Proċedura : 2017/2257(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0241/2018

Testi mressqa :

A8-0241/2018

Dibattiti :

PV 12/09/2018 - 18
CRE 12/09/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2018 - 10.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0355

RAPPORT     
PDF 736kWORD 79k
28.6.2018
PE 618.014v03-00 A8-0241/2018

dwar Ewropa f'Moviment: aġenda għall-futur tal-mobilità fl-UE

(2017/2257(INI))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: István Ujhelyi

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Ewropa f'Moviment: aġenda għall-futur tal-mobilità fl-UE

(2017/2257(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" (COM(2017)0283),

  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, ratifikat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-4 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni u r-robotizzazzjoni tat-trasport għat-tfassil tal-politika tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar CARS 2020: lejn industrija tal-karozzi Ewropea b'saħħitha, kompetittiva u sostenibbli(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq tad-29 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-2016 bit-titolu "Self-piloted cars: the future of road transport?" ("Karozzi awtogwidati: il-ġejjieni tat-trasport bit-triq?"),

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-2017 bit-titolu "Infrastructure funding challenges in the sharing economy" ("L-isfidi tal-finanzjament tal-infrastruttura fl-ekonomija ta' kondiviżjoni"),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-2017 bit-titolu "Impact of digitalisation and the on-demand economy on labour markets and the consequences for employment and industrial relations" ("L-impatt tad-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija on demand fuq is-swieq tax-xogħol u l-konsegwenzi għall-impjieg u r-relazzjonijiet industrijali"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0241/2018),

A.  billi qed isiru bidliet strutturali fis-settur tat-trasport, u l-futur tat-trasport fl-UE jinsab fl-intersezzjoni tal-prijoritajiet ġenerali tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, il-Programm għal l-Arja Nadifa għall-Ewropa u l-linji gwida tal-UE dwar is-sikurezza tat-toroq 2011-2020;

B.  billi d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-użu ta' teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi joffru opportunitajiet għall-ġejjieni tal-mobilità u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli;

C.  billi l-ekonomija kollaborattiva u ta' kondiviżjoni qed tittrasforma l-industrija tat-trasport mad-dinja kollha; billi l-valur tat-tranżazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva fis-settur tat-trasport fl-Ewropa fl-2015 ġie stmat għal EUR 5,1 biljun, żieda ta' 77 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, filwaqt li l-interazzjonijiet tal-ekonomija ta' kondiviżjoni mhux monetarja jaqbżu sew dan ix-xenarju, fatt li jenfasizza l-importanza ta' dan il-fenomenu;

D.  billi huwa stmat li t-trasport tal-passiġġieri se jikber b'madwar 42 % bejn l-2010 u l-2050 u billi t-trasport tal-merkanzija se jikber b'60 % matul l-istess perjodu;

E.  billi l-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 appellat li 30 % tat-trasport tal-merkanzija li jsir fil-kurituri ewlenin jiġi trasferit mit-toroq għal modi tat-trasport aktar sostenibbli bħalma hi l-ferrovija sal-2030, u li 50 % jiġi trasferit sal-2050, filwaqt li rrikjediet li tiġi żviluppata infrastruttura ekoloġika xierqa;

F.  billi l-applikazzjoni, fil-modi kollha tat-trasport, tal-prinċipju ta' min juża u jniġġes iħallas, inklużi fit-trasport bit-triq, dak ferrovjarju, dak marittimu u l-avjazzjoni, se tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet ekwi bejn il-modi kollha tat-trasport;

G.  billi servizzi ta' mobilità ġodda għandhom l-għan li jtejbu b'mod sinifikanti t-trasport urban u għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan billi jnaqqsu l-konġestjoni u l-emissjonijiet u jipprovdu alternattiva għas-sjieda ta' karozza privata, peress li l-karozza privata għadha l-mezz prinċipali tat-trasport f'dawk li huma vjaġġi magħmula; billi tali servizzi jistgħu jippermettu tranżizzjoni lejn trasport multimodali u kondiviż, li b'hekk huwa wkoll aktar sostenibbli, u jistgħu jikkomplementaw forom pubbliċi u attivi ta' trasport;

H.  billi s-settur tat-trasport jaqdi rwol ewlieni fil-funzjonament tal-ekonomija tal-UE, fejn jikkostitwixxi madwar 4 % tal-PDG tal-UE u aktar minn 5 % tal-impjiegi kollha tal-UE(9); billi n-nisa jiffurmaw biss 22 % tal-forza tax-xogħol tas-settur u terz tal-ħaddiema kollha tas-settur għandhom 'il fuq minn 50 sena;

I.  billi l-vetturi konnessi u awtonomi huma mistennija jagħmlu t-trasport bit-triq tal-futur aktar effiċjenti, sikur u sigur, peress li l-iżball uman huwa l-kawża ewlenija tal-inċidenti kollha tat-traffiku fit-toroq tal-Ewropa;

J.  billi sar progress kbir f'dawn l-aħħar deċennji, fatt li għamel lill-UE l-iktar reġjun sikur f'dak li hu trasport bit-triq; billi l-għadd kbir ta' vittmi ta' inċidenti, fejn naraw li s-sena l-oħra fir-toroq Ewropej mietu 25 500 ruħ u sfaw midruba serjament 135 000 ruħ, għadu qed jikkawża sofferenza umana kbira u kosti ekonomiċi inaċċettabbli, li huma stmati li jammontaw għal EUR 100 biljun fis-sena, u billi l-miri tal-2020, li l-għadd ta' vittmi tal-inċidenti tat-traffiku jitnaqqas bin-nofs meta mqabbel mal-2010, mhumiex qed jintlaħqu u l-proporzjon ta' korrimenti serji u ta' mwiet ta' utenti tat-toroq vulnerabbli bħalma huma dawk li jkunu mexjin fit-toroq, iċ-ċiklisti jew is-sewwieqa ta' vetturi bil-mutur aktar żgħir b'żewġ roti qed jiżdied f'daqqa.

K.  billi t-trasport huwa l-kawża prinċipali tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni urbani u huwa responsabbli għal iktar minn 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE, li aktar minn 70 % minnhom huma ġejjin mit-trasport bit-triq, sehem li qed ikompli jiżdied;

L.  billi riċerka u stimi ta' dan l-aħħar jiżvelaw rabta aktar qawwija bejn l-esponiment għat-tniġġis tal-arja u riskji ogħla għas-saħħa pubblika, inklużi l-mard kardjovaskulari bħalma huma l-puplesija u l-mard tal-qalb iskemiku, u l-kanċer, u billi l-materja partikolata tal-UE hija stmata li tikkawża 399 000 mewta qabel il-waqt kull sena, fejn iċ-ċifri korrispondenti huma 75 000 għall-ossidi tan-nitroġenu u 13 600 għall-ożonu: billi n-nies li jgħixu f'ambjenti urbani huma partikolarment esposti għal dan il-periklu;

M.  billi bħalissa fid-dinja kollha qed isiru sforzi mill-akbar biex is-settur tat-trasport isir aktar inklużiv, sikur u ġust, inkluża l-introduzzjoni ta' miri ambizzjużi u standards vinkolanti, u billi l-UE m'għandhiex titlef l-opportunità tagħha li tkun ta' quddiem nett f'dawn l-innovazzjonijiet soċjali;

L-impatt tat-tranżizzjoni tat-trasport fuq il-ħiliet u l-metodi ta' ħidma

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd", li tirrikonoxxi li s-settur tal-mobilità għaddej minn bidliet profondi u jenfasizza li r-rivoluzzjoni diġitali tal-mobilità għandha twassal għal settur tat-trasport bit-triq aktar sikur, aktar innovattiv, akar integrat, sostenibbli, aktar ġust, aktar kompetittiv u aktar nadif, interkonnes ma' modi tat-trasport oħra aktar sostenibbli; jilqa' l-approċċ strateġiku tal-komunikazzjoni biex jinkiseb qafas regolatorju koerenti għall-qasam tat-trasport bit-triq li kulma jmur qed isir dejjem aktar kumpless;

2.  Jirrimarka li s-settur tal-mobilità tal-UE jeħtieġ li jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li nħolqu mit-teknoloġiji diġitali; jemmen li għandhom jiġu żviluppati mudelli ġodda ta' negozju li jagħtu lok għal servizzi ta' mobilità kondiviżi innovattivi, inklużi pjattaformi online ġodda għal operazzjonijiet tal-merkanzija, car-pooling, servizzi ta' użu kondiviż ta' karozzi (car-sharing) u roti, jew applikazzjonijiet tal-ismartphones li joffru l-analitika f'ħin reali u data dwar il-kundizzjonijiet tat-traffiku;

3.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu u japplikaw miżuri ta' C-ITS (sistema ta' trasport intelliġenti kooperattiva) b'koerenza mal-għanijiet u l-inizjattivi kif iddikjarati fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru dwar it-tibdil fil-klima;

4.  Jirrileva l-fatt li s-settur tal-karozzi tal-UE jipprovdi impjiegi għal 8 miljun ruħ u jikkostitwixxi 4 % tal-valur miżjud gross tal-UE, li jġib bilanċ kummerċjali favorevoli ta' EUR 120 biljun.

