Proċedura : 2017/0290(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0259/2018

Testi mressqa :

A8-0259/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.9
CRE 27/03/2019 - 18.9

Testi adottati :

P8_TA(2019)0308

RAPPORT     ***I
PDF 1166kWORD 130k
19.7.2018
PE 619.311v03-00 A8-0259/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

(COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Daniela Aiuto

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

(COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0648),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0391/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mir-Riksdag Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0259/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-impatt negattiv tat-trasport fuq it-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti, l-istorbju u l-konġestjoni għadhom joħolqu problemi għall-ekonomija, is-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Minkejja li t-trasport bit-triq hu l-akbar kontributur ta' dawk l-effetti negattivi it-trasport [intra Unjoni?] tal-merkanzija bit-triq hu stmat li se jiżdied b'60 % sal-2050.

(1)  L-għan ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi stabbilit netwerk tat-trasport multimodali li jkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li jitnaqqas l-impatt negattiv tat-trasport minn fuq it-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti, l-istorbju u l-konġestjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tat-trasport għadu waħda mill-miri ewlenin tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE21 li tistabbilixxi miżuri li jħeġġu l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat, hi l-uniku att leġiżlattiv tal-Unjoni li jinċentiva direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b'inqas emissjonijiet bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu u ferrovjarju.

(2)  It-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tat-trasport għadu waħda mill-miri ewlenin tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE21 li tistabbilixxi miżuri li jħeġġu l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat, hi l-uniku att leġiżlattiv tal-Unjoni li jinċentivizza direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b'inqas emissjonijiet bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu u ferrovjarju. Sabiex ikomplu jonqsu aktar l-effetti negattivi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti r-riċerka u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna soluzzjonijiet li jwasslu biex jittejbu r-rotot, jiġi ottimizzat in-netwerk, tiżdied l-effiċjenza tat-tagħbijiet u l-possibbiltajiet li jkunu imposti tariffi għall-kosti esterni.

_________________

_________________

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-mira li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' aktar minn 300 km jaqleb għal modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju jew fuq l-ilma sal-2030, u li jkun hemm aktar minn 50 % sal-2050, biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni tal-ktajjen loġistiċi multimodali, inkluż b'użu akbar ta' modi aktar effiċjenti fl-enerġija, imxiet aktar bil-mod milli mistenni u skont it-tbassir attwali, mhix se tintlaħaq.

(3)  Il-mira li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' aktar minn 300 km jkun qaleb għal modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju jew fuq l-ilma sal-2030, u li jkun hemm aktar minn 50 % sal-2050, jenħtieġ li tintlaħaq permezz ta' gwadanji fl-effiċjenza u titjibiet fl-infrastruttura fis-settur ferrovjarju u f'dak tat-trasport fuq l-ilma.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Id-Direttiva 92/106/KEE kkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport ikkombinat u għenet biex ammont konsiderevoli ta' trasport tal-merkanzija ma jibqax isir bit-triq. In-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, fosthom il-lingwaġġ ambigwu u d-dispożizzjonijiet skaduti, u l-ambitu limitat tal-miżuri ta' appoġġ tagħha, dgħajfu ferm l-impatt tagħha.

(4)  Id-Direttiva 92/106/KEE kkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport ikkombinat u għenet biex ammont konsiderevoli ta' trasport tal-merkanzija ma jibqax isir bit-triq. In-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, fosthom il-lingwaġġ ambigwu u d-dispożizzjonijiet skaduti, l-ambitu limitat tal-miżuri ta' appoġġ tagħha, kif ukoll l-ostakli burokratiċi u protezzjonisti fi ħdan is-settur ferrovjarju, dgħajfu ferm l-impatt tagħha.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li twitti t-triq għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija intermodali u multimodali effiċjenti, filwaqt li toffri kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-modi differenti tat-trasport.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-Direttiva 92/106/KEE jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titjieb l-implimentazzjoni tagħha b'reviżjoni tal-inċentivi ekonomiċi għat-trasport ikkombinat, bil-għan li titħeġġeġ il-bidla minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi li huma aktar favur l-ambjent, aktar sikuri, aktar effiċjenti fl-enerġija u li joħolqu inqas konġestjoni.

(5)  Id-Direttiva 92/106/KEE jenħtieġ tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-implimentazzjoni tagħha b'reviżjoni tal-inċentivi ekonomiċi għat-trasport ikkombinat, bil-għan li tittejjeb il-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u dak fuq l-ilma meta mqabbel mat-trasport bit-triq.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-volum tal-operazzjonijiet intermodali nazzjonali jfisser 19,3 % tat-trasport intermodali totali fl-Unjoni. Dawn l-operazzjonijiet bħalissa ma jibbenefikawx mill-miżuri ta' appoġġ previsti fid-Direttiva 92/106/KEE minħabba l-ambitu limitat tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat. Iżda l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk hemm bżonn jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/106/KEE għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati nazzjonali (bejn l-Istati Membri) ħalli jiġi appoġġat l-iżvilupp addizzjonali tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, u b'hekk tiżdied il-bidla modali minn trasport bit-triq għal trasport ferrovjarju, mill-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bil-baħar f'distanzi qosra.

(6)  Il-volum tal-operazzjonijiet intermodali nazzjonali jifforma 19,3 % tat-trasport intermodali totali fl-Unjoni. Dawn l-operazzjonijiet bħalissa ma jibbenefikawx mill-miżuri ta' appoġġ previsti fid-Direttiva 92/106/KEE minħabba l-ambitu limitat tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat. Iżda l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk hemm bżonn li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/106/KEE jitwessa' għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati nazzjonali (bejn l-Istati Membri) ħalli jiġi appoġġat l-iżvilupp addizzjonali tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, u b'hekk tiżdied il-bidla modali minn trasport bit-triq għal trasport ferrovjarju, mill-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bil-baħar f'distanzi qosra. Id-deroga mir-regoli ta' kabotaġġ, madankollu, għadha tapplika biss għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat internazzjonali li jitwettqu bejn diversi Stati Membri. L-Istati Membri se jkunu rikjesti jwettqu kontrolli effettivi biex jiżguraw il-ħarsien ta' dawk ir-regoli u jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fost id-diversi modi tat-trasport u fost l-Istati Membri differenti.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-partijiet bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat jenħtieġ li jkunu koperti bir-Regolament (KE) Nru 1071/20091a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1072/20091b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jekk huma parti minn operazzjoni tat-trasport internazzjonali jew parti minn operazzjoni tat-trasport domestika rispettivament. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-protezzjoni soċjali tas-sewwieqa li jkunu qed iwettqu attivitajiet fi Stat Membru ieħor. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonament tas-sewwieqa, previsti fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, u dwar l-infurzar ta' dawk id-dispożizzjonijiet skont id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1d, jenħtieġ li jkunu japplikaw għall-operaturi tat-trasport li joperaw fil-partijiet bit-triq tal-vjaġġ tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Il-partijiet bit-triq tal-vjaġġ jenħtieġ li jitqiesu li huma parti integrali minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat unika. B'mod partikolari, ir-regoli dwar l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali previsti minn dawk id-Direttivi jenħtieġ li japplikaw għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ li jagħmlu parti minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat internazzjonali. Barra minn hekk, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ, ir-regoli dwar it-trasport ta' kabotaġġ stabbiliti fir-Regolament 1072/2009 jenħtieġ li japplikaw għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ li jagħmlu parti minn operazzjoni domestika tat-trasport ikkombinat.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51).

