Proċedura : 2018/2024(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0247/2018

Testi mressqa :

A8-0247/2018

Dibattiti :

PV 04/07/2018 - 19
CRE 04/07/2018 - 19

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2018 - 6.11
CRE 05/07/2018 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0311

RAPPORT     
PDF 1302kWORD 122k
29.6.2018
PE 623.666v02-00 A8-0247/2018

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Daniele Viotti

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATI GĦALL-PROĊEDURA BAĠITARJA U MODALITAJIET GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI FL-2018
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAS-SAJD
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0600),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2) u l-emenda sussegwenti tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2019, Taqsima III – Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2019 (06315/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0247/2018),

Abbozz tal-baġit għall-2019 - insaħħu s-solidarjetà u nħejju għal futur sostenibbli

1.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2018, il-Parlament identifika l-prijoritajiet li ġejjin għall-baġit tal-UE għall-2019: it-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni, il-kompetittività, is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli u l-migrazzjoni, u stieden ukoll attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ;

2.  Ifakkar li l-baġit tal-UE għall-2019 ser ikun l-aħħar wieħed taħt il-mandat parlamentari attwali u ser jiġi nnegozjat b'mod parallel man-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u dwar ir-riforma tar-riżorsi proprji tal-UE; ifakkar ukoll li r-Renju Unit ħa l-impenn li jikkontribwixxi għall-baġits annwali tal-Unjoni għall-2019 u għall-2020, u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tagħhom daqslikieku baqa' fl-Unjoni wara Marzu 2019;

3.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u jemmen li din tikkorrispondi b'mod wiesa' mal-prijoritajiet tal-Parlament stess; għandu l-intenzjoni li jkompli jsaħħaħ il-programmi ewlenin u jiżgura livell xieraq ta' finanzjament korrispondenti għalihom; jinnota ż-żieda ta' 3,1 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u l-perċentwal aktar baxx tal-ING meta mqabbel mal-2018 kemm għall-approprjazzjonijiet ta' impenn (1 % meta mqabbel ma' 1,02 %) kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (0,9 % meta mqabbel ma' 0,92 %);

4.  Jilqa' t-tisħiħ propost għall-Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), l-Erasmus+ u l-programmi li jikkontribwixxu biex tiżdied is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE; jirrimarka, madankollu, il-ħtieġa li jissaħħaħ aktar l-appoġġ għall-SMEs, li huma fundamentali biex jippermettu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, u li jiġu ddedikati riżorsi xierqa għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE u l-promozzjoni tal-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija diġitali, kif ukoll għal programmi li jappoġġjaw liż-żgħażagħ, jiġifieri ErasmusPro; ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li l-baġit ta' Erasmus+ għall-2019 jeħtieġ li mill-inqas jirdoppja;

5.  Jiddispjaċih għall-fatt li ż-żieda għall-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u Medji (COSME), meta mqabbla mal-baġit tal-2018, hija biss 2,3 % (EUR 362,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn), u li l-approprjazzjonijiet ta' pagament proposti huma inqas minn 0,6 %; ifakkar li dan huwa programm b'suċċess li għandu ferm iktar applikanti milli benefiċjarji ta' finanzjament; jenfasizza li l-SMEs huma mutur importanti tal-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività fl-UE, jirrappreżentaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u għandhom il-kapaċità li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi; iħeġġeġ, bħala prijorità ewlenija, li dan jiġi rifless f'finanzjament suffiċjenti għall-programmi għall-SMEs u f'żieda ulterjuri fl-approprjazzjonijiet għal COSME minħabba s-suċċess ta' dan il-programm;

6.  Ifaħħar ir-rwol tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fit-tnaqqis tad-distakk fl-investiment fl-UE; jitlob, fil-qafas tal-aqwa bilanċ reġjonali u settorjali, biex tiġi rinforzata d-dimensjoni soċjali tal-użu tal-FEIS, inkluża l-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa u l-mediċina, fl-infrastruttura soċjali, fil-protezzjoni ambjentali, fit-trasport sostenibbli, fl-enerġija rinnovabbli u fl-infrastrutturi tal-ħżin tal-enerġija; itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li kwalunkwe inizjattiva ġdida fi ħdan il-QFP trid tiġi ffinanzjata permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda u mhux għad-detriment tal-programmi eżistenti; itenni wkoll l-impenn tiegħu li jsaħħaħ l-Orizzont 2020 u l-FNE biex b'hekk jitreġġa' lura kemm jista' jkun it-tnaqqis li sar fil-programmi ħalli tiġi ffinanzjata l-estensjoni tal-FEIS fil-Baġit 2019;

7.  Jinnota l-impenn għal aġenda ta' difiża mġedda tal-UE, primarjament permezz tal-ftehim dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP), bħala l-ewwel stadju tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jemmen li dan l-impenn komuni ser jikkontribwixxi biex jinkisbu ekonomiji ta' skala u aktar koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u n-negozji, li jippermettu lill-UE żżomm l-awtonomija strateġika tagħha u ssir attur globali ġenwin;

8.  Jinnota li l-Kummissjoni pproponiet żieda ta' EUR 233 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju; jafferma mill-ġdid, għal darb'oħra, li l-Parlament ma qabel ma' ebda forniment minn qabel tal-pagament supplimentari ta' bejn l-2018-2020 li rriżulta mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; isostni li l-awtorità baġitarja żżomm b'mod sħiħ il-prerogattivi tagħha fir-rigward ta' meta tieħu deċiżjonijiet dwar il-livelli ta' finanzjament tal-programmi kollha, inklużi dawk li ġew soġġetti għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-istituzzjonijiet, u jistieden lill-atturi kkonċernati kollha tiegħu jżommu l-fiduċja matul il-proċedura baġitarja tal-2019;

9.  Jibqa' impenjat fil-ġlieda kontra l-qgħad u b'mod partikolari kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jemmen f'dan ir-rigward li l-YEI għandha tkompli tissaħħaħ, u b'hekk tirrifletti l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament tal-UE sabiex jinkiseb il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, minkejja l-kumplessitajiet involuti fir-riprogrammazzjoni tal-programmi tal-YEI u tal-FSE fil-każ ta' modifiki għall-pakkett tal-YEI; jirrikonoxxi li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ma ġiex indirizzat b'mod adegwat madwar l-UE billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu ogħla mil-livelli tal-2007; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-Istati Membri ma jissostitwixxux il-politiki u l-finanzjament proprji b'finanzjament tal-YEI fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, iżda jużawh biex jikkomplementahom; jenfasizza l-fatt li kemm it-taħriġ vokazzjonali kif ukoll l-apprendistati jikkostitwixxu prattiki effiċjenti biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jisħaq li l-mobilità permezz ta' ErasmusPro tistimula bil-qawwa l-valutazzjoni komparattiva għall-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki;

10.  Jenfasizza li fl-2019 il-programmi tal-politika ta' koeżjoni ser jilħqu ritmu normali, u jenfasizza l-impenn tal-Parlament biex jiġu żgurati approprjazzjonijiet adegwati għal dawn il-programmi; jilqa' l-fatt li kważi l-awtoritajiet maniġerjali kollha għall-programmi ta' bejn l-2014-2020 issa ġew innominati; jirrimarka li, fil-parti l-kbira tiegħu, id-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali kien dovut għan-nominazzjoni tardiva ta' dawk l-awtoritajiet; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-programmi titħaffef sabiex jiġi rkuprat id-dewmien, u li jfittxu l-assistenza tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

11.  Jieħu nota tar-rapporti dwar il-funzjonament tal-politika reġjonali u ta' koeżjoni fl-Unjoni u l-isfidi ekonomiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni li għadhom lura, li ripetutament jindikaw nuqqasijiet rigward l-effiċjenza u r-riżultati;

12.  Jieħu nota tal-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tagħmilha possibbli li tintlaħaq il-mira li 20 % tal-baġit fl-2019 ikun iddedikat għal infiq relatat mal-klima; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kummissjoni ma segwietx it-talba tal-Parlament rigward it-tpaċija tal-allokazzjonijiet aktar baxxi li saru matul l-ewwel snin tal-QFP; iqis li din il-proposta mhix biżżejjed peress li b'kollox huma biss 19,3 % tal-baġit tal-UE 2014-2020 li ser jiġu ddedikati għal miżuri relatati mal-klima, li jwassal biex l-UE ma tilħaqx il-mira tagħha għall-integrazzjoni tal-klima ta' mill-inqas 20 % matul il-perjodu 2014-2020, anke jekk terġa' talloka 20 % biss tal-baġit għall-protezzjoni tal-klima fl-2020; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tippreżenta abbozz ta' baġits allinjati mal-impenji u l-miri stabbiliti mill-Unjoni f'dan il-qasam fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta' Frar 2013; jemmen li għandu jsir sforz akbar permezz tal-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni fi ħdan il-programmi b'potenzjal enormi, pereżempju taħt l-Orizzont 2020, il-FNE, il-FSE, il-FAEG, il-FAEŻR, il-FEMS jew il-LIFE+, peress li dawn il-programmi jippermettu partikolarment l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli; ifakkar fil-kritika motivata tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-metodoloġija użata mill-Kummissjoni u f'dan id-dawl jappella għal titjib rapidu f'dan ir-rigward;

13.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li ttejjeb il-metodoloġija ta' traċċar tal-bijodiversità; ma jaqbilx, madankollu, mat-tnaqqis propost tal-kontribuzzjoni totali għall-protezzjoni tal-bijodiversità għal 8,2 %, li hija f'kuntrast mal-objettiv tat-twaqqif u t-treġġigħ tat-telf tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema sal-2020;

14.  Jemmen li l-iżgurar tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-indirizzar tal-isfidi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati għadhom tnejn mill-ogħla prijoritajiet tal-Unjoni fl-2019; iqis kruċjali li l-infiq f'dawn l-oqsma jinżamm f'livell li jkun adegwat biex jirrispondi għall-ħtiġijiet imqanqla mill-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati fil-kontinent Afrikan, b'mod partikolari fis-Saħel, kif ukoll pajjiżi tal-Levante u fil-baħar Mediterran; iqis li s-solidarjetà meħtieġa fost l-Istati Membri sabiex jimmaniġġjaw il-fluss ta' migrazzjoni, b'mod partikolari ladarba r-reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin tiġi adottata, trid tiġi riflessa fil-baġit tal-UE; jinnota li l-abbozz ta' Baġit 2019 jintegra l-implikazzjonijiet baġitarji fil-proposta tal-Kummissjoni;

15.  Jenfasizza li diversi inizjattivi leġiżlattivi li qed jiġu nnegozjati jew jinsabu fl-istadji bikrin tal-implimentazzjoni, bħar-reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin, l-istabbiliment tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, l-aġġornament tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u l-inizjattiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni huma mistennija li jkollhom implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti għall-Baġit 2019, u jissottolinja l-importanza ta' finanzjament adegwat biex tintlaħaq l-ambizzjoni tal-Unjoni f'dawn l-oqsma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu miftuħ u proattiv mal-awtorità baġitarja dwar l-inizjattivi msemmijin hawn fuq, sabiex tkun tista' taġġusta l-approprjazzjonijiet, fejn meħtieġ u mingħajr preġudizzju, matul il-proċedura baġitarja annwali, l-eżitu tal-proċeduri leġiżlattivi li għaddejjin;

16.  Jiddispjaċih dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-finanzjament tat-tieni segment tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija; jappoġġja t-tkomplija tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, iżda jsostni li, kif ġie propost ukoll mill-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2018, il-baġit tal-UE għandu jagħti kontribuzzjoni bis-somma ta' EUR 1 biljun għall-finanzjament tiegħu, fejn l-Istati Membri jagħtu kontribuzzjoni ta' EUR 2 biljun permezz ta' kontribuzzjonijiet bilaterali, sabiex jitħallew biżżejjed marġnijiet taħt l-istrumenti speċjali tal-QFP għal avvenimenti mhux previsti fl-aħħar sentejn tal-QFP attwali, kif ukoll għall-finanzjament ta' prijoritajiet oħra; isostni wkoll li peress li l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija kienet inizjattiva ġdida fi ħdan dan il-QFP, din għandha tiġi ffinanzjata minn approprjazzjonijiet ġodda; jiddispjaċih li, minkejja t-talba ċara tal-Parlament li jkun assoċjat bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat mal-estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, inter alia sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-proċedura tal-istabbiliment tagħha, s'issa ma saru l-ebda negozjati dwar il-finanzjament tat-tieni segment tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija bejn il-Parlament u l-Kunsill; jinforma lill-Istati Membri li l-Parlament għandu kull dritt jaqdi r-rwol tiegħu bħala fergħa tal-awtorità baġitarja tal-Unjoni u li ser jagħmel dan, kif diġà tħabbar f'okkażjonijiet preċedenti; jiddeplora l-fatt li l-Kunsill s'issa ma sabx pożizzjoni komuni dwar il-finanzjament tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija minkejja l-urġenza umanitarja;

17.  Jinnota li l-abbozz ta' baġit għall-2019 iħalli marġnijiet ferm limitati jew l-ebda marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP fl-Intestaturi 1a, 1b, 3 u 4, konsegwenza tal-flessibbiltà limitata tal-QFP attwali f'termini ta' tweġiba għal sfidi ġodda u l-akkomodazzjoni ta' inizjattivi ġodda; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jimmobilizza aktar id-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà taħt il-QFP rivedut bħala parti mill-proċess emendatorju;

18.  Jibqa' mħasseb dwar ir-rikostituzzjoni possibbli ta' akkumulu ta' kontijiet mhux imħallsa lejn tmiem il-perjodu attwali tal-QFP; jinnota ż-żieda moderata ta' 2,7 % fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fuq il-baġit tal-2018, primarjament minħabba l-AMIF, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija; jinnota l-marġni propost ta' EUR 19,3 biljun taħt il-livell massimu ta' pagamenti; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' attenta għall-evoluzzjoni tal-pagamenti, sabiex tippermetti lill-awtorità baġitarja tieħu l-miżuri neċessarji biex tevita akkumulu anormali f'ħin xieraq; jinsab konvint li l-kredibbiltà tal-UE hija marbuta wkoll mal-kapaċità tagħha li tiżgura livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-UE sabiex tissodisfa l-impenji tagħha;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

19.  Jinnota li, meta mqabbla ma' dik tal-2018, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2019 tikkorrispondi għal żieda fl-impenji taħt is-Subintestatura 1a ta' +3,9 % għal EUR 22 860 miljun; jinnota li l-Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Proġetti Kbar ta' Infrastruttura u l-Erasmus+ jikkorrispondu għal parti importanti minn din iż-żieda peress li l-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħhom żdiedu bi 8,5 %, b'36,4 %, b'7,8% u b'10,4 % rispettivament; jissottolinja, madankollu, li dawn iż-żidiet fil-parti l-kbira tagħhom huma konformi mal-ipprogrammar finanzjarju u għaldaqstant ma jikkostitwixxux tisħiħ addizzjonali;

20.  Ifakkar li l-programmi relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, bħal Orizzont 2020, huma essenzjali għall-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti dan fi ħdan il-prijoritajiet tagħha; jitlob livell xieraq ta' finanzjament għal programmi relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni; jenfasizza li b'mod partikolari, l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji għandhom jiġu appoġġjati f'dan il-qasam;

21.  Ifakkar li inizjattivi ġodda fl-aħħar ftit snin, bħall-FEIS (I u II), Wifi4EU u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP), saru għad-detriment ta' diversi programmi taħt is-Subintestatura 1a, li ġew affettwati b'mod serju mir-riallokazzjonijiet, primarjament l-Orizzont 2020, il-FNE, Galileo, l-ITER, Copernicus u l-EGNOS;

22.  Jenfasizza li l-programm Erasmus+ għadu l-programm ewlieni li jrawwem il-mobilità taż-żgħażagħ fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali u jħeġġeġ liż-żgħażagħ jieħdu sehem fid-demokrazija Ewropea; ifakkar li jeħtieġu jsiru sforzi amministrattivi sabiex jiżdied l-aċċess għall-Erasmus+ u li l-volum ta' applikazzjonijiet eliġibbli jaqbeż bil-bosta l-baġit attwali; jemmen, għalhekk, li l-pakkett tal-Erasmus+ għandu jkun jista' jissodisfa d-domanda eliġibbli għal dan il-programm, b'mod partikolari dik marbuta mat-tagħlim tul il-ħajja;

23.  Jinnota bi tħassib id-diskussjonijiet dwar il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC), li kkonferma l-biża' tal-Parlament li inizjattivi ġodda jsiru għad-detriment ta' programmi eżistenti li jaħdmu tajjeb; jinnota wkoll bi tħassib il-preċedent stabbilit mill-eżitu tal-proċedura ta' trilogu, li tonqos milli tipprovdi ċarezza dwar is-sorsi ta' finanzjament tal-inizjattiva, u li tħalli f'idejn il-proċedura baġitarja annwali biex tagħti aktar kjarifiki; jistenna li l-Kummissjoni timplimenta l-ftehim b'mod li jirrifletti għalkollox id-diskussjonijiet fit-trilogu u l-ispirtu tal-ftehim;

24.  Jilqa' l-fatt li l-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament tal-EDIDP jipprevedi tnaqqis ħafna aktar baxx għall-programmi tas-Subintestatura 1a minn dak li ġie propost fil-bidu mill-Kummissjoni; jinsab, madankollu, imħasseb li l-Kunsill jidher li jitfa' aktar enfasi fuq il-fatt li jinżammu l-marġnijiet aktar milli jingħata biżżejjed finanzjament għal dawk li huwa stess jidentifika bħala prijoritajiet għoljin;

25.  Jilqa' l-allokazzjoni ta' EUR 500 miljun lill-EDIDP għall-2019 u l-2020; jinnota li, skont l-estimi tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-industriji nazzjonali f'dan il-qasam jiswa lill-UE EUR 10 biljun fis-sena; iqis li d-difiża hija eżempju ċar ta' kif tista' tinkiseb effikaċja ikbar billi jiġu trasferiti ċerti kompetenzi u azzjonijiet attwalment imwettqa mill-Istati Membri u l-approprjazzjonijiet korrispondenti lill-UE; jenfasizza li dan iwassal għal dimostrazzjoni tal-valur miżjud Ewropew u jagħmilha possibbli li jiġi limitat il-piż ġenerali tan-nefqa pubblika fl-UE;

26.  Jilqa' l-proposta għall-ħolqien tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, li ser tippromwovi l-aħħar infrastruttura tad-data u tal-computing ta' prestazzjoni għolja u tappoġġja l-iżvilupp tat-teknoloġiji tagħha u l-applikazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, għall-benefiċċju tax-xjenzati, l-industrija u s-settur pubbliku;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

27.  Jinnota li l-approprazzjonijiet ta' impenn totali għas-Subintestatura 1b jammontaw għal EUR 57 113,4 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 2,8 % meta mqabbla mal-baġit tal-2018; jinnota wkoll li l-ammont propost ta' EUR 47 050,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament huwa 1,1 % ogħla milli fl-2018;