5.  Jissottolinja li l-bidliet fl-industrija tal-karozzi marbuta mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew karozzi aktar nodfa se jirrikjedu kompetenza esperta ġdida u modi ta' ħidma ġodda; jisħaq li dawn il-bidliet għandhom jirriżultaw f'opportunitajiet ġodda biex is-settur tat-trasport isir aktar attraenti u jtemm l-iskarsezza ta' ħaddiema fis-settur; jenfasizza li l-produzzjoni ta' vetturi aktar nodfa, konnessi aħjar u aktar awtomatizzati se jkollha impatt fuq il-manifattura, l-iżvilupp, il-manutenzjoni, u s-servizz ta' manutenzjoni u se tirrikjedi ħiliet ġodda, bħalma huma l-assemblaġġ ta' muturi elettriċi jew il-manifattura ta' batteriji tat-tieni ġenerazzjoni, ċelloli tal-fjuwil, tagħmir tal-informatika jew apparat ta' detezzjoni; jenfasizza li diġà, illum il-ġurnata, l-industrija qed tiffaċċa sfidi tremendi biex tirrekluta persunal bil-ħiliet xierqa u li filwaqt li t-tkabbir fl-impjiegi tal-inġinerija mistenni jkompli, il-ħiliet fil-qasam tas-software huma rekwiżit ġdid li l-kumpaniji qed ikollhom ifittxu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u l-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħaddiema tat-trasport tal-UE skont dawn l-isfidi ġodda;

6.  Jenfasizza li l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu prijorità fuq l-aġenda għall-ġejjieni tas-settur tat-trasport; jenfasizza li s-settur tat-trasport huwa ddominat mill-irġiel, li jiffurmaw tliet kwarti tal-forza tax-xogħol totali, u l-bilanċ bejn is-sessi għandu jiġi mħeġġġ; jilqa' l-varar tal-"Women in Transport - EU Platform for Change" (In-Nisa fit-Trasport - Pjattaforma tal-UE għall-Bidla"), li hija maħsuba biex tinkoraġġixxi l-impjieg tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs fis-settur tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien fuq dik il-pjattaforma ħalli l-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa u d-diġitalizzazzjoni tas-settur imorru id f'id;

7.  Jirrimarka li r-rivoluzzjoni diġitali se ssawwar mill-ġdid il-katina tal-valur tal-industrija tal-karozzi, il-prijoritajiet tar-riċerka u tal-investiment u l-opportunitajiet teknoloġiċi, li jridu jkunu trasparenti, koerenti u b'konformità mal-istandards ġuridiċi, b'implikazzjonijiet għall-pożizzjoni kompetittiva globali tagħha;

8.  Ifakkar li s-sewqan awtomatizzat jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-forza tax-xogħol tas-settur tat-trasport u se jirrikjedi kwalifiki ġodda fil-każ tal-professjonijiet affettwati; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa b'antiċipazzjoni ta' din it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, li għandhom ikunu akkumpanjati minn djalogu soċjali aktar b'saħħtu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija tal-UE li tiġbor fiha l-opportunitajiet ġodda ta' impjieg li se jinħolqu mid-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport u tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri, bil-għan li trawwem il-ħolqien tal-impjiegi fis-settur tat-trasport, inklużi b'mod prijoritarju arranġamenti tranżizzjonali ġusti għall-impjegati li l-impjiegi tagħhom ma jibqgħux jeżistu hekk kif is-settur tat-trasport isir diġitalizzat;

9.  Jenfasizza li s-sewqan awtomatizzat, fl-aħħar mill-aħħar, se jqajjem mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament biex tara tkunx meħtieġa azzjoni leġiżlattiva;

10.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt pożittiv tad-diġitalizzazzjoni fit-trasport peress li se tgħin biex tinqata' l-burokrazija u tissemplifika l-proċeduri kemm għall-awtoritajiet u kemm għall-kumpaniji, u se tagħmilha eħfef biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u mar-regoli tal-kabotaġġ bl-introduzzjoni tat-takografi diġitali, u b'hekk ittejjeb il-kondizzjonijiet għas-sewwieqa professjonali u tgħin biex jinħolqu kondizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha tat-trasport;

11.  Jilqa' l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-Kummissjoni u inizjattivi bħall-Pjan ta' Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet, u l-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn it-trade unions, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-atturi tas-settur privat sabiex jantiċipaw, jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet;

12.  Jilqa' l-fatt li s-settur tal-karozzi huwa wieħed mis-sitt setturi pilota bi pjan ta' azzjoni li għalihom sar disponibbli finanzjament permezz tal-azzjoni tal-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali fi ħdan il-programm Erasmus+;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-proġetti varati dwar il-ħiliet fis-settur tal-karozzi, inkluż il-proġett ta' riċerka SKILLFUL fuq tliet snin u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta' livell għoli GEAR 2030; jemmen li, abbażi tal-eżitu tal-proġett SKILLFUL, se jkun possibbli li tiġi vvalutata l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' taħriġ u ta' kwalifiki li hemm fis-seħħ għas-sewwieqa tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari fid-dawl tal-professjonijiet/ħiliet ġodda;

14.  Jistieden lill-Istati Membri, sabiex iktar milli jirreaġixxu għal sfidi speċifiċi, ikunu proattivi fir-reazzjoni tagħhom għad-diġitalizzazzjoni u jieħdu deċiżjonijiet komprensivi u strateġiċi abbażi tan-newtralità teknoloġika, immirati biex jimmassimizzaw il-benefiċċji potenzjali, u biex jaħdmu sabiex jilħqu qbil dwar approċċ tal-UE dwar kwistjonijiet ewlenin;

15.  Jirrileva r-rwol fundamentali li jistgħu jaqdu l-utenti u l-konsumaturi fit-trawwim tat-tranżizzjoni tat-trasport u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu t-trasparenza u d-disponibilità pubblika tad-data rilevanti sabiex jagħtu spinta lis-sensibilizzazzjoni pubblika u jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati tajjeb;

It-tranżizzjoni permezz tal-progress fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni

16.  Jenfasizza li l-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja kemm fil-manifattura kif ukoll fl-operazzjonijiet tat-trasport u jisħaq fuq l-importanza kruċjali li s-settur tat-trasport Ewropew ikompli jiżviluppa, jinvesti, ikun innovattiv u jġedded lilu nnifsu b'mod sostenibbli, sabiex iżomm il-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem nett kemm fil-qasam teknoloġiku kif ukoll fil-kompetittività;

17.  Ifakkar fl-objettiv ewlieni li tiġi stabbilita żona unika Ewropea tat-trasport mingħajr ostakli li fiha, b'komodalità effiċjenti, kull mod tat-trasport ikollu postu u jkun hemm żieda fl-interazzjoni modali, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ambjent adattat ibbażat fuq l-inċentivi sabiex jagħmlu l-modi tat-trasport iktar effiċjenti u jeħilsu mill-ostakli eżistenti bħalma hija l-burokrazija bla bżonn;

18.  Ifakkar li se jkunu meħtieġa teknoloġiji tat-trasport u soluzzjonijiet tal-mobilità sostenibbli u innovattivi sabiex tissaħħaħ is-sikurezza fit-toroq, jiġu limitati t-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, u li hemm bżonn ta' qafas regolatorju Ewropew li jistimola l-innovazzjoni; jappella, f'dan il-kuntest, għal aktar finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp transettorjali interkonnessi dwar il-karozzi konnessi u mingħajr sewwieq, l-elettrifikazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-toroq, il-karburanti alternattivi, id-disinn u l-manifattura ta' vetturi, il-ġestjoni tan-netwerks u tat-traffiku, kif ukoll is-servizzi u l-infrastruttura tal-mobilità intelliġenti, mingħajr ma jiġu ttraskurati s-sistemi li diġà jeżistu f'setturi oħra; jinnota li dawn l-innovazzjonijiet ewlenin se joħolqu l-ħtieġa li jiġu applikati ħafna suriet ta' kompetenza esperta industrijali jekk għandhom jiġu żviluppati b'mod effettiv; jirrimarka, f'dak il-kuntest, li l-vetturi kooperattivi, awtomatizzati u konnessi jistgħu jagħmlu l-industrija Ewropea aktar kompetittiva u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tat-trasport kif ukoll jikkontribwixxu biex jonqsu l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku; jenfasizza, għalhekk, li r-rekwiżiti tal-infrastruttura għandhom jiġu determinati bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawk is-sistemi jkunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod sikur;

19.  Jirrimarka li, sabiex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi u tipprovdi liċ-ċittadini Ewropej l-aħjar soluzzjonijiet possibbli ta' trasport u ta' mobilità u fl-istess ħin tiżgura li l-intrapriżi Ewropej ikunu jistgħu jsostnu u jespandu s-saħħa kompetittiva tagħhom, l-Ewropa għandha bżonn ta' qafas aħjar għal azzjoni konġunta dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni tat-trasport; jemmen li l-għanijiet ambizzjużi għas-sistema futura tat-trasport tagħna jistgħu jintlaħqu biss jekk ideat u kunċetti ġodda jkunu jistgħu jiġu żviluppati, ittestjati u implimentati b'interazzjoni mill-qrib mal-aġendi ta' politika u mal-aġendi regolatorji;

