Proċedura : 2016/0364(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0243/2018

Testi mressqa :

A8-0243/2018

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 17
CRE 15/04/2019 - 17

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0370

RAPPORT     ***I
PDF 971kWORD 178k
28.6.2018
PE 613.410v02-00 A8-0243/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni kapitali

(COM(2016)0854 – C8-0474/2016 – 2016/0364(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Peter Simon

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni kapitali

(COM(2016)0854 – C8-0474/2016 – 2016/0364(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0854),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0474/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-8 ta' Novembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0243/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0364 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni kapitali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ġew adottati bħala tweġiba għall-kriżijiet finanzjarji li faqqgħu fl-2007-2008. Dawn il-miżuri leġiżlattivi kkontribwew b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u għamlu l-istituzzjonijiet aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri possibbli. Minkejja li huma estremament komprensivi, dawn il-miżuri ma indirizzawx id-dgħjufijiet kollha identifikati li jaffettwaw l-istituzzjonijiet. Barra minn dan, xi wħud mill-miżuri proposti inizjalment kienu suġġetti għal klawżoli ta' reviżjoni jew ma ġewx speċifikati b'mod suffiċjenti sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni bla xkiel tagħhom.

(2)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet imqajma b'rabta mad-dispożizzjonijiet li wrew li mhumiex ċari biżżejjed u li, għalhekk, kienu soġġetti għal interpretazzjonijiet differenti jew li nstab li kienu joħolqu piżijiet eċċessivi għal ċerti istituzzjonijiet. Fiha wkoll aġġustamenti għad-Direttiva 2013/36/UE li huma neċessarji skont l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jew skont it-tibdiliet proposti b'mod parallel għar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Finalment, l-emendi proposti jallinjaw il-qafas regolatorju attwali aħjar mal-iżviluppi internazzjonali sabiex jippromwovu konsistenza u komparabilità fost il-ġurisdizzjonijiet.

(2a)  Waħda mit-tagħlimiet ewlenin meħuda mill-kriżi finanzjarja fl-Ewropa kienet l-inadegwatezza tal-qafas istituzzjonali u ta' politika tagħha għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi fi ħdan l-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi istituzzjonali l-aktar riċenti fl-Unjoni Ewropea, xieraq li titwettaq reviżjoni komprensiva tal-qafas ta' politika makroprudenzjali. Huwa importanti li jiġi ssimplifikat il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, tiġi ssimplifikata l-attivazzjoni tal-għodod ta' politika makroprudenzjali u li jitwessa' s-sett ta' għodod makroprudenzjali sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw riskji sistemiċi fil-mument opportun u b'mod effettiv. Jenħtieġ li, fost l-oħrajn, il-bidliet leġiżlattivi jinkludu r-reviżjoni tas-setgħat rispettivi tal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu ddelinjati aħjar ir-responsabbiltajiet fl-oqsma tal-valutazzjoni tar-riskju u tat-tfassil tal-politika, inklużi l-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' notifika bejn l-awtoritajiet. Il-BERS jenħtieġ li jaqdi rwol ewlieni fil-koordinazzjoni tal-miżuri makroprudenzjali, kif ukoll fit-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar miżuri makroprudenzjali ppjanati fl-Istati Membri, l-aktar permezz tal-pubblikazzjoni tal-miżuri makroprudenzjali adottati fuq is-sit web tiegħu u permezz tal-qsim ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet wara n-notifiki tal-miżuri makroprudenzjali ppjanati.

(3)  Il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jistgħu jkunu impriżi prinċipali ta' gruppi bankarji u l-applikazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali hija prevista fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tat-tali kumpaniji azzjonarji. Peress li l-istituzzjoni kkontrollata mit-tali kumpaniji azzjonarji mhux dejjem bilfors li tkun konformi mar-rekwiżiti fuq bażi konsolidata, huwa konsistenti mal-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni li l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jinġiebu taħt il-kamp ta' applikazzjoni dirett tad-Direttiva 2013/36/UE u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, hemm il-ħtieġa ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni speċifika għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, kif ukoll ta' superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Dan jiżgura wkoll li r-rekwiżiti prudenzjali kkonsolidati jkunu rrispettati direttament mill-kumpanija azzjonarja, li mhijiex ser tkun soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali applikati fuq livell individwali.

(4)  Is-superviżur konsolidanti huwa fdat bir-responsabbiltajiet ewlenin f'dak li għandu x'jaqsam mas-superviżjoni fuq bażi konsolidata. Huwa għalhekk neċessarju li l-awtorizzazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jingħataw ukoll lis-superviżur konsolidanti. Il-Bank Ċentrali Ewropew, meta jwettaq dmiru ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq il-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 4(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013(8) jenħtieġ li jkun responsabbli wkoll għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta.

(5)  Ir-rapport tal-Kummissjoni COM(2016)510 tat-28 ta' Lulju 2016 wera li, meta applikati għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, uħud mill-prinċipji, jiġifieri r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-iżborż fl-istrumenti stabbiliti fil-punti (l) u (m) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, joħolqu wisq piżijiet u mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji prudenzjali tagħhom. B'mod simili, instab li l-kost tal-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti jisboq il-benefiċċji prudenzjali tagħhom fil-każ ta' persunal b'livelli baxxi ta' rimunerazzjoni varjabbli, peress li t-tali livelli ta' rimunerazzjoni varjabbli jipproduċu ftit inċentivi, jew l-ebda inċentiv, għall-persunal sabiex jieħu riskju eċċessiv. Konsegwentement, filwaqt li, b'mod ġenerali, l-istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw il-prinċipji kollha għall-membri tal-persunal kollu tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom, hemm bżonn li, fid-Direttiva jiġu eżentati mill-prinċipji dwar id-differiment u l-iżborż fl-istrumenti, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u l-persunal b'livelli baxxi ta' rimunerazzjoni varjabbli.

(6a)  Il-prinċipju tal-ħlas ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stabbilit fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan jeħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u mid-ditti ta' investiment. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jħaddnu politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi.

(6)  Jinħtieġu kriterji ċari, konsistenti u armonizzati għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif ukoll ta' livelli baxxi ta' rimunerazzjoni sabiex tiġi żgurata konverġenza superviżorja u sabiex jitrawmu kundizzjonijiet ekwi għall-istituzzjonijiet u protezzjoni adegwata tad-depożitanti, tal-investituri u tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Fl-istess ħin, tajjeb li tkun offruta ċerta flessibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jadottaw approċċ aktar strett meta jqisu li dan ikun neċessarju. 

(7)  Id-Direttiva 2013/36/UE tirrekjedi li sehem sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 50 % ta' kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli, ikun jikkonsisti f'bilanċ ta' azzjonijiet jew interessi proprjetarji ekwivalenti, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, jew strumenti marbuta mal-azzjonijiet jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta' istituzzjoni mhux elenkata; u, fejn possibbli, ta' strumenti alternattivi tal-grad 1 jew tal-grad 2 li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Dan il-prinċipju jillimita l-użu ta' strumenti marbuta mal-azzjonijiet għal istituzzjonijiet mhux elenkati u jeħtieġ li l-istituzzjonijiet elenkati jużaw l-azzjonijiet. Ir-rapport tal-Kummissjoni COM(2016) 510 tat-28 ta' Lulju 2016 sab li l-użu tal-azzjonijiet jista' jwassal għal piżijiet u kostijiet amministrattivi konsiderevoli għall-istituzzjonijiet elenkati. Fl-istess ħin, benefiċċji prudenzjali ekwivalenti jistgħu jinkisbu billi l-istituzzjonijiet elenkati jitħallew jużaw strumenti marbuta mal-azzjonijiet li jintraċċaw il-valur tal-azzjonijiet. Għaldaqstant, il-possibbiltà li jintużaw strumenti marbuta mal-azzjonijiet jenħtieġ li tiġi estiża għall-istituzzjonijiet elenkati.

(8)  Is-supplimentazzjonijiet tal-fondi proprji imposti mill-awtoritajiet kompetenti huma mutur importanti tal-livell kumplessiv ta' fondi proprji ta' istituzzjoni u huma rilevanti għall-parteċipanti fis-suq peress li l-livell ta' fondi proprji addizzjonali imposti għandu impatt fuq il-punt ta' skattar għar-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti ta' dividendi, il-pagamenti ta' bonusijiet u l-pagamenti fuq strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali. Jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ċara tal-kundizzjonijiet li fihom jenħtieġ li jiġu imposti s-supplimentazzjonijiet kapitali, sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu applikati b'mod konsistenti bejn l-Istati Membri u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq.

(9)  Is-supplimentazzjonijiet tal-fondi proprji imposti mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'rabta mas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni u jenħtieġ li jiġu ġġustifikati kif xieraq. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jintużaw biex ikopru r-riskji mġarrba mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inklużi dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti mudelli ta' negozju jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali. Madankollu, dawn jenħtieġ li ma jkunux f'kunflitt mat-trattamenti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 maħsuba biex jevitaw impatti mhux intenzjonati fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-provvista ta' kreditu u l-ekonomija reali.

(9a)  Flimkien mal-buffers kapitali, ir-riskji marbuta mal-importanza sistemika ta' istituzzjoni jenħtieġ li jitqiesu wkoll meta jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ingranaġġ skont id-deċiżjoni tal-Kumitat ta' Basel dwar buffer għal banek globali sistemikament importanti. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi introdott aġġustament tal-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) li jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 50 % tar-rekwżiti tal-assorbiment tat-telf ogħla ppeżati għar-riskju ta' G-SII.