28.  Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 qiegħda tilħaq il-veloċità massima, u jtenni li kwalunkwe akkumulazzjoni "anormali" ta' kontijiet mhux imħallsa trid tiġi evitata fil-ġejjieni; jilqa' wkoll il-fatt li l-maġġoranza kbira tal-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali issa ġew innominati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsolvu kwalunkwe kwistjoni pendenti sabiex l-implimentazzjoni tkompli mingħajr xkiel;

29.  Ifakkar li, bħala riżultat ta' previżjonijiet riveduti mill-Istati Membri, il-Baġit Emendatorju 6/2017 naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt is-Subintestatura 1b b'EUR 5,9 biljun; jittama sinċerament li kemm l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll il-Kummissjoni tejbu l-estimi tagħhom tal-ħtiġijiet ta' pagament fil-Baġit 2019 u li l-livell propost ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jiġi eżegwit kompletament;

30.  Jissottolinja li fi żminijiet ta' żvilupp teknoloġiku rapidu – inkluż f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) – il-firda bejn ir-reġjuni li qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla u dawk li għadhom lura, tista' titwessa' jekk l-impatt tal-Fondi Strutturali ma jissaħħaħx permezz tal-kundizzjonalitajiet ta' effiċjenza;

31.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi ffinanzjata t-tkomplija tal-YEI, kif ukoll il-mobilizzazzjoni proposta ta' EUR 233,3 miljun mill-Marġni Globali għall-impenji; ifakkar li kwalunkwe żieda fl-allokazzjoni speċifika għall-YEI għandha titqabbel mal-ammonti korrispondenti mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE); ifakkar fl-impenn li ħadet il-Kummissjoni fil-konċiljazzjoni fuq il-baġit tal-2018 biex tippreżenta b'mod rapidu r-reviżjoni tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni sabiex tiġi inkluża ż-żieda tal-2018 għall-YEI; jissottolinja li l-Kummissjoni ma laħqitx l-impenn tagħha, u jitlobha tispjega fid-dettall ir-raġunijiet għad-dewmien fil-preżentazzjoni tar-reviżjoni tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

32.  Jimpenja ruħu li jadotta leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-YEI u tal-FSE malajr sabiex tiġi ffaċilitata żieda ambizzjuża fl-approprjazzjonijiet tal-YEI fl-2019 mingħajr ma jiddgħajfu l-programmi l-oħra diġà stabbiliti fl-Istati Membri skont il-FSE, potenzjalment billi l-Istati Membri jiġu eżentati mill-obbligu tagħhom li jiddedikaw finanzjament ekwivalenti għall-approprjazzjonijiet tal-FSE għall-impjiegi taż-żgħażagħ, bil-kundizzjoni stretta li l-modifiki proposti la jippermettu li l-Istati Membri jkunu skużati mill-impenji finanzjarji li jkunu diġà ħadu f'dan il-qasam, u lanqas ma jimplikaw tnaqqis f'termini ġenerali tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-UE ddedikati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

33.  Jieħu nota tad-EUR 59 991,1 miljun f'impenji (+1,2 % meta mqabbla mal-2018) u EUR 57 790,4 miljun f'pagamenti (3 %) proposti għall-Intestatura 2; jinnota li n-nefqa tal-FAEG għall-2019 hija stmata għal EUR 44 162,5 miljun, li huwa inqas milli fil-baġit tal-2018 (b'EUR -547,9 miljun);

34.  Jinnota li l-Kummissjoni ħalliet marġni ta' EUR 344,9 miljun taħt il-livell massimu tal-Intestatura 2; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żieda fil-volatilità tas-swieq agrikoli, bħal dik li ġiet esperjenzata bil-projbizzjoni tar-Russja, tista' tiġġustifika rikors għal dan il-marġni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-marġni li jitħalla taħt il-limiti massimi huwa biżżejjed biex tiġi indirizzata kwalunkwe kriżi li tista' tinqala';

35.  Jinnota li xi miżuri relatati mal-projbizzjoni Russa u inklużi fil-baġit tal-2018 mhux ser jiġu estiżi (pereżempju, għall-frott u l-ħaxix fejn is-sitwazzjoni tas-suq tkun għadha waħda diffiċli), filwaqt li għadhom jeżistu d-diffikultajiet fis-suq fis-settur tal-ħalib; jistenna l-ittra emendatorja tal-Kummissjoni, mistennija f'Ottubru, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata tal-finanzjament tal-FAEG biex jiġu vverifikati l-ħtiġijiet reali fis-settur agrikolu; jissottolinja li l-każijiet fejn huwa meħtieġ intervent fis-suq taħt il-FAEG jibqgħu limitati u jirrappreżentaw parti relattivament żgħira biss tal-FAEG (madwar 5,9 %);

36.  Jenfasizza li parti mis-soluzzjoni għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ tinsab fl-għoti ta' appoġġ b'mod adegwat liż-żgħażagħ f'żoni rurali; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pproponietx li tiżdied il-linja baġitarja għall-bdiewa żgħażagħ;

37.  Jissottolinja li l-implimentazzjoni tal-FEMS qed titħaffef u għandha tilħaq ritmu normali fl-2019, wara ritmu kajman fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni; jilqa' ż-żieda fl-impenji għall-programm LIFE+ (+6 %), f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju; jinnota li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ser terfa' aktar responsabbiltajiet fil-perjodu 2019-2020 għall-monitoraġġ u r-rapportar ambjentali, kif ukoll għall-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tqal;

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

38.  Jinnota li għall-Intestatura 3 qed jiġi propost total ta' EUR 3 728,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrappreżenta żieda ta' 6,7 % meta mqabbel mal-2018, u li t-total għall-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa EUR 3 486,4 miljun, jiġifieri żieda ta' 17 % meta mqabbel mal-proposti tas-sena li għaddiet; jissottolinja, madankollu, li dawn iż-żidiet isegwu snin ta' livelli ta' finanzjament dejjem jonqsu u li l-finanzjament globali għal oqsma ewlenin differenti, bħall-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri jew is-sigurtà interna, xorta jirrappreżenta 2,3 % biss tal-infiq totali propost tal-UE fl-2019; iqajjem dubji dwar il-proposta ta' EUR 281,2 miljun f'impenji għas-sostenn għall-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u t-tisħiħ ta' strateġiji ġusti u effikaċi tar-ritorn, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 14,4 % matul l-2018; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għal dan it-tnaqqis;

39.  Jinnota li, għar-raba' sena konsekuttiva, il-marġnijiet kollha taħt il-livell massimu tal-Intestatura 3 huma eżawriti, li juri li fis-sitwazzjoni attwali, il-baġit tal-UE mhuwiex mgħammar biżżejjed biex jindirizza l-iskala u l-profondità tal-isfidi preżenti tal-migrazzjoni u tas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Unjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, il-mobilizzazzjoni proposta tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 927,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

40.  Jistenna li l-pressjoni fuq is-sistemi tal-migrazzjoni u tal-asil ta' xi Stati Membri, kif ukoll fuq il-fruntieri tagħhom, tibqa' qawwija fl-2019, u jħeġġeġ lill-Unjoni tibqa' attenta rigward kwalunkwe ħtieġa futura u imprevedibbli f'dawn l-oqsma; jitlob f'dan ir-rigward li jissaħħu l-mezzi ta' kontroll fil-fruntieri esterni, u f'dan il-kuntest jitlob li l-aġenziji tal-UE li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet jingħataw finanzjament adegwat u biżżejjed persunal, u jafferma mill-ġdid li l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-kriżijiet tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati jirrappreżenta soluzzjoni sostenibbli fuq perjodu ta' żmien twil, flimkien mal-istabbilizzazzjoni fil-viċinat tal-UE, u li investimenti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti u tar-rifuġjati huma essenzjali sabiex jintlaħaq dan l-objettiv;

41.  Jinnota li l-istrument li jippermetti l-għoti ta' appoġġ umanitarju ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni ser jiskadi f'Marzu 2019; jistieden lill-Kummissjoni, fl-isfond tal-ħtiġijiet umanitarji persistenti tar-rifuġjati u tal-persuni li jfittxu l-asil f'ċerti Stati Membri, biex tivvaluta jekk riattivazzjoni jew rikostituzzjoni tal-istrument tkunx xierqa; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar solidarjetà lejn dawk il-pajjiżi fejn huma kkonċentrati l-wasliet u l-persuni li jfittxu asil; jissottolinja, sadanittant, l-importanza tad-disponibbiltà kontinwa tal-finanzjament permezz tal-mekkaniżmi ta' assistenza ta' emerġenza taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), partikolarment għall-appoġġ kontinwu lill-Greċja; iqis li l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata wkoll lill-Italja; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiddikjara r-raġunijiet li wassluha biex ma tipproponix dan; ifakkar li l-Italja hija l-uniku Stat Membru fejn il-maġġoranza tal-popolazzjoni tqis li ma bbenefikatx mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih għat-tnaqqis qawwi f'approprjazzjonijiet ta' impenn għat-tieni komponent tal-AMIF: "Sostenn għal migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi tan-nazzjonali ta' pajjiżi terzi u t-tisħiħ ta' strateġiji ġusti u effikaċi tar-ritorn";

42.  Jemmen li fil-kuntest ta' firxa wiesgħa ta' tħassib ta' sigurtà, inklużi forom li dejjem jinbidlu ta' radikalizzazzjoni, ċiberkriminalità, vjolenza u terroriżmu li jaqbżu l-kapaċità tal-Istati Membri individwali li jirrispondu, il-baġit tal-UE għandu jħeġġeġ kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bl-għajnuna ta' aġenziji stabbiliti tal-UE; għandu dubji f'dan ir-rigward, kif dan il-kuntest ta' sigurtà ta' riskju kbir huwa rikonċiljabbli mat-tnaqqis sinifikanti ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (-26,6 %) propost għall-Fond għas-Sigurtà Interna; jenfasizza li l-infiq f'dan il-qasam ikun effiċjenti biss meta jitneħħew l-ostakli għal kooperazzjoni intra-Ewropea u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni mmirata filwaqt li tiġi applikata bis-sħiħ kull protezzjoni tad-data rilevanti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta li tipprevedi l-espressjoni ta' solidarjetà finanzjarja fil-livell tal-UE mal-vittmi ta' atti terroristiċi u ma' qrabathom, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dak li hu meħtieġ sabiex tiżgura li din l-għajnuna tiġi stabbilita b'mod rapidu;

43.  Jinnota r-reviżjoni proposta tal-bażi ġuridika tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili li, ladarba tiġi adottata, hija mistennija li jkollha impatt baġitarju kbir fl-aħħar sentejn tal-QFP attwali, fejn EUR 256,9 miljun għandhom jitħallsu mill-Intestatura 3 biss; jinsisti li huwa biss loġiku li dan l-aġġornament sinifikanti ta' politika ewlenija tal-Unjoni għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' mezzi ġodda u addizzjonali; iwissi kontra l-użu ta' riallokazzjonijiet, li huwa ċar li jsiru għad-detriment ta' politiki u programmi oħra siewja u li jaħdmu tajjeb;

44.  Jikkonferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tal-Parlament għal programmi tal-Unjoni fl-oqsma tal-kultura, il-ġustizzja, id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza; jilqa' ż-żieda proposta għall-Programm Ewropa Kreattiva; jinsisti, barra minn hekk, fuq finanzjament suffiċjenti għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, b'mod partikolari fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

45.  Ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament għall-programmi dwar id-drittijiet, l-ugwaljanza, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja; jissottolinja li l-UE jeħtiġilha żżomm l-impenn tagħha li ssaħħaħ id-drittijiet tan-nisa u tal-LGBTI;

46.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programm Ikel u Għalf, li għandu jippermetti lill-Unjoni tiġġestixxi b'mod effikaċi kwalunkwe tifqigħa serja ta' mard tal-annimali u insetti li jeqirdu l-pjanti, inkluża l-aħħar epidemija tal-influwenza tat-tjur li laqtet lil diversi Stati Membri f'dawn l-aħħar snin;

47.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament għall-baġit adegwat biex tqawwi l-prominenza tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 u biex tkabbar l-effikaċja tal-kopertura tal-elezzjonijiet mill-midja, partikolarment bil-għan li tippromwovi l-għarfien dwar "l-iSpitzenkandidaten", il-kandidati għall-presidenza tal-Kummissjoni;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

48.  Jieħu nota taż-żieda globali tal-finanzjament propost għall-Intestatura 4, li tammonta għal EUR 11 384,2 miljun (+13,1 % meta mqabbel mal-baġit tal-2018) f'approprjazzjonijiet ta' impenn; jinnota li din iż-żieda hija marbuta primarjament mal-finanzjament tat-tieni segment tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, li għalih il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġi mobilizzat il-Marġni Globali għall-impenji (EUR 1 116,2 miljun); jinnota li din il-proposta tirriżulta f'nuqqas ta' marġni taħt il-livell massimu tal-Intestatura 4;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu kontribuzzjonijiet ogħla għall-Fond Fiduċjarju għall-Afrika, il-Fond "Madad", u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli sabiex jappoġġjaw l-istabbilizzazzjoni fir-reġjuni fi kriżi, jagħtu l-għajnuna lir-rifuġjati, u jrawmu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-kontinent Afrikan u fil-pajjiżi tal-viċinat tal-Ewropa;

50.  Jibqa' konvint li l-isfidi li l-azzjoni esterna tal-UE qed tiffaċċja jitolbu finanzjament għal tul ta' żmien li jaqbeż id-daqs attwali tal-Intestatura 4; isostni li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda u li l-għażliet kollha ta' flessibbiltà għandhom jintużaw b'mod sħiħ; jopponi, madankollu, il-finanzjament propost tal-estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, għaliex dan jillimita b'mod sostanzjali kemm il-possibbiltajiet ta' finanzjament ta' oqsma ta' prijorità oħra fi ħdan l-Intestatura 4 kif ukoll ir-rwol strumentali tal-baġit tal-UE li jilħaq lin-nies fil-bżonn u jippromwovi l-valuri fundamentali;

51.  Jilqa' ż-żidiet maħsuba għal proġetti relatati mal-migrazzjoni relatati mar-Rotta tal-Mediterran Ċentrali, kif ukoll iż-żieda moderata għall-komponent tal-Lvant tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u r-riallokazzjoni tal-prijoritajiet taħt l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għal-Lvant Nofsani; jappella għall-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti lill-UNRWA, sabiex jiġi żgurat appoġġ kontinwu lir-rifuġjati Palestinjani fir-reġjun, fid-dawl tad-deċiżjoni reċenti tal-Istati Uniti li jirtiraw il-kontribuzzjoni tagħhom għall-aġenzija;

52.  Jilqa' ż-żieda fl-appoġġ għall-azzjonijiet reġjonali fil-Balkani tal-Punent; huwa, madankollu, tal-opinjoni li l-appoġġ għar-riformi politiċi għandu jkompli jiżdied; jiddispjaċih għaż-żieda fl-appoġġ għal riformi politiċi fit-Turkija (IPA II) u jqajjem id-dubji tiegħu dwar l-allinjament tagħha mad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja biex jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet fuq din il-linja għas-sena baġitarja attwali; itenni l-pożizzjoni tiegħu li fiha talab li l-fondi destinati għall-awtoritajiet Torok taħt IPA II isiru jiddependu mit-titjib fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jitlob li, jekk ma jsir ebda progress f'dawn l-oqsma u filwaqt li nkunu konxji mill-ispazju limitat għal manuvrar, l-approprjazzjonijiet fuq din il-linja jingħaddu b'mod predominanti lill-atturi tas-soċjetà ċivili bl-għan li jiġu implimentati miżuri li jappoġġjaw l-għanijiet relatati mal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jappoġġja t-tendenza ġenerali ta' tnaqqis għal riformi politiċi fl-allokazzjonijiet għat-Turkija;

53.  Jissottolinja ż-żieda notevoli fl-ammont li għandu jiġi previst fil-Baġit 2019 għall-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni mmaniġġjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), kif ukoll it-tnaqqis sostanzjali tal-ammont maħsub ta' għotjiet ta' assistenza mikrofinanzjarja, minħabba ammont aktar baxx ta' self pendenti tal-BEI minn dak li ġie stmat qabel, kif ukoll għal żborż aktar baxx ta' self ta' assistenza mikrofinanzjarja meta mqabbel mal-aħħar ipprogrammar finanzjarju;

54.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-wegħdiet li għamlet l-UE fil-konferenzi ta' Brussell dwar is-Sirja, li jikkonfermaw dawk li saru qabel; jaqbel mat-tisħiħ tal-ENI u tal-għajnuna umanitarja b'EUR 120 miljun kull wieħed sabiex din il-wegħda tiġi ssodisfata fl-2019;

55.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji adegwati għall-komunikazzjoni strateġika tal-UE bil-għan li jindirizzaw kampanji ta' diżinformazzjoni u ċiberattakki, kif ukoll il-promozzjoni ta' immaġni oġġettiva tal-Unjoni barra mill-fruntieri tagħha;

Intestatura 5 - Amministrazzjoni

56.  Jinnota li n-nefqa fl-Intestatura 5 żdiedet bi 3,0 % meta mqabbla mal-Baġit 2018, sa EUR 9 956,9 miljun (+EUR 291,4 miljun) f'approprjazzjonijiet ta' impenn; jinnota li, bħalma ġara fl-eżerċizzju baġitarju preċedenti, iż-żieda hija xprunata l-aktar mill-evoluzzjoni tal-pensjonijiet (+EUR 116,7 miljun), li jirrappreżentaw 20,2 % tan-nefqa tal-Intestatura 5; josserva li s-sehem tan-nefqa fuq l-amministrazzjoni fl-abbozz tal-baġit jibqa' l-istess f'livell ta' 6,0 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

57.   Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex jiġu integrati l-possibbiltajiet kollha għat-tfaddil u għar-razzjonalizzazzjonijiet f'infiq mhux relatat mas-salarji għall-baġit tagħha stess; jinnota li l-evoluzzjoni tan-nefqa tal-Kummissjoni (+ 2,0 %) fil-parti l-kbira hija dovuta għall-adattament awtomatiku ta' nfiq relatat mas-salarji u impenji kuntrattwali; jinnota wkoll ir-riallokazzjoni interna tal-persunal tal-Kummissjoni biex jiġu ssodisfati l-prijoritajiet ġodda tagħha;

58.  Jinnota li l-marġni effettiv huwa ta' EUR 575,2 miljun taħt il-livell massimu wara l-kumpens ta' EUR 253,9 miljun għall-użu tal-marġni ta' kontinġenza mobilizzat fl-2018; jikkunsidra l-marġni bħala importanti f'termini nominali, u jemmen li dan jirrifletti l-isforzi li saru mill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex titwaqqaf l-evoluzzjoni ta' nfiq relatat mas-salarji; jemmen li sforz addizzjonali biex tiġi stabbilizzata jew titnaqqas in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni jista' jwassal għall-posponiment ta' investimenti importanti jew jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjoni;

