dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0698),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0258/2018),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 (il-"Programm Euratom"). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħall-Programm 2014-2018, jappoġġa l-istess attivitajiet u juża l-istess mod ta' implimentazzjoni li ta prova li huwa effiċjenti u xieraq għall-fini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità u jintlaħqu l-objettivi f'dan il-qasam, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 (il-"Programm Euratom"). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħall-Programm 2014-2018, jappoġġa l-istess attivitajiet u juża l-istess mod ta' implimentazzjoni li ta prova li huwa effiċjenti u xieraq għall-fini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari serji jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-"JRC") jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom.
(6) Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari serji jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem, kif ukoll lill-ambjent, fit-terminu medju u fit-tul. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-"JRC") jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-"Pjan SET"), stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 fi Brussell, qed jaċċellera l-iżvilupp ta' portafoll ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Frar 2011, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu l-investiment fis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u f'teknoloġiji sikuri u sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-teknoloġija stabbiliti fil-Pjan SET. Kull Stat Membru jibqa' ħieles li jagħżel it-tip ta' teknoloġiji li jappoġġa.
(7) Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-"Pjan SET"), stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 fi Brussell, qed jaċċellera l-proċess tal-innovazzjoni fil-qasam ta' teknoloġiji Ewropej avvanzati b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Frar 2011, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu l-investiment fis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u f'teknoloġiji sikuri u sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju inkluża l-enerġija nukleari u se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-teknoloġija stabbiliti fil-Pjan SET. L-Azzjoni 10 (nukleari) tal-Pjan SET għandha l-għan li: Iżżomm livell għoli ta' sikurezza tar-reatturi nukleari u taċ-ċikli tal-fjuwil assoċjati waqt l-operazzjoni u d-dekummissjonar, filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tagħhom. Kull Stat Membru huwa liberu li jagħżel it-tip ta' teknoloġiji li jappoġġa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2008, irrikonoxxa l-ħtieġa kontinwa għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka u koordinati fil-livell tal-Komunità.
(8) Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2008, irrikonoxxa l-ħtieġa kontinwa għal ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ adatti fil-livelli kollha u koordinazzjoni xierqa ma' proġetti ta' riċerka fil-livell Ewropew.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti.
(9) Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li r-riċerka nukleari taqdi rwol importanti fl-Istati Membri kollha, mhux l-inqas fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Biex il-fużjoni ssir opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett hemm bżonn li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu. It-tieni nett hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex jintlaħqu dawk il-miri hemm bżonn li l-programm Ewropew tal-fużjoni jiġi dirett lejn programm konġunt ta' attivitajiet li jimplimentaw dan il-pjan direzzjonali. Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet ta' attivitajiet li għaddejjin fir-riċerka dwar il-fużjoni, kif ukoll l-impenn fit-tul tal-partijiet ikkonċernati fil-fużjoni kif ukoll il-kollaborazzjoni bejniethom, jenħtieġ li jkun żgurat l-appoġġ kontinwu tal-Komunità. Jenħtieġ li jkun hemm fokus aktar b'saħħtu primarjament fuq l-attivitajiet b'appoġġ għall-ITER, iżda wkoll fuq l-iżviluppi lejn ir-reattur ta' dimostrazzjoni, inkluż l-involviment aktar b'saħħtu, kif jixraq, mis-settur privat. Tali razzjonalizzazzjoni u ffukar mill-ġdid jenħtieġ li jinkisbu mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.
(11) Biex il-fużjoni ssir opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett hemm bżonn li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu u l-Programm EURATOM jista' jagħti kontribut sinifikanti. It-tieni hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex jintlaħqu dawk il-miri hemm bżonn li l-programm Ewropew tal-fużjoni jiġi dirett lejn programm konġunt ta' attivitajiet li jimplimentaw dan il-pjan direzzjonali. Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet ta' attivitajiet li għaddejjin fir-riċerka dwar il-fużjoni, kif ukoll l-impenn fit-tul tal-partijiet ikkonċernati fil-fużjoni kif ukoll il-kollaborazzjoni bejniethom, jenħtieġ li jkun żgurat l-appoġġ kontinwu u fit-tul tal-Komunità. Jenħtieġ li jkun hemm fokus aktar b'saħħtu primarjament fuq l-attivitajiet b'appoġġ għall-ITER, iżda wkoll fuq l-iżviluppi lejn ir-reattur ta' dimostrazzjoni, inkluż l-involviment aktar b'saħħtu, kif jixraq, mis-settur privat. Tali razzjonalizzazzjoni u ffukar mill-ġdid jenħtieġ li jinkisbu mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Il-JRC jenħtieġ li jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u tat-taħriġ fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-riċerka fl-Unjoni, kwalunkwe attività ġdida mwettqa mill-JRC jenħtieġ li tkun analizzata sabiex tiġi kkontrollata l-konsistenza tagħha ma' attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri. L-aspetti tas-sigurtà tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jenħtieġ li jkunu limitati għall-azzjonijiet diretti tal-JRC.