20.  Jappella għall-għoti ta' aktar appoġġ finanzjarju trasparenti għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ, kif ġara fi ħdan il-qafas tal-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, li fih il-kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali pprovda appoġġ f'oqsma bħalma huma s-sistemi tal-motopropulsjoni jew tat-trasport intelliġenti;

21.  Ifakkar li l-finanzjament Ewropew matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għall-2021-2027 se jkun vitali għat-tlestija tal-infrastrutturi transfruntiera u għat-tneħħija tar-restrinġimenti tat-traffiku matul il-kurituri ewlenin tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), u josserva li l-finanzjament għall-infrastruttura jinkoraġġixxi l-investiment privat u pubbliku f'servizzi u teknoloġiji tat-trasport ta' kwalità għolja u sostenibbli; għalhekk jitlob li jsir disponibbli finanzjament taħt il-QFP li jmiss sabiex jitrawmu l-iżvilupp u l-applikazzjoni rapidi ta' sistemi, servizzi u soluzzjonijiet diġitali tat-trasport fil-ġejjieni;

22.  Jissottolinja li l-ostakli finanzjarji għandhom jitnaqqsu u l-aċċess għall-finanzjament għandu jiġi semplifikat, peress li l-burokrazija u l-kosti amministrattivi jkollhom impatt negattiv proporzjonalment ikbar fuq l-SMEs minħabba li m'għandhomx biżżejjed ħiliet u kapaċità; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja jekk is-sejħiet pubbliċi għall-offerti min-naħa tal-Istati Membri għal infrastruttura tat-trasport intelliġenti jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess imtejjeb għall-SMEs kif spjegat fid-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku;

23.  Jirrimarka li l-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb l-ekosistema tal-innovazzjoni ibda mit-teknoloġija bażika sar-riċerka dwar servizzi u mudelli ta' negozju ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni soċjali (ladarba joħorġu fis-suq kullimkien); jenfasizza li l-appoġġ pubbliku għall-ekosistema tal-innovazzjoni għandu jiffoka fuq il-fallimenti tas-suq fir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fuq politiki li jirrispettaw l-innovazzjoni, filwaqt li jippermetti lis-standardizzazzjoni u r-regolamentazzjoni u l-istrumenti finanzjarji Ewropej jagħtu spinta lill-investiment tas-settur privat fl-innovazzjoni;

24.  Jinnota li r-riċerka fil-livell tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' Orizzont 2020, se tkun fundamentali biex jinkisbu r-riżultati, kif jidher mis-sħubijiet pubbliċi-privati bħalma huma l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu u l-Inizjattiva Ewropea għall-Vetturi Ekoloġiċi u jappella għal sħubija pubblika-privata speċifika għas-sewqan konness u awtomatizzat; jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni għall-ħolqien tal-Alleanza Ewropea tal-Batteriji u jitlob għal aktar appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ta' batteriji sostenibbli u għall-produzzjoni u r-riċiklaġġ taċ-ċelloli tal-batteriji fl-UE għall-vetturi futuri b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet u għal approċċ globali ta' kummerċ ġust fl-importazzjoni ta' materjali bħalma huma l-litju u l-kobalt, peress li l-avvanz ta' dawn it-teknoloġiji se jaqdu rwol ewlieni fil-ġejjieni tal-mobilità nadifa u sostenibbli;

25.  Jenfasizza kemm hu importanti li jinħolqu strateġiji konsistenti ta' żvilupp ekonomiku u industrijali, li fihom, għanijiet bħalma huma t-tisħiħ ulterjuri tal-produzzjoni u l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jkunu pareġġati bl-użu tar-riżorsi biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, f'dawk li huma infrastruttura u komponenti relatati mal-użu bħalma huma l-batteriji, aspett li fuqu wkoll għandhom jiffokaw l-attenzjoni tagħhom il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li jabbozzaw strateġija tal-UE għall-produzzjoni tal-batteriji; jissottolinja kemm hu importanti li l-manifatturi u l-kummerċjalizzazzjoni jiġu inċentivizzati sabiex jitnaqqsu l-kosti;

26.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħolqot ukoll rabta mal-ekonomija ċirkolari b'enfasi partikolari fuq il-materja skarsa u l-batteriji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tkompli tivvaluta aktar l-impronta ambjentali tal-manifattura u r-riċiklaġġ tal-batteriji biex ikollha stampa sħiħa tal-impatti ambjentali tal-vetturi elettriċi li jaħdmu bil-batteriji ħalli tiffaċilita l-paragun tas-sostenibilità taċ-ċiklu tal-ħajja ta' sistemi differenti ta' sewqan;

27.  Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjonijiet tat-tieni użu għall-batteriji tal-vetturi, pereżempju f'soluzzjonijiet tal-grilja intelliġenti u tal-ħażna domestika intelliġenti, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw proġetti pilota u ta' riċerka f'dan il-qasam permezz ta' skemi ta' finanzjament;

28.  Jappoġġa ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji diġitali fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", bħalma huma t-telepedaġġ u l-ħruġ ta' biljetti elettroniċi bbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi; jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni għall-ibliet dwar ir-Regolamenti dwar l-Aċċess Urban għall-Vetturi (UVARs); jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ isir aktar fil-livell Ewropew biex tiġi evitata l-frammentazzjoni taż-Żona Unika tat-Trasport; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, lejn l-importanza tal-finanzjament għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport u tal-investiment sinifikanti fil-fjuwils b'livell baxx ta' karbonju l-aktar responsabbli mil-lat ambjentali sabiex tiġi promossa t-trasformazzjoni tas-sistema tat-trasport u tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-assi tat-enerġija u tat-trasport bħala mezz biex tiġi aċċelerata t-tranżizzjoni għal taħlita ta' fjuwil aktar sostenibbli; jemmen, fir-rigward ta' finanzjament tal-UE għat-trasport, li l-idoneità bl-iskop li jinkisbu l-miri dwar il-klima għandha tkun waħda mill-kriterji ta' eliġibilità għall-proġetti;

29.  Itenni l-impenji tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-NU u l-Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030; jilqa' l-miżuri diġà adottati bħaċ-ċiklu tat-test tal-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif ukoll il-pakketti dwar l-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE), li għandhom l-għan li jnaqqsu d-distakk bejn il-miri ddikjarati tad-dekarbonizzazzjoni u l-emissjonijiet fit-triq reali; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja l-effikaċja ta' dawn il-miżuri u, jekk meħtieġ, tissuġġerixxi aktar titjib; iqis id-WLTP bħala pass fid-direzzjoni t-tajba rigward il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri;

30.  Jinnota li l-forniment ta' informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-vetturi tal-passiġġieri huwa imperattiv biex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u jitlob, għalhekk, għal informazzjoni mtejba, affidabbli u aktar aċċessibbli dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi, inkluż it-tikkettar standardizzat, viżibbli u ċar tal-vetturi, ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u sabiex jiġu promossi bidliet fl-imġiba tan-negozji u tal-individwi privati, u mobilità aktar nadifa; jenfasizza li informazzjoni aktar preċiża ser tiffaċilita u tippermetti wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-ibliet jagħmlu użu minn akkwist pubbliku "ekoloġiku"; jilqa' r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948(10), filwaqt li jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi d-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Karozzi (1999/94/KE)(11);

31.  Jinnota kemm l-ostakli kurrenti, finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jkunu qed jixtru vettura b'emissjonijiet baxxi; ifakkar li l-aċċettazzjoni mill-utenti aħħarin tal-vetturi b'emissjonijiet baxxi tiddependi ħafna mid-disponibilità u l-aċċessibilità ta' infrastruttura komprensiva u transfruntiera; jilqa', f'dan ir-rigward, inizjattivi privati u pubbliċi li jippermettu roaming bejn operaturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw ir-roaming u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tagħti appoġġ akbar lill-isforzi tal-Istati Membri biex jespandu l-infrastruttura tagħhom ta' fjuwils alternattivi sabiex il-parti l-kbira tal-UE tkun koperta b'tali infrastruttura mill-aktar fis possibbli;

32.  Huwa tal-fehma li, sabiex titħaffef il-penetrazzjoni fis-suq tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi u sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji klimatiċi tagħhom, huwa meħtieġ li jinħolqu inċentivi għall-użu tagħhom u għall-iżvilupp ta' vetturi kompatibbli; itenni, madankollu, li sabiex jiġi rispettat il-Ftehim ta' Pariġi, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG) li ġejjin mit-trasport jeħtieġ li, sa nofs is-seklu, ikunu ħadu deċiżivament it-triq lejn emissjonijiet żero; jissottolinja li s-settur Ewropew tat-trasport bit-triq ma jistax jiġi ttrasformat biex jimxi lejn sostenibilità ekoloġika u ekonomika bil-kontinwazzjoni ta' approċċ teknoloġiku "wieħed tajjeb għal kulħadd" u li, għalhekk, hija meħtieġa tranżizzjoni lejn valutazzjoni verament teknoloġikament newtrali ta' sistemi ta' sewqan fir-rigward tal-iżvilupp ta' vetturi futuri li ser jikkorrispondu mal-ħtiġijiet differenti ta' mobilità; jenfassizza li huwa meħtieġ sforz transsettorjali biex jiġi aċċelerat l-investiment fl-infrastruttura tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi, li huwa prekundizzjoni għall-adozzjoni u l-mobilizzazzjoni usa' ta' vetturi li jaħdmu b'enerġija alternattiva;

