Proċedura : 2009/0018(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0254/2018

Testi mressqa :

A8-0254/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/10/2018 - 7.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0361

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 602kWORD 58k
12.7.2018
PE 621.984v01-00 A8-0254/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra

(06730/2018 – C8‑0160/2018 – 2009/0018(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Francisco Assis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra

(06730/2018 – C8‑0160/2018 – 2009/0018(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċizjoni tal-Kunsill (06730/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0160/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0254/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.

(1)

  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 32


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

F'Ottubru 2007, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim komprensiv fil-qasam tal-avjazzjoni mal-Kanada (il-"Ftehim").

Il-mandat ta' negozjar waqqaf l-objettiv li tiġi stabbilita Żona tal-Avjazzjoni Miftuħa bejn l-UE u l-Kanada, biex toħloq suq uniku għat-trasport bl-ajru fejn l-investiment ikun jista' jiċċaqlaq liberament fih u fejn il-linji tal-ajru Ewropej u Kanadiżi jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tal-ajru mingħajr ebda restrizzjoni, inkluż fis-swieq nazzjonali taż-żewg partijiet.

Kontenut tal-ftehim

Il-Ftehim jinkludi l-introduzzjoni gradwali ta' drittijiet tat-traffiku u ta' opportunitajiet tal-investiment, kif ukoll kooperazzjoni komprensiva f'għadd ta' kwistjonijiet li jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, aspetti soċjali, l-interessi tal-konsumaturi, l-ambjent, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, l-għajnuniet mill-istat u l-kompetizzjoni.

Il-linji tal-ajru kollha tal-UE jkunu jistgħu joperaw titjiriet diretti lejn il-Kanada minn kwalunkwe post fl-Ewropa. Il-Ftehim ineħħi r-restrizzjonijiet kollha fuq ir-rotot, il-prezzijiet jew fuq in-numru ta' titjiriet fil-ġimgħa bejn il-Kanada u l-UE. Il-linji tal-ajru se jkunu fil-libertà li jagħmlu arranġamenti kummerċjali, bħal ftehimiet ta' kondiviżjoni tal-kodiċi (code-sharing), li huma importanti għal-linji tal-ajru li jservu numru kbir ta' destinazzjonijiet, u li jistabbilixxu t-tariffi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni. Il-Ftehim fih dispożizzjonijiet għall-ftuħ gradwali tas-suq li jkun marbut mal-għoti ta' libertajiet akbar għall-investiment miż-żewġ naħat:

L-ewwel fażi tapplika meta s-sjieda barranija tal-linji tal-ajru tkun limitata għal 25 fil-mija, kif kien il-każ meta tlestew in-negozjati dwar il-ftehim. Il-linji tal-ajru jkollhom il-libertà assoluta li joperaw servizzi diretti bejn kwalunkwe post fl-Ewropa u kwalunkwe post fil-Kanada. Ma jibqax ikun hemm limiti fuq l-għadd ta' linji tal-ajru li jtiru bejn l-UE u l-Kanada u lanqas fuq l-għadd ta' servizzi mħaddma minn xi linja tal-ajru. Il-linji tal-ajru li jġorru merkanzija jkollhom id-dritt li jkomplu t-titjira tagħhom lejn pajjiżi terzi.

It-tieni fażi tibda hekk kif il-Kanada tkun ħadet il-passi meħtieġa li jippermettu lill-investituri Ewropej ikunu sidien ta' 49 % tal-ishma bid-dritt tal-vot tal-linji tal-ajru Kanadiżi. Dan ifisser li jkunu disponibbli ċerti drittijiet addizzjonali, inkluż id-dritt li l-operaturi tal-merkanzija jipprovdu servizzi lil pajjiżi terzi mill-parti l-oħra mingħajr konnessjoni mal-punt ta' oriġini tagħhom (l-hekk imsejħa "drittijiet tas-seba' libertà"). Fil-fatt, il-Kanada introduċiet din il-possibilità f'Marzu 2009.

It-tielet fażi tibda ladarba ż-żewġ naħat jippermettu lill-investituri li jwaqqfu u jikkontrollaw linji tal-ajru ġodda fis-swieq ta' xulxin. Imbagħad il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jkomplu bit-titjira tagħhom lejn pajjiżi terzi.

Ir-raba' fażi hija l-aħħar stadju fejn jinkisbu d-drittijiet sħaħ biex linja topera bejn iż-żewġt iswieq, fihom, u lil hinn minnhom, inkluż bejn punti fit-territorju tal-parti l-oħra (kabotaġġ). Din tinkiseb ladarba ż-żewġ naħat jagħmlu passi biex jippermettu s-sjieda u l-kontroll sħaħ tal-linji tal-ajru tagħhom minn ċittadini tal-parti l-oħra.