 

1b Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

 

1c Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

 

1d Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI"), (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat li huwa permessi li t-trejlers u s-semitrejlers li jistgħu jintrefgħu minn krejn ikollhom piż gross ta' 44 tunnellata jekk l-unitajiet tat-tagħbija huma identifikati skont l-istandards ISO6346 u EN13044.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-użu antikwat tat-timbri bħala prova li saret operazzjoni tat-trasport ikkombinat ixekkel l-infurzar effettiv jew il-verifika tal-eliġibbiltà għall-miżuri previsti fid-Direttiva 92/106/KEE. Jenħtieġ li l-evidenza meħtieġa bħala prova li qed issir operazzjoni tat-trasport ikkombinat tiġi ċċarata flimkien mal-mezzi li bihom trid tingħata din il-prova. Jenħtieġ li jitħeġġu l-użu u t-trażmissjoni tal-informazzjoni elettronika dwar it-trasport, li għandha tissimplifika l-għoti tal-evidenza rilevanti u t-trattament tagħha mill-awtoritajiet rilevanti. Il-format użat jenħtieġ ikun affidabbli u awtentiku. Il-qafas regolatorju u l-inizjattivi li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u d-diġitalizzazzjoni tal-aspetti tat-trasport, jenħtieġ iqisu l-iżviluppi fil-livell tal-Unjoni.

(11)  L-użu antikwat tat-timbri bħala prova li saret operazzjoni tat-trasport ikkombinat ixekkel l-infurzar effettiv jew il-verifika tal-eliġibbiltà għall-miżuri previsti fid-Direttiva 92/106/KEE. Jenħtieġ li l-evidenza meħtieġa bħala prova li qed issir operazzjoni tat-trasport ikkombinat tiġi ċċarata flimkien mal-mezzi li bihom trid tingħata din il-prova. Jenħtieġ li jitħeġġu l-użu u t-trażmissjoni tal-informazzjoni elettronika dwar it-trasport, li għandha tissimplifika l-għoti tal-evidenza rilevanti u t-trattament tagħha mill-awtoritajiet rilevanti bl-għan li, fil-ġejjieni, jiġi eliminat b'mod gradwali l-użu tad-dokumenti stampati. Il-format użat jenħtieġ ikun affidabbli u awtentiku. Il-qafas regolatorju u l-inizjattivi li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u d-diġitalizzazzjoni tal-aspetti tat-trasport, jenħtieġ iqisu l-iżviluppi fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Bil-ħsieb li t-trasport ikkombinat isir kompetittiv u attraenti għall-operaturi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar ħafna (VSEs) u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jenħtieġ li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv li jista' jġib miegħu t-twettiq ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat apparagun ta' operazzjoni tat-trasport unimodali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ambitu tal-miżuri attwali ta' appoġġ ekonomiku, kif definit fid-Direttiva 92/106/KEE, hu limitat ħafna u jikkonsisti f'miżuri fiskali (jiġifieri r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi) relatati biss ma' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ferrovjarju/bit-triq. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jkopru t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati wkoll tipi oħra ta' miżuri rilevanti, bħalma huma l-miżuri ta' appoġġ għall-investiment infrastrutturali jew miżuri differenti ta' appoġġ ekonomiku.

(12)  L-ambitu tal-miżuri attwali ta' appoġġ ekonomiku, kif definit fid-Direttiva 92/106/KEE, hu limitat ħafna u jikkonsisti f'miżuri fiskali (jiġifieri r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi) relatati biss ma' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ferrovjarju/bit-triq. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jkopru t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati wkoll tipi oħra ta' miżuri rilevanti, bħalma huma l-miżuri ta' appoġġ għall-investiment fl-infrastruttura u fit-teknoloġiji diġitali jew miżuri differenti ta' appoġġ ekonomiku. Fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali, għandu jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni għad-dematerjalizzazzjoni tad-dokumenti li jiċċertifikaw li t-trasport ikkombinat ikun seħħ. Matul dak il-perjodu, l-istrumenti tal-awtoritajiet ta' spezzjoni jenħtieġ li jkunu teknoloġikament aġġornati. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-investiment fit-terminals tat-trażbord sabiex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq, jittaffa l-iżolament taż-żoni industrijali li huma nieqsa minn tali infrastruttura u jittejbu l-aċċessibbiltà u konnettività fiżika u diġitali tal-faċilitajiet li jittrattaw il-merkanzija.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ostaklu infrastrutturali ewlieni li qed ixekkel it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra tat-trasport jinsab fil-livell ta' terminals tat-trażbord. Id-distribuzzjoni attwali u l-kopertura tat-terminals tat-trażbord fl-Unjoni, tal-anqas tul in-netwerk Komprensiv u Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, mhumiex biżżejjed, iżda l-kapaċità tat-terminals tat-trażbord eżistenti qed toqrob lejn il-limitu tagħha u jeħtieġ tiġi żviluppata biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija. B'investiment fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord jistgħu jonqsu l-kostijiet ġenerali tat-trażbord, u b'hekk tiġi ġġenerata bidla modali dderivata, bħalma ġara f'xi Stati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri b'koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni, jiżguraw li l-operaturi tat-trasport ikollhom disponibbli jew jinbnewlhom aktar terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat u aktar kapaċità tat-trażbord. Dan jinċentiva l-użu ta' trasport tal-merkanzija alternattiv u jżid il-bidla modali, u b'hekk l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jagħmilhom aktar kompetittivi mit-trasport bit-triq waħdu. Tal-anqas jenħtieġ li ż-żieda fil-kopertura u fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord tiġi stabbilita tul in-netwerks Komprensivi u Ewlenin tat-TEN-T eżistenti. Bħala medja, jenħtieġ li tal-inqas wieħed mit-terminals xierqa tat-trażbord għat-trasport ikkombinat ikun jinsab sa 150 km 'il bogħod minn post tat-trażbord fl-Unjoni.

(13)  L-ostaklu infrastrutturali ewlieni li qed ixekkel it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra tat-trasport jinsab fil-livell ta' terminals tat-trażbord, u qed jiġi aggravat min-nuqqas ta' implimentazzjni koerenti tan-netwerk tat-TEN-T. Id-distribuzzjoni attwali u l-kopertura tat-terminals tat-trażbord fl-Unjoni, tal-anqas tul in-netwerk Komprensiv u Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, mhumiex biżżejjed, iżda l-kapaċità tat-terminals tat-trażbord eżistenti qed toqrob lejn il-limitu tagħha u jeħtieġ tiġi żviluppata biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija. B'investiment fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord jistgħu jonqsu l-kostijiet ġenerali tat-trażbord, u b'hekk tiġi ġġenerata bidla modali dderivata, bħalma ġara f'xi Stati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri, b'koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni, jiżguraw li, fejn meħtieġ, it-terminals tat-trażbord eżistenti jiġu estiżi u li l-operaturi tat-trasport ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom jew jinbnewlhom aktar terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat u aktar kapaċità tat-trażbord jew li l-punti tat-trażbord ikunu installati fiż-żoni fejn dawn huma meħtieġa. Dan jinċentiva l-użu ta' trasport tal-merkanzija alternattiv u jżid il-bidla modali, u b'hekk l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jagħmilhom aktar kompetittivi mit-trasport bit-triq waħdu. Tal-anqas jenħtieġ li ż-żieda fil-kopertura u fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord tiġi stabbilita tul in-netwerks Komprensivi u Ewlenin tat-TEN-T eżistenti. Bħala medja, jenħtieġ li tal-inqas wieħed mit-terminals xierqa tat-trażbord għat-trasport ikkombinat ikun jinsab sa 150 km 'il bogħod minn post tat-trażbord fl-Unjoni. It-trasport ikkombinat jenħtieġ li jibbenefika mid-dħul iġġenerat mill-imposta ta' tariffi għall-kostijiet esterni prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, (ĠU L 187, 20.07.1999, p. 42).