33.  Jenfasizza li d-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa(12) trid tikkunsidra l-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli tal-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet reġjonali biex tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' kumplessità u piżijiet amministrattivi;

34.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq, sat-2 ta' Mejju 2018, proposta leġiżlattiva għall-emissjonijiet tas-CO2 u għal standards tal-konsum tal-fjuwil għall-vetturi heavy-duty (HDVs) li għandha tkun ambizzjuża, realistika u bbażata fuq data miġbura bl-użu tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) sabiex tiġi żgurata leġiżlazzjoni HDV koerenti; jenfasizza li l-VECTO trid tiġi aġġornata b'mod rapidu u regolari sabiex tippermetti kunsiderazzjoni b'mod preċiż tat-teknoloġiji ġodda b'tali mod li ttejjeb l-effiċjenza tal-vetturi fi żmien xieraq;

35.  Jissottolinja li l-livell ta' ambizzjoni tal-miri tas-CO2 għall-HDVs irid ikun koerenti mal-ambizzjonijiet futuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, pereżempju taħt l-Euro 7, kif ukoll mar-rekwiżiti skont id-Direttiva (UE) 2015/719 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet(13);

36.  Ifakkar fl-esperimenti terribbli ta' esponiment għad-dħaħen imwettqa fuq il-bnedmin u x-xadini mill-Grupp Ewropew ta' Riċerka dwar l-Ambjent u s-Saħħa fis-Settur tat-Trasport (EUGT), korp iffinanzjat minn kumpaniji ewlenin tal-karozzi; ifakkar li dan mhuwiex l-ewwel skandlu ta' dan it-tip tal-industrija awtomobilistika; jappella li r-riċerka kollha li tinforma lill-politika tal-UE tkun indipendenti mill-industrija awtomobilistika, inkluż permezz ta' finanzjament u sottokuntrattar;

It-tranżizzjoni tat-trasport li taħdem favur l-utenti kollha

37.  Jissottolinja li l-konnettività fost il-vetturi awtonomi, bejn il-vetturi u l-infrastruttura, bejn il-vetturi, ir-roti u n-nies li jkunu miexja u fin-netwerk innifsu għandha tkun għan ewlieni għall-ġejjieni 'l bogħod sabiex jiġi żgurat fluss tat-traffiku mingħajr xkiel; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjonijiet tal-użu u l-ġestjoni tad-data, b'enfasi fuq il-protezzjoni tad-data, u tivvaluta l-applikazzjonijiet kollha probabbli tat-teknoloġija tad-disinjar permezz tal-kompjuter (CAD) li jinkorporaw livelli għolja ta' awtonomija u jipprovdu servizzi b'valur miżjud; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tas-satellita għal servizzi aħjar ta' pożizzjonament u ta' komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura u jistieden lill-Kummissjoni tistipula fejn u sa meta l-infrastruttura eżistenti tat-trasport trid tiġi allinjata mal-istandards tal-infrastruttura tat-trasport intelliġenti;

38.  Jirrimarka li s-sewqan awtonomu u l-vetturi nodfa se jirrikjedu ppjanar u investiment integrati tal-infrastruttura biex it-toroq ikunu mgħammra bl-infrastruttura meħtieġa tat-telekomunikazzjonijiet u tal-impożizzjoni tat-tariffi, pereżempju għall-karozzi elettriċi, kif ukoll li tiġi provduta data ta' kwalità għolja dwar it-toroq, pereżempju għall-mapep diġitali b'definizzjoni għolja, u tagħmir abbord b'interoperabilità sħiħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment biex jiġu finanzjati titjibiet sostenibbli innovattivi tal-infrastruttura tat-trasport;

39.  Ifakkar lill-Kummissjoni li, sabiex jirnexxu l-konnettività adegwata tat-trasport u l-ġestjoni xierqa tas-sikurezza, is-sinjalar, l-awtomatizzazzjoni, il-karatteristiċi diġitali għall-konsumaturi u l-ġestjoni sikura tad-data, għandha tiġi żgurata mill-aktar fis possibbli l-kopertura sħiħa bil-5G tal-kurituri tat-TEN-T għall-ferroviji, it-toroq u l-passaġġi fuq l-ilma intern; jitlob li jiġu żviluppati proġetti ta' awtostradi intelliġenti u li jiġu stabbiliti kurituri tat-trasport intelliġenti; jemmen li t-toroq prinċipali għandu jkollhom installazzjonijiet tal-fibra ottika, konnessjonijiet tan-netwerk bla fili u stazzjonijiet ta' bażi tal-5G;

40.  Ifakkar fl-għan globali għandu jkun dak ta' żero diżgrazzji fit-toroq Ewropej u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżistenza sikura tal-mezzi tat-trasport antiki u ġodda, u li l-bidla ssir aktar faċli bl-installazzjoni mandatarja ta' ċerti sistemi ta' għajnuna għas-sewwieqa u bl-assigurazzjoni ta' infrastruttura xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni bir-reqqa u teknoloġikament newtrali tal-implikazzjonijiet tas-sikurezza tal-użu ta' sistemi awtomatizzati b'fokus olistiku fuq ir-riperkussjonijiet għas-sikurezza tas-sistemi kollha tat-trasport intermodali;

41.  Jenfasizza li l-miri għat-tnaqqis tal-imwiet u l-ġrieħi serji fl-inċidenti tat-toroq għadhom ma ntlaħqux u li l-politika Ewropea dwar it-trasport għandha għalhekk tiffoka fuq li dawn jintlaħqu; jissottolija l-importanza ta' leġiżlazzjoni adegwata dwar is-sikurezza biex jinkiseb settur tat-trasport bit-triq aktar sikur; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li sabiex jitnaqqas l-għadd ta' inċidenti u ta' vittmi tat-traffiku fit-toroq tal-Ewropa, iridu jiġu garantiti kundizzjonijiet xierqa ta' parkeġġ u ta' mistrieħ fl-UE kollha;

42.  Jirrimarka li l-iżvilupp ta' karozzi konnessi u awtomatizzati ġie xprunat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, mit-teknoloġija; jitlob, għalhekk, li l-impatt soċjali tagħha tiġi investigata u rikonoxxuta, u jemmen li l-kompatibilità sħiħa tal-introduzzjoni ta' karozzi konnessi u awtomatizzati mal-valuri u l-għanijiet soċjali, umani u ambjentali trid tiġi żgurata; jenfasizza li, fil-każ ta' inċident li jkun jinvolvi vettura awtomatizzata waħda jew aktar, għandu jkun ċar min hu responsabbli, jekk hijiex/humiex il-kumpanija/kumpaniji tas-software, il-manifattur(i) tal-vettura, is-sewwieq(a) jew il-kumpanija/kumpaniji tal-assikurazzjoni;

43.  Jissottolinja li dawk il-bidliet li se jseħħu m'għandhomx isiru għad-detriment tal-inklużjoni soċjali u l-konnettività fl-Istati Membri u fiż-żoni fejn hemm lakuni fil-mobilità; jinnota l-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità tan-netwerk, billi jittieħed vantaġġ tal-infrastruttura tan-netwerk eżistenti u innovazzjonijiet futuri sinifikanti biex tkun tista' ssir integrazzjoni aktar profonda tat-teknoloġiji diġitali u biex jiġu indirizzati d-disparitajiet mill-akbar ta' konnettività li hemm bejn l-Istati Membri u wkoll bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, bejn dawk ċentrali u dawk 'il bogħod, li għalihom għandha tiġi żviluppata serje ta' soluzzjonijiet imfassla apposta bl-appoġġ, u abbażi, ta' koordinazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat; jenfasizza li l-modi konvenzjonali tat-trasport bħalma huma l-karozzi tal-linja għad għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fiż-żoni remoti u muntanjużi u m'għandhomx jiġu injorati f'dan il-proċess; ifakkar li l-esperjenza f'għadd ta' pajjiżi tal-UE turi li l-istrutturar tat-trasport kollettiv u pubbliku bit-triq taħt kuntratti ta' obbligu ta' servizz pubbliku li jikkombinaw linji li jagħmlu qligħ u oħrajn li ma jagħmlux jistgħu jagħtu l-aqwa riżultati għaċ-ċittadini, għall-finanzi pubbliċi u għall-kompetizzjoni tas-suq;