(9b)  Jenħtieġ li r-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji jqisu d-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Meta istituzzjonijiet differenti jkollhom profili tar-riskju simili, pereżempju minħabba li jkollhom mudelli tan-negozju jew pożizzjoni ġeografika ta' skoperturi simili jew ikunu affiljati mal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jfasslu l-metodoloġija għall-proċess ta' rieżami u evalwazzjoni biex jinkludu l-karatteristiċi u r-riskji komuni tal-istituzzjonijiet bl-istess profil tar-riskju. Madankollu, jenħtieġ li tali tfassil la jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu kont debitu tar-riskji speċifiċi li jaffettwaw kull istituzzjoni u lanqas jibdel in-natura speċifika għall-istituzzjoni tal-miżuri imposti.

(10)  Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ huwa rekwiżit parallel għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskji. Għaldaqstant, kwalunkwe supplimentazzjoni ta' fondi proprji imposta mill-awtoritajiet kompetenti għall-indirizzar tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv jenħtieġ li tiżdied mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ minimu u mhux mar-rekwiżit ta' fondi proprji minimi bbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, kwalunkwe kapital tal-Grad 1 li l-istituzzjonijiet jużaw sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom relatati mal-ingranaġġ jista' jintuża sabiex huma jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju wkoll, inklużi r-rekwiżiti ta' buffer kombinat.

(11)  L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw lil istituzzjoni kwalunkwe aġġustament ulterjuri fl-ammont ta' kapital li jisboq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali u r-rekwiżit ta' buffers kombinati li jistennew li jkollha t-tali istituzzjoni sabiex tkampa f'sitwazzjonijiet futuri u remoti. Peress li din il-gwida tikkostitwixxi mira kapitali, jenħtieġ li titqies bħala f'pożizzjoni ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji u r-rekwiżit ta' buffer kombinat fis-sens li n-nuqqas li tintlaħaq it-tali mira ma jiskattax ir-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 141 ta' din id-Direttiva u din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li ma jistabbilixxux obbligi ta' divulgazzjoni obbligatorji għall-gwida. Meta istituzzjoni tonqos milli tilħaq il-mira ta' kapital b'mod ripetut, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun intitolata tieħu miżuri superviżorji u, fejn xieraq, timponi rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali.

(12)  Dawk li wieġbu għas-Sejħa għal Evidenza tal-Kummissjoni dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji indikaw li l-piż ta' rapportar żdied minħabba r-rapportar sistematiku meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti lil hinn mill-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport li jidentifika dawk l-obbligi addizzjonali ta' rapportar sistematiku u tivvaluta jekk dawn humiex konformi mal-ġabra unika tar-regoli dwar ir-rapportar superviżorju.

(13)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar huma marbuta mad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-[Regolament XX li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jeħtieġu perjodu ta' implimentazzjoni itwal għall-istituzzjonijiet. Sabiex l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tiġi allinjata, id-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jibdew japplikaw mill-istess data bħad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) Nru [XX].

(14)  Sabiex jiġi armonizzat il-kalkolu tar-riskju tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meta s-sistemi interni tal-istituzzjonijiet għall-kejl ta' dan ir-riskju ma jkunux sodisfaċenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji għar-rigward tal-iżvilupp tad-dettalji ta' approċċ standardizzat permezz tal-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fl-Artikolu 84(4) ta' din id-Direttiva, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(15)    Sabiex titjieb l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal telf eċċessiv fl-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom bħala riżultat ta' tibdil potenzjali fir-rati tal-imgħax, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-ispeċifikar tas-sitt xenarji ta' xokk superviżorju li l-istituzzjonijiet kollha jkollhom japplikaw sabiex jikkalkulaw tibdil fil-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fl-Artikolu 98(5), is-suppożizzjonijiet komuni, abbażi ta' standards internazzjonali li l-istituzzjonijiet ikollhom jimplimentaw fis-sistemi interni tagħhom għall-iskop tal-istess kalkolu u għar-rigward tad-determinazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal kriterji speċifiċi biex ikunu identifikati l-istituzzjonijiet li għalihom jista' jkun opportun li jittieħdu miżuri superviżorji wara tnaqqis fid-dħul nett mill-imgħax attribwit għal tibdil fir-rati tal-imgħax permezz ta' atti delegati konformi mal-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(17)  Il-banek ta' żvilupp u l-unjonijiet ta' kreditu pubbliċi f'ċerti Stati Membri storikament kienu eżentati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li anki banek ta' żvilupp u unjonijiet ta' kreditu pubbliċi oħrajn ikunu eżentati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istituzzjonijiet ta' kreditu u li joperaw biss skont salvagwardji regolatorji nazzjonali proporzjonati għar-riskji li jġarrbu. Biex tiġi ggarantita ċ-ċertezza tad-dritt, hemm bżonn li jiġu stabbiliti kriterji ċari għal eżenzjonijiet addizzjonali u li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' jekk istituzzjonijiet speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' istituzzjonijiet jissodisfawx dawk il-kriterji ddefiniti.

(17a)  L-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja huwa pass importanti 'l quddiem biex jinħolqu swieq transfruntiera li jiffunzjonaw tajjeb u biex jiġi żgurat li l-klijenti tal-banek jistgħu jibbenefikaw mill-effetti pożittivi li jirriżultaw minn suq bankarju Ewropew armonizzat u integrat li jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-banek Ewropej. Sar progress kbir fir-rigward tat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, iżda għad hemm xi ostakoli, bħal fil-qasam tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet (ONDs). L-armonizzazzjoni tar-regoli għadha partikolarment diffiċli fil-qasam tal-iskoperturi intragrupp transfruntiera kbar minħabba li l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku m'għandux kompetenza unika f'dan il-qasam. Barra minn hekk, l-attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Bankarja huma soġġetti bis-sħiħ għall-metodoloġija użata mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), u dan jagħmilha anqas attraenti għal bank li jinsab f'pajjiż taż-Żona tal-euro biex jespandi l-attività tiegħu f'pajjiż ieħor taż-żona tal-Euro milli fis-suq domestiku tiegħu. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li, wara li tikkonsulta mill-qrib mal-BĊE, il-BERS u l-EBA, tirrieżamina l-qafas attwali, filwaqt li żżomm approċċ bilanċjat u prudenzjalment sod lejn il-pajjiżi ta' oriġini u dawk ospitanti u b'kont meħud tal-benefiċċji u r-riskji potenzjali għall-Istati Membri u r-reġjuni.

(17b)  Il-bonds sovrani għandhom rwol kruċjali fil-provvediment ta' assi ta' kwalità għolja u likwidi għall-investituri u ta' sorsi ta' finanzjament stabbli għall-gvernijiet. Madankollu, f'xi Stati Membri l-istituzzjonijiet finanzjarji investew wisq f'bonds maħruġa mill-gvernijiet tagħhom stess, li wassal għal "home bias" eċċessiv; Billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li telimina r-rabta bejn ir-riskju tal-banek u r-riskju sovran, u li l-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar it-trattament prudenzjali tad-dejn sovran jenħtieġ li jibqa' konsistenti mal-istandard internazzjonali, il-banek jenħtieġ li jkomplu l-isforzi tagħhom favur diversifikazzjoni akbar tal-portafolli tal-bonds sovrani.

(18)  Qabel l-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jingħataw aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(19)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ u tirfina l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(20)  B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. F'dak li għandu x'jaqsam ma' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

(21)  Id-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(1)  il-punt (16) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(16) fin-Netherlands, in-"Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV", l-"NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij", l-"NV Industriebank Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering", l-"Overijsselse Ontwikkelingsmaatschappij NV" u "kredietunies;".

(2)  jiżdied il-punt (24) li ġej:

"(24) fil-Kroazja, il-"kreditne unije" u l-"Hrvatska banka za obnovu i razvitak","

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 5a u 5b li ġejjin:

"5a.  Mingħajr preġudizzju għall-istituzzjonijiet elenkati fil-paragrafu 5, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal istituzzjoni fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi f'att delegat adottat skont l-Artikolu 148, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat:

(a)  tkun ġiet stabbilita ▌mill-gvern ċentrali, mill-gvern reġjonali jew mill-awtorità lokali ta' Stat Membru;

(b)  li l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istituzzjoni jikkonfermaw li ▌l-objettivi ▌jinkludu attivitajiet ta' interess pubbliku, bħall-forniment ta' finanzjament għal skopijiet promozzjonali jew ta' żvilupp għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi, jew għal żoni ġeografiċi tal-Istat Membru rilevanti; 

(c)  tkun soġġetta għal qafas superviżorju li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja tagħha;

(d)  il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew awtorità lokali, skont kif ikun applikabbli, ikollu obbligu li jipproteġi l-vijabbiltà tal-istituzzjoni jew inkella li jiggarantixxi b'mod dirett jew indirett tal-anqas 75 % mir-rekwiżiti ta' obbligazzjonijiet jew fondi proprji, mir-rekwiżiti ta' finanzjament jew mill-iskoperturi tal-istituzzjoni;

(e)  tkun prekluża milli taċċetta depożiti fil-livell tal-konsumatur, ħlief dawk iggarantiti mill-gvern ċentrali, mill-gvern reġjonali jew mill-awtorità lokali