(12) Il-JRC jenħtieġ li jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u tat-taħriġ fis-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardjiun-nonproliferazzjoninukleari. Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-riċerka fl-Unjoni, kwalunkwe attività ġdida mwettqa mill-JRC jenħtieġ li tkun analizzata sabiex tiġi kkontrollata l-konsistenza tagħha ma' attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri. L-aspetti tas-sigurtà tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jenħtieġ li jkunu limitati għall-azzjonijiet diretti tal-JRC.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(14) Fl-interess tal-Istati Membri kollha tagħha r-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa qafas biex tappoġġa riċerka konġunta mill-aktar avvanzata, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħti kontribut ewlieni. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, datata s-6 ta' Ottubru 2010, intitolata "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni", li fiha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.
(14) Fl-interess tal-Istati Membri kollha tagħha r-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa qafas biex tappoġġa riċerka mill-aktar avvanzata konġunta, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, l-ipproċessar tal-iskart nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħti kontribut ewlieni. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, datata s-6 ta' Ottubru 2010, intitolata "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni", li fiha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiffavorixxi involviment infurmat taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom.
(15) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiżgura provvista aħjar tal-informazzjoni biex jippermetti involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17) L-eżiti tad-dibattiti li saru fis-Simpożju dwar "Il-Vantaġġi u l-Limitazzjonijiet tar-Riċerka dwar il-Fissjoni Nukleari għal Ekonomija b'Livell Baxx ta' Emissjoni ta' Karbonju" mħejji matul studju interdixxiplinarju li kien jinvolvi, fost l-oħrajn, esperti mill-oqsma tal-enerġija, l-ekonomija u x-xjenzi soċjali, organizzat flimkien mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fis-26 u s-27 ta' Frar 2013, irrikonoxxew il-ħtieġa li titkompla r-riċerka nukleari fil-livell Ewropew.
(17) L-eżiti tad-dibattiti li saru fis-Simpożju dwar "Il-Vantaġġi u l-Limitazzjonijiet tar-Riċerka dwar il-Fissjoni Nukleari għal Ekonomija b'Livell Baxx ta' Emissjoni ta' Karbonju" mħejji matul studju interdixxiplinarju li kien jinvolvi, fost l-oħrajn, esperti mill-oqsma tal-enerġija, l-ekonomija u x-xjenzi soċjali, koorganizzat mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fis-26 u s-27 ta' Frar 2013, irrikonoxxew il-ħtieġa li titkompla r-riċerka nukleari, inkluża r-riċerka dwar il-fissjoni, fil-livell Ewropew.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(18) Il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi17, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispetata n-natura volontarja tagħhom.
(18) Il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni u jgħin sabiex iħeġġeġ liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fir-riċerka f'dan il-qasam. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi17, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.
_________________
_________________
17 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
17 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(19) L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom jenħtieġ li jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(19) L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom iridu jikkonformaw mal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel, itejbu l-aċċess tagħhom għall-programmi ta' riċerka sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(20) L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-enerġija tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu bl-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
(20) L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-enerġija tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jissostitwixxu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar l-użu tal-annimali jiġi pprojbit. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu bl-iżgurar tal-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(21) Jenħtieġ li jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-impriżi żgħar u medji.
(21) Jenħtieġ li jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-impriżi żgħar u medji, inklużi atturi innovattivi ġodda emerġenti fiż-żona tar-riċerka rilevanti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(25) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati skorrettament u, fejn xieraq, penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, li tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball għal kontroll ibbażat fuq ir-riskju u d-detezzjoni tal-frodi, jenħtieġ li tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.