Proġetti pilota - azzjonijiet preparatorji

59.  Jenfasizza l-importanza ta' proġetti pilota (PP) u azzjonijiet preparatorji (AP) bħala għodod għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-UE; beħsiebu jipproċedi bl-identifikazzjoni ta' pakkett ibbilanċjat ta' PP-AP li jirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament u jieħu kont ta' prevalutazzjoni xierqa u f'waqtha mill-Kummissjoni; jinnota li fil-proposta attwali, il-marġni f'xi intestaturi huwa limitat, jew saħansitra ineżistenti, u beħsiebu jesplora modi biex jinħoloq spazju għal PP-AP b'mod li ma jkunux ta' ħsara għall-prijoritajiet politiċi oħrajn;

L-Aġenziji

60.  Jinnota ż-żieda globali fl-abbozz tal-baġit għall-2019 fl-allokazzjonijiet għall-aġenziji deċentralizzati ta' +10,8 % (mingħajr ma jitqies id-dħul assenjat) u +259 kariga; jilqa' l-fatt li għall-maġġoranza tal-aġenziji l-baġit tagħhom stess jiżdied filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-UE tonqos; jinnota f'dan ir-rigward li l-Parlament bħalissa qiegħed jesplora l-possibbiltajiet biex ikompli jestendi l-finanzjament tal-ispejjeż tal-aġenziji deċentralizzati; jinnota b'sodisfazzjon li l-aġenziji b'"kompiti ġodda" (l-ESMA, l-EU-LISA u FRONTEX) ingħataw żieda sinifikanti fl-approprjazzjonijiet u fil-persunal tal-pjan ta' stabbiliment; jappella għal aktar appoġġ finanzjarju għall-aġenziji li qegħdin jiffaċċjaw sfidi tal-migrazzjoni u tas-sigurtà; jemmen li l-Europol u l-Eurojust għandhom jissaħħu aktar u li l-EASO għandu jirċievi finanzjament adegwat għat-trasformazzjoni tiegħu fl-Aġenzija Ewropea għall-Asil;

61.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mira tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal intlaħqet b'suċċess u jissottolinja li fid-dawl tar-rieżami tal-kawża rapida tal-Qorti tal-Awdituri, din il-prattika mhux neċessarjament kisbet ir-riżultati mistennija; jemmen li l-aġenziji deċentralizzati għandhom jiġu vvalutati permezz ta' approċċ każ b'każ; jilqa' l-approvazzjoni mill-istituzzjonijiet kollha tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali;

62.  Jilqa' l-ħolqien ta' żewġ korpi ġodda tal-UE biex jiġu kkunsidrati bħala aġenziji deċentralizzati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) rispettivament; jinnota li l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għall-Awtorità Ewropea tax-Xogħol tqiegħdu f'riżerva sakemm tiġi finalizzata l-proċedura leġiżlattiva; jinnota li l-UPPE għandu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu, u jitolbu jissottometti l-informazzjoni kollha dwar il-politika tal-bini tiegħu liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja skont ir-Regolament Finanzjarju; jikkunsidra li jridu jinħolqu aġenziji ġodda billi jiġu allokati riżorsi u postijiet ġodda, filwaqt li jiġi evitat kull tip ta' riallokazzjoni sakemm ma jintweriex b'mod ċar li ċerti attivitajiet jiġu ttrasferiti b'mod sħiħ mill-Kummissjoni jew minn korpi eżistenti oħra, bħall-Eurojust, lill-aġenziji l-ġodda; jinnota li l-Eurojust għadha kompetenti biex tindirizza każijiet PIF, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE, filwaqt li hija kompletament involuta fl-iżgurar ta' appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti; ifakkar fid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Approċċ Komuni għal aġenziji deċentralizzati li jkunu għadhom kif ġew maħluqa;

63.  Jistenna li n-negozjati dwar il-Baġit 2019 ikunu bbażati fuq il-prinċipju li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jimpenjaw ruħhom biex jibdew in-negozjati fl-aktar stadju bikri possibbli u li jiġi kompletament sfruttat iż-żmien kollu ta' konċiljazzjoni, filwaqt li jiġi pprovdut livell ta' rappreżentanza li jiżgura djalogu politiku ġenwin;

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2018)0089.


ANNESS: DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATI GĦALL-PROĊEDURA BAĠITARJA U MODALITAJIET GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI FL-2018

A.  F'konformità mal-Parti A tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-proċedura baġitarja tal-2019:

1.  Il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tippreżenta Dikjarazzjoni tal-Estimi għall-2019 sa tmiem Mejju;

2.  Ser jissejjaħ trilogu fit-12 ta' Lulju filgħodu, qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Il-Kunsill ser jagħmel ħiltu biex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jgħaddiha lill-Parlament Ewropew sas-37 ġimgħa (it-tielet ġimgħa ta' Settembru), sabiex jiġi ffaċilitat ftehim f'waqtu mal-Parlament Ewropew;

4.  Il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew ser jagħmel ħiltu biex jivvota dwar l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn tmiem il-41 ġimgħa (f'nofs Ottubru);

5.  Ser jissejjaħ trilogu fit-18 ta' Ottubru filgħodu, qabel il-qari tal-Parlament Ewropew;

6.  Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew ser tivvota dwar il-qari tagħha fit-43 ġimgħa (Sessjoni plenarja tat-22-25 ta' Ottubru);

7.  Il-perjodu ta' Konċiljazzjoni ser jibda fit-30 ta' Ottubru. B'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314(4)(c) tat-TFUE, iż-żmien disponibbli għall-konċiljazzjoni ser jiskadi fid-19 ta' Novembru 2018;

8.  Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jiltaqa' fis-7 ta' Novembru filgħodu, ospitat mill-Parlament Ewropew, u fis-16 ta' Novembru, ospitat mill-Kunsill u jista' jerġa' jibda kif xieraq; is-sessjonijiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jitħejjew permezz ta' trilogu(i). Huwa skedat trilogu fis-7 ta' Novembru filgħodu. Jista' jissejjaħ trilogu(i) addizzjonali matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum, inkluż possibbilment fl-14 ta' Novembru (Strasburgu).

B.  Il-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jinsabu fil-Parti E tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali msemmi hawn fuq.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (19.6.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Marita Ulvskog

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-baġit 2019 għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri tal-Ewropa 2020 fil-qasam soċjali u tal-impjiegi, li fadlilhom l-iktar biex jintlaħqu, u għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu, l-esklużjoni soċjali u l-faqar; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-baġit 2019 ma jistax jiġi mifhum barra mill-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020;

2.  Ifakkar li l-irkupru robust u t-tkabbir sostenibbli huma fatturi ewlenin għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti li jwasslu għal impjiegi ta' kwalità, għaż-żieda fil-prosperità kondiviża u t-tisħiħ tal-konverġenza soċjali 'l fuq, u li l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għandhom jiġu direzzjonati b'mod iktar effiċjenti lejn il-ħolqien tal-impjiegi, il-promozzjoni tat-tkabbir inklużiv, it-trawwim tal-koeżjoni soċjali, l-appoġġ tar-riformi strutturali, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, u l-promozzjoni ta' miżuri favur it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jistimulaw it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi għall-ġlieda kontra l-faqar, b'mod partikolari l-faqar fost it-tfal, u għal miżuri ta' appoġġ biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tat-tfal, bħall-provvisti ta' ikel, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;

4.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm finanzjament adegwat għall-programmi u l-inizjattivi fi ħdan il-QFP 2014-2020 li jkollhom l-għan li jindirizzaw il-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u speċjalment dawk immirati lejn il-persuni l-aktar żvantaġġati fis-soċjetà, bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), l-assi differenti tal-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), inkluż l-appoġġ għall-SMEs bħala għajn ta' ħolqien tal-impjiegi, u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD); jinsisti, għalhekk, li r-riżorsi ta' dawn il-programmi għandhom jiġu miżjuda f'termini reali fil-baġit 2019, jew tal-anqas jinżammu fil-livelli tas-sena preċedenti;

5.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-linji baġitarji li jappoġġaw id-djalogu soċjali Ewropew u l-miżuri favur is-sħab soċjali għandhom importanza ewlenija f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ tal-involviment tas-sħab soċjali, pereżempju fis-Semestru Ewropew u fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; iqis, għalhekk, li tali finanzjament huwa essenzjali;

6.  Josserva l-fatt li n-nuqqas ta' opportunitajiet futuri għaż-żgħażagħ huwa emerġenza soċjali reali ħafna f'ċerti reġjuni, u li dan jirrikjedi soluzzjonijiet innovattivi u mmirati, li jridu jiġu implimentati minnufih, sabiex ikun hemm titjib konkret f'terminu ta' żmien qasir; jistenna, għalhekk, li l-baġit 2019 ikompli juri ambizzjoni qawwija fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

7.  Jimpenja ruħu li jadotta leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-YEI u tal-FSE malajr sabiex tiġi ffaċilitata żieda ambizzjuża fl-approprjazzjonijiet tal-YEI fl-2019 mingħajr ma jiddgħajfu l-programmi l-oħra diġà stabbiliti fl-Istati Membri skont il-FSE, potenzjalment billi l-Istati Membri jiġu eżentati mill-obbligu tagħhom li jiddedikaw finanzjamanet ekwivalenti għall-approprjazzjonijiet tal-FSE għall-impjiegi taż-żgħażagħ, bil-kundizzjoni stretta li l-modifiki proposti la jippermettu li l-Istati Membri jkunu skużati mill-impenji finanzjarji li jkunu diġà ħadu f'dan il-qasam, u lanqas ma jimplikaw tnaqqis f'termini ġenerali tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-UE ddedikati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

8.  Jirrikonoxxi li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirrappreżenta progress fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jinnota, madankollu, li l-evidenza reċenti turi li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ mhux qed tipproduċi r-riżultati mixtieqa bir-ritmu mistenni f'ċerti oqsma, minħabba raġunijiet marbuta mhux mal-iskema nnifisha iżda mal-implimentazzjoni tagħha, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta' rieda li jinstab kompromess u n-nuqqas ta' rieda politika minn ċerti gvernijiet nazzjonali, in-nuqqas ta' involviment tas-sħab soċjali u l-gvernijiet reġjonali u lokali, il-kwalità dubjuża tal-offerti, u l-fallimenti fl-integrazzjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq tax-xogħol lil hinn mid-durata tal-offerta;

9.  Jappella għat-tkomplija tal-isforzi biex titjieb l-implimentazzjoni tal-YEI, inkluż billi jiġi żgurat li l-offerti ta' impjieg, edukazzjoni jew taħriġ ikunu jaqblu mal-profili tal-parteċipanti u mad-domanda tas-suq tax-xogħol, sabiex il-parteċipanti jsibu impjiegi sostenibbli;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi pjan ta' emerġenza favur l-impjiegi taż-żgħażagħ, li jkun komplementari għall-YEI, u b'baġit ta' EUR 500 miljun, biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programmi ta' impjiegi ta' kwalità li jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi u l-opportunitajiet tal-intraprenditorija f'dawk ir-reġjuni tal-UE fejn ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ hija ogħla minn 40 %; jenfasizza li din l-iskema għandha tiffinanzja l-innovazzjoni, il-kwalità u l-prattiki tajbin u għandha tippremja l-proġetti bl-ogħla livelli ta' kwalità u sostenibbiltà fil-ħolqien tal-impjiegi għall-persuni li jkollhom inqas minn 30 sena;

11.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament previsti fil-baġit 2018 s'issa kienu biżżejjed biex jissodisfaw it-talbiet għal pagamenti tal-Istati Membri u, skont it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea, mistennija jikkorrispondu għall-ħtiġijiet annwali tagħhom, kuntrarju għas-snin preċedenti tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali, peress li l-fondi strutturali ma kinux qed jiġu assorbiti malajr daqskemm kien mistenni dak iż-żmien; jenfasizza li, konsegwentement, jeħtieġ li fil-baġit 2019 jiġu previsti approprjazzjonijiet ta' pagament adegwati; jinnota li r-rata baxxa ta' assorbiment hija dovuta parzjalment għal ostakli amministrattivi; jitlob, għalhekk, tnaqqis ulterjuri tal-ostakli amministrattivi biex jittejjeb l-aċċess għall-fondi;

12.  Jinsisti li fil-baġit 2019 iridu jiġu garantiti impenn u, b'mod partikolari, approprjazzjonijiet ta' pagament adegwati għall-FSE, peress li dan dieħel f'perjodu ta' implimentazzjoni intensa u l-għadd ta' talbiet għal pagamenti mill-Istati Membri se jiżdied;

13.  Ifakkar li l-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jipprevali fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi strutturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-possibilitajiet ta' sistema ta' applikazzjoni online għall-maniġers tal-proġetti li tiffavorixxi iktar simplifikazzjoni fl-amministrazzjoni;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u timmonitorja aħjar il-finanzjament assenjat għall-mobbiltà tax-xogħol fl-ambitu tal-EaSI u l-FSE, u tiżgura l-komplementarjetà u l-monitoraġġ aħjar tal-prestazzjoni tal-fondi, u għalhekk l-użu effettiv u effiċjenti tagħhom, bi qbil mar-Rapport Speċjali Nru 06/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

15.  Itenni li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji huma għodod ta' valur kbir għat-tnedija ta' attivitajiet u politiki ġodda; jenfasizza li għadd ta' ideat ippreżentati mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ġew implimentati b'suċċess bħala proġetti pilota jew azzjonijiet preparatorji; jitlob li l-Parlament jingħata aġġornamenti regolari u dettaljati dwar l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji mill-Kummissjoni, u jistieden il-Kummissjoni biex, min-naħa tagħha, timplimenta dawn il-proġetti u l-azzjonijiet malajr, u tirrispetta l-kontenut tagħhom, kif miftiehem u approvat mill-Parlament u l-Kunsill;

16.  Jenfasizza l-kontribut importanti li jagħtu l-aġenziji kollha fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali (Cedefop, ETF, Eurofound, u EU-OSHA) fl-indirizzar ta' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet relatati mal-impjiegi u l-qasam soċjali; jenfasizza, b'rabta ma' dan, li l-kompiti tagħhom qed jiżdiedu b'mod kostanti u li għalhekk iridu jingħataw ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jissodisfaw il-mandati rispettivi tagħhom u jiżguraw l-aqwa riżultati possibbli b'appoġġ għall-għanijiet leġiżlattivi u politiċi tal-UE; jappoġġa l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li mistennija tibda topera fl-2019; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi previst finanzjament addizzjonali biex jiġi żgurat li jitwarrbu riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-istabbiliment tagħha, u li dan ma jistax jitwettaq permezz ta' riallokazzjonijiet mill-aġenziji l-oħra tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

17.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-impatt baġitarju negattiv taż-żieda tal-koeffiċjent għall-Irlanda, li qiegħed dejjem iżjed jirriskja li jimmina l-kapaċità finanzjarja tal-Eurofound li taqdi l-mandat tagħha; jistenna li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni biex ipattu għall-effetti, kif espress fir-rapport ta' kwittanza 2016 tal-Eurofound; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament addizzjonali sabiex jinżamm il-livell tar-riċerka mwettqa mill-aġenzija, b'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-ħidma li ssir fuq l-istħarriġ pan-Ewropew.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Czesław Hoc, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Miroslavs Mitrofanovs, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Rosa D’Amato, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Evelyn Regner, Anne Sander, Joachim Schuster, Michaela Šojdrová, Ivo Vajgl, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Karoline Graswander-Hainz, Jytte Guteland, Angelika Mlinar, Keith Taylor

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, António Marinho e Pinto, Angelika Mlinar, Robert Rochefort, Yana Toom, Ivo Vajgl

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Marek Plura, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Elena Gentile, Karoline Graswander-Hainz, Jytte Guteland, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Siôn Simon

VERTS/ALE

Miroslavs Mitrofanovs, Keith Taylor

7

-

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Kosma Złotowski

ENF

Dominique Martin

GUE/NGL

Malin Björk, Rina Ronja Kari, João Pimenta Lopes

3

0

EFDD

Laura Agea, Rosa D’Amato

NI

Lampros Fountoulis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (21.6.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramón Luis Valcárcel Siso

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-ksib ta' għadd ta' għanijiet tal-UE fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-benesseri tal-annimali, il-ħolqien tal-impjiegi, il-forestrija, it-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni u l-bilanċ territorjali u ambjentali; jisħaq fuq il-fatt li l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali jikkostitwixxu parti importanti mill-baġit ġenerali tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa għal finanzjament sostnut f'dawn l-oqsma; ifakkar li l-infiq fuq l-agrikoltura naqas u li t-tnaqqis baġitarju fir-rigward tal-PAK jista' jkollu effetti negattivi, u dan jikkomprometti il-proċess tal-kontroll u l-monitoraġġ u jipperikola t-twettiq tal-objettivi tal-PAK;

2.  Jenfasizza li huwa indispensabbli li l-fondi allokati għar-riċerka fis-settur agroalimentari, b'mod partikolari mill-baġit ta' Orizzont 2020, jibqgħu kompletament disponibbli bħala tali bil-għan li tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-settur agrikolu;

3.  Jiddefendi l-istabilità fil-baġit agrikolu, u għalhekk jopponi 'qawwa kwalunkwe tnaqqis fih fl-2019, speċjalment fid-dawl tal-kriżijiet serji u l-volatilità tal-prezzijiet li esperjenza s-settur agrikolu tul dawn l-aħħar snin;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-baġit tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-istabilità u evitata l-possibilità ta' kriżijiet futuri fis-settur agrikolu;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa għal tqassim aktar ġust tal-għajnuna diretta tal-PAK bejn il-pajjiżi u bejn il-farms kbar, żgħar u ta' daqs medju;

6.  Jinnota li l-frekwenza ta'l-kriżijiet u l-volatilità tal-prezzijiet dejjem tiżdied tindika l-ħtieġa ta baġit akbar għall-agrikoltura;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw, b'mod f'waqtu, il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li għandha effetti negattivi fuq l-introjtu tal-bdiewa, u jirreaġixxu fil-pront u b'mod effikaċi meta jkun meħtieġ, filwaqt li lill-bdiewa jagħtuhom l-għażla li jiġġieldu kontra tali volatilità tal-prezzijiet direttament;

8.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tinbidel ix-xejra li ilha għaddejja ta' tnaqqis fid-dħul tal-bdiewa f'dawn l-aħħar deċennji;

9.  Jesprimi t-tħassib u d-diżappunt tiegħu, wara li nnota d-diffikultajiet esperjenzati mill-produtturi biex isibu swieq ġodda, għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-miżuri ta' appoġġ mit-30 ta' Ġunju 2018 għas-setturi milquta ħażin mill-veto Russu, li fil-fatt, jammonta għal sanzjoni kontra dawn is-setturi għal avvenimenti li mhumiex fil-kontroll tagħhom;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex kontinwament iġġedded l-isforzi tagħha ħalli tidentifika swieq ġodda;