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-investiment fit-terminals tat-trażbord biex inaqqsu r-restrinġiment tat-traffiku u ż-żoni ta' konġestjoni, b'mod partikolari viċin iż-żoni urbani u suburbani, sabiex jiffaċilitaw il-qsim ta' ostakli naturali bħalma huma ż-żoni muntanjużi, biex itejbu l-konnessjonijiet transfruntiera, biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi dannużi fl-arja u biex itejbu l-aċċess lejn u miż-żoni industrijali li huma neqsin minn tali infrastruttura.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri jenħtieġ jimplimentaw miżuri ta' appoġġ ekonomiku addizzjonali apparti dawk diġà eżistenti, biex jolqtu l-partijiet varji tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-transport ikkombinat, biex jonqos it-trasport tal-merkanzija bit-triq u biex jitħeġġeġ l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tnaqqis ta' ċerti taxxi jew tariffi tat-trasport, għotjiet għal trasport intermodali b'unitajiet tat-tagħbija effettivi f'operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, jew ir-rifużjoni parzjali tal-kostijiet tat-trażbord.

(14)  L-Istati Membri jenħtieġ jimplimentaw miżuri ta' appoġġ ekonomiku addizzjonali apparti dawk diġà eżistenti, biex jolqtu l-partijiet varji tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-transport ikkombinat, biex jonqos it-trasport tal-merkanzija bit-triq u biex jitħeġġeġ l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni, kif ukoll biex tiġi inkoraġġita l-azzjoni biex tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni tas-settur u lis-suq intern u biex dawn jiġu implimentati. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tnaqqis ta' ċerti taxxi jew tariffi tat-trasport, għotjiet għal trasport intermodali b'unitajiet tat-tagħbija effettivi f'operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, jew ir-rifużjoni parzjali tal-kostijiet tat-trażbord, fost miżuri oħra. Tali miżuri jistgħu jinkludu t-trawwim tal-integrazzjoni ta' sistemi konnessi u l-awtomatizzazzjoni tal-operazzjonijiet kif ukoll investiment fil-loġistika diġitali, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni innovattivi għas-sistemi tat-trattament tal-merkanzija u sistemi tat-trasport intelliġenti ħalli jiġu ffaċilitati l-flussi tal-informazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-għoti ta' spinta lill-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-trasport ikkombinat billi jiġi inkoraġġit l-użu ta' vetturi nodfa jew b'livell baxx ta' emissjonijiet u l-użu ta' fjuwils alternattivi, l-appoġġ lill-isforzi favi l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli tul il-katina kollha tat-trasport ikkombinat u t-tnaqqis tad-diversi tipi ta' inkonvenjenza li għandha x'taqsam mat-trasport, inklużi l-ħsejjes.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jenħtieġ li l-fondi u l-programmi varji tal-Unjoni għall-finanzjament għar-riċerka jkomplu jappoġġaw lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  L-investiment fil-loġistika jikkostitwixxi imbottatura oħra importanti biex it-trasport ikkombinat isir aktar kompetittiv. Li wieħed jirrikorri għall-użu iktar sistematiku ta' soluzzjonijiet diġitali, bħalma huma t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u s-sistemi intelliġenti konnessi, se jiffaċilita l-iskambju tad-data, se jgħin biex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu l-kosti tal-operazzjonijiet tat-trażbord u se jnaqqas il-ħin li tali operazzjonijiet jieħdu.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  L-investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema fil-katina tal-loġistika, b'mod partikolari dik fit-terminals tat-trażbord, ikun jgħin ukoll biex tiżdied il-kompetittività tat-trasport ikkombinat.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

(15)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE). L-għajnuna mill-Istat tiffaċilita l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi meta ma taffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u hija għodda utli biex tiġi promossa l-eżekuzzjoni ta' proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Għalhekk, f'tali każijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra għandhiex teżenta b'mod parzjali lill-Istati Membri mir-rekwiżit li jinfurmaw lill-Kummissjoni previst fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu kkoordinati, kif meħtieġ, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(16)  Sabiex jiġi żgurat li jiġu evitati investimenti duplikati possibbli bejn l-Istati Membri li jinsabu qrib ta' xulxin, jenħtieġ li jiġu kkoordinati miżuri ta' appoġġ, kif meħtieġ, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu rieżaminati b'mod regolari mill-Istati Membri ħalli jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom.

(17)  Jenħtieġ ukoll li l-miżuri ta' appoġġ jiġu rieżaminati wkoll b'mod regolari mill-Istati Membri ħalli dawn jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom, u jenħtieġ li jiġi vvalutat l-impatt ġenerali tagħhom fuq is-settur tat-trasport Ewropew, kif rifless fl-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri korrettivi skont il-ħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri, valutazzjoni tad-diversi miżuri li l-Istati Membri jieħdu kif ukoll tal-effikaċja ta' dawk il-miżuri, u jenħtieġ li tippromwovi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Bħalissa n-nuqqas ta' statistika komparabbli u affidabbli qed ikun ta' ostaklu għall-evalwazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni u għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal tiegħu.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tat-trasport fl-Unjoni, u b'mod partikolari s-suq tat-trasport ikkombinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru d-dejta u l-informazzjoni rilevanti u jgħadduhom lill-Kummissjoni b'mod regolari, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kull erba' snin.

(19)  Sabiex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tat-trasport fl-Unjoni, u b'mod partikolari s-suq tat-trasport ikkombinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru d-dejta u l-informazzjoni rilevanti u jgħadduhom lill-Kummissjoni b'mod regolari, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kull erba' snin.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli mill-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva u għall-ilħuq tal-objettiv tal-iżvilupp tat-trasport ikkombinat madwar l-UE kollha sal-2030 u l-2050. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tivvaluta regolarment il-progress fiż-żieda tal-proporzjon tat-trasport ikkombinat f'kull Stat Membru, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u, jekk meħtieġ, tressaq proposta biex temenda din id-Direttiva bil-għan li dak l-objettiv jintlaħaq għall-Unjoni kollha.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva li jkomplu jħeġġu t-tranżizzjoni minn trasport bit-triq għal modi tat-trasport aktar favur l-ambjent, u b'hekk jonqsu l-esternalitajiet negattivi tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda li minflok, minħabba n-natura primarjament transfruntiera tat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-infrastruttura interkonnessa, u minħabba l-problemi li din id-Direttiva tfasslet biex tindirizza, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li t-trasport ikkombinat isir kompetittiv meta mqabbel mat-trasport bit-triq, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda li minflok, minħabba n-natura primarjament transfruntiera tat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-infrastruttura interkonnessa, u minħabba l-problemi li din id-Direttiva tfasslet biex tindirizza, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  bi trejler jew semitrejler, b'unità ta' trattur jew le, kaxxa skambjabbli jew kontejner, identifikati skont is-sistema tal-identifikazzjoni stabbilita skont l-istandards internazzjonali ISO6346 u EN13044, meta l-unità tat-tagħbija tiġi trażbordata bejn il-modi differenti tat-trasport; or

(a)  bi trejler jew semitrejler, b'unità ta' trattur jew le, kaxxa skambjabbli jew kontejner, identifikati skont is-sistema tal-identifikazzjoni stabbilita skont l-istandards internazzjonali ISO6346 u EN13044, inklużi s-semitrejlers b'piż gross massimu permess ta' 44 tunnellata li jistgħu jintrefgħu minn krejn, meta l-unità tat-tagħbija intermodali li ma tkunx akkumpanjata tiġi trażbordata bejn il-modi differenti tat-trasport (operazzjoni tat-trasport ikkombinat mhux akkumpanjat); or

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  b'vettura tat-triq li tinġarr bi trasport ferrovjarju, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu għall-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq.

