Proċedura : 2018/2072(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0246/2018

Testi mressqa :

A8-0246/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0291

RAPPORT     
PDF 602kWORD 54k
29.6.2018
PE 623.670v01-00 A8-0246/2018

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità għar-refuġjati fit-Turkija

(09713/2018 – C8‑0302/2018 – 2018/2072(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Siegfried Mureşan

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità għar-refuġjati fit-Turkija

(09713/2018 – C8‑0302/2018 – 2018/2072(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament dwar il-QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018, adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0310),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 adottata mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Ġunju 2018 (09713/2018 – C8‑0302/2018),

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0246/2018),

A.  billi l-Kummissjoni, fl-14 ta' Marzu 2018, emendat id-deċiżjoni tagħha dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (FRT) sabiex talloka EUR 3 biljun addizzjonali ("it-tieni ħlas parzjali") lill-FRT, f'konformità mad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016;

B.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 għandu l-għan li jżid EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-baġit tal-Unjoni tal-2018 bħala l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għat-tieni ħlas parzjali tal-2018, apparti l-EUR 50 miljun iffinanzjati mill-pakkett baġitarju eżistenti tal-Għajnuna Umanitarja fl-2018;

C.  billi l-Kummissjoni tipproponi l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP, biex jiffinanzja EUR 243,8 miljun li ma jistgħux jiġu koperti biss mill-marġni mhux allokat taħt l-Intestatura 4, li hija qed tipproponi biex jikkontribwixxi EUR 256,2 miljun għal din iż-żieda;

D.  billi l-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja somma ulterjuri ta' EUR 1,45 biljun taħt l-abbozz ta' baġit 2019 bħala l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni lill-FRT;

E.  billi l-Parlament saħaq b'mod konsistenti fuq is-sostenn tiegħu għall-issoktar tal-FRT filwaqt li enfasizza li, bħala waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, jeħtieġ li huwa jkun assoċjat bis-sħiħ mal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat mal-estensjoni tal-FRT, inter alia sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tal-proċedura tal-istabbiliment tagħha; billi għadhom ma saru ebda negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali lill-FRT; billi kien ikun aħjar li d-diskussjonijiet dwar il-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali jseħħu fil-konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-Unjoni 2018;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat biss għall-finanzjament tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni 2018 lill-FRT, għal ammont ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ukoll tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan;

2.  Jiddeplora bil-qawwa d-diskrepanza bejn in-nuqqas ta' involviment tal-Parlament fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment u l-estensjoni tal-FRT, minn naħa waħda, u r-rwol tiegħu bħala awtorità baġitarja fil-finanzjament tal-FRT mill-baġit tal-Unjoni, min-naħa l-oħra;

3.  Jiddispjaċih li, fl-abbozz ta' baġit 2018 tagħha, il-Kummissjoni fl-ebda stadju tal-proċedura baġitarja tal-2018 ma inkludiet il-finanzjament tal-2018 għall-FRT; jemmen li tali inklużjoni kienet tkun opportunità għaż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja biex jiddiskutu l-finanzjament tat-tieni parti sħiħa tal-ħlas parzjali tal-FRT, peress li l-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill huma diverġenti fejn tidħol l-iskala tal-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni;

4.  Jinnota li l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 huwa primarjament li jippermetti li t-tfal refuġjati fit-Turkija jibqgħu jmorru l-iskola mingħajr intoppi;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018;

6.  Jenfasizza li din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-parti li jifdal tal-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali tal-FRT; jisħaq li, irrispettivament mid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-FRT, il-Parlament se jżomm bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu matul il-proċedura baġitarja tal-2019;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 57, 28.02.2018.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

Ref.: D(2018)24204

Is-Sur Jean Arthuis

President

Kumitat għall-Baġits

Suġġett:  Opinjoni tal-Kumitat AFET fir-rigward tar-rapport dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018

Sur President,

Fid-dawl tar-rapport tal-Kumitat tiegħek dwar "il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija" (2018/2072 (BUD)), il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) iddeċidew li l-Kumitat AFET għandu jissottometti l-opinjoni tiegħu f'forma ta' ittra minħabba l-iskeda stretta.

Il-Kumitat AFET jappoġġja l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija bħala espressjoni konkreta tal-appoġġ u s-solidarjetà tal-UE mat-Turkija. It-Turkija tospita l-akbar għadd ta' refuġjati fid-dinja, inkluż madwar 3,5 miljun persuna rreġistrati bħala refuġjati Sirjani. Il-Faċilità tat appoġġ tanġibbli lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti f'oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Għaldaqstant, aħna nappoġġjaw l-estensjoni tal-Faċilità u l-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas parzjali ta' EUR 3 biljun, kif propost mill-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2018.

Il-Kumitat AFET japprova l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018, li jipproponi żieda ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-UE fl-2018 bħala l-kontribuzzjoni tal-UE għat-tieni ħlas parzjali tal-Faċilità għar-Refuġjati. Skont il-Kummissjoni, dan il-finanzjament, fil-biċċa l-kbira tiegħu, se jkun iddedikat għall-pagament tas-salarji ta' aktar minn 5 000 għalliem li jipprovdu edukazzjoni lir-refuġjati tfal fit-Turkija, biex b'hekk jiżgura li l-edukazzjoni skolastika tissokta mingħajr xkiel wara l-vaganzi tas-sajf. It-tisħiħ se jiġi ffinanzjat mill-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 4 u mill-Marġni Globali għall-Impenji, u b'hekk ma jaffettwax programmi oħra taħt l-intestatura 4.

Fl-istess ħin, aħna ninnotaw li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi li talloka EUR 1,45 miljun oħra lill-Faċilità fl-abbozz tal-baġit għall-2019. Flimkien mal-EUR 50 miljun iffinanzjati mill-pakkett baġitarju eżistenti għall-Għajnuna Umanitarja fl-2018, dan iġib it-total tal-kontribuzzjoni tal-UE taħt it-tieni ħlas parzjali għal EUR 2 biljun, hekk li effettivament jirdoppja l-kontribuzzjoni tal-UE meta mqabbla mal-ewwel parti ta' ħlas parzjali. Il-Kumitat AFET, kif iddikjara f'ittra reċenti tiegħu dwar il-mandat għat-trilogu baġitarju (D(2018)22136), jemmen li l-proporzjon tal-kontribuzzjoni eżistenti (EUR 2 biljun mill-Istati Membri, EUR 1 biljun mill-baġit tal-UE) għandha tinżamm, kif previst fil-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2018. Aħna se nkomplu ninsistu fuq dan il-punt fil-kuntest tal-proċedura baġitarja tal-2019.

Il-Kumitat AFET jinsisti fuq il-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tal-użu ta' fondi tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija u l-konformità sħiħa tal-iżborżamenti mal-bażi ġuridika tagħha.

Dejjem tiegħek,

David McAllister  Cristian Dan Preda

President tal-AFET  Rapporteur tal-AFET għall-baġit 2018

Kopja lil:  Is-Sur Siegfried Mureșan, Rapporteur għall-baġit tal-UE għall-2018


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Urmas Paet, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, David Coburn, Thomas Waitz, Bogdan Brunon Wenta


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Paul Rübig, Inese Vaidere, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Vladimír Maňka, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand, Thomas Waitz

4

-

EFDD

Jonathan Bullock, David Coburn

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

S&D

Manuel dos Santos, Isabelle Thomas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Lulju 2018Avviż legali