11.  Jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp ta' swieq ġodda għaż-żamma tal-kompetittività u ż-żieda tar-reżistenza tal-agrikoltura Ewropea għall-kriżijiet tas-suq bħal fil-każ tal-embargo tar-Russja; jitlob, għalhekk, li jingħata appoġġ finanzjarju għal opportunitajiet ta' suq ġodda;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li testendi l-għajnuniet lil dawk milquta mill-embargo impost mir-Russja qabel l-adozzjoni tal-abbozz leġiżlattiv tiegħu dwar il-baġit għall-2019, jew, sa mhux aktar tard mill-ittra ta' emenda fil-ħarifa;

13.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-konsegwenzi li kwalunkwe falliment tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jista' jkollu għall-baġit tal-2019;

14.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-volum ta' importazzjonijiet ta' ikel attwalment destinat għas-suq tar-Renju Unit li sussegwentement se jkollu jiġi assorbit fi ħdan is-suq uniku;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-agrikoltura sostenibbli mfassla apposta għas-swieq tal-UE, tinkoraġġixxi l-użu ta' alternattivi sikuri u ekoloġiċi għall-pestiċidi u żżid l-appoġġ għal tali soluzzjonijiet fl-2019 kif xieraq;

16.  Iqajjem dubju, għal darba oħra, dwar is-siwi tar-riżerva ta' kriżi u l-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja attwali, li fil-każ tal-baġit 2019, għal darba oħra se joħolqu sempliċiment piż burokratiku; jinnota li l-agrikoltura Ewropea kulma jmur saret dejjem aktar esposta għall-kriżijiet f'dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, teżamina l-introduzzjoni ta' riżerva pluriennali li tkun indipendenti mill-pagamenti diretti u tindirizza l-iżbilanċi fis-swieq u l-kriżijiet gravi;

17.  Jirrimarka li l-organizzazzjonijiet tas-suq jeħtieġ li jiggarantixxu kontroll immirat tal-kwantità sabiex tiġi evitata l-produzzjoni żejda;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-miżuri ta' appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ fl-2019, biex itejbu t-tiġdid ġenerazzjonali, li għadu baxx u għandu impatt fit-tul fuq l-agrikoltura Ewropea; jirrimarka li t-tiġdid ġenerazzjonali insuffiċjenti huwa kkawżat, fost fatturi oħra, min-nuqqas ta' dħul ġust u vijabbli mill-biedja; iqis li huwa importanti, għalhekk, li jiġu ssemplifikati u mnaqqsa l-ostakoli burokratiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ u li jiġu promossi l-prattiki tajba implimentati b'suċċess f'għadd ta' Stati Membri li jistgħu jikkontribwixxu b'mod ċar għat-tiġdid ġenerazzjonali;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-investiment f'teknoloġiji ġodda u fl-innovazzjoni sabiex il-biedja Ewropea ssir aktar kompetittiva u sostenibbli mil-lat ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tfassal baġit agrikolu partikolarment iffukat fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa u l-għanijiet tal-politika b'segwitu akbar ta' prattiki intelliġenti u innovattivi li se jiżguraw il-vijabilità tal-biedja tal-UE fuq medda twila ta' żmien.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Karin Kadenbach, Elsi Katainen, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Miguel Viegas

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Krzysztof Hetman

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Jørn Dohrmann, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, Anthea McIntyre

ENF

Philippe Loiseau

NI

Diane Dodds

PPE

Richard Ashworth, Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Krzysztof Hetman, Peter Jahr, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Karine Gloanec Maurin, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Maria Noichl, Marc Tarabella, Maria Gabriela Zoană

Verts/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

7

0

ALDE

Jan Huitema

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez, Miguel Viegas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (7.6.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Morten Løkkegaard

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrimarka li l-programmi fl-oqsma tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura u ċ-ċittadinanza jibqgħu essezjali bħala mezzi biex, b'mod orizzontali, jiżdied l-għarfien dwar l-identità komuni Ewropea tagħna fost iċ-ċittadini;

2.  Ifakkar, fost l-oħrajn fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tiegħu, li Erasmus+ jibqa' l-programm ewlieni għall-promozzjoni tal-mobilità fost iż-żgħażagħ, kif juri l-volum ta' applikazzjonijiet li jaslu, li jaqbeż il-finanzjament disponibbli; jiddispjaċih ħafna li l-livelli ta' finanzjament proposti għall-programm Erasmus+ fl-abbozz ta' baġit 2019 huma ferm aktar baxxi mill-aspettattivi tal-Parlament, u sempliċement jirriflettu l-fatt li l-livelli ta' finanzjament għall-Erasmus+ qegħdin jilħqu l-ogħla livell għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali, u saħansitra jonqsu milli jipprovdu l-bqija ta' finanzjament supplimentari għall-programm skont ir-reviżjoni tal-QFP; jinsisti fuq il-bżonn ta' finanzjament imsaħħaħ, partikolarment f'dak li jikkonċerna t-taħriġ kontinwu u s-settur taż-żgħażagħ, inkluża l-edukazzjoni mhux formali, u biex jiżgura parteċipazzjoni akbar minn gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari żgħażagħ b'diżabilità; itenni t-talba tiegħu li l-finanzjament għall-Erasmus+ jiġi triplat fil-QFP li jmiss, b'kunsiderazzjoni tal-popolarità ta' dan il-programm u, fl-istess waqt, il-kapaċità tiegħu li jsawwar sens Ewropew ta' appartenenza u li jsaħħaħ il-prospetti ta' impjieg tal-parteċipanti żgħażagħ tal-Erasmus+;

3.  Jistipula, barra minn hekk, il-bżonn li dak li attwalment qed jissejjaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u li qed jiġi nnegozjat bħalissa, jingħata linja baġitarja għalih u r-riżorsi proprji tiegħu, li jkunu magħmula minn fondi tas-Servizz Volontarju Ewropew preċedenti taħt Erasmus+ u fondi oħrajn li joriġinaw minn marġini mhux allokati;

4.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa Kreattiva fl-appoġġ għas-setturi awdjoviżivi u kulturali tal-Unjoni; jinsisti li l-livelli ta' finanzjament għandhom jikkorrispondu mal-ambizzjonijiet tal-programm, b'mod partikolari fil-każ tas-sottoprogramm dwar il-kultura, li jibqa' sottofinanzjat b'mod kroniku, u li konsegwentement isibha diffiċli biex jilħaq rati ta' suċċess sodisfaċenti, bi frustrazzjoni għall-aspettattivi tal-kandidati; jisħaq li r-rati ta' suċċess baxxi huma sintomatiċi tal-livelli ta' finanzjament mhux adegwati, li ma jikkorrispondux mal-għanijiet ambizzjużi tal-programm; iqis li tisħiħ tal-fergħa transettorjali tal-programm Ewropa Kreattiva jista' jipprovdi mezz biex il-Kummissjoni tqawwi l-isforzi tagħha biex tindirizza l-aħbarijiet foloz, kemm permezz ta' ħidma msaħħa ta' litteriżmu medjatiku kif ukoll billi trawwem djalogu settorjali; jemmen, fl-aħħar nett, li l-isfruttament tas-sinerġiji bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi għandu jkompli, inkluż billi l-industriji kulturali u kreattivi jitħallew jesprimu bis-sħiħ il-valur doppju tagħhom ta' ħarsien u ta' enfasi fuq id-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, u bl-appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, li jiġġeneraw tkabbir sostenibbli u li jmexxu 'l quddiem l-innovazzjoni u l-produzzjoni; jinsisti fuq il-punt li għandha ssir kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali mill-FEIS għall-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka, u li s-setturi kulturali u kreattivi għandhom jingħataw appoġġ xieraq; jisħaq fuq l-importanza ta' appoġġ imfassal apposta u speċifiku għas-settur biex jiġi żgurat li s-setturi kulturali u kreattivi jibbenefikaw minn self tal-FEIS;

5.  Jieħu nota tal-interess li qajmet it-tnedija tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018; jitlob, għaldaqstant, li l-azzjonijiet u l-istrumenti ta' governanza marbuta mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali jkomplu wara l-2018, inkluż permezz tal-għajnuna ta' finanzjament iddedikat, skont programmi pluriennali oħrajn, bħar-riċerka, l-azzjoni esterna, il-koeżjoni u l-programmi Erasmus+, u inizjattivi għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali, kif ukoll l-inklużjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ħiliet Diġitali;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq rieżami komplut – li għandu jingħata lill-Parlament – tal-attivitajiet kollha tagħha skont il-linja baġitarja "azzjonijiet multimedjali" biex jiġi żgurat li jissodisfaw l-għanijiet ewlenin tagħhom u li l-QFP li jmiss jilħaq bilanċ ta' finanzjament ġust fost l-azzjonijiet kollha; ifakkar li l-linja "azzjonijiet multimedjali" kienet stabbilita biex tiffinanzja id-dispożizzjoni dwar l-għoti ta' informazzjoni ġenerali liċ-ċittadini dwar operazzjonijiet li jikkonċernaw l-Unjoni, bl-iskop li tiżdied il-viżibilità tal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tad-deċiżjonijiet meħuda u tal-istadji fil-bini tal-Ewropa; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiffinanzja l-attivitajiet attwali taħt din il-linja li jaqdu skopijiet oħrajn permezz ta' linji baġitarji xierqa oħra; jappella għal aktar finanzjament fl-2019 biex il-ħidma tal-Euranet Plus tkun garantita għall-bqija tal-QFP; jinsisti madankollu li l-eżistenza prekarja attwali tan-netwerk mhijiex sostenibbli u jappella għal bażi finanzjarja fit-tul fil-QFP li jmiss;

7.  Jinnota s-suċċess tal-Azzjoni Preparatorja bit-titlu "Sottotitolar ta' kontenut kulturali televiżiv Ewropew madwar l-Ewropa", li attwalment qiegħda tiġi implimentata minn ARTE Europe u li mhux se tibqa' eliġibbli għal appoġġ mill-baġit tal-UE wara l-2018; jissottolinja li dan il-proġett jippermetti li l-kontenut kulturali Ewropew jixxandar b'ħames lingwi (li daqt isiru sitt lingwi) tal-UE, u b'hekk jilħaq madwar 70 % taċ-ċittadini tal-UE fil-lingwa materna tagħhom permezz ta' diversi pjattaformi medjatiċi; jemmen li l-proġett intlaqa' eċċezzjonalment tajjeb mill-udjenza tiegħu u joffri kontribut importanti fit-titjib tal-aċċess transfruntier għal kontenut kulturali Ewropew u fil-promozzjoni tal-iskambju interkulturali; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja l-aċċess multilingwi għal programmi ta' kwalità għal numru kbir ta' ċittadini tal-UE billi tinkorpora l-inizjattiva ta' sottotitolar fi programm jew f'linja baġitarja eżistenti, pereżempju taħt Ewropa Kreattiva;

8.  Jappella, fid-dawl tat-tħassir gravi tas-sitwazzjoni tal-libertà tal-istampa u tal-midja fl-Ewropa, biex tiġi salvagwardjata għall-bqija tal-QFP, l-eżistenza taċ-Ċentru għall-Pluraliżmu tal-Midja u l-Libertà tal-Midja (CMPF) f'Firenze u taċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja (ECPMF) f'Leipzig u biex ikun hemm finanzjament ulterjuri disponibbli għal dan il-għan fl-2019; jinnota li dawn iċ-ċentri jikkomplementaw lil xulxin perfettament u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxilhom bażi finanzjarja fit-tul fil-QFP li jmiss bil-għan li tippermettilhom jiżviluppaw b'mod indipendenti kemm jista' jkun bħala strumenti Ewropej għas-salvagwardja tal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu tal-midja u jipprovdu assistenza u appoġġ maħsuba apposta għal ġurnalisti li jinsabu f'sitwazzjonijiet perikolużi;

9.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa għaċ-Ċittadini biex jissaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini tal-Unjoni u biex jitrawwem sens ta' ċittadinanza, kif ukoll f'termini tas-sostenn operazzjonali li tipprovdi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej, li jwettqu rwol ewlieni fl-Unjoni u li jeħtieġu assistenza finanzjarja mmirata; itenni l-impenn tiegħu favur livelli ta' finanzjament aħjar għall-programm, bl-użu tal-possibilitajiet kollha disponibbli biex tiżdied ir-rata ta' suċċess tal-proġett fl-2019, li hija s-sena tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u lil hinn minnha, biex jiġi żgurat livell ta' finanzjament xieraq; ifakkar li, fil-baġit tal-2018 u minkejja l-oppożizzjoni, il-Kummissjoni naqqset il-baġit tal-programm Ewropa għaċ-ċittadini b'EUR 740 000 fir-rigward taċ-ċifra tal-ipprogrammar finanzjarju biex tagħti spinta lill-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; jiddeplora, għaldaqstant, il-fatt li, skont l-aġġornament dwar l-ipprogrammar finanzjarju li ntbagħat mill-Kummissjoni f'Jannar 2018, se jkunu qed jittieħdu EUR 2,5 miljun oħra (EUR 1,1 miljun fl-2019 u EUR 1,4 miljun fl-2020) mill-programm Ewropa għaċ-Ċittadini biex tiġi ffinanzjata l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej riformata, li, skont l-aġġornament, huwa previst mill-proposta għar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej il-ġdid; jinnota li la l-proposta nnifisha u lanqas id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa magħha ma jagħmlu referenza għal kwalunkwe impatt baġitarju fuq il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini; ifakkar li l-Parlament jeħtieġlu jkun jaf il-fatti kollha huwa u jeżamina l-leġiżlazzjoni proposta u jfakkar lill-Kummissjoni fl-obbligi tagħha li tipprovdi dawk il-fatti; jisħaq fuq l-impenn tiegħu favur programm "Ewropa għaċ-ċittadini" effikaċi u mogħni bir-riżorsi adegwati, l-oppożizzjoni soda tiegħu għat-tnaqqis tal-baġit propost u l-intenzjoni tiegħu li jreġġa' lura dak it-tnaqqis fil-proċeduri baġitarji tal-2019 u l-2020;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji bejn il-programmi kulturali u edukattivi u l-finanzjament disponibbli permezz ta' programmi u ta' strumenti oħrajn, partikolarment fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-FEIS u l-Orizzont 2020; ifakkar f'dan ir-rigward li l-proġetti relatati mal-kultura u mal-edukazzjoni ammontaw għal mill-anqas EUR 11-il biljun fil-perjodi ta' programmar tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2007-2013 u għall-2014-2020;

11.  Jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-finanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ikun jikkorrispondi b'mod adegwat mal-għanijiet stabbiliti, u wkoll biex ikun hemm sinerġiji msaħħa bejn l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Fond Soċjali Ewropew u l-baġits nazzjonali tal-Istati Membri;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament għall-baġit adegwat biex tqawwi l-viżibilità tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 u biex tkabbar l-effikaċja tal-kopertura tal-elezzjonijiet mill-midja, partikolarment bil-għan li tippromwovi l-għarfien dwar "l-iSpitzenkandidaten", il-kandidati prinċipali għall-Presidenza tal-Kummissjoni;

13.  Jindika l-potenzjal tal-Proġetti Pilota u tal-Azzjonijiet Preparatorji bħala mezz għall-ittestjar ta' miżuri fl-oqsma tal-politika tal-UE u biex jiġu introdotti inizjattivi innovattivi ġodda li eventwalment jistgħu jsiru miżuri fit-tul tal-Unjoni;

14.  Ifakkar li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni joħloq sfidi partikolarment serji għall-Iskejjel Ewropej, speċjalment fid-dawl tad-daqs tat-taqsima lingwistika Ingliża (madwar 21 % tal-istudenti kollha) u l-prevalenza tal-Ingliż bħala t-tieni lingwa (61 % tal-istudenti fis-sena skolastika 2016-2017); jilqa' l-progress li nkiseb s'issa fin-negozjati, u partikolarmen,t il-ftehim provviżorju dwar perjodu ta' tranżizzjoni, li skontu r-Renju Unit se jibqa' parti mill-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej sa tmiem is-sena skolastika 2020-2021; jinnota, madankollu, li għad hemm kwistjonijiet baġitarji u edukattivi importanti f'dak li jikkonċerna l-provvediment fit-tul ta' tagħlim tal-lingwa Ingliża tal-ogħla livell u l-issoktar tar-rikonoxximent tal-Bakkalawrjat Ewropew fir-Renju Unit, minkejja d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 120 tal-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Bord tal-Gvernaturi jinfurmaw lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni dwar il-pjanijiet fit-tul biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-Brexit;

15.  Jilqa' l-isforzi mwettqa f'dawn l-aħħar snin biex tiġi indirizzata l-problema ta' ħlasijiet pendenti; jirrimarka li d-dewmien fl-finalizzazzjoni tal-kuntratti bejn il-korpi rilevanti u l-benefiċjarji kif ukoll il-pagamenti tardivi jipperikolaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-programmi mill-Kummissjoni; jirrimarka li żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn trid tkun akkumpanjata minn żieda korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għal pagamenti biex jiġu garantiti pagamenti f'waqthom;

16.  Jisħaq fuq l-importanza tal-inklużività u jappella biex l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali tiġi introdotta fis-seduti plenarji tal-Parlament Ewropew;

17.  Jisħaq fuq l-importanza tal-inklużjoni tal-migranti u tar-rifuġjati u fuq kif l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendistati fl-istat ta' residenza l-ġdid tagħhom, u għall-kultura unika tal-istat ta' residenza l-ġdid tagħhom, jgħinhom biex iħossuhom milqugħa, biex jintegraw u jirrisistemaw lilhom infushom;

18.  Jirrikonoxxi l-valur soċjali kemm tal-wirt naturali kif ukoll dak kulturali u l-benefiċċju li jittieħed mill-użu tal-potenzjal tagħhom bħala forza mexxejja tal-ekonomija;

19.  Jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u li persuni minn ambjenti żvantaġġati jiġu inklużi biex ikun żgurat li dawn ikollhom aċċess sħiħ u indaqs kemm għall-kultura kif ukoll għall-edukazzjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Luigi Morgano, John Procter, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Sylvie Guillaume, Morten Løkkegaard, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Gabriel Mato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Martina Michels

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Gabriel Mato, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Giorgos Grammatikakis, Sylvie Guillaume, Petra Kammerevert, Luigi Morgano, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans

0

-

4

0

ECR

John Flack, Rupert Matthews, John Procter

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (20.6.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2019

(2018/2024(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali tal-UE, u dan jagħmel l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru għodod importanti, fi ħdan il-proċess baġitarju, għall-integrazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-politiki, miżuri u azzjonijiet tal-UE, bil-ħsieb li titmexxa 'l quddiem l-ugwaljanza, tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jiżdied l-involviment attiv tan-nisa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll fl-attivitajiet ekonomiċi u soċjali;