(b)  b'vettura tat-triq li hija akkumpanjata mis-sewwieq tagħha u li tinġarr bi trasport ferrovjarju, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu għall-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq (operazzjoni tat-trasport akkumpanjat).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] ikopri wkoll lil dawk it-trejlers u semitrejlers li ma jistgħux jintrefgħu minn krejn fit-trasport ikkombinat mhux akkumpanjat li mhumiex identifikati skont is-sistema ta' identifikazzjoni stabbilita skont l-istandards internazzjonali ISO6346 u EN13044.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq u li jużaw it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew it-trasport marittimu li għalihom ma teżisti l-ebda alternattiva ekwivalenti ta' trasport bit-triq jew li huma inevitabbli f'operazzjoni tat-trasport kummerċjalment vijabbli, ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat.

Il-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq u li jużaw it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew it-trasport marittimu li għalihom ma teżisti l-ebda alternattiva ekwivalenti jew kummerċjalment vijabbli ta' trasport bit-triq ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull parti ta' vjaġġ li tissemma fil-paragrafu 2 ma għandhiex taqbeż l-itwal distanza minn fost dawn id-distanzi li ġejjin fit-territorju tal-Unjoni:

Kull parti ta' vjaġġ li tissemma fil-paragrafu 2 ma għandhiex taqbeż id-distanza ta' 150 km fit-territorju tal-Unjoni:

(a)  distanza ta' 150 km f'linja dritta;

 

(b)  20 % tad-distanza f'linja dritta bejn il-punt tat-tagħbija għall-parti inizjali tal-vjaġġ u l-punt tal-ħatt għall-parti finali tal-vjaġġ, meta din tkun itwal mid-distanza msemmija fil-punt (a).

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jista' jinqabeż waqt l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarju, diment li dan ikun awtorizzat mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-parti bit-triq tal-vjaġġ, biex jintlaħaq l-eqreb terminal tat-trażbord ġeografikament li għandu l-kapaċità tat-trażbord operazzjonali meħtieġa għat-tagħbija jew għall-ħatt mil-lat ta' tagħmir tat-trażbord, kapaċità tat-trażbord u servizzi ferrovjarji xierqa tal-merkanzija.

Il-limitu ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ speċifikat f'dan il-paragrafu għandu jitħalla jinqabeż waqt l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarju mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-parti bit-triq tal-vjaġġ, jekk dan ikun neċessarju biex jintlaħaq it-terminal tat-trasport jew il-punt tat-trażbord ġeografikament l-aktar qrib li għandu l-kapaċità tat-trażbord operazzjonali meħtieġa għat-tagħbija jew għall-ħatt mil-lat ta' tagħmir tat-trażbord, kapaċità tat-trażbord, ħinijiet tal-ftuħ tat-terminalu servizzi ferrovjarji xierqa tal-merkanzija, f'każ li ma jkunx hemm terminal jew punt tat-trażbord li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha fi ħdan il-limitu ta' distanza. Tali qbiż tad-distanza għandu jkun iġġustifikat kif dovut skont l-Artikolu 3, paragrafu 2, punt ea. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu t-tul tad-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ ta' 150 km b'sa 50 % fil-każ ta' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarji f'parti mit-territorju tagħhom iddefinita b'mod preċiż għal raġunijiet ambjentali kemm-il darba jkun jinsab terminal adattat f'dak il-limitu ta' distanza.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha titqies li tkun seħħet fl-Unjoni meta l-operazzjoni jew parti minnha li sseħħ fl-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3."

4.  Operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha titqies li tkun seħħet fl-Unjoni meta l-operazzjoni jew parti minnha li sseħħ fl-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3." Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-parti bit-triq tal-vjaġġ u/jew il-parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq jew il-parti minnu li sseħħ barra mit-territorju tal-Unjoni m'għandhiex titqies bħala parti mill-operazzjoni tat-trasport ikkombinat.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasport bit-triq jitqies bħala parti minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat koperta minn din id-Direttiva biss jekk it-trasportatur jista' jipproduċi evidenza ċara li dan it-trasport bit-triq jinkludi parti bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat, inkluż it-trasport tal-unitajiet tat-tagħbija vojta qabel u wara il-ġarr tal-merkanzija.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasport bit-triq jitqies bħala parti minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat koperta minn din id-Direttiva biss jekk it-trasportatur jista' jipproduċi informazzjoni li tagħti evidenza ċara li dan it-trasport bit-triq jikkostitwixxi parti bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat u jekk dik l-informazzjoni tiġix trażmessa kif xieraq lill-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jkun qed iwettaq l-operazzjoni tat-trasport qabel ma tibda l-operazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 − parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas dawn id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni tat-transport ikkombinat:

2.  Sabiex titqies bħala evidenza ċara, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titressaq jew tiġi trażmessa fil-format imsemmi fil-paragrafu 5 u għandha tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni tat-transport ikkombinat:

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jekk differenti mill-konsenjatur, l-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u l-firma tal-operatur responsabbli għar-rotta magħżula tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jekk dik id-distanza taqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 1(3), ġustifikazzjoni skont il-kriterji previsti fl-aħħar subparagrafu ta' dak l-artikolu;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  deskrizzjoni tar-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat, iffirmata mill-konsenjatur, li tal-inqas tkun tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin għal kull parti tal-vjaġġ, inkluż għal kull mod tat-trasport tal-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq tal-operazzjoni fi ħdan l-Unjoni:

(f)  deskrizzjoni tar-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat, iffirmata mill-operatur responsabbli għall-ippjanar, fejn il-firma tista' tfisser firma elettronica, li tal-inqas tkun tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin għal kull parti tal-vjaġġ, inkluż għal kull mod tat-trasport tal-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq tal-operazzjoni fi ħdan l-Unjoni:

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur;

-  (ii) l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur(i);

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  (i) il-post tat-trażbord tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  (ii) id-distanza tal-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ f'linja dritta bejn il-post tat-tagħbija u l-ewwel terminal tat-trażbord;

-  (ii) id-distanza tal-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ bejn il-post tat-tagħbija u l-ewwel terminal tat-trasport jew punt ta' terminal tat-trażbord;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  (iii) jekk titlesta l-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ, it-trasportatur irid jiffirma biex jikkonferma li tkun saret l-operazzjoni tat-trasport tal-parti bit-triq tal-vjaġġ;

-  (iii) jekk titlesta l-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ, l-operatur tat-trasport irid jiffirma biex jikkonferma li tkun saret l-operazzjoni tat-trasport tal-parti bit-triq tal-vjaġġ;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt i – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  (ii) id-distanza tal-parti bit-triq finali tal-vjaġġ f'linja dritta bejn il-post tat-trażbord u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni);

-  (ii) id-distanza tal-parti bit-triq finali tal-vjaġġ bejn il-post tat-trażbord u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt j – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  (ii) meta disponibbli, il-firma jew is-siġill tal-awtoritajiet ferrovjarji jew tal-port rilevanti fit-terminals rilevanti (l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port) ikkonċernati tul l-operazzjoni tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, li jikkonfermaw li tlestiet il-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq.

-  (ii) meta disponibbli, il-firma jew is-siġill tal-awtorità ferrovjarja jew tal-korp responsabbli fit-terminals rilevanti (l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port) ikkonċernati tul l-operazzjoni tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, li jikkonfermaw li tlestiet il-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – punt 2 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  meta l-limiti ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jinqabżu skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(3), ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dan il-qbiż tal-limiti.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata jew tintbagħat malli tintalab mill-uffiċjal awtorizzat ta' spezzjoni tal-Istat Membru fejn ikun qed isir il-kontroll. Fil-każ ta' kontroll mal-ġenb tat-triq, l-evidenza għandha tingħata waqt dan il-kontroll. Din għandha tingħata b'lingwa uffiċjali ta' dak l-Istat Membru jew bl-Ingliż. Waqt il-kontroll mal-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jgħinuh biex jipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 2.