44.  Ifakkar fil-ħtieġa li tingħata preferenza lill-mezzi tat-trasport kollettivi u aktar sikuri għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq kurituri transfruntiera ewlenin u fiż-żoni metropolitani, sabiex jitnaqqsu t-tniġġis, il-konġestjonijiet tat-traffiku u l-vittmi u titħares is-saħħa taċ-ċittadini u tal-utenti tat-toroq;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu pjanijiet ta' mobilità urbana sostenibbli (PMUS) u pjanijiet ta' mobilità rurali sostenibbli (PMRS) li jkunu ġustifikati mill-interess pubbliku u jintegraw il-modi ġodda tat-trasport kollha, filwaqt li jagħtu appoġġ lill-użu ta' sistema tat-trasport multimodali għall-passiġġieri, itejbu l-mobilità u l-kwalità tas-servizzi għaċ-ċittadini, inkluż għall-anzjani u għaċ-ċittadini b'diżabilità, jagħtuhom alternattivi u jinternalizzaw jew inaqqsu l-ispejjeż tas-saħħa u dawk ambjentali esterni għall-ibliet, minbarra li jinkoraġġixxu t-turiżmu; jinnota li pjanijiet bħal dawn għandhom irawmu l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u l-impjieg taċ-ċittadini li jgħixu f'żoni aktar imbiegħda, sabiex jiġġieldu t-theddida tat-tnaqqis tal-popolazzjoni taż-żoni rurali, biex itejbu l-aċċessibilità u l-komunikazzjoni maż-żoni tal-periferija u r-reġjuni transfruntiera; jenfasizza li l-mobilità rurali hija differenti b'mod sostanzjali mill-mobilità urbana, mhux biss f'dawk li huma distanzi u disponibilità tat-trasport pubbliku, iżda wkoll fir-rigward tal-fatturi ambjentali u ekonomiċi bħalma huma inqas pressjoni ambjentali minn emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa, dħul medju aktar baxx u ostakli ogħla għall-invesitmenti fl-infrastruttura;

46.  Jinnota li l-lezzjonijiet tal-proġetti preċedenti u attwali, bħall-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-mobilità sostenibbli kondiviża interkonnessa mat-trasport pubbliku f'żoni rurali Ewropej (SMARTA), iwettqu elementi għall-ħolqien ta' rħula intelliġenti, inkluża loġistika minn bieb għal bieb aktar effiċjenti u intelliġenti, kunċetti innovattivi tal-mobilità bħala servizz (MaaS), infrastruttura tat-trasport intelliġenti tal-ġenerazzjoni li jmiss, trasport konness u awtomatizzat u mobilità urbana intelliġenti (trasport lejn u mill-ibliet);

47.  Jenfasizza li l-mobilità kulma jmur qed titqies bħala servizz u għalhekk it-trasport minn bieb għal bieb multimodali mingħajr waqfiet imwessgħa għandha ssir possibbli fuq bażi transfruntiera, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli informazzjoni u servizzi ta' prenotifika rigward vjaġġar multimodali, b'informazzjoni f'ħin reali, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport multimodali sa tmiem l-2018; isostni li tali servizzi ġodda tat-trasport għandhom jiġu trattati, pereżempju, fil-kuntest tal-imposti ta' tariffi stradali, bħala modi ta' vjaġġar li huma għallinqas tajbin daqs is-sewqan privat, jekk mhux preferibbli għalih, u li m'għandux jitnaqqas ir-ritmu tal-applikazzjoni tagħhom minħabba ostakli leġiżlattivi;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-aħjar prattiki regolatorji nazzjonali u lokali eżistenti li jintegraw suriet ġodda u tradizzjonali ta' mobilità, li jappoġġaw l-għażla tal-konsumaturi, li jagħmlu l-informazzjoni multimodali u s-servizzi tal-ħruġ tal-biljetti disponibbli għall-konsumaturi, u li jinkoraġġixxu l-użu tat-trasport pubbliku, aktar milli dak privat, jew li jappoġġaw offerti mill-ekonomija tat-trasport kollaborattiv li jagħtu l-momentum u l-appoġġ meħtieġ biex jiġu promossi t-turiżmu sostenibbli u t-turiżmu ambjentali u kulturali, b'mod partikolari li jiffavorixxu lill-SMEs u jiffukaw fuq dawk l-Istati Membri u żoni fejn hemm lakuni fil-mobilità;

49.  Itenni li l-ivvjaġġar huwa wieħed mis-setturi l-aktar affettwati mid-diġitalizzazzjoni u li dan l-ambjent diġitali ġdid u aktar influwenti qed jagħti s-setgħa lill-konsumaturi jwettqu rwol aktar attiv meta jkunu qed jirriċerkaw, ifittxu biex jixtru, jibbukkjaw u jħallsu għall-vjaġġi tagħhom; jenfasizza li hu meħtieġ li jiġu infurzati r-regoli eżistenti li jissalvagwardjaw it-trasparenza u n-newtralità, ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati abbażi ta' informazzjoni affidabbli.

50.  Jirrimarka l-importanza li l-mobilità tiġi gwidata; iqis li huwa importanti li l-persuni jkunu inkoraġġuti jadottaw drawwiet ta' mobilità sostenibbli permezz ta' inċentivi ekonomiċi kif ukoll billi titqajjem kuxjenza tal-impatti ambjentali tal-modi individwali tat-trasport, u billi jiġu kkoordinati u żviluppati servizzi tat-trasport b'livelli baxxi ta' karbonju bħalma hu t-trasport pubbliku u l-ħolqien jew it-titjib tal-infrastruttura għall-mobilità ratba (mixi, ċikliżmu, eċċ.) sabiex in-nies jingħataw alternattiva għat-trasport bit-triq; jirrimarka l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati proġetti biex jiffaċilitaw mobilità lokali u reġjonali b'livelli baxxi ta' karbonju bħal, pereżempju, skemi ta' roti tal-ibliet;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi loġistika effiċjenti u ekoloġika biex tlaħħaq aħjar maż-żieda prevista fid-domanda għall-merkanzija permezz ta' ottimizzazzjoni aħjar tal-kapaċità ta' tagħbija tat-trakkijiet u biex jitnaqqas l-għadd ta' trakkijiet vojta jew parzjalment mgħobbija; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi biex tintensifika t-tranżizzjoni multimodali u tippromwovi pjattaformi multimodali għall-koordinament tad-domanda għat-trasport, u jistieden lill-Istati Membri jużaw dokumenti elettroniċi tat-trasport fl-Ewropa kollha bħala prattika standard sabiex jitnaqqsu l-burokrazija u l-piż amministrattiv u biex tiżdied l-effiċjenza;

52.  Jenfasizza l-kontribut importanti li jistgħu jagħmlu l-platooning (konvojs ta' karrijiet konnessi) u l-użu ta' vetturi twal biex tiżdied l-effiċjenza u jiġi ffrankat il-karburant fit-trasport tal-merkanzija u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam u jistabbilixxu inċentivi biex jiżdied l-użu tal-vetturi twal;

53.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis u l-evitar tal-konġestjoni tat-toroq mingħajr ma jittrasferixxu volumi ta' trasport lejn taqsimiet alternattivi ta' toroq, bħalma huma l-eżempji tal-aħjar prattiki rigward l-impożizzjoni ta' tariffi tal-konġestjoni kif ukoll miżuri ta' trasferiment modali li rnexxew;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni fil-fond ta' kwistjonijiet ta' privatezza tad-data u r-responsabbiltà tagħha li jistgħu jinħolqu bl-iżvilupp ta' karozzi awtomatizzati;

55.  Jinnota l-potenzjali tal-mudelli ekonomiċi kollaborattivi biex itejbu l-effiċjenza tas-sistema tat-trasport u jnaqqsu l-esternalitajiet mhux mixtieqa, bħalma huma l-konġestjoni u l-emissjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, jikkunsidraw li jintegraw għalkollox servizzi tat-trasport verament kollaborattivi fis-sistema tat-trasport konvenzjonali, bil-ħsieb li jrawmu l-ħolqien ta' ktajjen tal-ivvjaġġar sħaħ u fluwidi u d-dispożizzjoni ta' forom ġodda ta' mobilità sostenibbli;

56.  Jenfasizza li, fil-kuntest tal-ekonomija kollaborattiva, il-kwistjonijiet l-aktar urġenti huma dawk li jirrigwardaw il-ħarsien tal-konsumatur, l-allokazzjoni tar-responsabilità, it-tassazzjoni, l-iskemi tal-assigurazzjoni, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema (kemm jekk huma impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom) u l-protezzjoni tad-data, u jistenna f'dawn l-oqsma jittieħdu miżuri regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ekonomija kollaborattiva la tagħti lok għal kompetizzjoni inġusta, la tikkawża dumping soċjali u fiskali u lanqas ma taqla' barra t-trasport pubbliku regolat;

57.  Huwa tal-fehma fid-dawl tas-sentenza tal-QtĠUE tal-20 ta' Diċembru 2017 fil-Kawża C-434/15(14) li għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-intermedjazzjoni sempliċi permezz tal-pjattaformi online u l-forniment ta' servizz tat-trasport; iqis li servizz ma jagħmilx parti mis-soċjetà tal-informazzjoni meta l-attività fil-biċċa l-kbira tagħha tkun tinvolvi servizzi professjonali, u fil-każijiet kollha meta l-pjattaforma teknoloġika tiddetermina b'mod dirett jew indirett il-kost, il-kwantità jew il-kwalità tas-servizz li jkun qed jiġi fornut;

58.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex inaqqsu r-riskju u l-probabilità li t-taxxa tiġi evitata mill-kumpaniji li jkunu qed jipprovdu servizzi bħala parti mill-ekonomija kollaborattiva u biex jinsistu li huma jħallsu t-taxxi fejn huma jiġġeneraw profitti u jipprovdu servizzi;

°

°  °

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1.