B.  billi l-inugwaljanza hija problema li dejjem qed tikber fl-UE, u billi l-baġit tal-Unjoni jeħtieġ li jkun imfassal dejjem iktar b'tali mod li jagħti kontribut sinifikanti għas-salvagwardja u l-iżvilupp tad-drittijiet soċjali, l-aċċess għas-servizzi tal-assistenza pubblika, speċjalment is-servizzi ta' kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u d-djar, u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, b'enfasi speċifika fuq it-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u s-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet;

C.  billi l-istereotipi għadhom joħolqu ostaklu għan-nisa, b'mod partikolari fis-suq tax-xogħol; billi l-promozzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata hija ta' benefiċċju kemm għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa kif ukoll għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-UE;

D.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija kundizzjonalità ex ante tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP) 2014-2020; jenfasizza li waħda mid-dikjarazzjonijiet konġunti interistituzzjonali annessi mal-QFP tafferma li l-proċeduri baġitarji annwali ser jintegraw elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ġeneru, billi jieħdu kont tal-modi li bihom il-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għal iktar ugwaljanza bejn is-sessi (u jiżgura l-integrazzjoni tas-sessi);

E.  billi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, kif intwera, ser twassal għal tkabbir ekonomiku, u l-potenzjal intraprenditorjali tan-nisa huwa sors mhux sfruttat ta' żvilupp ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi; billi n-nisa f'żoni rurali jħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fl-iżvilupp tan-negozji tagħhom stess, il-baġit tal-UE jrid ikun imfassal biex jagħti kontribut sostanzjali biex jittejjeb l-aċċess ugwali għall-informazzjoni, it-taħriġ u l-finanzjament;

F.  billi l-indipendenza ekonomika hija fattur essenzjali għall-emanċipazzjoni tan-nisa; billi r-rata tal-impjieg tan-nisa fl-UE għadha f'livell baxx inaċċettabbli, u l-potenzjal tan-nisa u tal-bniet jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ulterjorment, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali u fis-setturi STEM u ICT, sabiex tinkiseb ugwaljanza reali bejn is-sessi, jingħelbu l-istereotipi tas-sessi u jingħata kontribut għat-tkabbir u l-innovazzjoni tal-ekonomija;

G.  billi, minkejja d-domanda dejjem tikber għal speċjalisti tal-ICT u profili diġitali, l-għadd ta' nisa li jaħdmu fl-oqsma diġitali qed jonqos(1); billi skont l-istess studju, aktar nisa f'impjiegi diġitali jistgħu jagħtu spinta lill-PDG annwali tal-UE ta' EUR 16 biljun; billi nuqqas ta' ħiliet diġitali u mudelli ta' eżempju femminili fis-setturi STEM qed jiskoraġġixxi lin-nisa u l-bniet milli jinvolvu ruħhom fis-settur tat-teknoloġija; billi s-settur tal-ICT għandu potenzjal sinifikanti biex jinkiseb bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi jippermetti lin-nisa jikkombinaw ix-xogħol u d-dmirijiet ta' kura tat-tfal, bis-saħħa tal-possibilitajiet li joffri xogħol mill-bogħod;

H.  billi madwar waħda minn kull tliet nisa esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali sa mill-età ta' 15-il sena, filwaqt li l-inċidenzi u dawk li jwettqu atti ta' vjolenza domestika fl-UE għadhom kronikament rappurtati ftit wisq, jew minħabba biża' jew inkella minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi; billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) ikkalkula li l-ispiża tal-vjolenza mis-sħab intimi kontra n-nisa fl-UE tista' tammonta għal EUR 109 biljun fis-sena(2); billi l-vjolenza sessista kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll kontra persuni LGBTQI, tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jolqot il-livelli kollha tas-soċjetà; billi huwa essenzjali li, għall-implimentazzjoni tal-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-profil tal-Programm Daphne jinżamm għoli kemm jista' jkun; billi l-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu livelli suffiċjenti ta' finanzjament, kif ukoll tiżgura l-kontinwità tal-azzjonijiet u l-prevedibilità tal-finanzjament fl-oqsma kollha koperti minn objettivi speċifiċi;

I.  billi l-UE tinsab fil-proċess ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, li jirrappreżenta pass neċessarju għat-titjib u t-tisħiħ tal-ħidma tagħha biex teradika l-vjolenza sessista fl-Ewropa kollha; billi, madankollu, bosta Stati Membri ma rratifikawx il-Konvenzjoni;

J.  billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha flimkien huma l-akbar donatur fid-dinja, u jipprovdu aktar minn 50 % tal-għajnuna dinjija globali; billi t-tnaqqis tal-għajnuna minn donaturi oħra fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SRHR) u s-saħħa riproduttiva tan-nisa jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jżidu l-finanzjament attwali, speċjalment f'dawk l-oqsma b'dimensjoni partikolari tal-ġeneru;

1.  Jenfasizza li l-perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil tal-baġit għandha ssir parti integrali mill-proċedura baġitarja fl-istadji kollha tagħha u fil-linji baġitarji kollha, u mhux biss fi programmi fejn l-impatt tal-ġeneru tagħhom huwa l-aktar evidenti, b'tali mod li n-nefqa baġitarja ssir għodda effikaċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; itenni t-talba tiegħu għal żieda fir-riżorsi biex jiġu mħarsa d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, tiġi promossa l-indipendenza ekonomika tagħhom u titnaqqas l-inugwaljanza bejn is-sessi, inkluż permezz tal-użu ta' strumenti eżistenti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, bħall-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jużaw l-ibbaġitjar tal-ġeneru għan-nefqa pubblika b'mod sistematiku u japplikaw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-intestaturi baġitarji kollha, speċjalment waqt in-negozjati tal-QFP li jmiss;

2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mhijiex implimentata b'mod konsistenti fil-maġġoranza tal-programmi eżistenti tal-UE, l-istrumenti finanzjarji u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, treġġa' lura s-sitwazzjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss sabiex tiġi żgurata allokazzjoni xierqa ta' fondi ddedikati għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.  Jappella lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jagħmlu użu mill-fondi eżistenti disponibbli taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), Leader+ u Orizzont 2020; jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm sinerġiji iktar qawwijin bejn l-istrumenti disponibbli sabiex javvanzaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u joħolqu kundizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol għal kulħadd permezz ta' politiki mfassla apposta speċifiċi, immirati lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet permezz tal-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, speċjalment is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluża edukazzjoni sesswali komprensiva, konsulenza, trattament u kura għall-vittmi ta' vjolenza sessista u sesswali, u għal aktar finanzjament għal tali servizzi ta' kura pubbliċi ta' kwalità għolja;

4.  Jitlob biex jiġu allokati fondi għall-programmi li jappoġġaw l-intraprenditorija tan-nisa u l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol, inklużi l-SMEs li huma stabbiliti u mmexxija min-nisa, bħala parti mill-programm COSME, u biex jiġi żgurat u mħeġġeġ l-aċċess tan-nisa għal self u finanzjament ta' ekwità; jitlob biex jingħata appoġġ lil imprendituri nisa u rġiel b'responsabilitajiet ta' kura, billi tali intraprenditorija mhux biss hija eżempju tar-rikonċiljazzjoni b'suċċess tax-xogħol u l-ħajja privata, iżda sservi wkoll biex tagħti spinta lil opportunitajiet ġodda ta' impjieg u mudelli ta' eżempju, u b'hekk tinkoraġġixxi lin-nisa, b'mod partikolari, biexipoġġu l-proġetti tagħhom fil-prattika, u tippromwovi l-indipendenza ekonomika u l-emanċipazzjoni tan-nisa;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li aktar nisa jiġu attirati jidħlu fis-setturi STEM u ICT; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati programmi li jiffukaw fuq l-indirizzar tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa biex jadattaw għall-era diġitali, kif ukoll fuq l-indirizzar tad-disparità diġitali bejn is-sessi, billi jiżviluppaw il-ħiliet diġitali tan-nisa u jipprovdu edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għan-nisa u l-bniet u jqajmu kuxjenza dwar il-possibilitajiet li jistgħu joffru s-setturi STEM u ICT, bħala parti minn Orizzont 2020, Erasmus +, il-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

6.  Itenni t-talba tiegħu biex kull objettiv speċifiku tal-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, inkluż bil-ħsieb tat-tħejjija tal-QFP li jmiss, ikollu linja baġitarja separata sabiex tiżdied it-trasparenza, jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għal kull wieħed mill-objettivi speċifiċi, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-fastidju sesswali, u l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex dawk l-objettivi jkunu viżibbli, b'enfasi partikolari fuq il-ħolqien tal-kuxjenza pubblika, l-informazzjoni lill-vittmi nisa dwar id-drittijiet tagħhom u s-servizzi disponibbli għalihom, u l-għoti ta' taħriġ għall-professjonisti rilevanti; jitlob żieda fl-allokazzjoni baġitarja għal xelters tan-nisa, li jipprovdu servizzi għall-vittmi nisa u tfal ta' vjolenza sessista u ta' vjolenza domestika, sabiex tissaħħaħ il-ħidma tagħhom fil-prevenzjoni u fl-appoġġ u l-għoti tas-setgħa lill-vittmi;

7.  Jinsisti li l-impenji biex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Istanbul, inklużi miżuri li jipproteġu lill-vittmi, iħarrku lill-awturi u jappoġġaw lill-aġenziji u istituzzjonijiet, u li tiġi eradikata l-vjolenza sessista kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll kontra persuni LGBTQI, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom, jeħtieġ li jiġu tradotti f'impenji baġitarji u rakkomandazzjonijiet konkreti fil-baġit li jmiss tal-UE;

8.  Ifakkar li għadd sinifikanti ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil li jidħlu fl-UE huma nisa u tfal; ifakkar li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tinsab fost il-prinċipji bażiċi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); jistieden għalhekk lill-UE u lill-Istati Membri jinkludu miżuri konkreti u u jallokaw riżorsi finanzjarji adegwati biex jiżguraw il-protezzjoni tar-rifuġjati nisa mill-vjolenza, matul il-proċedura ta' asil kollha kemm hi, billi jipprovdu kura tas-saħħa ta' kwalità, faċilitajiet separati u siguri tal-irqad, żoni ta' sanità riżervati għan-nisa fil-faċilitajiet ta' tranżitu u ta' akkoljenza, billi joħolqu spazji sikuri, jiżguraw il-preżenza ta' numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal nisa, jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet u s-servizzi ta' assistenza, taħriġ speċifiku dwar ir-rikonoxximent u l-prevenzjoni tal-vjolenza sessista għall-persunal li jaħdem f'faċilitajiet ta' tranżitu u ta' akkoljenza, u billi jappoġġaw programmi ta' risistemazzjoni u rilokazzjoni, li jippermettu mezzi sikuri u legali għal dawk li jfittxu l-asil u għar-rifuġjati li jiġu l-Ewropa, b'fokus speċifiku fuq gruppi vulnerabbli, bħalma huma n-nisa, il-bniet u l-persuni LGBTQI;

9.  Jitlob lill-UE tippromwovi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur u jippromwovu kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tar-rappreżentanza tal-bniet u n-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet permezz tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiżdied il-finanzjament tal-UE għad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva u li l-Istati Membri jiġu involuti sabiex jiġi bbilanċjat l-impatt tal-lakuna fil-finanzjament dovut għall-Istati Uniti wara l-integrazzjoni mill-ġdid u l-espansjoni tar-regola "global gag" tagħhom;

10.  Jitlob lill-UE żżid l-allokazzjoni tal-baġit għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, u ssaħħaħ il-kapaċità ta' assoċjazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa u fin-Nofsinhar Globali;

11.  Jistieden lill-UE tiżgura li l-objettivi tagħha ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għall-għajnuna għall-iżvilupp jintlaħqu u tiżgura li l-għodod li jikkunsidraw il--ġeneru u l-kodiċijiet ta' skop jintużaw b'mod konsistenti fir-rappurtar kollu tal-UE, inklużi dawk użati mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD (DAC), li jissorvelja wkoll l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA);

12.  Ifakkar fir-rwol importanti li jiżvolġi l-EIGE, u fil-ħtieġa għal baġit ikkonsolidat għall-ġbir ta' data u l-kisba ta' għarfien espert fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; jitlob li l-baġit, it-tabella tal-persunal u l-indipendenza tal-EIGE jinżammu stabbli.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Margot Parker, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Maria Gabriela Zoană

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Inácio Faria, Lívia Járóka, Kostadinka Kuneva, Marc Tarabella, Mylène Troszczynski, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivan Štefanec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, Kostadinka Kuneva, João Pimenta Lopes

PPE

Heinz K. Becker, José Inácio Faria, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ivan Štefanec

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues, Marc Tarabella, Julie Ward, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Terry Reintke, Ernest Urtasun

5

-

ECR

Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Margot Parker

ENF

Mylène Troszczynski

PPE

Michaela Šojdrová, Anna Záborská

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Studju mħejji għall-Kummissjoni, Women in the digital age (In-Nisa fl-Era Diġitali), Marzu 2018.

(2)

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi , Estimating the costs of gender-based violence in the European Union (Stima tal-ispejjeż ta' vjolenza sessista fl-Unjoni Ewropea), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2014.


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

Ittra indirizzata fid-19 ta' Ġunju 2018 minn David McAllister, President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u Brando Benifei, Rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, lil Jean Arthuis, President tal-Kumitat għall-Baġits

Traduzzjoni

Ref.: D(2018)22136

Is-Sur Jean Arthuis

Presidenza

Kumitat għall-Baġits

Suġġett:  Kontribut tal-Kumitat AFET għar-rapport dwar il-mandat għat-trilogu baġitarju

Sur President,

Fid-dawl tar-rapport tal-Kumitat tiegħek dwar il-baġit 2019: mandat għat-trilogu (2018/2024(BUD)), nixtiequ ninfurmawk dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) għall-baġit tal-UE għall-2019.

Ninsabu konvinti li l-UE jeħtiġilha tkun mgħammra b'biżżejjed riżorsi sabiex tkun tista' tuża l-potenzjal sħiħ tagħha bħala attur globali. Fl-ambjent globali attwali, ikkaratterizzat minn livell għoli ta' instabbiltà u għadd dejjem jikber ta' theddid u sfidi, jeħtieġ li aktar fondi jsiru disponibbli għall-azzjoni esterna tal-UE. Nirrikonoxxu ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 4, għalkemm il-biċċa l-kbira ta' din iż-żieda hi dovuta għall-kontribuzzjoni akbar lejn il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija. Barra minn hekk, nixtiequ nenfasizzaw li l-abbozz tal-baġit jeżawrixxi kompletament il-marġni għall-intestatura 4. Konsegwenza ta' dan, l-UE se jkollha ftit li xejn lok għal manuvra f'każ ta' kriżijiet esterni mhux previsti. Il-Parlament jeħtieġlu jfittex li jiggarantixxi li aktar żidiet fuq l-intestatura 4 ikunu possibbli f'każ ta' ħtiġijiet urġenti.

Inkomplu nagħtu importanza kbira lill-proċess ta' tkabbir u lill-appoġġ finanzjarju relatat lill-pajjiżi kandidati (potenzjali) permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II). B'mod partikolari, nissottolinjaw il-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti biex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni 2018-2020 tal-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent, filwaqt li tingħata prijorità lill-appoġġ għall-istat ta' dritt u l-integrazzjoni reġjonali. F'dan ir-rigward, huwa diżappuntanti li l-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-allokazzjoni għal riformi politiċi fil-Balkani tal-Punent b'EUR 10 miljun. Min-naħa l-oħra, iż-żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal azzjonijiet reġjonali fil-Balkani tal-Punent hija pass pożittiv lejn il-kisba tal-objettivi tal-istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent.

Minħabba r-rigress kontinwu fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, b'konformità mal-prinċipju tal-kundizzjonalità, nappoġġjaw it-tnaqqis korrispondenti fl-ammont allokat lit-Turkija għal miżuri relatati mal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u mal-orjentazzjoni mill-ġdid lejn is-soċjetà ċivili u d-drittijiet fundamentali.

Fir-rigward tal-finanzjament tat-tieni porzjon tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, il-Parlament għandu jinsisti fuq il-fatt li jinżamm il-proporzjon tal-kontribuzzjoni attwali (EUR 2 biljun mill-Istati Membri, EUR 1 biljun mill-baġit tal-UE), kif previst fil-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2018. L-allokazzjoni proposta fl-abbozz ta' baġit għandha għalhekk tiġi riveduta biex il-kontribuzzjoni totali tal-UE titnaqqas għal EUR 1 biljun (b'kont meħud ta' kwalunkwe fond magħmul disponibbli taħt il-baġit tal-2018). Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li kwalunkwe kontribuzzjoni mill-intestatura 4 lill-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija ma twassalx għal tnaqqis fil-fondi disponibbli għall-programmi eżistenti. Barra minn hekk, il-Parlament jinsisti fuq il-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tal-użu ta' fondi tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija u l-konformità sħiħa tal-iżborżi mal-bażi legali tiegħu.

Il-fatt li jkun żgurat l-appoġġ għall-Viċinat tal-Lvant u n-Nofsinhar, li huwa ta' importanza strateġika enormi għall-UE, huwa prijorità ewlenija oħra għall-Kumitat AFET. Ninsabu mħassbin dwar il-fatt li l-baġit tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat se jibqa' taħt pressjoni konsiderevoli fl-2019. Din il-pressjoni qed tiggrava minħabba l-użu tal-fondi tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat biex jiffinanzja l-wegħda magħmula waqt il-Konferenza ta' Brussell II għall-kriżi tas-Sirja u l-pajjiżi milquta mill-kunflitt u ammont addizzjonali ta' EUR 100 miljun għal proġetti relatati mal-migrazzjoni taħt il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika. Filwaqt li nappoġġjaw bis-sħiħ il-wegħda għas-Sirja u l-miżuri biex jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, dan ma għandux isir għad-detriment ta' prijoritajiet oħrajn fil-viċinat. Sfortunatament, dawn l-impenji l-ġodda huma biss parzjalment ikkumpensati minn żidiet, li jwasslu għal tnaqqis fil-fondi li jifdal għan-negozju ewlieni tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat. Inħeġġu lill-Kumitat għall-Baġits jindirizza din il-problema fin-negozjati baġitarji.

Il-Kumitat AFET jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tipprovdi appoġġ akbar lill-Ukrajna u lit-Tuneżija. Barra minn hekk, għandu jitqies finanzjament biex jappoġġja l-istabbilizzazzjoni tal-Libja fid-dawl tal-iżviluppi politiċi reċenti. Barra dan, nissottolinjaw il-ħtieġa li jiġu appoġġjati r-riformi politiċi fil-Moldova u l-Georgia. Naturalment, nisħqu fuq monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni u l-progress tar-riforma fil-pajjiżi sħab ikkonċernati. Apparti dan, huwa essenzjali li l-appoġġ tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, l-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA jissaħħaħ, anke minħabba s-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fuq il-post u d-deċiżjoni tal-Istati Uniti biex inaqqsu b'mod drastiku l-impenn tagħhom.