(f)  jekk l-istituzzjoni tkun ġiet stabbilita minn gvern reġjonali jew awtorità lokali, il-maġġoranza tal-attivitajiet tagħha jkunu limitati għall-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(g)  fil-każ ta' istituzzjonijiet li r-rekwiżiti ta' fondi proprji, il-ħtieġa ta' finanzjament jew l-iskoperturi tagħhom huma ggarantiti b'anqas minn 75 % direttament jew indirettament mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru skont il-punt (d), il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni jkun ta' anqas minn EUR 30 biljun;

(h)  il-proporzjon tal-assi totali tal-istituzzjoni fuq il-PDG tal-Istat Membru kkonċernat huwa ta' anqas minn 30 %;

Il-Kummissjoni għandha tara b'mod regolari jekk istituzzjoni soġġetta għal att delegat adottat skont l-Artikolu 148 tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

5b.  Mingħajr preġudizzju għall-istituzzjonijiet elenkati fil-paragrafu 5, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kategoriji ta' istituzzjonijiet fi Stat Membru, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi f'att delegat adottat skont l-Artikolu 148, fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, li l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt dik il-kategorija jikkwalifikaw bħala unjonijiet ta' kreditu skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ikunu istituzzjonijiet finanzjarji ta' natura kooperattiva;

(b)  is-sħubija tagħhom tkun ristretta għal sett ta' membri li jaqsmu ċerti karatteristiċi jew interessi personali komuni predefiniti;

(c)  ikunu permessi li jipprovdu servizzi ta' kreditu u finanzjarji lill-membri tagħhom biss;

(d)  ikunu permessi jaċċettaw depożiti jew fondi ripagabbli mingħand il-membri tagħhom▌;

(e)  ikunu permessi jwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punti 1 sa 6 u 15 tal-Anness I għal din id-Direttiva biss;

(f)  ikunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali adegwati u effettivi, inklużi rekwiżiti kapitali minimi, u qafas superviżorju li għandu effett simili bħall-qafas stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni;

(g)  il-valur aggregat tal-assi ta' din il-kategorija ta' istituzzjonijiet ma jaqbiżx it-3 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat▌;

(h)  l-attivitajiet tagħhom ikunu limitati għall-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tara b'mod regolari jekk xi kategorija ta' istituzzjonijiet soġġetta għal att delegat adottat skont l-Artikolu 148 tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.".

(c)  Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-entitajiet imsemmija fil-punt (1) u fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 u fl-atti delegati adottati skont il-paragrafi 5a u 5b ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u tat-Titolu VII, Kapitolu 3.".

(ca)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' lista tal-entitajiet esklużi mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont il-paragrafi 5a u 5b, flimkien ma' informazzjoni dwar id-daqs ta' kwalunkwe protezzjoni tad-depożitu.

(d)  jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

"Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 5a u 5b li permezz tagħhom istituzzjoni tista' tiġi eżentata permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 148 m'għandhomx japplikaw taħt l-ebda ċirkostanza għal istituzzjonijiet li kienu eżentati preċedentement skont il-lista fil-paragrafu 5.

Qabel ma jgħaddu [5 snin wara d-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni tista' tirrevedi fir-rigward tal-entitajiet elenkati f'konformità mal-paragrafi 5a u 5b, il-qafas legali nazzjonali u s-superviżjoni applikabbli għal dawn l-entitajiet filwaqt li tikkunsidra wkoll il-kriterji deskritti fil-paragrafi 5a u 5b.".

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(60) "awtorità ta' riżoluzzjoni" tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(61) "istituzzjoni globali sistemikament importanti" (G-SII) tfisser G-SII kif definita fil-punt (132) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(62) "istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux fl-UE" (G-SII mhux fl-UE) tfisser G-SII mhux fl-UE kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(63) "grupp" tfisser grupp kif definit fil-punt (137) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(64) "grupp ta' pajjiż terz" tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu hija stabbilita f'pajjiż terz.

(64a)  Politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi f'istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għan-nisa u l-irġiel għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

(b)  jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata u għall-finijiet ta' eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 575/2013, it-termini "istituzzjoni", "istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru", "istituzzjoni prinċipali tal-UE" u "impriża prinċipali" għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament 575/2013 fuq bażi konsolidata u huma awtorizzati skont l-Artikolu 21a.".

(3)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħrajn jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn dan ikun meħtieġ f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.".

(3a)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom inklużi dawk elenkati fl-Anness 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 sa 14, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-EBA.

(4)  L-Artikolu 8(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-programm ta' operazzjonijiet ipprovdut fl-Artikolu 10 u l-informazzjoni neċessarja għar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri u nnotifikati lill-EBA skont il-paragrafu 1";

(b)  il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u għall-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, jew, fejn ma jkun hemm ebda parteċipazzjoni kwalifikattiva, tal-akbar 20 azzjonist jew membru, skont l-Artikolu 14; u".

(5)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-teħid ta' depożiti jew ta' fondi ripagabbli oħrajn minn kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  Stat Membru;

(b)  awtorità reġjonali jew lokali ta' Stat Membru;

(c)  korpi internazzjonali pubbliċi li fihom huwa membru Stat Membru wieħed jew aktar;

(d)  persuni jew impriżi li l-bidu u t-twettiq tan-negozju tagħhom huma koperti b'mod espliċitu mid-dritt tal-Unjoni, għajr din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)  entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), fl-Artikolu 2(5a) u fl-Artikolu 2(5b), li l-attività tagħhom hija rregolata mid-dritt nazzjonali.".

(6)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10Programm tal-operazzjonijiet u l-organizzazzjoni strutturali

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta' kreditu, inkluża indikazzjoni tal-impriżi prinċipali, tal-kumpaniji azzjonarji finnzjarji u tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fi ħdan il-grupp.".

(7)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni sabiex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu jekk, fid-dawl tal-bżonn li jiżguraw il-ġestjoni solida u prudenti ta' istituzzjoni ta' kreditu, ma jkunux sodisfatti dwar l-idoneità tal-azzjonisti jew tal-membri skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(2) u (3) u l-Artikolu 24.".

(8)  Fl-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(d) ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa jew Sitta, ħlief għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont l-Artikolu 104(1)(a) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tkunx tista' tibqa' tiġi fdata li ser tissodisfa l-obbligi li għandha mal-kredituri tagħha, u, b'mod partikolari, ma għadhiex tipprovdi garanzija għall-assi fdati lilha mid-depożitanti tagħha.".

(9)  Jiddaħħlu l-Artikoli 21a u 21b li ġejjin:

"Artikolu 21aApprovazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jiksbu awtorizzazzjoni mingħand is-superviżur konsolidanti stabbilit skont l-Artikolu 111.

Meta s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn twaqqfet il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti.

2.  L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, fejn ikunu indikati biċ-ċar is-sussidjarji u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali;

(b)  il-konformità mar-rekwiżiti effettivi dwar id-direzzjoni tan-negozju u tal-uffiċċju prinċipali stabbiliti fl-Artikolu 13;

(c)  il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-azzjonisti u l-membri stabbiliti fl-Artikolu 14.

3.  Is-superviżur tal-konsolidazzjoni jista' jagħti awtorizzazzjoni biss fejn ikun sodisfatt li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jkunu ssodisfati:

(a)  il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li hija soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tkun kapaċi tiżgura l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti;

(b)  il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax is-superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet sussidjarji jew tal-istituzzjonijiet prinċipali.

4.  Is-superviżuri tal-konsolidazzjoni għandhom jeħtieġu li l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jipprovdulhom l-informazzjoni li jeħtieġu sabiex jissorveljaw l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

5.  Is-superviżuri konsolidanti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil kumpanija azzjonarja finanzjarja jew lil kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta biss meta t-tali kumpanija azzjonarja finanzjarja jew it-tali kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta:

(a)  ma tużax l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tiċħad b'mod espliċitu l-awtorizzazzjoni jew tbigħ is-sussidjarji kollha tagħha li huma istituzzjonijiet;

(b)  tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mezz irregolari ieħor;

(c)  ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)  tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata u ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa jew Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont l-Artikolu 104(1)(a) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tkunx tista' tibqa' tiġi fdata li ser tissodisfa l-obbligi li għandha mal-kredituri tagħha;

(e)  tkun taqa' taħt wieħed mill-każijiet l-oħrajn fejn id-dritt nazzjonali jipprovdi għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni; jew

(f)  twettaq xi ksur imsemmi fl-Artikolu 67(1).

Artikolu 21bImpriża prinċipali intermedja tal-UE

1.  ▌Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ▌stabbilita fl-Unjoni.

1a.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE meta l-awtoritajiet kompetenti jaċċertaw ruħhom li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:

(i)  f'kunflitt mar-rekwiżit obbligatorju għas-separazzjoni tal-attivitajiet bi qbil mar-regoli tal-pajjiż terz li fih l-impriża prinċipali aħħarija tal-pajjiż terz ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew

(ii)  jagħmel ir-riżolvibbiltà anqas effiċjenti milli fil-każ ta' żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE wara li tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE.

1b.   Meta żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp ta' pajjiż terz, ikollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont il-paragrafu 1a, li jkunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 8, jew ikunu approvati bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta skont l-Artikolu 21a, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq:

(i)  mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu, jew meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ;

(ii)  mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jinkludix kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu, f'każ li l-impriża prinċipali intermedja tal-UE tkun approvata bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta skont l-Artikolu 21a.