(2)

ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(3)

ĠU C 81, 2.3.2018, p. 195.

(4)

ĠU C 345, 13.10.2017, p. 52.

(5)

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 50

(6)

ĠU C 468, 15.12.2016, p. 57.

(7)

ĠU C 265, 11.8.2017, p. 2.

(8)

ĠU C 316, 22.9.2017, p. 155.

(9)

EU Transport in Figures: Statistical Pocketbook 2015, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.

(10)

ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100.

(11)

ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

(12)

ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5.

(13)

ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1.

(14)

Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-20 ta' Diċembru 2017, Asociación Profesional Elite Taxi v Uber Systems Spain, SL, C-434/15, ECLI:EU:C:2017:981.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Is-settur tal-mobilità jiżvolġi rwol ewlieni fl-ekonomija u fis-soċjetà Ewropea. Bl-iżvilupp ta' karozzi awtomatizzati, id-diġitalizzazzjoni u l-ħtieġa biex jiġi żviluppat trasport aktar nadif, is-settur għaddej minn bidliet profondi li jaffettwaw kull aspett tas-soċjetajiet tagħna. Il-Kummissjoni Ewropea rrispondiet għall-isfidi tas-settur tal-mobilità b'pakkett ta' proposti leġiżlattivi (l-hekk imsejjaħ "Pakkett dwar il-Mobilità") bl-għan li jħeġġeġ it-tariffi intelliġenti għall-użu tat-triq, inaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, jiġġieled l-impjieg illeċitu u jiżgura l-kundizzjonijiet xierqa u l-ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Bħala koleġiżlatur, il-Parlament Ewropew qed isawwar l-eżitu ta' dan il-proċess. Flimkien mal-azzjoni leġiżlattiva, huwa neċessarju li tinżamm l-attenzjoni fuq l-iżviluppi futuri u jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tat-trasport twassal għal settur tal-mobilità iktar ġust, iktar kompetittiv u aktar nadif.

Sfond

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" tindirizza firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur tal-mobilità tat-toroq u tiffoka fuq il-kwistjonijiet li huma soġġetti għal proposti leġiżlattivi fil-qafas tal-pakkett ta' mobilità.

L-għan ta' dan ir-rapport strateġiku fuq inizjattiva proprja huwa li jibni fuq l-ideat ippreżentati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u li jenfasizza l-aspetti prinċipali tal-politika tat-trasport li ma ġewx koperti minn proposti leġiżlattivi fil-qafas tal-pakkett ta' mobilità. L-aspetti ewlenin huma indirizzati wkoll fir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti, u għaldaqstant dan ir-rapport ma jkoprix l-istess kwistjonijiet. Ir-rapport iqis ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u b'mod partikolari dwar "L-Implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni u r-robotizzazzjoni tat-trasport fuq it-tfassil tal-politika tal-UE".

Bidliet strutturali profondi fis-settur tat-trasport

Id-diġitalizzazzjoni hija waħda mill-fatturi ewlenin li taffettwa lill-oqsma kollha tas-settur tat-trasport. Se taffettwa kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-fornituri tas-servizzi tal-mobilità. Se jkollha wkoll impatt fuq l-industrija Ewropea u fuq il-ħaddiema. Il-leġiżlaturi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li dawn il-bidliet profondi ma joħolqux lakuni fis-soċjetà u li l-kompetittività tal-Unjoni Ewropea tinżamm.

Il-bidla kienet rapida u profonda. Qed issir ħafna riċerka sabiex tivvaluta l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u biex tbassar l-iżvilupp futur tagħha, minkejja li n-numru tal-istudji kkompletati disponibbli għadhom limitati. L-isfida ta' dawk li jfasslu l-politika mhijiex li jżommu l-approċċ reattiv għall-isfidi speċifiċi, iżda li jieħdu azzjoni strateġika li tindirizza l-isfidi ġenerali. Sabiex it-tmexxija teknoloġika tinżamm f'suq globali ferm kompetittiv, se jkun kruċjali li jkun hemm enfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.

Il-ħiliet il-ġodda u l-modi ta' ħidma

Aspett ewlieni wieħed huwa l-ħtieġa li ċ-ċittadini, kemm bħala ħaddiema kif ukoll bħala konsumaturi ta' servizzi varji, jingħataw il-ħiliet meħtieġa f'dan l-ambjent il-ġdid. L-azzjoni konġunta fil-livell Ewropew hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-koeżjoni bejn l-Istati Membri, peress li n-nuqqas li jaġġustaw b'mod adegwat għall-progress tad-diġitalizzazzjoni jista' jkollu konsegwenzi serji għall-prospetti ekonomiċi tagħhom u l-kompetittività tal-UE stess.

L-industrija tal-karozzi hija waħda mill-muturi prinċipali fl-ekonomija Ewropea, li tammonta għal kważi 7 % tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE u tipprovdi impjieg lil 12,2 miljun persuna. Huwa importanti immens li din l-industrija jkollha l-ħaddiema li teħtieġ sabiex tibqa' fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi u biex iżżomm il-pożizzjoni b'saħħitha tagħha fis-suq globali.

Il-Kummissjoni ħadet xi passi importanti. It-tnedija tal-Aġenda l-Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa ġabet l-attenzjoni meħtieġa fuq il-bżonn li jiġu identifikati l-ħiliet bżonnjużi fl-ekonomija li qed tiżviluppa malajr u biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkollhom l-opportunità għat-taħriġ rilevanti.

Għadd ta' inizjattivi huwa partikolarment rilevanti għas-settur Ewropew tal-karozzi. L-edukazzjoni u l-akkwist tal-ħiliet għandhom rabta diretta mal-prospetti tal-impjieg. Peress li l-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa sfida sinifikanti, il-kooperazzjoni bejn l-industrija u s-settur tal-edukazzjoni tiżvolġi rwol ewlieni fl-iżgurar li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol bil-ħiliet u t-taħriġ ġusti. Id-diġitalizzazzjoni qed taffettwa wkoll lil dawk li diġà jaħdmu fis-settur tat-trasport. Is-sewqan awtomatizzat b'mod partikolari se jaffettwa d-domanda għal sewwieqa fis-suq tax-xogħol. Inevitabbilment se jintilfu xi impjiegi minħabba dan l-iżvilupp teknoloġiku u issa huwa ż-żmien biex jiġi żgurat li persuni potenzjalment affettwati minn din il-bidla jistgħu jitħarrġu mill-ġdid u fil-ħin biex iwettqu kompiti ġodda u jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda li toffri d-diġitalizzazzjoni.

L-isfidi tar-riċerka u l-innovazzjoni

Il-potenzjal sħiħ tar-rivoluzzjoni diġitali jista' biss jiġi sfruttat billi jkun minn ta' quddiem fir-riċerka u l-innovazzjoni li se jsawru l-ġejjieni tas-settur tal-mobilità. L-UE qed tirriskja li taqa' lura wara atturi ewlenin, bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina, fejn l-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni qed jimxu 'l quddiem b'mod rapidu. Huwa ċar li l-UE teħtieġ qafas regolatorju li jħeġġeġ l-innovazzjoni. L-UE teħtieġ ukoll tipprovdi livelli ogħla ta' finanzjament permezz ta' strumenti differenti, partikolarment permezz ta' Orizzont 2020, il-programm ewlieni ta' riċerka u innovazzjoni.

It-tranżizzjoni tat-trasport li taħdem favur l-utenti kollha

It-tranżizzjoni tat-trasport teħtieġ li tiġi ġestita u ffaċilitata b'mod li tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet ġodda mill-perspettiva tal-utenti kollha tas-settur tal-mobilità. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-utenti tat-trasport jibqgħu fatturi ta' importanza kbira. Peress li l-iżball uman huwa l-kawża ewlenija tal-inċidenti, it-trasport awtomatizzat jista' jagħmel kontribut deċiżiv lejn il-mira ta' żero diżgrazzji fit-toroq Ewropej. Madankollu, perjodu tranżitorju se jkun ta' sfida peress li jirrikjedi mhux biss li t-trasport awtomatizzat jiġi integrat fl-ambjent attwali, inkluż il-forniment tal-konnettività u l-infrastruttura meħtieġa, iżda anke li tiġi permessa l-koeżistenza sikura mal-mezzi tradizzjonali ta' trasport, li aktarx jibqgħu jintużaw għal żmien twil.

