tista' tagħti appoġġ finanzjarju lill-entitajiet li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ġenerali tal-inizjattiva taċ-ċittadini bħala strument ta' parteċipazzjoni demokratika, jipprovdu appoġġ tekniku bla ħlas u pariri legali lill-organizzaturi.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni rigward l-inizjattiva kkonċernata u soġġett għal kunsens minn firmatarju, l-indirizz elettroniku tiegħu jista' jinġabar minn grupp ta' organizzaturi jew mill-Kummissjoni.

Għall-finijiet tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni rigward l-inizjattiva kkonċernata u soġġett għal kunsens espliċitu minn firmatarju, l-indirizz elettroniku tiegħu jista' jinġabar minn grupp ta' organizzaturi jew mill-Kummissjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, il-grupp ta' organizzaturi ta' inizjattiva taċ-ċittadini jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-organizzaturi jew, jekk applikabbli, l-entità legali maħluqa minnhom, għandhom jiżguraw li d-data personali miġbura minnhom għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari ma tintuża għal ebda skop ieħor għajr għall-appoġġ indikat tagħhom għal dik l-inizjattiva.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini tal-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 11(3).

1.  Għall-fini tal-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jaħtar mingħajr dewmien awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 11(3).

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(12), kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess ta' verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u għall-ħruġ taċ-ċertifikati previsti fih.

2.  Għall-fini tal-Artikolu 12, kull Stat Membru għandu jaħtar mingħajr dewmien awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess ta' verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u għall-ħruġ taċ-ċertifikati previsti fih.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perijodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn tliet snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontenut tal-inizjattiva li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f'mhux aktar minn 1000 karattru;

2.  Il-kontenut tal-inizjattiva li fuqha l-Kummissjoni tkun mistiedna taġixxi, f'mhux aktar minn 1 200 karattru mingħajr spazji; (medja aġġustata għal kull lingwa);

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Referenzi

COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

2.10.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

2.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jarosław Wałęsa

22.11.2017

Eżami fil-kumitat

22.1.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Soledad Cabezón Ruiz, Alberto Cirio, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Takis Hadjigeorgiou, Rikke-Louise Karlsson, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Miroslavs Mitrofanovs, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß, Virginie Rozière, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Demetris Papadakis, Josep-Maria Terricabras, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Rosa D’Amato, Laura Ferrara, Dimitrios Papadimoulis, Marco Valli, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

EFDD

GUE/NGL

NI

PPE

 

S&D

VERTS/ALE

 

Beatriz Becerra Basterrechea, Cecilia Wikström

Rosa D'Amato, Laura Ferrara, Marco Valli

Takis Hadjigeorgiou, Dimitrios Papadimoulis, Ángela Vallina

Rikke-Louise Karlsson

Asim Ademov, Alberto Cirio, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Jarosław Wałęsa, Rainer Wieland

Soledad Cabezón Ruiz, Andrea Cozzolino, Jude Kirton-Darling, Marlene Mizzi, Demetris Papadakis, Gabriele Preuß, Virginie Rozière, Julie Ward

Margrete Auken, Miroslavs Mitrofanovs, Josep-Maria Terricabras

0

-

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Referenzi

COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

2.10.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

2.10.2017

LIBE

2.10.2017

PETI

2.10.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

19.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

György Schöpflin

28.9.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.9.2017

28.11.2017

22.1.2018

21.2.2018

 

21.3.2018

25.4.2018

24.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Fabio Massimo Castaldo, Richard Corbett, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Charles Goerens, Jérôme Lavrilleux

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ivan Štefanec

Data tat-tressiq

27.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Charles Goerens, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Morten Messerschmidt

ENF

Gerolf Annemans

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin, Ivan Štefanec

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Ramón Jáuregui Atondo, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

5

-

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva, Barbara Spinelli

NI

Diane James

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep-Maria Terricabras

1

0

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2018Avviż legali