B'deroga mill-punt (i) ta' dan il-paragrafu, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjonijiet ta' kreditu waħda jew aktar fi ħdan il-grupp meta t-totali magħduda flimkien fil-karti tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati jkunu ogħla minn dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

B'deroga mill-punt (ii) ta' dan il-paragrafu, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn kumpanija ta' investiment waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali kumpaniji ta' investiment waħda jew aktar fi ħdan il-grupp bl-akbar total aggregat fil-karta tal-bilanċ.

Is-superviżur identifikat skont dan il-paragrafu għandu jkun is-superviżur konsolidanti skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.

1c.   Meta żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 1a, dawn għandhom jitqiesu bħala grupp għall-ħatra ta' awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, u dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollha s-setgħat u l-awtoritajiet kollha fir-rigward tal-impriżi prinċipali intermedji tal-UE daqskemm kien ikollha kieku dawn ikkostitwixxew grupp ma' impriża prinċipali tal-UE.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE fl-Unjoni jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni skont l-Artikolu 8 jew bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta skont l-Artikolu 21a.

3.  Il-paragrafi 1, 1a u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz ikun anqas minn EUR 30 biljun, sakemm il-grupp ta' pajjiż terz ma jkunx G-SII mhux tal-UE.

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)  l-assi totali ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżultaw mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħhom; u

(b)  l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzata fl-Unjoni skont l-Artikolu 47.

B'deroga minn dan il-paragrafu u fuq talba bil-miktub minn grupp ta' pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja parzjalment jew bis-sħiħ ir-rekwiżit fil-punt (b) fuq bażi ta' każ b'każ wara li tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti u mal-awtorità ta' domiċilju tal-grupp ta' pajjiż terz u wara li titwettaq valutazzjoni li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-operazzjonijiet tal-grupp ta' pajjiż terz fl-Unjoni, id-daqs tal-assi f'fergħat tal-grupp ta' pajjiż terz u d-daqs tal-valur totali tal-assi fl-Unjoni meta mqabbel mal-valur totali tal-assi tal-grupp ta' pajjiż terz. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp ta' pajjiż terz ikollu fergħat reġistrati għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jaqblu mar-rinunzja parzjali jew sħiħa tar-rekwiżit fil-punt (b).

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 2 u l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp ta' pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom:

(a)  l-ismijiet u l-ammont tal-assi totali tal-istituzzjonijiet issorveljati li jappartjenu għal grupp ta' pajjiż terz u t-tipi ta' attivitajiet li huma awtorizzati li jwettqu;

(b)   l-ismijiet u l-ammont tal-assi totali li jikkorrispondu għall-fergħat awtorizzati f'dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 47;

(c)  l-isem u l-forma legali ta' kwalunkwe impriża prinċipali intermedja tal-UE stabbilita f'dak l-Istat Membru u l-isem tal-grupp ta' pajjiż terz li tagħmel parti minnu.

6.  L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-impriżi prinċipali intermedji kollha tal-UE li ngħataw awtorizzazzjoni fl-Unjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm impriża prinċipali intermedja ▌fl-UE għall-istituzzjonijiet kollha li huma parti mill-istess grupp ta' pajjiż terz.".

6a.  B'deroga mill-paragrafu 1, gruppi li joperaw permezz ta' aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b'valur totali tal-assi li jaqbeż it-EUR 30 biljun, jew sussidjari ta' G-SII mhux tal-UE, fid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1a, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sa [data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva + tliet snin].

6b.  L-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jqis l-informazzjoni li tkun irċeviet skont il-paragrafu 5 sa ... [dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva + 4 snin). Dan ir-rapport għandu jqis tal-anqas:

(a)  jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu humiex operabbli, meħtieġa u proporzjonati u jekk miżuri oħrajn ikunux aktar xierqa;

(b)  l-impatt tar-rekwiżiti ta' separazzjoni strutturali f'ġurisdizzjonijiet oħra.

6c.  Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jqis tal-anqas:

(a)  jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi jagħmlu distinzjoni bejn l-Istati Membri;

(b)  jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi jistax iwassal għal arbitraġġ regolatorju;

(c)  jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx meħtieġa u xierqa, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti tal-pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-EBA.

(10)  Fl-Artikolu 23(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stipulati fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;".

(11)  Fl-Artikolu 47, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar dawn li ġejjin:

(a)  l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz;

(b)  l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-fergħat awtorizzati tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, kif irrapportati b'mod perjodiku.

L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-fergħat kollha f'pajjiżi terzi awtorizzati sabiex joperaw fl-Istati Membri, filwaqt li tindika l-Istat Membru u l-assi totali ta' kull fergħa.".

(11a)  Fl-Artikolu 56 jiżdiedu l-punti (fa) u (fb):

"(fa)  l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(fb)  l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju. "

(11b)  Fl-Artikolu 57(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"(1) Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni:"

(11c)  Fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, bħala minimu, jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu."

(11d)  L-Artikolu 74 huwa emendat kif ġej:

"1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effikaċi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma' ġestjoni tar-riskji soda u effikaċi u li jkunu jippromwovuha. Dawk il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni għandhom ikunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

2. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabiliti fl-Artikoli 76 sa 95.

3. L-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, f'konformità mal-paragrafu 2. Sena wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment. Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-EBA għandha tabbozza rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment."

(12)  Fl-Artikolu 75, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni ddivulgata skont il-kriterji għad-divulgazzjoni stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u mid-ditti ta' investiment dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw din l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-EBA."

(13)  L-Artikolu 84 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 84Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni jew jużaw il-metodoloġija standardizzata sabiex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni u li ma jkunux spjegati mir-riskji msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn is-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet ta' evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux sodisfaċenti. F'dak il-każ , l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ir-raġunament tagħhom lill-istituzzjoni kkonċernata.

4.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-prinċipji għal metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini ta' evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1, inkluża metodoloġija standardizzata ssimplifikata alternattiva kkalibrata b'mod konservattiv għall-istituzzjonijiet b'assi totali ta' anqas minn EUR 5 biljun.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.  L-EBA għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika:

(a)  il-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mis-sistema interna ta' istituzzjoni;

(b)  il-kriterji għall-identifikazzjoni, għall-ġestjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mill-istituzzjonijiet;

(c)  il-kriterji għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet;

(d)  il-kriterji għad-determinazzjoni ta' liema mis-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 mhumiex sodisfaċenti kif imsemmija fil-paragrafu 3;

L-EBA għandha toħroġ dawk il-linji gwida sa [sena wara d-dħul fis-seħħ]."

(14)  Fl-Artikolu 85, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskopertura għar-riskju operattiv, inkluż ir-riskju involut fl-użu tal-mudelli u riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, u sabiex jiġu koperti avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet għandhom ifissru x'inhu li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta' dawk il-politiki u l-proċeduri.".

(14a)  Fl-Artikolu 88(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

  "L-Istati Membri għandhom tal-anqas jiżguraw li l-korpi maniġerjali ta' istituzzjoni jimmonitorjaw is-self lil partijiet relatati fuq bażi kontinwa u jinnotifikaw tali self lill-awtorità kompetenti f'każ li dawn jistgħu jwasslu għal kwalunkwe kunflitt ta' interess. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu jew jillimitaw tali self."

(14b)  Fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5a.  Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġiżlattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk aktar informazzjoni rilevanti tistax tiġi miżjuda mal-paragrafu 1.

Sat-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-EBA, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a u, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

(14c)  L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-istituzzjonijiet, inklużi l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija li jiżguraw li l-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom ikunu dejjem ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. ▌Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8."

(b)  il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b' dan li ġej:

"7. Il-korp ta' ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista' jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r-riskji ewlenin. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta' ġestjoni għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta' esperjenzi."

"8. Kull membru tal-korp ta' ġestjoni għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet ta' ġestjoni. Dan ir-rekwiżit m'għandux iwassal biex il-membri ta' kumpaniji affiljati jiġu pprojbiti mill-bord superviżorju."

(c)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

"13a. Minkejja l-Artikolu 13(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw, skont id-diskrezzjoni tagħhom, il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 91(1) sa (8) fir-rigward tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu qabel jew wara l-ħatra ta' wieħed mill-membri tiegħu."

(15)  L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa mħassar.

(b)  fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inklużi s-salarji u l-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, għal kategoriji tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom, inklużi l-maniġment superjuri, min jieħu r-riskju, il-persunal involut fil-funzjonijiet ta' kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li tpoġġih fl-istess kategorija ta' rimunerazzjoni bħall-maniġment superjuri▐, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b'mod u sal-punt li jkun xieraq għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-kamp ta' applikazzjoni u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.". "

(ba)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(aa) il-politika ta' rimunerazzjoni tkun newtrali fir-rigward tas-sessi: il-ħaddiema nisa u rġiel ikunu rimunerati b'mod ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali."

(bb)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"(2a) Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikolu 153(5) tat-TFUE, il-prinċipji ġenerali tad-dritt nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali li jirrigwardaw id-drittijiet u l-involviment tal-azzjonisti u r-responsabbiltajiet ġenerali tal-korpi maniġerjali tal-istituzzjoni kkonċernata, u d-drittijiet, fejn applikabbli, tas-sħab soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi, f'konformità mad-dritt u l-użanzi nazzjonali.".

(16)  L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1(l), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i) ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, interessi ta' sjieda ekwivalenti; jew strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;".

(aa) fil-paragrafu (1), il-punt (m) huwa emendat kif ġej:

"(m) porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perjodu ta' mhux inqas minn ▌ħames snin u jkun allinjat b'mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni.

Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta' differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta' komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi ddifferit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabbilit skont iċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni;"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. B'deroga mill-paragrafu 1, il-prinċipji stabbiliti fil-punti (l), (m) u fit-tieni subparagrafu tal-punt (o) ma għandhomx japplikaw għal:

(a)  istituzzjoni, fuq bażi individwali, li tista' tkun soġġetta wkoll għal konsolidazzjoni prudenzjali jew tkun parti minn grupp bankarju, li l-valur tal-assi tagħha huwa bħala medja daqs jew anqas minn EUR 8 biljun tul il-perjodu ta' erba' snin li jiġu bl-eżatt qabel is-sena finanzjarja kurrenti;

(b)  membru tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn kwart mir-rimunerazzjoni totali annwali tal-membru tal-persunal.

B'deroga mill-punt (a), awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-istituzzjonijiet fuq bażi individwali, li jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal konsolidazzjoni prudenzjali jew ikunu jagħmlu parti minn grupp bankarju, li l-valur tal-assi totali tagħhom huwa anqas mil-limitu msemmi fil-punt (a) ma jkunux soġġetti għad-deroga minħabba n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom, l-organizzazzjoni interna tagħhom jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li jappartjenu għalih.

B'deroga mill-punt (b), awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-membri tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tagħhom tkun anqas mil-limitu u mis-sehem imsemmi fil-punt (b) ma jkunux soġġetti għad-deroga minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini tal-prattiki ta' rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk il-membri tal-persunal.

4. Sa [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.

5. L-EBA għandha tadotta linji gwida li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafu 3 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tiegħu."

(17)  L-Artikolu 97 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fl-Artikolu 97(1) il-punt (b) huwa mħassar;

(b)  jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

"4a. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfasslu l-metodoloġiji apposta għall-applikazzjoni tal-proċess ta' rieżami u ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 biex iqisu l-istituzzjonijiet bi profil tar-riskju simili, bħalma huma l-mudelli tan-negozju jew żoni ġeografiċi ta' skoperturi simili. Tali metodoloġiji mfassla apposta jistgħu jinkludu valutazzjonijiet komparattivi orjentati lejn ir-riskju u indikaturi kwantitattivi, u m'għandhomx jaffettwaw in-natura tal-miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni imposti skont l-Artikolu 104a.

F'każ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw metodoloġiji mfassla apposta skont dan il-paragrafu, dawn għandhom jinnotifikaw lill-EBA. L-EBA għandha timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida biex tispeċifika kif profili tar-riskju simili għandhom jiġu evalwati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u biex tiżgura applikazzjoni konsistenti u proporzjonata ta' metodoloġiji simili mfassla apposta għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010."

(18)  L-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1 il-punt (j) huwa mħassar;

(aa)  jiddaħħlu l-paragrafi (3a) u (3b) li ġejjin:

"3a B'kont meħud tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 395(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-EBA għandha sa...[sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jiżviluppaw standard metodoloġiku għall-awtoritajiet kompetenti li jispeċifika limitu aggregat adatt fuq l-iskoperturi għall-entitajiet tas-sistema bankarja "parallela" li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat, kif ukoll limiti individwali fuq l-iskoperturi għal tali entitajiet.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-EBA għandha tiżviluppa kriterji xierqa biex tiddefinixxi t-terminu "entità bankarja parallela" bħala impriża li tal-anqas twettaq wieħed jew aktar attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' kreditu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [sad-data...]

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3b. Sal-1 ta' Diċembru 2021, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament strutturati b'mod kumpless, kif imsemmija fl-Artikolu 449b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bil-għan li jidentifikaw tranżazzjonijiet strutturati biex potenzjalment jirriżultaw f'benefiċċji tat-taxxa sinifikanti.

Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tranżazzjoni identifikata bħala li timponi riskju ta' benefiċċji tat-taxxa sinifikanti."

(b)  Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar. Miżuri superviżorji għandhom ikunu meħtieġa tal-anqas fil-każ ta' istituzzjonijiet li l-valur ekonomiku tal-ekwità tagħhom imsemmi fl-Artikolu 84(1) jonqos b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħhom bħala riżultat ta' xi tibdil f'daqqa u mhux mistenni fir-rati tal-imgħax kif stabbilit fi kwalunkwe wieħed mis-sitt xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax jew meta l-istituzzjoni tesperjenza tnaqqis kbir fl-introjtu mill-imgħax nett tagħha b'riżultat ta' tibdil f'daqqa u mhux mistenni fir-rati tal-imgħax kif stabbilit fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax. Il-miżuri ta' superviżjoni m'għandhomx għalfejn jitwettqu jekk l-awtoritajiet kompetenti, abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rati tal-imgħax, jikkonkludu li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, u li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, miżuri prudenzjali għandha tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  miżuri skont l-Artikolu 104(1) u 104a;

(b)  is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u tal-parametri, minbarra dawk identifikati mill-paragrafu (5a)(b), li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont l-Artikolu 84(1)."

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

"5a. L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex, għall-fini tal-paragrafu 5, tispeċifika:

(a)  sitt xenarji superviżorji ta' xokk li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

(b)  is-suppożizzjonijiet komuni ta' mmudellar u tal-parametri li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont il-paragrafu 5;

(c)  is-suppożizzjonijiet komuni ta' mmudellar u tal-parametri li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-introjtu mill-imgħax nett u x'jikkostitwixxi tnaqqis kbir.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(ca)  Jiddaħħlu l-paragrafi (7a), (7b) u 7(c) li ġejjin:

"7a. Għall-finijiet tal-applikazzjoni proporzjonata tar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu l-proċess superviżorju ta' rieżami u ta' evalwazzjoni, għandhom jiddeskrivu fid-dettall kif qiesu d-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tal-operazzjonijiet tan-negozju ta' istituzzjoni kif ukoll il-kumplessità tar-riskji li jirriżultaw mill-mudell tan-negozju ta' istituzzjoni.

7b. Għall-fini tal-paragrafu 3b, l-EBA għandha, sal-1 ta' Ġunju 2021, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kriterji u metriċi kwalitattivi u kwantitattivi għall-identifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet strutturati li potenzjalment jipproduċu benefiċċji tat-taxxa sinifikanti.

7c. L-EBA għandha tinvestiga l-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni tar-riskji relatati ma' skoperturi għal attivitajiet li huma assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) bil-ħsieb li tivvaluta inter alia s-sorsi u l-effetti possibbli ta' tali riskji fuq l-istituzzjonijiet, filwaqt li tikkunsidra r-rapportar ta' sostenibbiltà mill-istituzzjonijiet kif ukoll il-ħidma dwar ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 501(da) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, ir-rapport tal-EBA għandu jkun fih tal-inqas dan li ġej:

(a)  id-definizzjoni tar-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni, inklużi riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja u kriterji kwalitattivi u kwantitattivi u l-metriċi rilevanti għall-valutazzjoni ta' dawn ir-riskji kif ukoll metodoloġija biex jiġi vvalutat jekk jistax ikun hemm tali riskji fuq perjodu ta' żmien qasir, medju jew twil u jekk dawn jistax ikollhom impatt materjali u finanzjarju fuq istituzzjoni;

(b)  jekk konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' skoperturi ta' kreditu speċifiku jistgħux iżidu r-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni għal dik l-istituzzjoni;

(c)  id-deskrizzjoni tal-proċessi li istituzzjoni tista' tuża għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-ESG, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni;

(d)  il-parametri u l-metriċi li s-superviżuri u l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biex jivvalutaw l-impatt tar-riskji relatati mal-ESG fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni fuq is-self u fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji intermedjarji;

(e)  jekk ikunx xieraq li jiġu żviluppati kriterji speċifiċi għal test ta' stress u analiżi tax-xenarju tal-klima li tħares 'il quddiem dwar il-portafolli ta' entitajiet regolati li jivvalutaw ir-riskji relatati mal-ambjent tagħhom, ir-riskji fiżiċi u r-riskji tat-tranżizzjoni, inklużi riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja u l-allinjament tal-klima ta' portafolli ta' self fuq livell tal-Unjoni.

L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, l-EBA tista', jekk xieraq, tadotta linji gwida biex tintroduċi kriterji relatati ma' riskji ESG għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni li jikkunsidraw is-sejbiet tar-rapport tal-EBA msemmi f'dan il-paragrafu."

(19)  Fl-Artikolu 99(2), il-punt (b) huwa mħassar.

(20)  L-Artikolu 103 huwa mħassar.

(21)  L-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"1. Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(4) u (5), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 u għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu tal-anqas ikollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)  li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jisbqu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 104a;

(b)  li jeħtieġu t-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati skont l-Artikoli 73 u 74;

(c)  li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan għar-restawr tal-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż it-titjib għal dak il-pjan rigward il-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d)  li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(e)  li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' istituzzjonijiet jew li jitolbu l-iżvestiment tal-attivitajiet li jimponu riskji eċċessivi għas-solidità ta' istituzzjoni;

(f)  li jeħtieġu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tal-istituzzjonijiet, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g)  li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h)  li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i)  li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet ta' pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi ta' strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix avveniment ta' inadempjenza tal-istituzzjoni;

(j)  li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi, inkluż ir-rapportar fuq il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k)  li jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inklużi restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;

(l)  li jeħtieġu divulgazzjonijiet addizzjonali fuq bażi ad hoc biss.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(j), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq istituzzjonijiet biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikazzjoni u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 102(1);

(b)  l-awtorità kompetenti tqis li huwa raġonevoli li timponi dawk l-obbligi sabiex tiġbor l-evidenza msemmija fl-Artikolu 102(1)(b);

(c)  l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għad-durata tal-programm ta' eżaminazzjoni superviżorja tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 99.