Ir-rapporteur jixtieq jiġbed attenzjoni partikolari lejn il-bżonn li jiġi żgurat li r-rivoluzzjoni tal-mobilità ma tħalli l-ebda qasam jew gruppi soċjali warajha. Iż-żoni rurali jridu jibbenefikaw minn infrastruttura adegwata u minn servizzi tat-trasport peress li l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà tagħhom huma kruċjali għall-vitalità ekonomika tagħhom.

Barra minn hekk, it-trasformazzjoni tas-settur tat-trasport għandha tiffoka fuq l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet aktar nodfa u sostenibbli. Is-settur tat-trasport huwa l-kawża prinċipali tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni urbani u huwa responsabbli għal iktar minn 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE, li minnhom it-trasport bit-triq isarraf għal aktar minn 70 %. Il-leġiżlaturi għandhom ir-responsabbiltà li jaġixxu f'dan il-qasam, peress li din l-azzjoni se tibbenefika liċ-ċittadini kollha.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.5.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar Ewropa f'Moviment: aġenda għall-futur tal-mobilità fl-UE

(2017/2257(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Damiano Zoffoli

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jappoġġja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 intitolata "L-Ewropa Attiva" (COM(2017)0283), b'mod partikolari rigward il-ħtieġa ta' bidla rapida fid-direzzjoni lejn il-mobilità bit-triq b'emissjonijiet baxxi u mingħajr emissjonijiet, l-intermodalità, il-mobilità kondiviża u l-iżvilupp ta' vetturi konnessi u awtomatizzati permezz ta' investiment f'netwerks tal-infrastruttura, tal-enerġija u dawk diġitali kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom; jilqa' l-approċċ strateġiku tal-komunikazzjoni biex jinkiseb qafas regolatorju koerenti għall-qasam tat-trasport bit-triq li kulma jmur qed isir dejjem aktar kumpless;

2.  Jinnota li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport għandha l-potenzjal li tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet u tissostitwixxihom b'sorsi tal-enerġija aktar nodfa u prodotti domestikament; ifakkar li:

a) is-settur tat-trasport bit-triq tal-UE jammonta għal għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (GHG) u jaħdem kważi esklużivament biż-żejt,

b) bejn l-2010 u l-2050 hija mistennija żieda ta' 42 % fit-trasport tal-passiġġieri bit-triq u żieda ta' 60 % fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, u

c) sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet GHG mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'tal-inqas 60 % mil-livelli tal-1990, u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero;

jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal sforzi kontinwi biex tittejjeb l-innovazzjoni u jiġu attirati l-investimenti privati fir-R&Ż, fl-iżvilupp tas-suq għal teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda kif ukoll fl-infrastruttura, u jiġu żviluppati wkoll servizzi ta' trasport b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju bħat-trasport pubbliku; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-mobilità tiġi gwidata u jenfasizza li l-istandards tal-effiċjenza tal-vetturi u l-infrastruttura tat-trasport jeħtieġ ikunu allinjati ma' mira tal-karbonju li hi konformi mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, b'kunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tul il-ħajja tagħhom;

3.  Itenni l-impenji tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-NU u l-Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030; jilqa' l-miżuri diġà adottati bħaċ-ċiklu tat-test tal-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif ukoll il-pakketti dwar l-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE), li għandhom l-għan li jnaqqsu d-distakk bejn il-miri ddikjarati tad-dekarbonizzazzjoni u l-emissjonijiet fit-triq reali; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja l-effikaċja ta' dawn il-miżuri u, jekk meħtieġ, tissuġġerixxi aktar titjib; iqis id-WLTP bħala pass fid-direzzjoni t-tajba rigward il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozza tal-passiġġieri;

4.  Jirrimarka li meta l-vjaġġi jitqassmu skont il-mezz tal-ivvjaġġar, jibqa' l-każ li l-karozza privata hija l-mezz ewlieni ta' trasport f'termini tan-numru ta' vjaġġi magħmula;

5.  Iqis importanti li tittejjeb l-infrastruttura għal forom alternattivi ta' mobilità mingħajr emissjonijiet f'ambjenti urbani; jirrimarka l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati proġetti biex jiffaċilitaw mobilità lokali u reġjonali b'emissjonijiet baxxi bħal, pereżempju, skemi ta' city bike;

6.  Jenfasizza li għal dan l-iskop ser ikun meħtieġ li jiżdied b'mod rapidu s-sehem tal-elettromobilità u tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi, għax it-trasport bit-triq huwa responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet tal-UE, u din iċ-ċifra qed tiżdied, iżda b'attenzjoni wkoll għall-emissjonijiet tal-karbonju u l-impatt ambjentali involuti fil-produzzjoni ta' dawn is-sorsi tal-enerġija alternattiva; iqis importanti li l-persuni jkunu inkoraġġuti jadottaw drawwiet ta' mobilità sostenibbli permezz ta' inċentivi ekonomiċi kif ukoll billi titqajjem kuxjenza dwar l-impatti ambjentali tal-mezzi individwali tat-trasport; jinnota l-ostakli attwali, finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, li l-konsumaturi jaffaċċjaw meta jixtru vettura elettrika; ifakkar li l-aċċettazzjoni tal-utenti aħħarin tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi tiddependi ħafna fuq id-disponibilità u l-aċċessibilità tal-infrastruttura; jilqa', f'dan ir-rigward, inizjattivi privati u pubbliċi li jippermettu roaming bejn operaturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw ir-roaming u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fl-Ewropa;

7.  Huwa tal-fehma li, sabiex titħaffef il-penetrazzjoni fis-suq ta' fjuwils b'emissjonijiet baxxi, u jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji klimatiċi, huwa meħtieġ li jinħolqu inċentivi għall-użu tagħhom u għall-iżvilupp tal-vetturi kompatibbli; itenni, madankollu, li biex jiġi rrispettat il-Ftehim ta' Pariġi, jeħtieġ li l-emissjonijiet GHG ikunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero sa nofs is-seklu; jissottolinja li s-settur Ewropew tat-trasport bit-triq ma jistax jiġi ttrasformat biex jimxi lejn sostenibilità ekoloġika u ekonomika bil-kontinwazzjoni ta' approċċ teknoloġiku "wieħed tajjeb għal kulħadd" u li, għalhekk, hija meħtieġa bidla lejn valutazzjoni verament teknoloġikament newtrali ta' sistemi ta' sewqan fir-rigward tal-iżvilupp ta' vetturi futuri li ser jikkorrispondu mal-ħtiġijiet differenti tal-mobilità; jenfassizza li huwa meħtieġ sforz transsettorjali biex jiġi aċċelerat l-investiment fl-infrastruttura tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi, li huwa prekundizzjoni għall-adozzjoni u l-mobilizzazzjoni usa' ta' vetturi li jaħdmu b'enerġija alternattiva;

8.  Josserva, barra minn hekk li, peress li l-vjaġġi ta' kuljum, bħala medja, isiru fuq distanzi qosra, huwa meħtieġ li tinħoloq infrastruttura għal mobilità mingħajr emissjonijiet (mixi, ċikliżmu, eċċ.) sabiex il-persuni jingħataw alternattiva għat-trasport bit-triq;

9.  Jirrimarka li, skont it-tbassir, it-trasport tal-passiġġieri ser jiżdied b'40 % sal-2050, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport bl-ajru (+58 %), li ser jirriżulta f'żieda ta' 15 % f'emissjonijiet GHG bejn l-2030 u l-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990;

10.  Jinnota li l-istrateġiji futuri tal-mobilità u tat-trasport – b'kunsiderazzjoni tas-soluzzjonijiet ġodda fl-ekonomiji kollaborattivi u kondiviżi – jeħtieġ jirrikonoxxu l-potenzjal tal-investiment fiż-żoni rurali;

11.  Jinnota li l-lezzjonijiet tal-proġetti preċedenti u attwali, bħall-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Mobilità sostenibbli kondiviża interkonnessa mat-trasport pubbliku f'Żoni Rurali Ewropej (SMARTA), iwettqu elementi għall-ħolqien ta' rħula intelliġenti, inkluża loġistika minn bieb sa bieb aktar effiċjenti u intelliġenti, kunċetti innovattivi tal-mobilità bħala servizz (MaaS), infrastruttura tat-trasport intelliġenti tal-ġenerazzjoni li jmiss, trasport konness u awtomatizzat u mobilità urbana intelliġenti (trasport għal u minn bliet);

12.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħolqot ukoll rabta mal-ekonomija ċirkolari b'enfasi partikolari fuq il-materja skarsa u l-batteriji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tkompli tivvaluta l-impronta ambjentali tal-manifattura tal-batteriji u r-riċiklaġġ biex ikollha stampa sħiħa tal-impatti ambjentali tal-vetturi elettriċi bil-batteriji b'tali mod li tiffaċilita l-paragun tas-sostenibilità tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' sistemi differenti ta' sewqan;

13.  Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjonijiet tat-tieni użu għall-batteriji tal-vetturi, eż. f'soluzzjonijiet tal-grilja intelliġenti u tal-ħażna domestika intelliġenti, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw proġetti pilota u ta' riċerka f'dan il-qasam permezz ta' skemi ta' finanzjament;