Fir-rigward tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, għandhom jiġu allokati aktar fondi għall-ħarsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'riskju, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (ProtectDefenders.eu), li għandu jkun jista' jopera b'mod prevedibbli. Barra minn hekk, nixtiequ naraw aktar għajnuna finanzjarja allokata lill-parlamenti ta' pajjiżi terzi bil-għan li jappoġġjaw b'mod attiv l-iżvilupp ta' għarfien espert intern dwar id-drittijiet tal-bniedem. Barra dan, irid jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE.

Il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) għadha taħt pressjoni kbira, u l-espansjoni ta' għadd ta' missjonijiet tas-Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tirriskja li taggrava din il-problema fl-2019. Iktar minn hekk, il-linja baġitarja għal miżuri ta' emerġenza hija mnaqqsa b'iżjed minn terz (EUR 10,1 miljun), li tirriżulta f'inqas flessibbiltà biex tittratta kriżijiet mhux mistennija. Dan it-tnaqqis għandu għaldaqstant jiġi revokat u l-baġit tal-PESK jiżdied b'mod proporzjonat.

Barra minn hekk, nissottolinjaw l-importanza li titkompla l-implimentazzjoni tar-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà fl-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi u għalhekk nappellaw għal fondi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati taħt il-komponenti eżistenti tal-IcSP.

Fl-aħħar nett, nilqgħu l-fatt li l-abbozz ta' baġit għall-2019 jintegra l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP). Nisħqu fuq il-fatt li t-twettiq tal-kompiti addizzjonali jirrikjedi strumenti finanzjarji addizzjonali ekwivalenti min-naħa tal-Istati Membri tal-UE fil-baġit tal-Unjoni u li dawn il-kompiti l-ġodda ma għandhomx ikunu ffinanzjati mill-allokazzjonijiet tal-baġit iddestinati għal politiki oħrajn. Flimkien mal-azzjoni preparatorja għar-riċerka tad-difiża tal-UE, dan il-programm huwa essenzjali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' kapaċità kooperattiva u għall-konsolidazzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea. Barra minn dan, intennu l-appell tagħna biex il-baġit tal-Unjoni jkopri n-nefqa amministrattiva u operattiva tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO).

Napprezzaw ħafna jekk is-suġġerimenti tal-kumitat tagħna jitqiesu matul in-negozjati baġitarji.

Dejjem tiegħek,

David McAllister  Brando Benifei

Kopja lil:  Is-Sur Daniele Viotti, Rapporteur għall-baġit tal-UE għall-2019


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Il-President

EXPO-COM-INTA D (2018) 24544

Is-Sur Daniele Viotti

Rapporteur għall-Baġit 2019

Kumitat għall-Baġits

Suġġett:  Il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' Baġit 2019

Għażiż Sur Viotti,

Bħala President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA), nixtieq ninfurmak dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat INTA għall-Baġit 2019, kif intlaħaq qbil dwarhom mill-Koordinaturi tal-Kumitat INTA fl-20 ta' Ġunju 2018.

L-ewwel nett, il-Kumitat INTA huwa tal-fehma li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jirfed b'mezzi finanzjarji suffiċjenti l-fatt li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-kummerċ bħala waħda mill-ogħla prijoritajiet fil-programm ta' ħidma tagħha. Il-kummerċ mhuwiex biss strument qawwi li jiġġenera tkabbir u impjiegi fl-Ewropa, iżda jservi wkoll ta' strument importanti ta' politika barranija, li jippromwovi l-valuri Ewropej lil hinn mill-Ewropa. Il-Kummerċ huwa wkoll strument ta' stabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni ġeopolitika fil-pajjiżi ġirien billi jipprospetta futur aħjar, joffri swieq ġodda għall-produtturi lokali u jservi ta' sors ta' investiment barrani dirett.

Assistenza Relatata mal-Kummerċ – L-UE tipprovdi assistenza relatata mal-kummerċ lill-pajjiżi sħab, bħal appoġġ għall-iskema ta' Għajnuna għall-Kummerċ. L-esperjenza turi li ebda pajjiż ma rnexxielu jikseb tkabbir ekonomiku fit-tul mingħajr parteċipazzjoni fis-swieq reġjonali u globali. Kummerċ approfondit jikkontribwixxi għal produzzjoni aktar effiċjenti permezz tal-ispeċjalizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'katini ta' valur reġjonali u globali. Imwettqa kif xieraq, l-assistenza relatata mal-kummerċ tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' negozjar u l-kapaċità li jiġi stabbilit qafas regolatorju li jiffaċilita l-kummerċ. L-assistenza tal-Unjoni relatata ma' TRACE ser tiżviluppa enfasi akbar fuq l-appoġġ taż-żieda fil-kummerċ intrareġjonali fir-reġjuni sħab tagħna.

Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju (SMEs) – L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea hekk kif jipprovdu 85 % tal-impjiegi ġodda kollha u huma għodda ewlenija biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali fi ħdan l-UE. L-enfasi fil-baġit għandha tkun fuq l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) billi jintużaw il-fondi kollha tal-UE disponibbli bħala appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni.

Huwa aċċettat li l-SMEs imexxu l-ekonomija u mhux isegwuha. Fil-biċċa l-kbira, huma l-SMEs li joħolqu t-tkabbir u l-innovazzjoni. Dan il-kontribut għandu jiġi rikonoxxut fil-baġit tal-UE.

Ftehimiet Kummerċjali – L-aġenda attwali tal-UE dwar in-negozjati kummerċjali hija l-aktar ambizzjuża li qatt kienet. Reċentement l-UE ikkonkludiet negozjati mal-Ġappun, Singapore, il-Vjetnam, il-Messiku u għandha negozjati li bħalissa għaddejjin, fost oħrajn, mal-pajjiżi tal-Mercosur, l-Indoneżja, iċ-Ċilì, l-Awstralja, New Zealand u t-Tuneżija. Sabiex din l-aġenda tirnexxi, trid tiġi kkomplementata b'riżorsi xierqa għal valutazzjonijiet interim u ex post tal-konformità ta' pajjiżi terzi mal-impenji tagħhom lejn l-UE fir-rigward ta' kwistjonijiet oħra ta' politika marbuta mal-ftehimiet kummerċjali bħad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol u l-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali. It-talbiet tas-soċjetà ċivili għal aktar trasparenza jeħtieġ li jiġu indirizzati aktar u jridu jiġu allokati biżżejjed riżorsi għall-analiżi u d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati.

Politika kummerċjali bbażata fuq il-valur – Filwaqt li l-politika kummerċjali internazzjonali isservi prinċipalment sabiex tippromwovi t-tkabbir ekonomiku bħala benefiċċju reċiproku, hija wkoll għodda li tippromwovi valuri oħra li l-Unjoni Ewropea qiegħda tinsisti dwarhom fil-qasam multilaterali, bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, l-istat tad-dritt, l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tax-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent. Il-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jridu jkunu vinkolanti u infurzabbli fl-intier tagħhom u l-impenji tal-pajjiżi terzi fl-ambitu tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi jirrikjedu biżżejjed riżorsi għall-monitoraġġ, id-djalogu u l-kooperazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet.

Tpaċija għat-Telf minn Brexit – Meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE, il-kontribuzzjoni tiegħu għall-baġit tal-UE bħala Stat Membru tispiċċa għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri tar-Renju Unit relatati mal-kooperazzjoni tiegħu mal-UE għad iridu jiġu determinati. Fi kwalunkwe każ Brexit ser jikkostitwixxi tnaqqis sinifikanti fid-dħul. Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel għall-politiki attwali tal-UE sal-mument tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, it-tħejjija għat-telf ta' dħul mistenni jeħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni fil-Baġit 2019. It-tama hija li l-UE tidħol fi ftehim kummerċjali sodisfaċenti mar-Renju Unit. Iż-żewġ sħab jibbenefikaw minn tali soluzzjoni.

Dejjem tiegħek,

Bernd Lange


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT

Ittra indirizzata fil-31 ta' Mejju 2018 minn Ingeborg Gräßle, President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u Joachim Zeller, Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-baġit lil Jean Arthuis, President tal-Kumitat għall-Baġits

Traduzzjoni

Suġġett:  Kontribuzzjoni f'isem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward tal-Mandat għat-trilogu baġitarju dwar il-baġit 2019

Sur President,

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex iżomm f'moħħu t-tħassib li ġej fil-mandat għat-trilogu baġitarju tiegħu

1.  Il-Kumitat huwa mħasseb ħafna, bħal fis-snin ta' qabel, mil-livell rekord ta' impenji pendenti. L-impenji pendenti laħqu ċ-ċifra rekord ta' EUR 238 biljun, sa tmiem l-2016, 72 % ogħla minn dik tal-2007 u ekwivalenti għal 2,9 snin ta' pagamenti mqabbla mat-2,2 snin tal-2007. Il-Kumitat jenfasizza li l-impenji pendenti finali laħqu l-EUR 266,8 biljun fil-31.12.2017 u li ż-żieda fl-2017 kienet ogħla minn dak li kien mistenni, jiġifieri t-EUR 8,28 biljun;

2.   Il-Kumitat jinnota b'mod partikolari li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi fl-ewwel tliet snin tal-QFP kurrenti wasslu għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' impenn mill-2014, primarjament għall-2015 u l-2016, u għal pagamenti baxxi fl-2016 (u implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'7 % matul il-perjodu 2014-2016 tal-QFP kurrenti). Nirrikonoxxu, madankollu, li fl-2017 l-implimentazzjoni tal-programmi FSIE aċċellerat. Nistennew li din it-tendenza tkompli fl-2018 u fl-2019; Il-Kumitat jemmen li għandhom jiġu pprovduti livelli suffiċjenti ta' fondi sabiex l-implimentazzjoni tipproċedi mingħajr xkiel;

3.   Il-Kumitat jibża' li lejn tmiem il-QFP kurrenti u fl-ewwel ftit snin tal-QFP li jmiss l-akkumulu ta' pagamenti mhux imħallsa jista' jiżdied; Nikkunsidraw li l-finanzjament tal-QFP il-ġdid se jeħtieġ approprjazzjonijiet baġitarji realistiċi biex ikopru l-impenji pendenti projettati;

4.   Il-Kumitat jirrimarka li l-fondi tal-Unjoni jirrappreżentaw sehem sinifikanti tan-nefqa pubblika ta' xi Stati Membri, b'mod partikolari li f'disa' Stati Membri (il-Litwanja, il-Bulgarija, il-Latvja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja, il-Kroazja, l-Estonja u s-Slovakkja) l-impenji pendenti tal-fondi SIE jirrappreżentaw sostenn finanzjarju ta' aktar minn 15 % tal-infiq ġenerali tal-gvern;

5.   Il-Kumitat jiddispjaċih li l-espożizzjoni finanzjarja ġenerali tal-baġit tal-Unjoni kibret, b'obbligazzjonijiet, garanziji u obbligazzjonijiet ġuridiċi sinifikanti fit-tul. Dawn l-obbligi jeħtieġu ġestjoni attenta fil-futur;

6.   Il-Kumitat jibża' li minkejja l-użu estensiv ta' strumenti speċjali (ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-lstrument ta' Flessibilità), u marġni, l-ammonti li jifdal fil-linji baġitarji jaf ma jkunux biżżejjed biex jiffinanzjaw avvenimenti mhux mistennija li jaf iseħħu qabel l-2020;

7.   Il-Kumitat innota b'mod partikolari li l-Kummissjoni mmobilizzat diversi fondi biex tindirizza l-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni, iżda jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma stabbilietx struttura ta' rapportar biex tkun tista' tirrapporta b'mod komprensiv dwar l-użu tal-fondi f'dak il-qasam. Niddeploraw il-fatt li huwa attwalment impossibbli li nkunu nafu kemm qed intefqu flus fuq kull migrant jew rifuġjat;

8.   Il-Kumitat jinsisti li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) jiġi ffinanzjat b'mod adegwat u jkollu persunal biżżejjed; jinnota li fl-abbozz ta' baġit għall-2019 il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tammonta għal total ta' EUR 4 911 000; jirrimarka li din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-persunal, l-infrastruttura u n-nefqa operattiva u operazzjonali tal-UPPE biex jinbeda l-iżvilupp tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE; jiddeplora l-fatt li 35 post tax-xogħol biss huma previsti, li jimplika li wara t-tnaqqis ta' postijiet tax-xogħol ta' (23) Viċi Prosekuturi, 12-il post tax-xogħol biss huma previsti għal kompiti amministrattivi; iqis li dan mhuwiex realistiku;

9.  Il-Kumitat jirrimarka wkoll li l-Unjoni qed tuża dejjem aktar strumenti finanzjarji u jiddispjaċih li, apparti dan, l-istabbiliment tal-FEIS joħloq arranġamenti ġodda ta' governanza, li għalihom il-livell ta' skrutinju pubbliku għadu mhux sodisfaċenti, u b'hekk jeħtieġ issir sorveljanza b'aktar reqqa min-naħa tal-Parlament;

10.  Il-Kumitat għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex:

a)  a) tieħu miżuri bl-għan li jiġu osservati strettament ir-regoli u l-iskedi ta' żmien rigward l-impenji pendenti;

b)  tassisti b'mod proattiv lill-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet permezz tal-assorbiment f'waqtu u mingħajr xkiel tal-finanzjament tal-Unjoni disponibbli billi jintużaw ir-riżorsi disponibbli għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni;

c)  tistabbilixxi għal skopijiet ta' ġestjoni u rapportar, mod ta' kif tirreġistra n-nefqa baġitarja tal-Unjoni li tippermetti li fil-futur isir rapportar dwar il-finanzjament kollu relatat mal-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni;

11.  Il-Kumitat, fl-aħħar nett, ifakkar li skont l-Artikolu 247 tal-abbozz tar-regolament finanzjarju rivedut, il-Kummissjoni se tkun obbligata tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja segwenti, sett integrat ta' rapporti finanzjarji u ta' akkontabilità li jinkludu, b'mod partikolari, tbassir fit-tul tal-flussi futuri tad-dħul u tal-ħruġ li jkopru l-5 snin li ġejjin.

Dejjem tiegħek,

Ingeborg Gräβle         Joachim Zeller

Il-President tal-Kumitat CONT    Ir-Rapporteur għall-Kwittanza tal-Kummissjoni


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL

D(2018) 22301

Is-Sur Daniele VIOTTI

Ir-rapporteur ġenerali għall-Baġit 2019

Kumitat għall-Baġits

ASP 15G217

Għażiż Sur Viotti,

Bi qbil mad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) fl-20 ta' Marzu 2018, kemm bħala President tal-Kumitat ENVI kif ukoll bħala Rapporteur Permanenti għall-Baġit, nixtieq ngħaddilek ir-rakkomandazzjonijiet tagħna dwar il-mandat għat-trilogu b'rabta mal-Abbozz ta' Baġit 2019.

Fuq livell ġenerali, nixtieq intenni, f'isem il-Kumitat ENVI, il-konvinzjoni qawwija tagħna li l-integrazzjoni tal-klima u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi huma ta' importanza orizzontali għall-politiki kollha tal-UE biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-istrateġija Ewropa 2020. Il-baġit tal-UE jrid jappoġġa t-twettiq tal-impenji internazzjonali, inklużi l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u t-twettiq tal-Ftehim ta' Pariġi. Huwa biss livell xieraq ta' appoġġ finanzjarju li jista' jgħin biex jittaffa t-tibdil fil-klima, u jagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, b'livell baxx ta' karbonju. Barra minn hekk, proġetti ffinanzjati mill-Ewropa m'għandux ikollhom impatt negattiv fuq din it-tranżizzjoni. F'dan il-kuntest, ninsabu mħassbin ħafna dwar ir-riskju li ma nilħqux il-mira ta' nfiq ta' mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE dwar azzjoni relatata mal-klima bejn l-2014 u l-2020. Għaldaqstant nixtieq nenfasizza li għandu jsir kull sforz biex jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet rilevanti fl-Abbozz ta' Baġit 2019 f'livell li ser jiżgura li l-mira ġenerali tal-baġit tal-UE ser tintlaħaq sa tmiem l-2020. Barra minn hekk, nixtieq nenfasizza li aħna nnotajna b'interess l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-finanzi ekoloġiċi u sostenibbli, bħala mod addizzjonali biex jiġi promoss l-investiment fl-ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari. F'dan il-kuntest, huwa importanti li tiġi stabbilita definizzjoni bbilanċjata ta' assi sostenibbli.

Barra minn hekk, nixtieq nappella biex fil-baġit 2019 jiġi allokat finanzjament adegwat li jiżgura l-protezzjoni fuq terminu twil tal-bijodiversità madwar l-UE. Il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħna, li hija intrinsikament marbuta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Huwa għalhekk importanti li t-tħassib dwar il-bijodiversità jiġi integrat f'oqsma oħra ta' politika. Fil-kuntest tal-finanzjament ta' Natura 2000, għandu jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli għal diversi proġetti, bl-użu ta' sinerġiji bejn sorsi differenti ta' finanzjament. Apparti dan, il-metodoloġija ta' traċċar għall-infiq b'rabta mal-bijodiversità għandha tittejjeb, b'mod partikolari f'dak li jirrigwardja l-infiq negattiv li jmur kontra l-protezzjoni tan-natura.

Barra minn hekk, fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-irkupru ekonomiku, l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ambjentali u li jirrispettaw il-klima, kif ukoll miżuri u proġetti, bħala opportunità biex itejbu s-saħħa pubblika, jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fost l-SMEs.

Is-saħħa hija valur fiha nnifisha u prerekwiżit għall-promozzjoni tat-tkabbir madwar l-UE kollha. Għalhekk, huwa ta' importanza kruċjali li jiġi restawrat il-programm tas-saħħa bħala programm strutturat għalih waħdu fil-QFP li jmiss. Is-saħħa pubblika hija prijorità għall-Kumitat ENVI, għalhekk huwa importanti li fir-rigward tal-ħidma li għaddejja dwar ir-reżistenza antimikrobika u valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa fost oħrajn, il-finanzjament meħtieġ għandu jkun adegwat biex tiġi żgurata politika tal-UE ambizzjuża dwar is-saħħa li tinkoraġġixxi u tikkomplementa l-azzjoni fil-livell tal-Istati Membri.

L-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ċivili, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf huma kollha kwistjonijiet ta' tħassib prinċipali għaċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk, nixtieq nenfasizza, f'isem il-Kumitat ENVI, li l-limiti massimi kif maqbula fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għandhom jiġu rrispettati b'mod sħiħ, u li kwalunkwe bidla li tnaqqas il-programmazzjoni baġitarja għal-linji baġitarji rispettivi trid tkun irrifjutata bil-qawwa. Nixtieq ukoll nenfasizza l-importanza tal-programmi LIFE u Saħħa għat-Tkabbir, kif ukoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jridu jinżammu fil-futur. Apparti dan, programmi iżgħar m'għandhomx jitwarrbu favur dawk li għandhom iżjed viżibilità mil-lat pubbliku u politiku. Barra minn hekk, il-proġetti pilota ġodda u l-azzjonijiet preparatorji inklużi fil-Baġit 2018 fil-qasam tal-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel għandhom jiġu segwiti b'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Baġit 2019, biex jiżguraw l-implementazzjoni komprensiva tagħhom.