L-informazzjoni li tista' tkun meħtieġa mingħand l-istituzzjonijiet għandha titqies bħala duplikazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-istess jew sostanzjalment l-istess informazzjoni diġà tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti, tista' tiġi prodotta mill-awtorità kompetenti jew tinkiseb permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq l-istituzzjoni li tirrapportaha. Meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format jew f'livell ta' granularità differenti mill-informazzjoni addizzjonali li trid tiġi rrapportata, l-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ l-informazzjoni addizzjonali meta dak il-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili.";

(b)  Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(22)  Jiddaħħlu l-Artikoli 104a, 104b u 104c li ġejjin:

"Artikolu 104aRekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) ▌meta, fuq il-bażi tar-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 97 u 101, dawn jiżguraw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:

(a)  l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi tar-riskji li ma jkunux koperti jew li ma jkunux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif speċifikati fil-paragrafu 2;

(b)  l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-applikazzjoni unika ta' miżuri amministrattivi oħrajn jew miżuri superviżorji jistgħu ma jkunux biżżejjed biex ittejbu b'mod suffiċjenti l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi ħdan perjodu ta' żmien xieraq;

(c)  l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) huma meqjusa bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perjodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kundizzjonijiet normali tas-suq;

(d)  l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li ser iwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;

(e)  l-istituzzjoni kemm-il darba tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 104b(1);

(ea)  sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti mudelli ta' negozju jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ikunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji materjali kollha jew l-elementi kollha tat-tali riskji koperti jew mhux adegwatament koperti mir-rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji. Dan jista' jinkludi riskji jew elementi tar-riskji li huma esklużi b'mod espliċitu mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan jista' jinkludi li ġej:

(a)  riskji materjali speċifiċi għal istituzzjoni jew elementi ta' dawn ir-riskji li huma esklużi b'mod espliċitu mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)  riskji materjali speċifiċi għal istituzzjoni jew elementi ta' dawn ir-riskji li potenzjalment kienu sottovalutati anki jekk ġew issodisfati r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni, filwaqt li jikkunsidraw il-profil speċifiku tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali. Ir-riskji jew elementi ta' riskji msemmija fil-paragrafu 1(a) ma għandhomx jinkludu riskji li għalihom din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdu trattament tranżizzjonali, jew riskji li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' anterjorità.

Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali jekk iqum każ imsemmi fl-Artikolu 98(5) sakemm l-awtorità kompetenti, meta twettaq proċess ta' rieżami u evalwazzjoni, ma tasalx għall-konklużjoni li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u li l-ġestjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax ta' istituzzjoni li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 104(1)(a) bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 u r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 104(1)(a) b' fondi proprji soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ▌ tliet kwarti mir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandhom jiġu ssodisfati permezz tal-kapital tal-Grad 1;

(b)  ▌ tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta' fondi proprji addizzjonali b'sehem akbar ta' kapital tal-Grad 1 jew ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni fejn ikun meħtieġ u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

Il-fondi proprji użati sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 104(1)(a) m'għandhomx jintużaw għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) u tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżit ta' buffer kombinat definit fl-Artikolu 128(6) ta' din id-Direttiva jew il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b.

Permezz ta' deroga mit-tielet subparagrafu, fondi proprji użati sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 104(1)(a) impost mill-awtoritajiet kompetenti għall-indirizzar tar-riskji jew tal-elementi tar-riskji mhux koperti biżżejjed mill-Artikolu 92(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta' buffer kombinat imsemmi fl-Artikolu 128(6) ta' din id-Direttiva.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tiġġustifika ▌bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont l-Artikolu 104(1)(a), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4. Dan jinkludi, fil-każ stabbilit fil-paragrafu 1(d), dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida ta' kapital ma għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti.

Artikolu 104bGwida dwar il-fondi proprji addizzjonali

1.  Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73 u wara li jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu livell adegwat ta' fondi proprji li l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta bih u li huwa ogħla biżżejjed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Ħamsa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u f'din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 104(1)(a), kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu t-telf potenzjali identifikat skont it-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100, mingħajr il-ksur tal-ebda waħda minn:

(a)   livell minimu fiss ta' fondi proprji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu azzjonijiet ta' ġestjoni kredibbli u aġġustamenti dinamiċi fil-karta tal-bilanċ li jistgħu jseħħu tul l-orizzont ta' projezzjoni; jew

(b)  ▌ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet, ir-Raba', il-Ħames u s-Seba' Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 104(1)(a), fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-azzjonijiet ta' ġestjoni kredibbli u l-aġġustamenti dinamiċi fil-karta tal-bilanċ li jistgħu jseħħu tul l-orizzont ta' projezzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu b'mod regolari l-livell ta' fondi proprji stabbilit minn kull istituzzjoni skont il-paragrafu 1 filwaqt li jqisu l-eżitu tar-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 97 u 101, inklużi r-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fl-Artikolu 100.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjonijiet l-eżitu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2 kif ukoll il-gwida superviżorja dwar fondi proprji stabbiliti skont il-paragrafu 1.

4a.  Il-fondi proprji użati biex jintlaħaq il-livell ta' fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b), u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament Nru 575/2013, ir-rekwiżit tal-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva jew ir-rekwiżit ta' buffer kombinat definit fl-Artikolu 128(6) ta' din id-Direttiva.

5.  Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa l-aspettattivi stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 141.

5a.  L-EBA għandha tirrieżamina u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż il-paragrafu 1(a) u (b) fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 104cKooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni qabel ma jiddeterminaw kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 104(1)(a) u qabel ma jikkomunikaw lill-istituzzjonijiet kwalunkwe aspettattiva ta' aġġustament fuq livell ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104b. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bl-informazzjoni kollha disponibbli.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost fuq l-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104(1)(a) u dwar kwalunkwe aspettattiva ta' aġġustamenti fuq livell ta' fondi proprji komunikata lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b.".

(23)  Fl-Artikolu 105 il-punt (d) huwa mħassar.

(24)  Fl-Artikolu 108 il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(25)  fl-Artikolu 109, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriża prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, sabiex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu jkunu konsistenti u integrati sew u li jistgħu jiġu prodotti kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw dawn l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva, inklużi dawk stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu wkoll konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu wkoll kapaċi jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. Impriżi sussidjarji, li ma jkunux huma stess soġġetti għal din id-Direttiva, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur fuq livell individwali tagħhom.

3. L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji, li ma jkunux huma stess soġġetti għal din id-Direttiva, ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II hija illegali skont il-liġijiet tal-pajiż terz fejn hija stabbilita s-sussidjarja.

3a. Għall-fini tal-paragrafu 2, l-EBA għandha, b'konsultazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji fir-rigward tal-aspetti prattiċi tal-applikazzjoni tar-regoli ta' rimunerazzjoni skont din id-Direttiva għal impriżi sussidjarji, li ma jkunux huma stess soġġetti għal din id-Direttiva.

B'kunsiderazzjoni għad-daqs, l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll għall-fatt li l-leġiżlazzjoni speċifika tas-settur għandha tipprevali fejn rekwiżiti speċifiċi ta' din id-Direttiva jistgħu joħolqu kunflitt mar-rekwiżiti settorjali, dan l-abbozz ta' standards regolatorji għandu jispeċifika l-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' dawk li jieħdu r-riskji tal-grupp kif ukoll il-klassijiet ta' strumenti li jirriflettu l-profil tar-riskju tal-grupp.

F'dan il-kuntest, l-EBA għandha tivvaluta, b'konsultazzjoni mal-ESMA, u temenda jekk meħtieġ, l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti rigward kriterji biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 92(2) ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. "

(26)  L-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 113Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

1.  Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

(a)  dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 sabiex jistabbilixxu l-adegwatezza tal-livell konsolidat ta' fondi proprji miżmum mill-grupp ta' istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1)(a) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta' istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;

(b)  dwar il-miżuri sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejba materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inklużi dawk relatati mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u mat-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u relatati mal-bżonn ta' rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva;

1a.  Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru bi kwalunkwe aspettattiva ta' aġġustamenti fuq livell konsolidat ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104b(3).

2.  Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)  għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), fi żmien erba' xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104a lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħrajn;

(b)  għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), fi żmien erba' xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta' likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet skont l-Artikoli 86 u 105;

(c)  għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), fi żmien erba' xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti għandhom jikkunsidraw kif xieraq ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikoli 73, 97, 104a u 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-EBA. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-EBA fuq inizjattiva tiegħu stess.

3.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bħal din bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, tal-Artikolu 104(1)(a), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni xierqa tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-EBA skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-EBA. Il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu l-perjodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar wieħed (1). Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-EBA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, tal-Artikolu 104(1)(a), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni xierqa tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-EBA skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-EBA. Il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu l-perjodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar wieħed (1). Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-EBA wara tmiem l-erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Meta tkun ġiet ikkonsultata l-EBA, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha.

4.  Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 3, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u motivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1)(a), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105. F'dan il-każ imsemmi l-aħħar, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

5.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, tal-Artikolu 104(1)(a), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(27)  Fl-ewwel subparagarfu tal-Artikolu 116, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom ikunu stabbiliti ukoll fejn is-sussidjarji kollha ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija sussidjarja mħallta prinċipali tal-UE jkunu jinsabu f'pajjiż terz."