Iż-żewġ naħat qablu li jikkooperaw mill-qrib sabiex inaqqsu l-effetti tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima. Fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, il-Ftehim jipprevedi rikonoxximent reċiproku ta' standards u ta' "sigurtà b'waqfa waħda" (jiġifieri li l-passiġġieri, il-bagalji u l-merkanzija fi tranżitu jkunu eżentati minn kwalunkwe miżura ta' sigurtà addizzjonali). Hemm ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex itejbu l-interessi tal-konsumaturi, inkluż impenn għat-twettiq ta' konsultazzjonijiet, bil-ħsieb li jiksbu approċċi kompatibbli safejn dan ikun possibbli, dwar kwistjonijiet bħal kumpens għal passiġġieri li ma jitħallewx jimbarkaw, miżuri ta' aċċessibilità u rimborżi lill-passiġġieri. It-test jipprevedi mekkaniżmu b'saħħtu biex jiżgura li l-linji tal-ajru ma jsofrux diskriminazzjoni f'termini ta' aċċess għal infrastruttura jew sussidji mill-istat.

Fl-aħħar, skont studju mniedi mill-Kummissjoni, ftehim miftuħ mal-Kanada jiġġenera żieda ta' nofs miljun passiġġier fl-ewwel sena tiegħu u, fi żmien ftit snin, żieda ta' 3,5 miljun passiġġier jistgħu jkunu mistennija li jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li dan il-ftehim jista' joffri. Il-Ftehim jista' jiġġenera benefiċċji lill-konsumaturi ta' mill-anqas €72 miljun permezz ta' tariffi aktar baxxi, u joħloq ukoll impjiegi ġodda.

Proċedura

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (il-"Ftehim") f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ottubru 2007, li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati.

Il-Ftehim kien ġie inizjalat fit-30 ta' Novembru 2008, kien ġie approvat mis-samit UE-Kanada fis-6 ta' Mejju 2009 u ffirmat fis-17 u t-18 ta' Diċembru 2009; soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/417/KE(1) tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill.

Dan ġie applikat b'mod proviżorju minn meta ġie ffirmat, f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/417/KE.

Fl-24 ta' Marzu 2011, wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat TRAN, il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu(2) għall-konklużjoni tal-Ftehim.

F'Ottubru 2016, il-Ftehim ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha, minbarra r-Repubblika tal-Kroazja. Huwa previst li r-Repubblika tal-Kroazja taderixxi mal-Ftehim skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011.

Fl-10 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta emendata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, biex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-modifiki ġuridiċi rikjesti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-28 ta' April 2015(3) fil-Kawża C-28/12.

Sabiex jiġi konkluż il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew kif rikjest mill-Artikolu 218 tat-TFUE.

Skont l-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni li tapprova jew tiċħad l-att propost. Il-Parlament għandu wara jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika u ma jista' jressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Il-Kanada hija sieħba ewlenija tal-Unjoni Ewropea. Kif ġie inizjalment iddikjarat fir-Rakkomandazzjoni tal-2007 tal-Kumitat TRAN, dan il-Ftehim huwa ambizzjuż ħafna u kompletament konformi mal-politika Ewropea li tfittex li ttejjeb kemm il-konnessjonijiet bejn is-swieq rispettivi kif ukoll ir-rabtiet interpersonali, u anki toħloq opportunitajiet ġodda fis-settur tal-linji tal-ajru.

Huwa jifforma parti mill-qafas ta' politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit mid-diversi komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet tal-Parlament (pereżempju r-Rapport dwar "Strateġija tal-avjazzjoni għall-Ewropa" vvotat fi Frar 2017(4)).

Fid-dawl tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, ir-rapporteur jissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli fir-rigward tal-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.

(1)

ĠU L 207, 6.8.2010, p. 30.

(2)

A7-0045/2011 u P7_TA(2011)0107.

(3)

Il-Kawża C-28/12, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta' April 2015, ĠU C 213/3 tad-29 ta' Ġunju 2015.

(4)

A8-0021/2017.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

EC-Canada air transport agreement

Referenzi

06730/2018 – C8-0160/2018 – 15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

22.11.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

2.5.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Francisco Assis

22.1.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Substitutes present for the final vote

Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

Data tat-tressiq

12.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

Jacqueline Foster, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

Daniela Aiuto

Marie‑Christine Arnautu, Georg Mayer

Merja Kyllönen

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter‑Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian‑Jean Marinescu, Markus Pieper, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg‑Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander‑Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

1

-

GUE/NGL

Marie‑Pierre Vieu

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018Avviż legali