Barra minn hekk, ippermettili ngħid li ninsabu partikolarment imħassba dwar ir-restrizzjonijiet baġitarji li jaffettwaw l-aġenziji deċentralizzati tal-UE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat tagħna. Minkejja li l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom qed jiżdiedu b'mod kostanti, ħafna minnhom sofrew tnaqqis sinifikanti fil-persunal fis-snin reċenti, irrispettivament mill-ammont ta' xogħol tagħhom. Nemmen li dawn l-aġenziji jridu jiġu allokati aktar riżorsi finanzjarji u umani, fejn xieraq, sabiex iwettqu l-mandat tagħhom u jeżegwixxu l-kompiti tagħhom, u biex jippromwovu approċċ ibbażat fuq ix-xjenza fl-UE. Għalhekk, nappoġġaw bil-qawwa approċċ ta' każ b'każ fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet individwali tal-aġenziji deċentralizzati.

Fl-aħħar nett, b'antiċipazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, mhux biss fuq l-aġenziji fil-kompetenza tiegħu (b'mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini), iżda wkoll fuq il-fondi u l-programmi tal-UE fl-oqsma tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, aħna nappellaw għal dawn il-fondi biex jissaħħu u jiġu salvagwardjati.

Jiena bgħatt ittra simili lis-Sur Jean Arthuis, President tal-Kumitat għall-Baġits.

Dejjem tiegħek,

Adina-Ioana Vălean


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits (BUDG)

Parlament Ewropew

D(2018)21285

AA/ge

Strasburgu,

Suġġett:  Il-prijoritajiet tal-Kumitat ITRE għall-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta’ Baġit 2019

Sur President tal-Kumitat tal-Baġit, għażiż Sur Arthuis,

Bħala rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE għall-Baġit 2019 u fid-dawl tat-trilogu baġitarju li jmiss, nixtiequ ngħaddulek il-prijoritajiet tal-Kumitat ITRE għall-Baġit 2019 permezz ta’ din l-ittra.

Qabelxejn, nixtiequ nirringrazzjaw lir-Rapporteur tal-Baġit 2019, is-Sur Daniele Viotti, f’isem il-membri tal-Kumitat ITRE għall-iskambju ta’ fehmiet siewi mal-Kumitat ITRE fl-24 ta’ April 2018, kif ukoll għall-informazzjoni utli dwar kwistjonijiet proċedurali li rċevejna mis-Segretarjat tal-Kumitat BUDG.

Il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-Baġit 2019 (2017/2286 (BUD)) fil-15 ta’ Marzu 2018. F’isem il-Kumitat ITRE, analizzajna dawn il-linji gwida. Ninsabu sodisfatti li ħafna mill-prijoritajiet ewlenin tagħna għall-Baġit 2019, li enfasizzajna wkoll waqt l-iskambju tagħna mas-Sur Viotti f’Marzu, diġà ġew adottati fir-riżoluzzjoni tal-Kumitat BUDG.

Napprezzaw li l-preokupazzjonijiet ewlenin tal-Kumitat ITRE bħat-tkabbir, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività, id-diġitalizzazzjoni, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli f’konformità mal-impenji tal-UE skont il-ftehim ta’ Pariġi ġew identifikati bħala prijoritajiet għall-Baġit 2019 u naqblu mal-Kumitat BUDG li l-baġit tal-UE huwa strument kruċjali biex nirreaġixxu għal dawn l-isfidi b’mod adegwat. Il-Kumitat ITRE għaldaqstant itenni l-appell tal-Kumitat BUDG favur żieda fil-baġit taħt l-Intestatura 1a, u speċjalment għal programmi u linji baġitarji rilevanti, li se nispjegaw f’aktar dettall hawn taħt. Dan huwa partikolarment essenzjali minħabba t-tnaqqis drastiku tal-Kunsill taħt din l-intestatura għall-baġit 2018.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodod ewlenin għall-kisba ta’ tkabbir sostenibbli, impjiegi ta’ kwalità u kompetittività fis-swieq globali għal bażi industrijali tal-UE li tħares ’il quddiem. L-Unjoni Ewropea għandha għalhekk tfittex li tiżviluppa t-tmexxija fl-innovazzjoni u fit-teknoloġiji rivoluzzjonarji madwar ir-reġjuni Ewropej kollha, qasam fejn attwalment għadha lura. F’dan ir-rigward, huwa allarmanti li 25 % biss mill-proposti ta’ kwalità għolja li jiġu ppreżentati jintgħażlu għall-finanzjament taħt il-programm Orizzont 2020, u dan qed iwassal għal rati ta’ suċċess baxxi ħafna. Dan huwa sinjal tal-finanzjament insuffiċjenti ta’ dan il-programm ta’ suċċess. Ir-rati ta’ suċċess l-iktar baxxi jinsabu f’dawn il-partijiet: “Teknoloġiji Futuri u Emerġenti”, l-Istrument għall-SMEs, “L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi” u “L-aċċess għal finanzjament ta’ riskju”, li kollha huma linji tal-programm ta’ importanza assoluta biex tinkiseb tmexxija fl-innovazzjoni, biex l-innovazzjoni tittieħed mir-riċerka għall-implimentazzjoni f’negozju kummerċjali u biex jiġu ffaċċjati l-isfidi msemmija qabel. Għalhekk, il-Kumitat ITRE japprezza ħafna jekk ikun hemm żieda fil-linji baġitarji rispettivi tal-Baġit 2019.

Aħna nikkondividu l-fehma tal-Kumitat tal-Baġit li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea. Huma wkoll sors ewlieni ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u sostenibbli, u flimkien man-negozji l-ġodda, in-negozji li qed jespandu u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, jistgħu jkunu mutur għall-innovazzjoni, bħal pereżempju l-ekoinnovazzjonijiet. Għalhekk, aħna nappoġġjaw kemm l-appell tiegħek għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-innovazzjoni u r-riċerka b’enfasi speċjali fuq l-SMEs, kif ukoll iż-żieda fl-approprjazzjonijiet tal-COSME għal dak il-għan.

Il-Kumitat ITRE jilqa’ wkoll l-enfasi tiegħek fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa u fuq l-appoġġ tal-intraprenditorija tan-nisa sabiex jinħolqu impjiegi sostenibbli għall-partijiet kollha tas-soċjetà. Aħna nqisu li dan huwa importanti biex isir użu sħiħ mill-potenzjal fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk nistiednu lill-Kummissjoni tipprovdi livelli ta’ appoġġ ogħla ġodda għar-riċerkaturi u l-intraprendituri żgħażagħ u nisa permezz ta’ programmi bħall-Orizzont 2020 u l-COSME.

Fil-qasam tal-politika tal-enerġija, il-Kumitat ITRE jenfasizza l-importanza tal-ikkompletar tas-suq intern tal-enerġija u tal-interkonnessjoni u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija tagħna. Għalhekk aħna nħossu l-ħtieġa li jiġu pprijoritizzati l-oqsma tal-baġit li jservu dan l-għan, speċjalment billi jiġu pprovduti fondi adegwati għal proġetti dwar l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar ta’ emissjonijiet, l-akkoppjament tas-setturi, il-grilji intelliġenti u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku permezz ta’ pereżempju assistenza teknika tal-FEIS u l-Orizzont 2020. Barra minn hekk, sabiex jappoġġja l-interkonnettività tan-netwerks tal-gass u tal-enerġija tagħna u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija sabiex tinkiseb enerġija sigura, affordabbli u nadifa għall-Ewropej kollha, il-Kumitat ITRE jenfasizza l-importanza li jkun hemm finanzjament suffiċjenti għall-proġetti ta’ interess komuni kif ukoll li jiġu pprovduti fondi addizzjonali għall-assistenza teknika tal-FEIS sabiex jiġu aggregati u ġġenerati l-proġetti dwar il-grilji intelliġenti, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli. Il-Kumitat ITRE jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu ffinanzjati “Proġetti dwar l-Enerġija Rinnovabbli ta’ Interess għall-Unjoni tal-Enerġija (RPEI).

Għall-istess għanijiet, kif ukoll sabiex jisssaħħaħ il-kombinemant tas-settur tan-netwerks diġitali, tal-enerġija u tat-trasport, il-Kumitat ITRE jenfasizza l-importanza tal-FNE u għalhekk jappella għal żieda fil-baġit tagħha għall-2019.

Kif enfasizzat mill-Kumitat BUDG, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tagħna huma kruċjali, peress li l-UE qed tistinka biex tikseb l-għanijiet tagħha dwar il-klima u tissodisfa l-għanijiet ta’ Sostenibbiltà tan-NU, kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Kumitat ITRE għalhekk japprezza t-talba tal-Kumitat BUDG għall-ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmu tal-integrazzjoni tal-klima. Intennu li l-mira għan-nefqa fuq l-iżvilupp sostenibbli u azzjoni dwar it-tibdil fil-klima għadha ma ntlaħqitx u għalhekk nappoġġjaw it-talba tal-Kumitat tal-Baġit biex mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE jintnefqu fuq l-għanijiet tal-klima u d-dekarbonizzazzjoni. Għandu jiġi pprovdut ukoll finanzjament suffiċjenti għat-tranżizzjoni ġusta tar-reġjuni b'intensità qawwija ta' karbonju u faħam.

Nirrikonoxxu l-importanza u l-utilità tal-FEIS u l-estensjoni tiegħu u nenfasizzaw id-dikjarazzjoni tiegħek li għandu jimxi lejn kopertura ġeografika aħjar sabiex jitrawwem żvilupp fir-reġjuni kollha. Madankollu, peress li l-programm Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huma strumenti kruċjali biex jinkisbu l-prijoritajiet tal-UE, il-Kumitat ITRE jissuġġerixxi li jerġgħu jiġu restawrati l-linji baġitarji għal dawn il-programmi li kienu nqatgħu mill-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS. Dan jista’ jsir billi jintużaw il-mezzi finanzjarji kollha li jeżistu fl-ambitu tar-Regolament-QFP attwali. F’dan ir-rigward, il-Kumitat ITRE jfakkar fl-impenn tal-Parlament matul in-negozjati tal-FEIS li jillimita kemm jista’ jkun l-impatt negattiv fuq dawn iż-żewġ programmi. Nenfasizzaw il-pożizzjoni ġenerali tal-Kumitat BUDG li l-prijoritajiet il-ġodda għandhom jiġu ffinanzjati b’approprjazzjonijiet ġodda.

Minħabba dan ir-raġunament, nieħdu nota tal-isfida tas-sigurtà li l-Unjoni Ewropea trid taffaċċja u tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) li ġie adottata fil-Parlament. Nilqgħu b’sodisfazzjon il-pożizzjoni tal-Kumitat BUDG li dan il-programm ikun finanzjat esklużivament permezz ta’ riżorsi finanzjarji minn strumenti speċjali jew marġini mhux allokati u ntennu li l-ebda programm eżistent ma għandu jiġi mxekkel bl-EDIDP.

Barra minn hekk, il-Kumitat ITRE jħoss li d-diġitalizzazzjoni hija kwistjoni ewlenija sabiex is-soċjetà u l-ekonomija tagħna jkunu adattati għall-futur. Fid-dawl ta’ dan, importanti li s-suq uniku diġitali jiġi ffinalizzat. Għaldaqstant, il-Kumitat ITRE jitlob mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-inizjattiva WIFI4EU u jinsisti sabiex jinżamm l-impenn li jitħallsu EUR 120 miljun bejn l-2017 u l-2019 għal din l-inizjattiva.

Barra minn hekk, il-Kumitat ITRE jilqa’ t-tħassib tiegħek dwar finanzjament suffiċjenti għall-aġenziji biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jimplimentaw b’mod xieraq il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE. Nenfasizzaw ukoll li b’dan il-baġit jintemmu t-tnaqqis ta’ 5 % fil-persunal u r-riżerva ta' riallokazzjoni. Għalhekk, il-Kumitat ITRE jaqbel mal-pożizzjoni li m’għandux ikun hemm tnaqqis ulterjuri fir-riżorsi tal-aġenziji. Barra minn hekk, infakkru l-pożizzjoni tagħna li r-riżorsi umani u finanzjarji tal-aġenziji li qed iħabbtu wiċċhom ma’ żieda fil-kompiti jew kompiti ġodda għandhom jiżdiedu kif meħtieġ. Għalhekk, peress li l-leġiżlazzjoni attwali qed tagħti aktar kompiti lill-ACER u l-ENISA, u x’aktarx tagħti aktar kompiti lill-Uffiċċju BEREC, aħna naqblu li għandu jkun hemm żieda fil-baġit u l-persunal tagħhom. Il-Kumitat ITRE enfasizza ripetutament il-ħtieġa li l-mandati estiżi jkunu akkumpanjati b’tisħiħ adegwat tar-riżorsi. In-nuqqas persistenti tar-riżorsi qed idgħajjef b’mod serju l-abbiltà tal-aġenziji li jwettqu l-mandati statutorji tagħhom. Peress li l-Aġenzija tal-GNSS qed taffaċċja l-isfida dejjem akbar tal-garanzija taċ-ċibersigurtà, u billi l-esternalizzazzjoni x’aktarx twassal għal kunflitti ta’ interess f’dan il-qasam sensittiv, il-Kumitat ITRE jħoss ukoll il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi umani u finanzjarji tagħha.

Barra minn hekk, il-Kumitat ITRE huwa sodisfatt li r-Renju Unit se jikkontribwixxi u jipparteċipa fil-baġits tal-2019 u l-2020 daqslikieku baqa’ fl-UE. Aħna għalhekk nemmnu li mhu se jkun hemm l-ebda impatt dirett tal-Brexit fuq il-baġit tal-2019 u għaldaqstant fuq il-programmi taħt il-kompetenza tal-Kumitat ITRE.

Fl-aħħar nett, il-Kumitat ITRE jaqbel mal-Kumitat BUDG dwar il-fatt li l-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji adegwati qed tiżdied u hija kruċjali, meta jitqies li qed noqorbu lejn tmiem il-QFP attwali u li għalhekk l-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali se tavvanzata b’mod rapidu.

Inkunu grati ħafna jekk il-Kumitat BUDG jikkunsidra l-prijoritajiet u t-tħassib tagħna fit-tħejjija tar-rapport tiegħu dwar il-mandat għat-trilogu. Aħna ħerqana biex inkomplu bil-kooperazzjoni bejn il-kumitati tagħna tul iċ-ċiklu baġitarju kollu tal-2019 u lil hinn.

Dejjem tiegħek

Jerzy Buzek          Jens Geier  

President Kumitat ITRE      Rapporteur għal Opinjoni tal-Kumitat ITRE

            għall-Baġit 2019

cc: Daniele Viotti, Rapporteur għall-Baġit 2019


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

CM/ds

D(2018)19768

Is-Sur Jean Arthuis

President tal-Kumitat għall-Baġits

WIC M02024

Suġġett:   Ittra ta' opinjoni dwar il-mandat għat-trilogu baġitarju ta' Lulju

Sur President,

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) jappella lill-Kumitat għall-Baġits biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu dwar il-mandat għan-negozjar tal-Baġit tas-sena 2019:

Il-Kumitat IMCO jixtieq ifakkar li Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb mingħajr ostakli għall-moviment ta' prodotti, servizzi, persuni u kapital huwa element fundamentali li joħloq tkabbir ekonomiku fl-UE, irawwem il-kompetittività tal-industrija tagħha, isostni l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u jgħin biex jittejbu l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Attwalment, l-ostakli żejda għall-iskambju liberu ta' prodotti u servizzi, l-infurzar inadegwat tar-regoli eżistenti, il-livelli baxxi ta' akkwist pubbliku transfruntier u n-nuqqas ta' appoġġ politiku għar-riformi strutturali jillimitaw l-opportunitajiet għan-negozji (speċjalment l-SMEs) u ċ-ċittadini, li tirriżulta f'inqas impjiegi u prezzijiet għoljin bla bżonn.

Għaldaqstant, il-Kumitat IMCO huwa tal-opinjoni li livell adegwat ta' parteċipazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'appoġġ għat-tlestija ta' suq uniku li jiffunzjona u għall-ħarsien effiċjenti tal-konsumatur huwa ferm importanti, b'mod partikolari fil-kuntest attwali tat-trasformazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-era diġitali. F'konformità mal-Istrateġija għal Suq Uniku u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, tal-Kummissjoni, il-Kumitat IMCO jappella għal finanzjament adegwat għall-elementi ewlenin li ġejjin fil-Baġit tas-sena 2019.

1 – Ħarsien tal-konsumatur

Ambjent favorevoli għall-konsumatur huwa fattur ewlieni għat-tlestija tas-Suq Uniku u għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur offriet prevedibbiltà u fiduċja liċ-ċittadini u lin-negozji f'bosta oqsma bħalma huma d-drittijiet tal-passiġġieri, id-drittijiet tal-konsumatur, il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti, klawsoli kuntrattwali inġusti, l-iffalsifikar ta' prodotti, jew il-kwalità diverġenti ta' prodotti.

Madankollu, għadhom jeżistu sfidi għall-politika tal-konsumatur, kemm fl-isfera diġitali kif ukoll f'dak fiżiku. Il-fatt li għadhom preżenti prodotti mhux sikuri u mhux konformi fis-suq Ewropew huwa argument favur il-koordinazzjoni aħjar u l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq. Rigward is-Suq Uniku Diġitali, iż-żieda tal-edukazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur regolari hija ferm importanti flimkien mal-aġġustament tad-drittijiet tal-konsumatur għall-bidliet teknoloġiċi. Għaldaqstant, il-Kumitat IMCO jixtieq jiżgura li finanzjament adegwat jiġi allokat għall-protezzjoni tal-konsumatur fil-Baġit tas-sena 2019, b'kont meħud tal-fatt li l-partijiet importanti tal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam huma mistennija jidħlu fis-seħħ fl-2018 jew fl-2019, fosthom:

•  "Direttiva dwar Kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta' oġġetti COM(2015)0635 -COM(2017)0637 2015/0288 (COD) IMCO/8/05564";

•  "Direttiva dwar il-Kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali" COM(2015)0634 - 2015/0287 (COD) CJ24/8/06371";

•  "Regolament dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 - COM(2017)256 final - 2017/0086(COD) - IMCO/8/09874";

•  "Regolament dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa - COM(2017) 495 final - 2017/0228 (COD) - IMCO/8/11036";

•  "Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi - COM(2018)0184 - 2018/0089 (COD) - IMCO/8/12818";

•  "Direttiva dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur - COM(2018)0185 - 2018/0090 (COD) - IMCO/8/12813".