(25) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet permezz ta' proċeduri ta' awditu konġunti, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati skorrettament u, fejn xieraq, penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, li tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball għal kontroll ibbażat fuq ir-riskju u d-detezzjoni tal-frodi abbażi ta' prinċipji u kriterji komuni fil-livell tal-UE, jenħtieġ li tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 26
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(26) Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tiegħu għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.
(26) Huwa importanti li jiġu żgurati amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u li l-benefiċjarji potenzjali jkunu infurmati kif xieraq, sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament Finanzjarju")19 u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.
_________________
_________________
19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 33
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(33) Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f'oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trażversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom u b'mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
(33) Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f'oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trażversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom kif ukoll b'mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020, pereżempju fil-każ tal-azzjonijiet Marie Skłodowská Curie li jappoġġaw il-mobbiltà tar-riċerkatur.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jappoġġaw l-operat sikur ta' sistemi nukleari;
(a) jappoġġaw l-operat sikur ta' sistemi nukleari, fost l-oħrajn permezz ta' spezzjonijiet strutturali transfruntiera f'każ ta' faċilitajiet nukleari fil-viċinanza ta' fruntiera nazzjonali waħda jew aktar ma' Stati Membri oħra;
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà aktar fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni;
(b) jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u ma' pajjiżi terzi fl-identifikazzjoni u fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet sikuri fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trasmutazzjoni;
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;
(a) itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart biex jiġi evitat kwalunkwe impatt mhux mixtieq fuq il-bniedem jew l-ambjent, inklużir-rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trasmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) it-titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari;
(b) it-titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari, ir-rimi ta' materjali bażiċi u skart radjuattiv, il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-tnaqqis tar-riskji ta' terroriżmu fuq impjanti għall-enerġija nuklearikif ukoll spezzjonijiet strutturali transfruntiera f'każ ta' faċilitajiet nukleari fil-viċinanza ta' fruntiera nazzjonali waħda jew aktar ma' Stati Membri oħra tal-UE;
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;
(d) irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ professjonali fit-tul sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi permanenti li saru possibbli permezz ta' teknoloġiji ġodda;
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
4. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika – b'mod partikolari l-politika dwar l-enerġija u dik ambjentali – is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji, biex jinħolqu sinerġiji akbar bejn il-proġetti u l-programmi eżistenti u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1.
2. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u s-sigurtà ta' dawk in-netwerks, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) pajjiżi jew territorji assoċjati mas-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka ta' Euratom jew mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2014-2018.
(c) pajjiżi jew territorji assoċjati mas-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka ta' Euratom jew mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2014-2018, jew li jipparteċipaw fih bħala Stat Membru.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq.
3. Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti magħmula mill-Gruppi ta' Esperti indipendenti tal-Kummissjoni stabbiliti biex jevalwaw il-Programm EURATOM.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), inklużi atturi innovattivi ġodda emerġenti fil-qasam tar-riċerka rilevanti u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, tikkomunikahom lill-Parlament u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-enerġija nukleari tikkostitwixxi element fid-dibattitu dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu għad-dibattitu dwar il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tal-enerġija mill-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jieħdu l-akbar attenzjoni possibbli.
L-enerġija nukleari tagħmel kontribut importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu biex jinżammu l-vantaġġi teknoloġiċi tal-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jingħataw l-akbar attenzjoni possibbli.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 6 – punt a – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inkluż il-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi li jistgħu jintużaw fil-futur, filwaqt li jiffukaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inklużi l-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi jistgħu jintużaw fil-futur fl-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trasmutazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 9 – punt a – paragrafu 2 – punt 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) skambju mal-partijiet ikkonċernati biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u l-inċidenti nukleari billi ssir riċerka dwar is-sistemi ta' allert u l-mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-arja, u permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert għall-analiżi u l-immudellar tal-aċċidenti nukleari.
