Proċedura : 2015/0907(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0248/2018

Testi mressqa :

A8-0248/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.2
CRE 04/07/2018 - 6.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0282

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 604kWORD 59k
2.7.2018
PE 623.806v02-00 A8-0248/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976

(09425/2018 - C8-0276/2018 - 2015/0907(APP))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Danuta Maria Hübner u Jo Leinen

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976

(09425/2018 – C8-0276/2018 – 2015/0907(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09425/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 223(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0276/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, u l-proposta annessa magħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mis-Senat Franċiż, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mis-Senat Netherlandiż, mill-Kamra tad-Deputati tan-Netherlands, mill-Parlament Żvediż, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jsostnu li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0248/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.


NOTA SPJEGATTIVA

  F'Novembru 2015, il-Parlament adotta proposta għar-riforma tal-liġi elettorali tal-UE li kellha l-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, issaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet, tagħmel il-funzjonament tal-Parlament innifsu aktar effiċjenti, u ttejjeb l-iżvolġiment tal-elezzjonijiet. Kien pass meħtieġ u mistenni bil-ħerqa għaċ-ċittadini Ewropej, li f'dawn l-aħħar 40 sena ilhom jeleġġu Membri tal-Parlament Ewropew taħt l-istess regoli antiki u fil-parti l-kbira nazzjonali.

  Wara kważi tliet snin ta' negozjati intensivi, il-Kunsill fl-aħħar laħaq qbil dwar din ir-riforma kruċjali għaċ-ċittadini Ewropej u għall-Parlament. Din hija rebħa fiha nnifisha, fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 223 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tirrikjedi pożizzjoni unanima tal-Istati Membri.

Tal-akbar importanza huwa l-fatt li dan kien l-ewwel tentattiv li rnexxa biex il-Parlament jimmodernizza r-regoli għall-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew sa mill-adozzjoni tal-Att Elettorali fl-1976. Jiftaħ it-triq għal riforma gradwali u komprensiva tal-elezzjonijiet Ewropej. L-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kien il-massimu li seta' jinkiseb fil-kuntest politiku tal-lum u bir-restrizzjonijiet tal-proċedura.

L-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att tal-1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tinkludi għadd ta' elementi pożittivi li se jtejbu b'mod sinifikanti n-natura u l-iżvolġiment tal-elezzjonijiet Ewropej fil-ġejjieni:

•    It-test huwa għalkollox konformi mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali u elettorali tal-Istati Membri;

•    Bir-regoli l-ġodda, iċ-ċittadini fl-aħħar mill-aħħar se jagħrfu aktar ir-rabta bejn il-partiti nazzjonali u l-kandidati li jikkontestaw l-elezzjonijiet kif ukoll l-affiljazzjoni tagħhom ma' partit politiku Ewropew. Billi naċċettaw din il-proposta, qed niftħu l-bieb biex kwistjonijiet Ewropej gradwalment jieħdu post dawk nazzjonali fid-dibattitu dwar l-elezzjonijiet Ewropej;

•    L-elezzjonijiet Ewropej se jsiru wkoll aktar aċċessibbli, bil-possibbiltà li jiddaħħlu l-votazzjoni postali u dik elettronika. Dan ifisser li l-parteċipazzjoni elettorali tikber, u li ċ-ċittadini se jkunu jistgħu jivvotaw b'mod sigur u komdu;

•    L-għoti tad-drittijiet tal-vot liċ-ċittadini tal-UE li jirrisjedu f'pajjiżi terzi jkollu impatt profond fuq il-parteċipazzjoni elettorali, peress li aktar minn 1,4 miljun ċittadin tal-UE huma residenti b'mod permanenti fl-Iżvizzera waħedha. Din il-possibbiltà issa hija rikonoxxuta minn ħafna Stati Membri, u aktarx li japplikawha wara li jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet il-ġodda;

•    L-iskadenza minima ta' żmien għall-istabbiliment ta' listi elettorali se taqdi bħala salvagwardja kontra deċiżjonijiet arbitrarji tal-aħħar minuta mill-partiti nazzjonali fl-Istati Membri;

•    Miżuri kontra l-votazzjoni doppja se jsaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess elettorali;

•  In-nomina ta' awtorità ta' kuntatt għall-iskambju tad-data dwar il-votanti u l-kandidati se tiżgura koordinament aħjar tal-awtoritajiet elettorali nazzjonali u tista' wkoll iżżomm lin-nies lura mill-possibbiltajiet ta' votazzjoni doppja;

•    Bil-limitu minimu, il-kundizzjonijiet elettorali għall-partiti politiċi fl-Istati Membri kollha jsiru aktar ugwali. Joħloq ukoll aktar ugwaljanza dwar il-piż tal-vot ta' kull ċittadin għall-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament;

•    L-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill huwa Att tal-Unjoni, bil-kontra tal-karattru intergovernattiv tal-Att dwar l-elezzjonijiet tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja se jkollha ġurisprudenza dwar dawk il-partijiet tal-Att Elettorali li huma emendati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill. Dan jagħti liċ-ċittadini ċ-ċertezza legali.

Minkejja li l-Kunsill kien mistenni jkun aktar ambizzjuż, il-Parlament Ewropew issa għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu bil-ħeffa u b'hekk juri li, anki fil-kuntest politiku diffiċli tal-lum, id-demokrazija Ewropea tista' tittejjeb pass pass. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala pass wieħed fit-triq, aktar milli bħala l-punt tat-tmiem.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

09425/2018 – C8-0276/2018 – 2015/0907(APP)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

18.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

 

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jo Leinen

26.2.2015

Danuta Maria Hübner

26.2.2015

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Guy Verhofstadt

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Ashley Fox, Jérôme Lavrilleux, David McAllister, Cristian Dan Preda

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Jonás Fernández, Birgit Sippel

Data tat-tressiq

2.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

15

+

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Elmar Brok, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Jonás Fernández, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira, Birgit Sippel

8

-

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Guy Verhofstadt

ECR

Ashley Fox

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep Maria Terricabras

1

0

EFDD

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Lulju 2018Avviż legali