4.  L-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata jew tintbagħat malli tintalab mill-uffiċjal awtorizzat ta' spezzjoni tal-Istat Membru fejn ikun qed isir il-kontroll u fil-format imsemmi fil-paragrafu 5. Fil-każ ta' kontroll mal-ġenb tat-triq, l-evidenza għandha tingħata waqt dan il-kontroll, u sa żmien massimu ta' 45 minuta.. Jekk ma jkunux jistgħu jkunu disponibbli fil-ħin tal-kontroll fit-triq, il-firem imsemmija fil-punt (h)(iii) u l-punt (j) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentanti jew trażmessi fi żmien 5 ijiem tax-xogħol wara l-kontroll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-evidenza għandha tingħata b'lingwa uffiċjali ta' dak l-Istat Membru jew bl-Ingliż. Waqt il-kontroll mal-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jgħinuh biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evidenza tista' tingħata permezz ta' dokument tat-trasport li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11, jew permezz ta' dokumenti tat-trasport oħrajn eżistenti, bħalma huma d-dokument tat-trasport tal-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt tat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (CMR) jew id-dokument tat-trasport tar-Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt ta' Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti bil-Ferrovija (CIM).

L-evidenza tista' tingħata permezz ta' dokumenti tat-trasport eżistenti bħalma huma n-noti ta' konsenja previsti taħt konvenzjonijiet internazzjonali jew nazzjonali eżistenti dwar it-trasport, sakemm tiġi stabbilita formola standardizzata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-evidenza tista' tingħata jew tintbagħat b'mod elettroniku, b'format strutturat li jista' jiġi rivedut u li jista' jintuża direttament biex jiġi storjat u pproċessat bil-kompjuters, inkluż b'mod li tissuplimenta n-nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt tat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR) għall-parti bit-triq tal-vjaġġ.

Din l-evidenza tista' tingħata jew tintbagħat b'mod elettroniku, b'format strutturat li jista' jiġi rivedut u li jista' jintuża direttament biex jiġi storjat u pproċessat bil-kompjuters, inkluż b'mod li tissuplimenta n-nota ta' konsenja elettronika skont il-konvenzjonijiet internazzjonali jew nazzjonali eżistenti dwar it-trasport. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu rikjesti li jaċċettaw l-informazzjoni elettronika relatata mal-evidenza. Meta l-iskambji tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-operaturi jsiru permezz ta' għodod elettroniċi, tali skambji u l-ħżin ta' tali informazzjoni għandhom isiru permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jersqu lejn dematerjalizzazzjoni gradwali tad-dokumentazzjoni, u għandhom jipprevedu perjodu ta' tranżizzjoni sa meta l-użu tal-format fuq karta jkun ġie abbandunat għalkollox.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Għall-finijiet ta' kontrolli mal-ġenb tat-triq, xi diskrepanza bejn l-operazzjoni tat-trasport u l-evidenza mogħtija, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 2 għandha tkun permessa, diment li tiġi ġġustifikata kif xieraq, fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur(i) li wasslu għal tibdil fl-operazzjoni tat-trasport ikkombinat. Għal dak il-għan, is-sewwieq għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jipprovdu ġustifikazzjoni addizzjonali dwar id-diskrepanza bejn l-evidenza mogħtija u l-operazzjoni reali.

6.  Għall-finijiet ta' kontrolli mal-ġenb tat-triq, xi diskrepanza bejn l-operazzjoni tat-trasport u l-evidenza mogħtija, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport imsemmija fil-punti (f), (h) u (i) tal-paragrafu 2 għandha tkun permessa, diment li tiġi ġġustifikata kif xieraq, fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-operatur(i) tat-trasport li wasslu għal tibdil fl-operazzjoni tat-trasport ikkombinat. Għal dak il-għan, is-sewwieq għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jipprovdu ġustifikazzjoni addizzjonali dwar id-diskrepanza bejn l-evidenza mogħtija u l-operazzjoni reali.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxxx - 18 months after transposition of the Directive] u mbagħad kull sentejn, li jipprovdi din l-informazzjoni li ġejja relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fit-territorju tagħhom, li tkopri din id-Direttiva:

1.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxxx - 12-il xahar wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva] u mbagħad kull sentejn, li jipprovdi din l-informazzjoni li ġejja relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fit-territorju tagħhom, li tkopri din id-Direttiva:

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-mogħdijiet fin-netwerk tat-trasport nazzjonali u transfruntier li ntużaw fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat;

(a)  il-kurituri fin-netwerk tat-trasport nazzjonali u transfruntier li ntużaw fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-volum, f'unità ekwivalenti għal għoxrin pied (TUE) u f'kilometri ta' tunnellati, tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat skont it-tip ta' operazzjoni (trasport ferrovjarju, trasport bit-triq/fil-passaġġi fuq l-ilma interni, eċċ...) u skont il-kopertura ġeografika (nazzjonali u intra-Unjoni);

(b)  Il-volum totali u annwali, f'unità ekwivalenti għal għoxrin pied (TUE) u f'kilometri ta' tunnellati, tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat skont it-tip ta' operazzjoni (parti bit-triq tal-vjaġġ/parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq, jiġifieri permezz tat-trasport ferrovjarju, passaġġi fuq l-ilma intern u rotot marittimi) u skont il-kopertura ġeografika (nazzjonali u intra-Unjoni);

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd u l-kopertura ġeografika tat-terminals li jifilħu operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u l-għadd ta' trażbordi annwali f'dawk it-terminals;

(c)  l-għadd ta' trażbordijiet imwettqa permezz ta' teknoloġiji bimodali u kopertura ġeografika ta' dawn il-punti ta' trażbordijiet, kif ukoll il-għadd, il-post u l-kopertura ġeografika tat-terminals li jaqdu l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, bi tqassim skont it-tip ta' operazzjonijiet għal kull terminal (parti bit-triq tal-vjaġġ/parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq, jiġifieri permezz tat-trasport ferrovjarju, passaġġi fuq l-ilma intern, rotot marittimi) u l-għadd ta' trażbordi annwali u valutazzjoni tal-kapaċità użata fit-terminals;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-evoluzzjoni tas-sehem tat-trasport ikkombinat u tal-modi differenti tat-trasport fit-territorju,

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ħarsa ġenerali lejn il-miżuri kollha ta' appoġġ nazzjonali li jintużaw u li huma maħsuba, inkluż l-użu rispettiv tagħhom u u l-impatt stmat.

(d)  ħarsa ġenerali lejn il-miżuri kollha ta' appoġġ nazzjonali li jintużaw u li huma maħsuba li se jintużaw, inkluż l-użu rispettiv tagħhom u l-impatt stmat fuq l-użu tat-trasport ikkombinat u l-effett tagħhom fir-rigward tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, ir-restrinġiment tat-traffiku, il-konġestjoni, is-sikurezza u l-effiċjenza.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-għadd u l-post ġeografiku tal-operazzjonijiet li jaqbżu l-limitu ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 1(3).

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  l-oriġini u d-destinazzjonijiet, fil-livell tal-NUTS 3, tal-flussi tal-merkanzija fit-toroq tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) definiti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *;

 

_________________

 

* Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġbru, b'mod dirett jew permezz ta' korpi li huma jaħtru, informazzjoni dwar il-flussi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fuq l-assi ewlenin tal-UE. Filwaqt li tippriserva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali tal-operaturi tat-trasport bit-triq, miżura bħal din tkun tgħin biex jiġu ddisinjati servizzi tat-trasport ikkombinat u tinkoraġġixxi ċaqliqa modali.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data trażmessa mill-Istati Membri f'forma li tagħmel possibbli t-tqabbil bejn l-Istati Membri.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, għall-ewwel istanza sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxx - 9 months after the MS report submission deadline] u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

3.  Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, u d-data statistika miġbura abbażi tal-indikaturi u l-metodoloġiji li huma komuni għall-UE kollha, għall-ewwel istanza sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxx - 9 xhur mid-data ta' skadenza tal-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Istati Membri] u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar:

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport ikkombinat, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-modi differenti tat-trasport;

(a)  l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport ikkombinat, fil-livell tal-Istati Membri u f'dak tal-Unjoni kollha, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-modi differenti tat-trasport;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikolu 6;

(c)   l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikolu 6, filwaqt li tispeċifika l-miżuri li hija tqis li huma l-aktar effettivi biex jaqdu l-iskop oriġinali ta' din id-Direttiva u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-evoluzzjoni tas-sehem tat-trasport ikkombinat f'kull wieħed mill-Istati Membri u fil-livell tal-UE, bil-ħseib li sal-2030 u l-2050 jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  miżuri oħra possibbli, inkluż reviżjoni tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat kif definit fl-Artikolu 1 u adattament tal-lista tal-miżuri prevista fl-Artikolu 6.

(d)  miżuri oħra possibbli, inklużi reviżjoni tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat kif definit fl-Artikolu 1, titjib fil-ġbir tad-data u l-pubblikazzjoni ta' tali data fil-livell tal-Unjoni, u adattament tal-lista tal-miżuri prevista fl-Artikolu 6, inklużi emendi possibbli tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-taxxi elenkati fil-paragrafu 3 li huma applikabbli għall-vetturi tat-triq (trakkijiet, tratturi, trejlers jew semi-trejlers) meta jieħdu rotot fi trasport ikkombinat jitnaqqsu jew jiġu rifużi jew b'ammont standard, jew fi proporzjon għall-vjaġġi li tali vetturi jwettqu bil-ferrovija, fil-limiti u skont il-kondizzjonijiet u r-regoli li huma jiffissaw wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni."

"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-taxxi elenkati fil-paragrafu 3 li huma applikabbli għall-vetturi tat-triq (trakkijiet, tratturi, trejlers, semi-trejlers, kontejners trasportati fil-passaġġi fuq l-ilma intern jew unitajiet tat-tagħbija intermodali) meta jieħdu rotot fi trasport ikkombinat jitnaqqsu jew jiġu rifużi jew b'ammont standard, jew fi proporzjon għall-vjaġġi li tali vetturi jwettqu bil-ferrovija jew bit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma intern, fil-limiti u skont il-kondizzjonijiet u r-regoli li huma jiffissaw wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:31992L0106)

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4b)  Fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

It-tnaqqis jew ir-rifużjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jingħataw mill-Istat li fih il-vetturi huma reġistrati, abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija li jsiru fi ħdan dak l-Istat.

"It-tnaqqis jew ir-rifużjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jingħataw mill-Istat li fih il-vetturi huma reġistrati, abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma intern li jsiru fi ħdan dak l-Istat."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:31992L0106)

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 4c (ġdid)

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4c)  Fl-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħtu dan it-tnaqqis jew dawn ir-rifużjonijiet abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija li jsiru parzjalment jew kompletament barra mill-Istat Membru li fih il-vetturi huma reġistrati.

"L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħtu dan it-tnaqqis jew dawn ir-rifużjonijiet abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma intern li jsiru parzjalment jew kompletament barra mill-Istat Membru li fih il-vetturi huma reġistrati.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:31992L0106)

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta meħtieġ, biex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-investiment fit-terminals tat-trażbord fejn jidħlu:

4.   Meta meħtieġ, biex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-investiment fit-terminals tat-trasport u fil-punti tat-trażbord fejn jidħlu:

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bini u, fejn meħtieġ, l-espansjoni ta' dawn it-terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat;

(a)  il-bini, f'żoni fejn ma tkun disponibbli l-ebda faċilità xierqa fil-limitu ta' distanza msemmi fl-Artikolu 1(3), ta' terminals tat-trasport jew l-installazzjoni ta' punti tat-trażbord għat-trasport ikkombinat, diment li ma jkun hemm l-ebda ħtieġa ta' tali faċilitajiet minħabba nuqqas ta' rilevanza ekonomika jew għal raġunijiet relatati mal-karatteristiċi ġeografiċi jew naturali ta' żona partikolari;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-espansjoni, fiż-żoni fejn hi meħtieġa kapaċità ta' terminals addizzjonali, tat-terminals eżistenti jew l-istallazzjoni ta' punti ta' trażbord addizzjonali u, wara valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi li turi li s-suq ikun se jiġi affettwat b'mod negattiv u li jkunu meħtieġa terminals ġodda, u kemm-il darba l-preokkupazzjonijiet ambjentali jkunu tqiesu, il-kostruzzjoni ta' terminals ġodda għat-trasport ikkombinat;

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iż-żieda fl-effiċjenza operattiva fit-terminals eżistenti.

(b)  iż-żieda fl-effiċjenza operattiva fit-terminals eżistenti, inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess għal dawk it-terminals.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-miżuri ta' appoġġ għat-trasport ikkombinat għandhom jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, kemm-il darba ma jkunux jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-kosti kollha tal-operazzjonijiet.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni u jiżguraw li, meta jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri, tingħata prijorità biex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u suffiċjenti għal faċilitajiet xierqa fl-Unjoni, u b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T, b'mod li kull post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar 'il bogħod minn 150 km minn dan it-terminal.

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni u jiżguraw li, meta jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri, tingħata prijorità biex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u suffiċjenti għal faċilitajiet xierqa fl-Unjoni, u b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T, b'mod li kull post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar 'il bogħod mil-limitu msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) minn dan it-terminal. Meta jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq il-ħtieġa li:

 

(a) inaqqsu l-konġestjoni, b'mod partikolari qrib iż-żoni urbani u suburbani jew fiż-żoni b'limitazzjonijiet naturali;

 

(b) itejbu l-konnessjonijiet transfruntiera;

 

(c) itaffu l-iżolament taż-żoni li huma nieqsa mill-infrastruttura filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni periferiċi u dawk ultraperiferiċi;

 

(d) itejbu l-aċċessibbiltà u l-konnettività b'mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tal-aċċess għat-terminals tat-trażbord; and

 

(e) jaċċelleraw il-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni; kif ukoll

 

(f) inaqqsu l-impatt tat-trasport tal-merkanzija minn fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika, billi jippromwovu, pereżempju, l-effiċjenza tal-vetturi, l-użu ta' fjuwils alternattivi u li jniġġsu inqas, l-użu tal-enerġiji rinnovabbli, inkluż fit-terminals, jew bl-użu iktar effiċjenti tan-netwerks tat-trasport permezz tal-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-eliġibbiltà għall-appoġġ.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-eliġibbiltà għall-appoġġ. Huma għandhom jgħarrfu lill-partijiet interessati b'dawk il-kondizzjonijiet.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali biex itejbu l-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati meta mqabbla ma' operazzjonijiet ekwivalenti ta' trasport alternattiv bit-triq.

Sal-31 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri addizzjonali ta' natura ekonomika u leġiżlattiva, biex itejbu l-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat meta mqabbla ma' operazzjonijiet ekwivalenti ta' trasport alternattiv bit-triq, b'mod partikolari bil-ħsieb li jnaqqsu ż-żmien u l-kosti involuti fl-operazzjonijiet tat-trażbord.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bl-għan li jitnaqqsu l-ħin u l-kosti involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu tal-inqas wieħed jew aktar mill-inċentivi li ġejjin:

 

(a) l-eżenzjoni tat-trasportaturi mit-tariffi tal-kosti esterni u/jew mit-tariffi tal-konġestjoni msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62/KE, bi preferenza b'mod partikolari għall-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a;

 

(b) ir-rifużjoni ta' tariffi għall-użu ta' ċerta infrastruttura lill-impriżi li jwettqu operazzjonijiet bħala parti minn trasport ikkombinat;

 

(c) l-eżenzjoni tal-operaturi tat-trasport mil-limitazzjonijiet imposti skont il-projbizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw it-traffiku.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkunu qed jieħdu miżuri addizzjonali, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll b'mod xieraq il-ħtieġa li jaċċeleraw il-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ikkombinat u għandhom b'mod partikolari:

 

(a) irawmu l-integrazzjoni tas-sistemi konnessi u l-awtomazzjoni tal-operazzjonijiet;

 

(b) itejbu l-investimenti fil-loġistika diġitali, fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u fis-sistemi tat-trasport intelliġenti; kif ukoll

 

(c) fil-ġejjieni jeliminaw b'mod gradwali l-użu tad-dokumenti tal-karta.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  Tali miżuri addizzjonali għandu jkun fihom inċentivi li jiffavorixxu l-użu ta' partijiet tal-vjaġġ tat-trasport li mhumiex bit-triq. L-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri għat-tisħiħ tal-kompetittività tat-trasport fuq l-ilma, pereżempju inċentivi finanzjarji biex jintużaw rotot qosra tat-trasport bil-baħar jew passaġġi fuq l-ilma intern jew għall-ħolqien ta' konnessjonijiet qosra ġodda bil-baħar.

Ġustifikazzjoni

It-trasport bil-baħar fuq rotot qosra u t-trasport li juża passaġġi fuq l-ilma intern għandhom ikunu inklużi fost il-modi tat-trasport eliġibbli għall-inċentivi nazzjonali b'mod li ma jkunx diskriminatorju.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-transport ikkombinat ikollhom l-għan li jnaqqsu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jħeġġu l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni.;

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-transport ikkombinat ikollhom l-għan li jnaqqsu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jħeġġu l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma intern, it-trasport marittimu jew il-vetturi b'emissjonijiet baxxi, jew l-użu ta' fjuwils alternattivi b'emissjonijiet aktar baxxi bħalma huma l-bijofjuwils, l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-gass naturali jew iċ-ċelluli tal-fjuwil li jaħdmu bl-idroġenu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 9a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw b'mod aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas, l-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 u informazzjoni oħra rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw b'mod aċċessibbli faċilment fuq l-Internet u mingħajr ħlas, l-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 u informazzjoni oħra rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 9a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna, meta meħtieġ, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6.";

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq l-Internet u taġġorna, meta meħtieġ, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6.";

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat li jibda minn [date of entry into force of this (amending) Directive].

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn [date of entry into force of this (amending) Directive]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

(1)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Proposta tal-Kummissjoni

Id-Direttiva 92/106/KEE (id-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat) tistabbilixxi regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija. Din għandha l-għan li tnaqqas it-trasport tal-merkanzija bit-triq billi tlaqqa' flimkien it-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Id-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat hija l-uniku strument legali fil-livell tal-Unjoni li jinċentiva direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b'inqas emissjonijiet. Fil-parti l-kbira tiegħu, it-trasport intermodali juża modi tat-trasport – bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu – li jikkawżaw inqas esternalitajiet negattivi (emissjonijiet, storbju u aċċidenti).

Ir-reviżjoni tar-regoli preżenti ssegwi kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti mill-Kummissjoni, inklużi konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Dan il-kontroll wera li, għalkemm l-impatt tad-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat kien wieħed limitat, dan huwa wieħed mill-istrumenti li qed itejbu l-użu tat-trasport tal-merkanzija intermodali. L-effettività u l-effiċjenza tagħha jistgħu jittejbu billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati. Fis-sitwazzjoni kurrenti, il-problemi ewlenin huma: 1) il-kundizzjonijiet inqas vantaġġużi meta mqabbla mat-trasport bit-triq; u 2) il-kapaċità u d-densità insuffiċjenti tal-infrastruttura intermodali. Id-Direttiva riveduta, b'mod partikolari, se:

- tikkjarifika u testendi d-definizzjoni ta' trasport ikkombinat;

- ittejjeb il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u tal-infurzar;

- ittejjeb il-kundizzjonijiet tar-rappurtar u tal-monitoraġġ tad-Direttiva; kif ukoll

- iżżid l-effikaċja tal-inċentivi.

Il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-kamp ta' applikazzjoni għat-trasport domestiku. Kull parti bit-triq tal-vjaġġ tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat m'għandhiex taqbeż id-distanza ta' 150 km f'linja dritta, jew 20 % tad-distanza f'linja dritta tar-rotta kollha tat-trasport ikkombinat, meta din tammonta għal aktar minn 150 km. L-Istati Membri jistgħu jippermettu deroga f'ċerti każijiet. L-eżenzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom japplikaw biss għall-vetturi li jkunu qed jittrasportaw f'partijiet bit-triq tal-vjaġġ li jagħmlu parti minn operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat internazzjonali.

Għandha tingħata evidenza ċara sabiex tiġi ddefinita operazzjoni tat-trasport ikkombinat. Il-Kummissjoni tipproponi lista ta' dokumenti li t-trasportatur għandu jagħmel disponibbli fil-kontrolli tat-triq. Tali evidenza tista' tiġi ppreżentata jew trażmessa elettronikament.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni rapport li jipprovdi informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tfassal u tippreżenta rapport li jivvaluta l-iżvilupp ekonomiku, l-effetti tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ adottati mill-Istati Membri, miżuri oħra possibbli, inkluża reviżjoni tad-definizzjoni tat-trasport ikkombinat.

Fir-rigward taż-żieda tal-effettività tal-inċentivi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-investiment fit-terminals tat-trażbord, filwaqt li jiżguraw li kwalunkwe post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar minn150 km bogħod minn tali terminals.

Fl-aħħar, l-Istati Membri, għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tissottolinja l-importanza li tingħata preferenza lit-trasport ikkombinat għat-twassil tal-merkanzija.

It-trasport ikkombinat jista' jkun mezz importanti li bih jitnaqqas l-impatt tat-trasportazzjoni fuq is-saħħa u l-ambjent, filwaqt li jappoġġja l-bidla lejn modalitajiet li jniġġsu inqas u jgħin biex jintlaħqu l-miri f'dak li hu tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra.

Għalhekk, it-trasport ikkombinat huwa opportunità sabiex is-settur tat-trasport jiġi mmodernizzat u tittejjeb il-loġistika tal-merkanzija, filwaqt li tiġi eliminata l-konġestjoni tat-traffiku u tittejjeb il-ġestjoni tat-terminals tat-trażbord. Hemm bżonn ta' miżuri f'dawk li huma investimenti fl-infrastruttura u inċentivi ekonomiċi.

Ir-Rapporteur b'mod ġenerali tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni u tirrikonoxxi s-sejbiet tal-evalwazzjoni REFIT preċedenti, iżda hija tqis li hemm għadd ta' oqsma fejn il-proposta għandha bżonn tissaħħaħ u għalhekk tiġi emendata. Xogħol tekniku ulterjuri sabiex tiġi kkjarifkata d-definizzjoni tat-trasport ikkombinat għandu jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tar-regoli aġġornati fl-Istati Membri.

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjoni

Ir-Rapporteur tipproponi li tingħata definizzjoni aħjar tal-vetturi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, filwaqt li tagħmel distinzjoni bejn vetturi/unitajiet tat-tagħbija li jkunu akkumpanjati mis-sewwieqa tagħhom jew li ma jkunux akkumpanjati mis-sewwieqa tagħhom.