(27a)  Fl-Artikolu 117, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4a. L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u l-awtoritajiet li jkunu fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2015/849/UE għall-konformità ma' din id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni rilevanti għal dan skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849."

(28)  Fl-Artikolu 119, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Soġġetti għall-Artikolu 21a, l-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jinkludu lil kumpaniji azzjonarji finanzjarji u lil kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fis-superviżjoni konsolidata."

(29)  Fl-Artikolu 120, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE b'mod partikolari f'termini tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskji, is-superviżur konsolidanti jista’, bi qbil mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika biss għal dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva relatati mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.".

(29a)  Fl-Artikolu 125, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a. Meta skont l-Artikolu 111 is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jkun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita superviżjoni effikaċi, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub."

(29b)  L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw tali eżenzjoni għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki f'perjodu ta' żmien stipulat lill-Kummissjoni, ▌l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Istati Membri kkonċernati b'dan."

(b)  Il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, li jkun miżmum biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikolu 104, 104a jew il-gwida skont l-Artikolu 104b.

(29c)  L-Artikolu 130 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw tali eżenzjoni għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki f'perjodu ta' żmien stipulat lill-Kummissjoni, ▌l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Istati Membri kkonċernati b'dan."

(b)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit impost mill-paragrafu 1 b'kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, li għandu jkun addizzjonali għal kwalunkwe kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit li jinżamm buffer ta' konservazzjoni ta' kapital f'konformità mal-Artikolu 129 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 104, 104a u 104b ta' din id-Direttiva."

(30)  ▌L-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtorità inkarigata mill-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda.

Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)   grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE; jew

(b)   istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.

O-SIIs jistgħu jkunu grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew inkella istituzzjoni.".

(b)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Wara li l-EBA tikkonsulta lill-BERS, hi għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs u l-metodoloġija għad-disinn u l-kalibrazzjoni tar-rati ta' buffer. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandhom iqisu l-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet sistemikament importanti domestiċi u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010."

(c)  Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata jew subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat, li għandha tikkonsisti minn u għandha tissupplimenta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. f'dan ir-rigward, għandhom jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII."

(d)  jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

"5a. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fil-paragrafu 7, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva O-SII titqiesx adatta. L-EBA tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar il-buffer skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien xahrejn min-notifika, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-EBA, jekk rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li l-buffer O-SII ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha, jew partijiet minnha, ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali, li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta."

(e)  fil-paragrafu 7 l-parti introduttorja hija ssostitwita b'dan li ġej:

"7. Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Istati Membri kkonċernati f'perjodu ta' żmien stipulat. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall:"

(f)  il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn O-SII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija istituzzjoni prinċipali tal-UE u soġġetta għal buffer ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, il-buffer li japplika fuq livell individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandux jeċċedi l-iktar valur baxx ta':

(a) It-total tal-ogħla mir-rata ta' buffer ta' G-SII jew O-SII applikabbli għall-grupp f'livell konsolidat u 1 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; kif ukoll

(b) 3 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ir-rata li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex tiġi applikata għall-grupp f'livell konsolidat."

(g)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9. Għandu jkun hemm ▌ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni. Il-punteġġi li jifirdu s-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni Addizzjonali, bl-eċċezzjoni tal-ogħla subkategorija. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemiku huwa l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata buffer ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-buffer assenjat lil kull subkategorija għandu jiżdied b'pendili ta' 0,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sa u inkluża r-raba' subkategorija. L-ogħla subkategorija tar-riżerva ta' G-SII għandha tkun soġġetta għal riżerva ta' 3,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Jekk istituzzjoni tiġi assenjata fl-ogħla subkategorija tal-buffer ta' G-SII, tiżdied immedjatament subkategorija oħra ġdida. Il-buffer għandu jiżdied għal kull subkategorija suċċessiva b'pendili ta' 1 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013."

(h)  il-paragrafu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"12. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII, lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki lill-Kummissjoni u lill-EBA f'perjodu ta' żmien stipulat, u għandu jiżvela isimhom lill-pubbliku. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet nominati għandhom jiżvelaw lill-pubbliku s-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII.

L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoniji sistemikament importanti kkonċernata, lill-BERS li għandu jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-EBA f'perjodu ta' żmien stipulat. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tiżvela pubblikament il-lista aġġornata ta' istituzzjonijijiet sistemikament importanti li jkunu identifikati lill-pubbliku u għandha tiżvela lill-pubbliku s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata."

(i)  Il-paragrafu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

13. Istituzzjonijijiet sistemikament importanti m'għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm biex jissodisfa r-rekwiżiti skont il-paragrafi 4 u 5 biex jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 129 u 130 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikoli 102 u 104 ta' din id-Direttiva.

(j)  Il-paragrafu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"14. Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal riżerva ta' G-SII u riżerva ta' O-SII, għandu japplika l-buffer l-aktar għoli.

Meta istituzzjoni, fuq bażi individwali jew subkonsolidata, tkun soġġetta għal buffer O-SII u riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133, għandu japplika t-total taż-żewġ buffers.

Meta grupp, fuq bażi konsolidata, ikun soġġett għal ▌buffer ta' G-SII, buffer ta' O-SII u buffer għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133, għandu japplika t-total ta' dawn li ġejjin:

(a) l-aktar wieħed għoli mill-buffer ta' G-SII u l-buffer ta' O-SII;

(b) il-buffer għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133."

(30a)  L-Artikolu 133 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Kull Stat Membru jista' jintroduċi buffer għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew subsett tagħhom, biex jipprevjeni u jtaffi r-riskji sistemiċi jew makroprudenzjali ▌li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikolu 131 ta' din id-Direttiva, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku."

(b)  il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b' dawn li ġejjin

"3. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, buffer għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ▌bbażat fuq l-iskoperturi li għalihom japplika l-buffer għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali kkonsolidata jew subkonsolidata, skont kif japplika f'konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II ta' dak ir-Regolament.

Ir-rata tal-buffer tar-riskju sistemiku globali ta' istituzzjoni għandha tiġi kkalkulata bħala t-total tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (c), espress bħala perċentwal;

(a) kwalunkwe buffer tar-riskju sistemiku applikat għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet kollha, jew fejn rilevanti, għall-iskoperturi kollha għal subsettijiet ta' istituzzjonijiet;

(b) kwalunkwe buffer tar-riskju sistemiku applikat għal skoperturi għal setturi jew subsetturi individwali; kif ukoll

(c) l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtorità kompetenti jew innominata rilevanti tista' tesiġi li l-istituzzjonijiet iżommu l-buffer għal riskju sistemiku fuq livell individwali u fuq livell ikkonsolidat jew subkonsolidat. Il-buffer għar-riskju sistemiku għandu jiġi applikat għar-riskji mhux koperti mill-buffer ta' G-SII jew il-buffer ta' O-SII skont l-Artikolu 131.

4. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jissodisfa r-rekwiżit skont il-paragrafu 3 biex jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikoli 129, 130 u 131 ta' din id-Direttiva u kwalunkwe rekwiżit impost mill-Artikoli 102, 104, 104a u l-gwida skont l-Artikolu 104b ta' din id-Direttiva.

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. Fejn ▌istituzzjoni tkun parti minn grupp jew subgrupp li għalih jappartjenu G-SII jew O-SII, dan m'għandu qatt jimplika li dik l-istituzzjoni għandha, fuq bażi individwali, tkun soġġetta għal rekwiżit ta' buffer kkombinat li jkun inqas mis-somma tal-buffer ta' konservazzjoni ta' kapital, il-buffer ta' kapital kontroċikliku, u t-total tal-buffer ta' O-SII u l-buffer tar-riskju sistemiku applikabbli għalih fuq bażi individwali."

(d)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

9.  Il-buffer għal riskju sistemiku għandu japplika għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandu jiġi ffissat b'passi gradwali jew aċċellerati ta' aġġustament▌. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti ta' settur, skoperturi settorjali jew, fejn rilevanti, għal subsettijiet ta' skoperturi settorjali. Il-buffer tar-riskju sistemiku ma għandux jindirizza r-riskji koperti mill-qafas kif stabbilit fl-Artikolu 131.

(e)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"11. Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa buffer ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika ▌lill-BERS ▌xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 16. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Istati Membri kkonċernati f'perjodu ta' żmien stipulat. Jekk il-buffer japplika għall-iskoperturi li qegħdin f'pajjiżi terzi l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall:"

(ii)  il-punt (e) huwa mħassar.

(f)  il-paragrafu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"12. Qabel tiġi ffissata jew iffissata mill-ġdid ir-rata tal-buffer għal riskju sistemiku ta' aktar minn 3 %, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-awtoritajiet kompetenti u nominati tal-Istati Membri kkonċernati f'perjodu ta' żmien stipulat. Jekk il-buffer japplika għall-iskoperturi li qegħdin f'pajjiżi terzi l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi fid-dettall:"

(ii)  il-punt (e) huwa mħassar.

