Proċedura : 2018/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0255/2018

Testi mressqa :

A8-0255/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2018 - 6.1

Testi adottati :

P8_TA(2018)0334

RAPPORT     ***I
PDF 617kWORD 55k
12.7.2018
PE 623.611v02-00 A8-0255/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż

(COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Adina-Ioana Vălean

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż

(COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0199),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0156/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Lulju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0255/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tibda n-negozjati mal-Ġappun dwar Ftehim ta' Kummerċ Ħieles. Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim ambizzjuż u komprensiv ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun abbażi tad-direttivi għan-negozjar li l-Kunsill kien adotta fl-2012, bil-għan li jinħolqu opportunitajiet ġodda u tingħata ċ-ċertezza legali sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ naħat. Din il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tintroduċi deroga mir-regoli tal-Unjoni rigward id-daqs tal-fliexken, għall-ispirtu ddistillat darba biss, imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż, li tradizzjonalment jinbiegħ fi fliexken li jesgħu erba' "go"(合) jew "sho"(升) wieħed, li jikkorrispondu għal kwantitajiet nominali ta' 720 ml ("go" wieħed jikkorrispondi għal 180 ml) u ta' 1800 ml rispettivament, li bħalissa mhumiex fost il-kwantitajiet nominali permessi fl-Unjoni skont id-Direttiva 2007/45/KE li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kwantitajiet nominali tal-prodotti imballati minn qabel. Din il-proposta hija emenda għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89. L-UE ffinalizzat in-negozjati għal ftehim kummerċjali mal-Ġappun. Fil-prinċipju ntlaħaq ftehim fis-7 ta' Lulju 2017 u n-negozjati ġew iffinalizzati fit-8 ta' Diċembru 2017. Fit-18 ta' April 2018, il-Kummissjoni ppreżentat it-test tal-ftehim lill-Kunsill. Dan il-pass jimmarka l-bidu tal-proċess ta' ratifika fil-livell tal-UE u huwa l-ewwel pass lejn l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim. Ladarba jiġi approvat mill-Kunsill, il-ftehim jintbagħat lill-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jidħol fis-seħħ qabel tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni Ewropea fl-2019. Id-deroga li qed tiġi proposta biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun tista' tiddaħħal biss permezz ta' Regolament minħabba li trid tapplika fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha malli jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun. Sabiex jiġu ppreservati d-dispożizzjonijiet innegozjati fil-qafas tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-Ġappun, ir-Rapporteur qed tipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata mingħajr emendi. L-istess proċedura ser tiġi segwita fil-livell tal-Kunsill.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ “shochu”, li jsir fil-Ġappun b’lampik tat-tip “pot still” u li jiġi bbottiljat f’dan il-pajjiż

Referenzi

COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

2.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

2.5.2018

IMCO

2.5.2018

AGRI

2.5.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

16.5.2018

IMCO

16.5.2018

AGRI

20.6.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

16.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Alojz Peterle, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Joulaud, Stanisław Ożóg

Data tat-tressiq

12.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Stanisław Ożóg, Bolesław G. Piecha, John Procter

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Anja Hazekamp

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Marc Joulaud, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean

S&D

Guillaume Balas, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Davor Škrlec, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julie Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Lulju 2018Avviż legali