(3) skambju mal-partijiet ikkonċernati biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u l-inċidenti nukleari billi ssir riċerka dwar is-sistemi ta' allert u l-mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-ambjent (l-arja, l-ilma u l-ħamrija), u permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert għall-analiżi u l-immudellar tal-aċċidenti nukleari.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u sabiex tinħoloq sinerġija bejn l-attivitajiet nukleari u dawk mhux nukleari u t-trasferiment tal-għarfien f'oqsma rilevanti, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) Kontribut għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sikurezza aktar fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni
(b) Kontribut għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sikurezza fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari, inklużi r-rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trasmutazzjoni
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) Bini tal-pedamenti għall-impjanti tal-enerġija mill-fużjoni tal-futur permezz tal-iżvilupp ta' materjali, teknoloġiji u disinn kunċettwali
Anness II – parti 1 – punt g – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali
(g) Promozzjoni tal-innovazzjoni
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom jista' jikkontribwixxi għas-sikurezza u s-sigurtà nukleari mtejba u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Peress li l-flotta ta' reatturi nukleari tal-Unjoni qiegħda tixjieħ, il-ħtieġa li jiġi żgurat għarfien espert għal attivitajiet ta' dekummissjonar u biex titjieb is-sikurezza għall-proċess tad-dekummissjonar hija evidenti.
Fl-istess ħin ir-rapporteur għal opinjoni tinkoraġġixxi r-riċerka u t-taħriġ dwar il-ġestjoni u r-rimi tal-iskart nukleari. Minkejja l-użu kummerċjali tal-enerġija nukleari għal ħamsin sena fl-Unjoni, l-ebda wieħed mill-Istati Membri ma għandu sit għar-rimi tal-iskart ta' livell radjuattiv għoli u l-fjuwil użat, u l-progress f'dan il-qasam għadu kajman. L-għarfien espert dwar il-ġestjoni u r-rimi tal-iskart radjoattiv ser ikun indispensabbli fid-deċennji li ġejjin, u din hija r-raġuni li r-riċerka u t-taħriġ huma vitali. Meta wieħed iqis ir-riskji involuti għas-saħħa u s-sikurezza pubblika, l-involviment tal-fondi pubbliċi huwa xieraq minkejja l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.
Fin-nuqqas ta' sit għar-rimi, il-maġġoranza tal-iskart ta' livell radjuattiv għoli u tal-fjuwil użat irid jinħażen f'faċilitajiet ta' ħżin temporanji għal ħafna deċennji. F'ħafna każijiet, ir-rekwiżiti relatati mas-sikurezza huma dubjużi. Barra minn hekk, f'dan ir-rigward, huma mħeġġa aktar riċerka u taħriġ.
Ir-rapporteur għal opinjoni ma tqisx is-separazzjoni u t-trasmutazzjoni bħala soluzzjonijiet promettenti għall-problema tal-iskart nukleari. F'każ li dawn it-teknoloġiji jsiru vijabbli fil-futur, huma jeħtieġu investimenti konsiderevoli f'teknoloġiji tar-reattur futuri li huma dubjużi u li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jnaqqsu l-volum tal-iskart nukleari, iżda xorta ma jeliminawhx kompletament. Għalhekk tibqa' l-ħtieġa li jinstab sit ta' rimi finali għall-iskart nukleari.
Peress li l-maġġoranza tal-Istati Membri qatt m'operaw reattur nukleari jew iddeċidew li jeliminaw b'mod gradwali l-użu tal-enerġija nukleari, huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-prijoritajiet tal-programm ta' riċerka.
Apparti dan, minħabba l-ħtieġa ta' dekarbonizzazzjoni rapida fis-settur tal-elettriku sabiex jikkonforma mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, ir-rapporteur għal opinjoni tqis meħtieġ li tpoġġi f'dubju l-użu ta' fondi pubbliċi biex jappoġġaw ir-riċerka fit-teknoloġiji futuri tar-reatturi. Is-settur tal-elettriku se jkollu jiġi dekarbonizzat ferm qabel l-użu kummerċjali possibbli tal-enerġija mill-fużjoni. Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni tirrakkomanda li l-fondi pubbliċi jiġu ddevjati għal dawk it-teknoloġiji li jista' jkollhom rwol importanti fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Irrispettivament minn dan, l-ITER mhuwiex iffinanzjat permezz ta' dan il-programm u għalhekk ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020
Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Christian Ehler, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera
S&D
Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Ulrike Rodust, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho
13
-
ECR
Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský
EFDD
Dario Tamburrano
GUE/NGL
Xabier Benito Ziluaga, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis
VERTS/ALE
Jakop Dalunde, Romeo Franz, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz