Proċedura : 2014/0023(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0256/2018

Testi mressqa :

A8-0256/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2018 - 6.3

Testi adottati :

P8_TA(2018)0336

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 591kWORD 55k
12.7.2018
PE 620.898v02-00 A8-0256/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(12256/2014 – C8-0080/2017 – 2014/0023(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Francisco Assis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(12256/2014 – C8-0080/2017 – 2014/0023(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12256/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12255/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0256/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada kien ġie inizjalat fit-30 ta' Novembru 2008, kien ġie approvat mis-summit UE-Kanada fis-6 ta' Mejju 2009 u ffirmat fis-17-18 ta' Diċembru 2009; soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/417/KE(1) tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill. Il-Ftehim huwa ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru li jinkludi d-dħul gradwali ta' drittijiet tat-traffiku u ta' opportunitajiet ta' investiment, kif ukoll kooperazzjoni wiesgħa f'għadd ta' kwistjonijiet li jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, il-kwistjonijiet soċjali, l-interessi tal-konsumaturi, l-ambjent, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, l-għajnuniet mill-istat u l-kompetizzjoni.

L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Skont l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja(2), il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja mill-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar permezz ta' protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta' Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni tinnegozja Protokolli li jemendaw il-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-UE, jew l-UE u l-Istati Membri tagħha, ma' pajjiżi terzi, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja ngħaqdet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha.

Il-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Kanada.

Id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-Protokoll

L-iskop tal-Protokoll huwa li jippermetti lir-Repubblika tal-Kroazja ssir Parti għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (l-Artikolu 1) u li jipprevedi l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa li jirriżultaw (Artikolu 2). Il-Protokoll ma jintroduċi l-ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada.

Il-proċedura

Il-Protokoll ġie ffirmat fis-27 ta' Jannar 2017. Sabiex jiġi konkluż il-Protokoll, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. F'konformità mal-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u m'għandha titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. Huma ammissibbli biss emendi li jkollhom l-għan li jreġġgħu lura r-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

(1)

ĠU L 207, 6.8.2010, p. 30.

(2)

ĠU L 112, 24.04.2012, p.21


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

12256/2014 – C8-0080/2017 – 2014/0023(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

23.2.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Francisco Assis

18.11.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

Data tat-tressiq

12.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

Jacqueline Foster, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

Daniela Aiuto

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

 

0

-

 

 

0

0

 

 

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018Avviż legali