(g)  il-paragrafu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"14. ▌Fejn subsett wieħed tas-settur finanzjarju ikun sussidjarju ta' kumpanija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru, lill-Kummissjoni u lill-BERS. Fi żmien 30 jum ta' ħidma min-notifika, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom joħorġu rakkomandazzjoni dwar il-miżuri meħuda f'konformità ma' dan il-paragrafu. Meta l-awtoritajiet ma jaqblux u fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tirriferi l-kwistjoni lill-EBA u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex jiġi ffissat buffer għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-EBA tieħu deċiżjoni."

(h)  fil-paragrafu 15, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"15. Fi żmien 30 jum ta' ħidma min-notifika msemmija fil-paragrafu 12, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk il-buffer għal riskju sistemiku jitqiesx adatt. L-EBA tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar il-buffer skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010."

(i)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 16 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) ir-rata jew ir-rati tal-buffer għal riskju sistemiku;

(ii) jiddaħħal il-punt li ġej:

"(ba) l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata tal-buffer tar-riskju sistemiku;

(30b)  Fl-Artikolu 134, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Jekk l-Istati Membri jirrikonoxxu r-rata tal-buffer għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifiki lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata tal-buffer għal riskju sistemiku f'perjodu ta' żmien stipulat."

(30c)  L-Artikolu 136 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija ssostitwita b'dan li ġej:

". Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta l-intensità tar-riskju ċikliku, makroprudenzjali jew sistemiku fuq bażi ta' kull tliet xhur u, fil-każ ta' tibdil, tistabbilixxi jew taġġusta rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha, u hi u tagħmel dan, kull awtorità nnominata għandha tqis:"

(b)  Il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7.  Kull awtorità nnominata għandha tħabbar ▌ir-rata tal-buffer ta' kapital kontroċikliku applikabbli permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  ir-rati tal-buffer ta' kapital kontroċikliku applikabbli;

(b)  il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;

(c)  il-gwida tal-buffer ta' kapital ikkalkulat skont il-paragrafu 2;

(d)  ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tal-buffer ta' kapital;

(e)  fejn ir-rata tal-buffer ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet ikollhom japplikaw dik ir-rata ogħla tal-buffer ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tal-buffer ta' kapital kontroċikliku speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(f)  fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun ta' inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;

(g)  fejn ir-rata tal-buffer ta' kapital titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tal-buffer ta' kapital, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perjodu;

L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw ▌ir-rata tal-buffer ta' kapital kontroċikliku applikabbli u l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (g) kull tliet xhur. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tal-buffers ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.

L-awtoritajiet nominati tal-Istati Membri parteċipanti, kif definit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jinnotifikaw ukoll lill-BĊE dwar ir-rata tal-buffer kontroċikliku u l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (g) kull tliet xhur.

(31)  Fl-Artikolu 141, il-paragrafi 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għal kull miżura skont l-Artikolu 104 ta' din id-Direttiva u l-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu kull istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer kombinat milli tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew tagħmel pagamenti fi strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax issodisfat ir-rekwiżit ta' buffer kombinat.

2. Mingħajr preġudizzju għal kull miżura skont l-Artikolu 104 ta' din id-Direttiva u l-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet nominati għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit tal-buffer ta' kapital kombinat biex jikkalkulaw l-Ammont Massimu Distribwibbli ("AMD") skont il-paragrafu 4 u biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar dak l-AMD.

Fejn ikun japplika l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jipprojbixxu kwalunkwe tali istituzzjoni milli twettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkolat l-AMD:

(a)  tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)  toħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-buffer ta' kapital kombinata;

(c)  tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lil kwalunkwe istituzzjoni li ma tissodisfax jew teċċedi r-rekwiżit tal-buffer kombinat tagħha ▌milli tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. ▌

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 b'fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

5. Is-somma li trid tiġi multiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a)  il-profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kull ammont imħallas wara kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda ta'

(b)  il-profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe ammont wara kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)  il-qligħ imfaddal u l-profitti interim u ta' tmiem is-sena diġà inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni sal-punt li dawn ikunu ġġenerati fuq bażi rikorrenti u dment li:

(i) id-distribuzzjonijiet ikunu limitati għal ammont li jimpedixxi lill-istituzzjoni milli tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għal wieħed minn erbgħa aktar baxx tar-rekwiżit ta' buffer kombinat;

(ii) l-istituzzjoni turi b'mod li tissodisfa lill-awtorità kompetenti li hija kapaċi tiġġenera tali profitti fit-12-il xahar wara l-ksur u

(iii) l-awtorità kompetenti tapprova l-pjan ta' konservazzjoni ta' kapital imsemmi fl-Artikolu 142;

bit-tnaqqis ta'

(d)  l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

6. Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)  meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92a u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE u skont l-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-aktar baxx) tar-rekwiżit ta' buffer kombinat, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b)  meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92a u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE u skont l-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' buffer kombinat, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c)  meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92a u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE u skont l-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' buffer kombinat, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

(d)  meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92a u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE u skont l-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' buffer kombinat, il-fattur għandu jkun ta' 0,6;

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' buffer kombinat għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

 

 

"Qn" tindika n-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat."

(32)  Jiddaħħal l-Artikolu 141a li ġej:

"Artikolu 141aNuqqas li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' buffer kombinat

1.  Istituzzjoni għandha titqies li mhijiex qed tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer kombinat għall-finijiet tal-Artikolu 141 meta ma jkollhiex fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f'ammont u tal-kwalità meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit iddefinit fl-Artikolu 128(6) u kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  fl-Artikolu 92(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit fl-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva;

(b)  fl-Artikolu 92(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit fl-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva;

(c)  fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit fl-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva;

(ca)  fl-Artikoli 92(1)(d) u 92(1)(da) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk applikabbli, u r-rekwiżit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;

(d)  fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.

Il-fondi proprji miżmuma biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 128(6) ma għandhomx jintużaw sabiex jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti definiti fl-Artikolu 45c, 45d u 45e tad-Direttiva 2014/59/UE).

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, istituzzjoni ma għandhiex titqies li qiegħda tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer kombinat għall-finijiet tal-Artikolu 141 meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer kombinat iddefinit fl-Artikolu 128(6) meta jitqies flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1;

(b)  in-nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 128(6) meta meqjus addizzjonalment mar-rekwiżit imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 huwa dovut b'mod esklussiv għan-nuqqas ta' ħila tal-istituzzjoni li toħroġ jew tbiddel l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  in-nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżiti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma jdumx aktar minn 6 xhur.

(ca)  l-istituzzjoni msemmija mhijiex G-SII.".

(32a)  L-Artikolu 142 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew:

(a)  ir-rekwiżit ta' buffer kombinatt tagħha; jew

(b)  ir-rekwiżit kombinat għall-aġġustament tal-proporzjon tal-ingranaġġ, li jikkonsisti minn aġġustament tal-proporzjon tal-ingranaġġ speċifiku għall-istituzzjoni u aġġustament tal-proporzjon tal-ingranaġġ ta' O-SII,

hija għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos milli tissodisfa dak ir-rekwiżit, dment li l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn għaxart ijiem.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta' kreditu u b'konsiderazzjoni tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

(b)  il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) pjan u skeda taż-żmien għaż-żieda fil-fondi proprji bl-objettiv li jiġu ssodisfati bis-sħiħ ir-rekwiżiti li l-istituzzjoni naqset milli tissodisfa skont il-paragrafu 1."

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-pjan ta' konservazzjoni ta' kapital, u għandha tapprova l-pjan biss jekk tqis li jekk jiġi implimentat, ikun raġonevolment probabbli li l-pjan jikkonserva jew jakkumula kapital suffiċjenti biex jippermetti lill-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit li hi naqset milli tissodisfa skont il-paragrafu 1 f'perjodu ta' żmien li jitqies xieraq mill-awtorità kompetenti."

(33)  Fl-Artikolu 145, jiżdiedu l-punti (j) u (k) li ġejjin:

"(j) tissupplimenta l-Artikoli 2(5a) u 2(5b) billi, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, tistabbilixxi:

(i)  jekk l-istituzzjonijiet jew il-kategoriji ta' istituzzjonijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli; jew

(ii)  jekk l-istituzzjonijiet jew il-kategoriji ta' istituzzjonijiet waqfux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk;

(k) l-emendi għal-lista stabbilita fl-Artikolu 2(5):

(i)  billi jitħassru istituzzjonijiet jew kategoriji ta' istituzzjonijiet, fejn l-istituzzjoni jew il-kategorija ta' istituzzjonijiet rilevanti ma tkunx għadha teżisti;

(ii)  billi jsiru t-tibdiliet neċessarji fejn inbidel l-isem tal-istituzzjoni rilevanti jew tal-kategorija rilevanti ta' istituzzjonijiet.".

(34)  Fl-Artikolu 146, jitħassar il-punt (a).

(35)  Fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:

"10. Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. ".

Artikolu 2Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sena + jum (1) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Madankollu, id-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità mal-emendi stabbiliti fil-punti (13) u (18) tal-Artikolu 1 li fihom emendi għall-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 5.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)

  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(7)

  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(8)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(9)

  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni kapitali

Referenzi

COM(2016)0854 – C8-0474/2016 – 2016/0364(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.1.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Peter Simon

24.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

25.4.2017

3.5.2017

11.12.2017

 

22.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Joachim Starbatty

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Rupert Matthews

Data tat-tressiq

28.6.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Ashley Fox, Syed Kamall, Rupert Matthews, Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty, Joachim Starbatty

ENF

Barbara Kappel

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Christofer Fjellner, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

5

-

EFDD

David Coburn, Bernard Monot

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

S&D

Alfred Sant

8

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Lulju 2018Avviż legali