14.  Jappoġġja ż-żieda fl-użu ta' teknoloġiji diġitali fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", bħal eTolling u eTicketing ibbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi; jenfasizza li qafas armonizzat għas-sistemi kollha tal-pedaġġ għandhom jikkunsidraw kemm l-emissjonijiet GHG kif ukoll dawk ta' sustanzi niġġiesa fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali biex jintbagħtu sinjali ċari u bbilanċjati għall-iżvilupp ta' vetturi ġodda; jenfasizza, madankollu, li dawn ir-regoli jridu jkunu ċari u trasparenti għall-utenti tat-triq; jissottolinja l-effetti ambjentali u ta' sikurezza pożittivi tal-mobilità konnessa u tas-soluzzjonijiet tat-trasport awtomatizzati f'żoni urbani, bħal flussi tat-traffiku ottimizzati u t-tnaqqis tat-traffiku li jirriżulta minn karozzi jfittxu parkeġġ, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-bliet fl-adozzjoni tat-teknoloġija meħtieġa; jenfasizza, madankollu, li l-iżvilupp ta' sewqan awtonomu m'għandux jirriżulta f'żieda ta' trasport individwali jew konġestjoni; iqis li huwa importanti li servizzi ġodda ta' trasport, bħal car pooling u MaaS, għandhom jiġu ttrattati bħala forom ta' vjaġġar li, tal-inqas, huma tajbin daqs, jekk mhux aħjar minn, sewqan privat; jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni għall-ibliet dwar ir-Regolamenti dwar l-Aċċess Urban għall-Vetturi (UVARs); jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ isir aktar fil-livell Ewropew biex tiġi evitata l-frammentazzjoni taż-Żona Unika tat-Trasport; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, għall-importanza tal-finanzjament fi proġetti tal-infrastruttura tat-trasport biex jgħinu jinkisbu l-miri dwar il-klima, u għall-importanza ta' kooperazzjoni transfruntiera fost l-Istati Membri; jemmen, fir-rigward ta' finanzjament tal-UE għat-trasport, li l-idoneità bl-iskop li jinkisbu l-miri dwar il-klima għandha tkun waħda mill-kriterji ta' eliġibilità għall-proġetti;

15.  Jissottolinja li, skont iċ-ċifri tad-WHO, it-trasport bit-triq jikkontribwixxi għat-tniġġis tal-arja u l-istorbju, b'impatt negattiv fuq is-saħħa taċ-ċittadini, speċjalment f'żoni urbani; jenfasizza li, fl-UE-28, il-materja partikolata hija stmata li tikkawża 399 000 mewt prematura kull sena, biċ-ċifra korrispondenti għall-ossidi tan-nitroġeni tkun 75 000 u 13 600 għall-ożonu; jiġbed l-attenzjoni li aktar minn 30 % tal-popolazzjoni Ewropea hija esposta għal storbju mit-traffiku ogħla mill-istandard ta' 55 Ldn dB; jappella għal strateġija effikaċi biex jitnaqqas il-livell ta' sustanzi niġġiesa bħal NOx, NO2 u materja partikolata, u jissottolinja li l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport ser ikun jeħtieġ li jitnaqqsu drastikament;

16.  Ifakkar fl-esperimenti terribbli tal-esponiment għad-dħaħen imwettqa fuq il-bnedmin u x-xadini mill-Grupp Ewropew ta' Riċerka dwar l-Ambjent u s-Saħħa fis-Settur tat-Trasport (EUGT), korp iffinanzjat minn kumpaniji ewlenin tal-karozzi; ifakkar li dan mhuwiex l-ewwel skandlu ta' dan it-tip tal-industrija awtomobilistika; jappella li r-riċerka kollha li tinforma lill-politika tal-UE tkun indipendenti mill-industrija awtomobilistika, inkluż permezz ta' finanzjament u sottokuntrattar;

17.  Jinnota li l-provvediment ta' informazzjoni għall-konsumaturi dwar vetturi tal-passiġġieri hu essenzjali biex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u jitlob, għalhekk, għal informazzjoni mtejba dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi, inkluż tikkettar standardizzat, viżibbli u ċar tal-vetturi, sabiex jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u biex jippromwovu bidliet fl-imġiba tan-negozji u l-individwi privati u mobilità aktar nadifa; jenfasizza li informazzjoni aktar preċiża ser tiffaċilita u tippermetti wkoll l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu użu minn akkwist pubbliku "ekoloġiku"; jilqa' r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni(UE) 2017/948(1), filwaqt li jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi d-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Karozzi (1999/94/KE)(2);

18.  Jappella biex l-esternalitajiet ambjentali u soċjetali tat-trasport bit-triq ikunu internalizzati u biex il-konsumaturi jirċievu sinjali fil-prezzijiet li jirriflettu dawn l-ispejjeż;

19.  Jenfasizza li d-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa trid tikkunsidra l-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli tal-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet reġjonali biex tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' kumplessità u piżijiet amministrattivi;

20.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq, sat-2 ta' Mejju 2018, proposta leġiżlattiva għall-emissjonijiet CO2 u standards tal-konsum tal-fjuwil għal vetturi heavy-duty (HDVs) li għandhom ikunu ambizzjużi, realistiċi u bbażati fuq data miġbura bl-użu tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) b'tali mod li jkun hemm leġiżlazzjoni HDV koerenti; jenfasizza li l-VECTO trid tiġi aġġornata b'mod rapidu u regolari sabiex tippermetti kunsiderazzjoni b'mod preċiż ta' teknoloġiji ġodda b'tali mod li ttejjeb l-effiċjenza tal-vetturi fi żmien xieraq;

21.  Jenfasizza li l-mobilità rurali hija differenti b'mod sustanzjali mill-mobilità urbana mhux biss f'termini ta' distanzi u disponibilità tat-trasport pubbliku, iżda wkoll fir-rigward tal-fatturi ambjentali u ekonomiċi bħal inqas pressjoni ambjentali minn emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa, dħul medju aktar baxx u ostakli ogħla għal invesitmenti fl-infrastruttura; jenfasizza li l-modernizzazzjoni essenzjali, it-tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn enerġija nadifa u d-diġitalizzazzjoni tat-trasport u l-mobilità Ewropej jeħtieġ iqisu l-ispeċifiċitajiet taż-żoni rurali, peress li f'dawn iż-żoni b'mod partikolari l-bidliet ġodda soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi għandhom impatt fuq is-sistema tat-trasport u tal-mobilità b'mod ġenerali; jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha għalhekk tintroduċi approċċ transsettorjali biex tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel ta' approċċ ta' rħula intelliġenti integrat u relatat mat-trasport u l-mobilità, li jinkoraġġixxi l-użu tal-pjattaformi diġitali li jżidu l-mobilità rurali, kif ukoll ambjent aktar nadif u b'saħħtu; jappella għal kundizzjonijiet ekwi għal titjib teknoloġiku speċjali għaċ-ċentri u l-grilji rurali;

22.  Jissottolinja li l-livell ta' ambizzjoni tal-miri tas-CO2 għall-HDVs irid ikun koerenti mal-ambizzjonijiet futuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, eż. taħt l-EURO 7, kif ukoll mar-rekwiżi skont id-Direttiva 2015/719 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet(3); jenfasizza li l-VECTO trid tiġi aġġornata b'mod rapidu u regolari sabiex tippermetti kunsiderazzjoni b'mod preċiż tat-teknoloġiji ġodda b'tali mod li ttejjeb l-effiċjenza tal-vetturi fi żmien xieraq;

23.  Jinnota li t-trasport ta' kabotaġġ jirrappreżenta biss persentaġġ żgħir tat-trasport totali tal-merkanzija bit-triq u jissottolinja li l-limitazzjonijiet fuq l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ m'għandhomx iwasslu għal żieda ta' vjaġġi bla tagħbija, li jnaqqsu l-effiċjenza u għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

17.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

60

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Urszula Krupa, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Nicola Caputo, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Karol Karski, Ulrike Müller, Stanislav Polčák, Julia Reid, Bart Staes, Dubravka Šuica, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Jaromír Kohlíček, Miltiadis Kyrkos

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

60

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Nils Torvalds

ECR

John Flack, Karol Karski, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn

GUE/NLG

Stefan Eck, Jaromír Kohlíček

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Esther Herranz García, György Hölvényi, Peter Jahr, Peter Liese, Lukas Mandl, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Dubravka Šuica, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Nikos Androulakis, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Miltiadis Kyrkos, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec, Bart Staes

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tad-CO2 approvati għat-tip u mkejla skont il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b'konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 3525), ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100.

(2)

Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16).

(3)

Id-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Marek Plura, Franck Proust, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson, Lukas Mandl


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

EFDD

ENF

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

Daniela Aiuto

Georg Mayer

Georges Bach, Deirdre Clune, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Lukas Mandl, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Marek Plura, Franck Proust, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

 

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

 

2

-

EFDD

Peter Lundgren, Jill Seymour

2

0

ECR

Jacqueline Foster, Kosma Złotowski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018Avviż legali