•  Regolament dwar l-indirizzar mhux ġustifikat tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern COM (2016)0289 - 2016/0152 (COD) IMCO/8/06772.

•  "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha - COM (2017)0795 - 2017(0353) COD".

2 – Politika Doganali

Il-politika doganali għandha tkun eżempju perfett ta' qasam ta' politika fejn l-infiq pubbliku għandu l-potenzjal li jagħti bidu għal titjib li jkun għall-benefiċċju tal-ekonomija inġenerali kif ukoll għal kull Stat Membru u kumpanija jew individwu li jixtiequ jinvolvu ruħhom f'attivitajiet kummerċjali. Id-dwana tipproteġi s-Suq Uniku u s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini. Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jistabbilixxi l-qafas regolatorju għall-qasam doganali. Għandu jiġi mfakkar li l-benefiċċji tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jkollhom effett sħiħ biss wara li t-tranżazzjonijiet kollha jkunu bdew isiru b'metodi ta' pproċessar elettroniku.

Għalhekk, l-istrateġija ġenerali għad-dwana għandha tkun koerenti, ambizzjuża u tiġi implimentata b'mod effikaċi. Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri u l-infurzar effettiv tagħhom huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-frodi u sabiex jixprunaw il-kompetizzjoni.

Huwa neċessarju li jinżamm bilanċ ġust bejn l-isforzi tal-Istati Membri u dawk tal-baġit tal-Unjoni, b'rivalutazzjoni jekk il-livell tal-infiq f'dan il-qasam għandux jissaħħaħ sabiex jiġi kkofinanzjat l-iżvilupp rapidu ta' sistemi tal-IT interoperabbli. Ambjent kompletament elettroniku għall-attivitajiet tad-dwana jgħin sabiex jitnaqqsu b'mod effettiv 'l hekk imsejħa prattiki ta' "port shopping" minn esportaturi lejn l-Unjoni u jidentifikaw b'mod xieraq kull sottovalutazzjoni possibbli tal-importazzjonijiet sabiex jiġi garantit il-ġbir adegwat tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ possibbli fl-2019 tal-proposta ta' emenda għall-Artikolu 278 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni li ttawwal l-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħra minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data (COM(2018) 85 final – 2018/0040 (COD) – IMCO/8/12381), li effettivament testendi l-perjodu li fih il-proċeduri bil-karta, li meta mqabbel huma inqas effikaċi, jkunu permessi sal-mument fil-futur meta s-sistemi elettroniċi li jissostitwixxuhom ikunu operazzjonali.

Infiq adegwat fis-snin li ġejjin rigward dan il-qasam ta' politika fir-realtà jiżgura redditu mill-investiment fil-futur u li b'hekk huwa eżempju ta' nfiq aħjar tal-UE. Huwa fundamentali wkoll li jkun hemm livell suffiċjenti ta' persunal fi ħdan il-Kummissjoni għal dan il-qasam sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament bla xkiel tat-tranżizzjoni lejn ambjent ta' dwana-e effikaċi.

3 – SMEs u mikrointrapriżi

L-SMEs u l-mikrointrapriżi huma elementi fundamentali għall-ekonomija Ewropea. Il-Kumitat IMCO jqis li huwa tal-akbar importanza li dawn ikomplu jibbenefikaw minn informazzjoni u servizzi ta' assistenza bħal SOLVIT u L-Ewropa Tiegħek u b'mod ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea, ir-rilevanza tal-attività tagħhom biex jingħataw aktar appoġġ sabiex jidħlu fis-swieq barranin li qegħdin jiftħu u biex jiġu megħjuna jilqgħu t-trasformazzjoni diġitali u l-adozzjoni ta' mudelli ta' negozju tal-ekonomija ċirkolari. Livell xieraq ta' kapital jista' jixpruna l-kapaċità tagħhom li jiffaċċjaw l-isfidi tal-ekonomija u t-trasformazzjoni tagħha lejn il-kummerċ diġitali. Għaldaqstant, għandha titqiegħed enfasi fuq l-importanza ta' allokazzjoni baġitarja xierqa għall-COSME.

4 – Attivitajiet ta' standardizzazzjoni

Fl-aħħar nett, huwa tal-akbar importanza li jinżamm livell adegwat ta' finanzjament għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni. L-istandards huma l-pedament tas-Suq Uniku u jirfdu l-kompetittività tal-industrija Ewropea. Il-konsumaturi u partijiet ikkonċernati għandhom ikunu parti mill-proċess tal-iffissar ta' standards, kif previst fid-dritt tal-Unjoni.

Dejjem tiegħek,

Anneleen Van Bossuyt

CC: Is-Sur Daniele Viotti


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAS-SAJD

Ittra tal-11 ta' April 2018 minn Alain Cadec, President tal-Kumitat għas-Sajd, lil Daniele Viotti, Rapporteur Ġenerali għall-Baġit 2019

Traduzzjoni

Suġġett:  Il-Prijoritajiet tal-Kumitat PECH għall-Baġit tal-Kummissjoni 2019

Għażiż kollega,

Il-Kumitat għas-Sajd iddeċieda li jinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-baġit tal-Kummissjoni 2019 permezz ta' proċedura bil-miktub u f'forma ta' ittra adottata mill-Koordinaturi tiegħu fit-28 ta' Marzu 2018.

Il-Kumitat għas-Sajd, għalhekk, iddeċieda li l-prijoritajiet li ġejjin għandhom jiġu inkorporati fil-Mandat għat-Trilogu:

Ir-riżorsi finanzjarji tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) huma kkonċentrati fit-Taqsima III u t-Titolu 11, "L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)" u l-kontribuzzjonijiet obbligatorji lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Ftehimiet dwar Sajd Sostenibbli.

1.  Fondi tas-sajd adegwati u aċċessibbli huwa meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej, sabiex wieħed ilaħħaq mal-piż finanzjarju tal-obbligu ta' ħatt l-art u sabiex jinkiseb l-objettiv ta' rendiment massimu sostenibbli (MSY);

2.  L-Unjoni Ewropea hija l-importatur l-aktar importanti fid-dinja għall-prodotti tas-sajd; aktar minn 60 % tal-provvista ta' prodotti tas-sajd lejn l-EU jiġu minn ibħra internazzjonali u ż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi ta' Pajjiżi Terzi. Dispożizzjonijiet baġitarji adegwati u affidabbli jridu jiġu kkalkulati fil-baġit annwali għall-2019, b'mod partikolari minħabba t-tiġdid tal-Protokolli mal-Mawritanja u s-Senegal;

3.  Il-Kumitat għas-Sajd jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu biżżejjed dispożizzjonijiet finanzjarji għal attivitajiet kofinanzjati biex is-setturi tal-flotta kostali u artiġjanali jiksbu finanzjament; jirrikonoxxi li, abbażi tal-qafas ġenerali ffaċilitat mill-FEMS, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prijoritajiet ta' finanzjament tagħhom b'tali mod li jsolvu l-problemi speċifiċi ta' dan is-settur;

4.  Jinnota li l-Programmi Operazzjonali kollha għas-sajd ġew adottati mill-Istati Membri, u b'hekk, fl-eżerċizzju baġitarju 2019, il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom iħaffu l-azzjonijiet biex jiżguraw implimentazzjoni f'waqtha tal-proġetti kkonċernati;

5.  Jenfasizza li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS 2014-2020, erba' snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, għadu mhuwiex sodisfaċenti, peress li sa Marzu 2018 intużaw 3,5 % biss mill-fond ta' EUR 6,4 biljun; jittama li l-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS eventwalment jitjieb; jenfasizza li l-livell baxx ta' implimentazzjoni huwa dovut l-aktar għall-piżijiet burokratiċi fil-livell nazzjonali;

6.  Jitlob li jkun hemm aktar flessibbiltà fl-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet u, b'mod partikolari, sabiex il-finanzjament relatat mad-data mhux użat mill-Istati Membri jkun jista' jiġi ttrasferit lill-istituti ta' riċerka u, għal skopijiet ta' kontroll, lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA);

7.  Jinnota l-kwalità u r-rilevanza tal-ħidma konġunta mwettqa mill-Aġenzija bħala parti mill-proġett pilota komuni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u ma' Frontex dwar il-ħolqien ta' funzjoni ta' gwardji tal-kosta; iżda jfakkar lill-Kummissjoni li l-Aġenzija għandha tingħata riżorsi biżżejjed għal dan it-tip ta' proġett jew għal proġetti futuri oħra;

8.  Jenfasizza r-rata ta' implimentazzjoni eċċellenti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (99,6 %), li żdiedet meta mqabbla mas-sena preċedenti, u tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (88,5 %);

9.  Jenfasizza l-importanza li jinżamm għall-inqas l-istess livell ta' riżorsi ta' finanzjament għal investigazzjonijiet fil-qasam marittimu u tas-sajd, sabiex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli u jiġi kkonsolidat l-irkupru fejn l-ispeċijiet naqsu sew;

10.  Ifakkar fil-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir ta' data xjentifika u li jiġi żgurat aktar aċċess għaliha, u li jitrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' data xjentifika bejn is-setturi marittimi u tas-sajd, fuq naħa waħda, u l-komunità xjentifika, l-NGOs u entitajiet oħra fuq in-naħa l-oħra;

11.  Jenfasizza l-importanza tal-kontroll tas-sajd u tal-ġbir ta' data xjentifika, li huma pilastri tal-PKS; huwa tal-fehma li dawn jeħtiġilhom ikomplu jirċievu fondi mill-UE u li l-Istati Membri jeħtiġilhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex iżidu l-użu tar-riżorsi kkonċernati.

Dejjem tiegħek,

Alain CADEC


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

IPOL-COM-LIBE  D(2018)16301

Is-Sur Jean ARTHUIS

President tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 09G205

Brussell,

Suġġett:  Il-prijoritajiet tal-Kumitat LIBE għall-Abbozz tal-Baġit 2019

Sur President,

Qed niktiblek biex inwassallek il-prijoritajiet tal-Kumitat LIBE għall-abbozz ta' baġit 2019.

Il-Kumitat jistenna li l-livell ta' riżorsi finanzjarji previsti fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2019, inkluża ż-"żieda" maqbula għall-Intestatura III ("Sigurtà u Ċittadinanza") bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu fl-2017, jiġu kompletament ibbaġitjati. Fir-rigward tal-appoġġ umanitarju ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni, nistenna wkoll mill-Kummissjoni li l-pakkett kollu, ta' EUR 650 miljun mogħtija għall-perjodu 2016 - 2018, ikun intefaq kif ippjanat sal-aħħar tal-2018.

Minħabba l-isfidi kontinwi marbuta maż-żieda fin-numru ta' wasliet ta' migranti fil-fruntieri tal-UE, huwa ta' importanza kbira li jkun ipprovdut il-finanzjament neċessarju biex l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) jinbidel f'Aġenzija Ewropea għall-Asil li tiggarantixxi l-monitoraġġ u r-rispett tad-drittijiet proċedurali tal-applikanti kollha, u li tipprovdi faċilitajiet ta' akkoljenza kif ukoll miżuri ta' sostenn għall-integrazzjoni tal-migranti. Il-Kumitat LIBE jitlob ukoll lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm biżżejjed flus allokati fil-qasam tal-asil jekk il-fajls ewlenin fil-qasam tal-asil ikunu adottati din is-sena. F'dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li l-Frontex ikollha finanzjament adegwat sabiex tissodisfa l-mandat tagħha b'mod effettiv u tilħaq l-isfidi fil-fruntieri esterni tal-UE.

Rigward il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), il-Kumitat qed joqgħod fuq il-Kummissjoni li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fl-2018 biex tiżgura li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jassorbu l-fondi disponibbli tal-AMIF u tal-ISF fl-2019. Is-sitwazzjoni fi tmiem l-2017 li rriżultat f'riallokazzjoni ta' EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mill-AMIF minħabba kwistjonijiet ta' kapaċità ta' assorbiment ta' xi Stati Membri trid jiġi evitat fil-futur. F'dan il-kuntest il-Kumitat jixtieq li jinżammu t-talbiet tiegħu li tiġi stabbilita linja baġitarja waħda għal kull wieħed mill-objettivi (4 linji baġitarji meħtieġa minflok 2) sabiex il-Kumitat LIBE jkun jista' jaqdi r-rwol ta' skrutinju tiegħu u jsaħħaħ it-trasparenza tal-finanzjament tal-UE. Ir-rendikont kurrenti tal-linji baġitarji fl-AMIF huwa insodisfaċenti ħafna għall-Kumitat LIBE kif rifless mill-emendi baġitarji adottati fil-livell tal-Kumitat is-sena li għaddiet. Linja baġitarja ddedikata għandha wkoll tiġi stabbilita għall-appoġġ finanzjarju tal-operazzjonijiet ta' Tfittxija u Salvataġġ fuq il-Baħar mill-Istati Membri jew minn xi atturi privati eliġibbli.

Rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat għall-mekkaniżmi ta' sorveljanza fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Peress li huwa evidenti li d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea jinsabu taħt pressjoni, il-Kumitat jirrakkomanda li l-baġits tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) jiġu miżjuda b'mod xieraq. F'dan il-kuntest, anke l-appoġġ finanzjarju għad-drittijiet tal-bniedem u l-entitajiet tal-ugwaljanza għandhom ikunu ffinanzjati b'mod adegwat. Ikun ukoll essenzjali li fl-2019 l-Aġenzija EU-LISA jkollha biżżejjed riżorsi biex tkun tista' tirrekluta l-persunal u l-għarfien espert li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompiti addizzjonali li ġew assenjati lilha.

Rigward il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Kumitat jixtieq jenfasizza li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, ir-reati transfruntiera serji l-oħra, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità, hija prijorità. Il-ġlieda kontra r-reati ambjentali u kontra t-traffikar ta' bnedmin għandhom ukoll ikunu ffinanzjati kif xieraq fl-2019. Billi kien hemm żieda sostanzjali ta' dawn it-tip ta' fenomeni fl-Unjoni Ewropea, il-baġit tal-EUROJUST għandu jkun iffinanzjat biżżejjed biex ittejjeb ir-rwol tagħha rigward il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u ta' prosekuzzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, b'mod partikolari bl-iffaċilitar tal-eżekuzzjoni ta' assistenza legali reċiproka internazzjonali u tal-implimentazzjoni ta' talbiet għall-estradizzjoni. Il-Kumitat jinsisti wkoll fuq l-iżgurar ta' finanzjament xieraq għat-twaqqif tal-UPPE malajr kemm jista' jkun. Fid-dawl tar-rwol importanti tiegħu fil-ġlieda kontra t-tipi differenti ta' kriminalità u l-espansjoni tal-kooperazzjoni tiegħu ma' pajjiżi terzi, anki l-Europol għandu jiġi pprovdut b'fondi adegwati.

Barra minn hekk, il-finanzjament taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għandu jiżdied, biex ikun jista' jwettaq b'mod effikaċi l-kompitu ewlieni tiegħu li jipprovdi informazzjoni soda u komparabbli dwar id-drogi fl-Ewropa, kif ukoll biex jiżviluppa l-infrastruttura u l-għodod meħtieġa għall-ġbir ta' data tal-pajjiż b'mod armonizzat u ottimali. Dan huwa importanti minħabba ż-żieda ta' traffikar ta' drogi, li għandu wkoll rwol sostanzjali fil-finanzjament tat-terroriżmu globali u fiż-żieda fl-imwiet minħabba dożi eċċessivi relatati mal-opjojde fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kumitat iqis ir-reviżjoni tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) bħala ta' importanza kritika għat-titjib tal-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, għaż-żieda tal-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali online permezz ta’ standards aħjar tas-sigurtà tal-IT. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni tar-reviżjoni tal-mandat tal-ENISA għandha tkun iffinanzjata kif xieraq fl-2019.

Dejjem tiegħek,

Claude MORAES


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Il-President

Ref.: D(2018)18206

Is-Sur Jean Arthuis

President tal-Kumitat għall-Baġits

Bini Altiero Spinelli

ASP 09G205

B-1047 Brussell.

Suġġett:  Il-prijoritajiet tal-Kumitat AFCO għall-mandat għat-trilogu għall-Baġit 2019

Sur President,

Minħabba l-kalendarju strett ħafna għall-adozzjoni tar-Rapport tiegħek dwar il-Mandat għat-Trilogu għall-Baġit 2019, bħala Rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO dwar il-Baġit 2019 ingħatajt il-mandat li nħejji l-kontribut tagħna għal dan l-abbozz ta' rapport fl-għamla ta' ittra li tiddeskrivi l-prijoritajiet tal-AFCO għall-baġit tas-sena d-dieħla.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jixtieq għaldaqstant jiġbed l-attenzjoni tiegħek għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin, li jistħoqqilhom jiġu indirizzati fin-negozjati baġitarji ta' din is-sena:

- bħal dejjem, l-AFCO impenjat biex jiżgura finanzjament adegwat għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u għall-"Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" (ECI). Nemmnu li dawn iż-żewġ programmi huma kumplementari iżda fl-istess ħin għandhom ikunu ffinanzjati b'mod indipendenti peress li t-tnejn li huma importanti għall-involviment taċ-ċittadini b'modi differenti.

- kif forsi taf, fil-preżent qed naħdmu fuq l-abbozz ta' proposta tal-Kummissjoni li jirriforma l-ECI, li fih qed ninsistu dwar is-separazzjoni finanzjarja tal-Inizjattiva mill-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini". Irridu niksbu trasparenza sħiħa fir-rigward tal-finanzjament taż-żewġ programmi u għalhekk nemmnu li s-sorsi baġitarji tagħhom għadhom jiġu ssimplifikati u traċċabbli b'mod ċar.

- prijorità oħra tal-AFCO hija li jiġi żgurat finanzjament għall-komunikazzjoni maċ-ċittadini fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 u l-bidu ta' leġiżlatura ġdida. Ħerqana wkoll li nsaħħu d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. F'din il-perspettiva nixtiequ nesploraw il-possibbiltajiet għall-użu tal-baġit tal-UE sabiex jiġu ffinanzjati l-hekk imsejħa "konsultazzjonijiet għaċ-ċittadini".

Jien ninsab fiduċjuża li l-Kumitat għall-Baġits se jikkunsidra s-suġġerimenti tagħna meta jipprepara l-Mandat għat-Trilogu għall-Baġit 2019.

Dejjem tiegħek,

Prof. Danuta Hübner

CC:  Daniele Viotti, Rapporteur BUDG għall-Baġit 2019 - Taqsima III Kummissjoni

  Paul Rübig, Rapporteur BUDG għall-Baġit 2018 - Taqsimiet Oħra


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Urmas Paet, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, David Coburn, Thomas Waitz, Bogdan Brunon Wenta


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Paul Rübig, Inese Vaidere, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Vladimír Maňka, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

4

-

EFDD

Jonathan Bullock, David Coburn

ENF

André Elissen

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

VERTS/ALE

Thomas Waitz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2018Avviż legali