Sabiex jiġu evitati d-diskriminazzjoni fost l-operaturi u l-problemi tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, għandu jkun mandatarju li l-Istati Membri kollha jippermettu, bħala regola ġenerali, li jinqabeż il-limitu massimu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ iżda skont kundizzjonijiet u kriterji ċari ħafna li japplikaw għall-Unjoni kollha.

Hija meħtieġa aktar ċarezza biex jiġu ddefiniti l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ma' pajjiżi terzi, speċjalment għall-kalkolu tal-limitu fid-distanza għal kull parti bit-triq tal-vjaġġ. Ir-rapporteur tagħmilha aktar ċara li l-partijiet tal-vjaġġ li jkunu barra mit-territorju tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu għall-fini ta' din id-Direttiva.

Evidenza u mezzi diġitali

Ir-Rapporteur tilqa' l-lista dettaljata ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mit-trasportaturi fil-kontrolli tat-triq, u hija tipprevedi xi kjarifika.

Madankollu, jeħtieġ li tiġi permessa xi ftit flessibbiltà għall-kontrolli ex post f'każ ta' xi evidenza li tkun relatata mal-parti bit-triq tal-vjaġġ inizjali, u mal-parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq.

Id-diġitalizzazzjoni se żżid b'mod konsiderevoli l-effiċjenza u l-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Ir-Rapporteur tipproponi serje ta' miżuri sabiex tiġi megħjuna l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tas-sistemi bbażati fuq il-karti u l-operaturi u l-Istati Membri jiġu mħeġġa jagħmlu l-bidla aktar malajr. It-tnaqqis tal-kostijiet u tal-piż amministrattiv kif ukoll effiċjenza akbar se jgħinu biex tingħata spinta lill-vantaġġi tat-trasport ikkombinat, pjuttost milli modalitajiet oħra.

Il-kabotaġġ u l-istazzjonar tas-sewwieqa

Ir-Rapporteur temmen li l-eżenzjoni mir-regoli dwar il-kabotaġġ għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ internazzjonali se tgħin biex tingħata spinta lis-settur tat-trasport ikkombinat, iżda hija tixtieq tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi applikata kif xieraq bl-għan li jiġu pprevenuti operazzjonijiet ta' kabotaġġ illegali.

L-eżenzjoni ta' kabotaġġ, kif iddefinita fl-Artikolu 4, tapplika għall-operazzjonijiet tat-trasport transfruntiera, iżda mhix se tkun tapplika għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat domestiċi. L-ewwel operazzjonijiet jikkompetu bis-sħiħ mat-trasport transkonfinali tal-merkanzija purament bit-triq.

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni soċjali tas-sewwieqa li jwettqu attivitajiet fi Stat Membru differenti, id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonament tas-sewwieqa fid-Direttivi 96/71 u 2014/67 għandhom japplikaw għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ fit-tipi kollha ta' operazzjonijiet.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tipproponi aktar ċarezza dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet ta' kabotaġġ, u l-istazzjonament tas-sewwieqa.

Ir-rappurtar tal-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni

Ir-rapporteur tilqa' s-sistema tar-rappurtar proposta mill-Kummissjoni, u hija temmen li ġbir tad-data aktar preċiż se jgħin fil-valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tad-direttiva fuq l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat.

Ir-Rapporteur tipproponi referenza espliċita għall-miri nazzjonali biex jiġu żgurati aktar trasparenza, effiċjenza u konsistenza mal-objettivi tad-direttiva. Il-miri għandhom ikunu konnessi b'mod partikolari mal-iżvilupp tat-trasport ikkombinat, mal-impatt fuq is-saħħa u l-ambjent, mat-tnaqqis tal-konġestjoni fit-toroq u maż-żieda fis-sigurtà tat-trasport.

Għandha tiġi ggarantita t-trasparenza u data komparabbli għandha tiġi ppubblikata fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis li ttejjeb il-ġbir u l-pubblikazzjoni tad-data u permezz tal-emenda tar-regolament tal-Eurostat.

Inċentivi fiskali

Ir-Rapporteur temmen li għandhom jiġu adottati miżuri fiskali oħra mill-Istati Membri sabiex jinħoloq vantaġġ ekonomiku għat-trasport ikkombinat meta mqabbel ma' modi oħra tat-trasport. Jistgħu jiġu stabbiliti eżenzjonijiet possibbli mit-tariffi tal-infrastruttura (kemm għall-partijiet bil-ferrovija tal-vjaġġ kif ukoll għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ), mit-tariffi għall-kostijiet esterni, u mit-tariffi tal-konġestjoni, b'mod partikolari għall-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi.

Miżuri li jappoġġjaw l-investiment fl-infrastruttura u l-operazzjoni

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata u suffiċjenti ta' faċilitajiet xierqa fl-Unjoni, u b'mod partikolari fin-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq il-ħtieġa li jnaqqsu l-konġestjoni, itejbu l-konnessjonijiet transkonfinali, itejbu l-aċċessibbiltà u l-konnettività, u jaċċelleraw il-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni.

Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-bini ta' terminals ġodda għat-trasport ikkombinat u l-espansjoni ta' dawk eżistenti peress li l-ħtiġijiet huma differenti skont iż-żoni ġeografiċi. F'żoni fejn hija meħtieġa kapaċità addizzjonali ta' terminals, għandha tiġi kkunsidrata l-espansjoni tat-terminals tat-trażbord eżistenti, u fejn meħtieġ għandu jiġi kkunsidrat il-bini ta' terminals ġodda.

F'każ li jingħataw għajnuniet mill-istat għall-bini ta' terminals ġodda, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li dan mhux se jaffettwa lil dawk eżistenti, inkluż billi jwettqu testijiet ta' ekwilibriju ekonomiku jekk ikun meħtieġ.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.5.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

(COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Michel Dantin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-White Paper tagħha tal-2011 "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti", l-Unjoni impenjat ruħha favur l-objettiv li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jiġi ttrasferit għal mezzi oħra ta' trasport bħat-trasport ferrovjarju jew dak marittimu sal-2030, u aktar minn 50 % sal-2050.

Id-Direttiva 1992/106/KEE hija l-uniku strument legali Ewropew li jipprovdi qafas għal bidla modali u, 25 sena mid-dħul fis-seħħ tagħha, din għadha rilevanti daqs qatt qabel. Kull sena, fl-Unjoni, it-tniġġis tal-arja jwassal għal 400 000 mewt prematura, l-inċidenti tat-traffiku jikkawżaw il-mewt ta' 26 000 persuna filwaqt li huwa stmat li l-kost tal-konġestjoni jammonta għal 1,1 % tal-PDG Ewropew. It-trasport ikkombinat huwa waħda mill-għodod għall-indirizzar tal-impatti negattivi tat-trasport.

Madankollu, fid-dawl kemm tal-iżvilupp tas-settur tat-trasport, it-tixrid ta' teknoloġiji ġodda, u l-iskadenza u n-nuqqas ta' ċarezza ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-test, kif ukoll tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri, ikun tajjeb li din id-Direttiva tiġi riveduta, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tat-trasport ikkombinat fl-Ewropa.

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tindirizza diversi nuqqasijiet attwali, billi tiċċara t-test u tneħħi ċerti ostakli għall-bidla modali. B'mod partikolari, ir-Rapporteur jappoġġa r-reviżjoni tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat, l-inklużjoni tal-operazzjonijiet nazzjonali, l-użu ta' dokumenti elettroniċi mill-operaturi, iż-żieda fil-miżuri ta' appoġġ, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-investiment fl-infrastruttura, kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni dwar attivitajiet ta' bidla modali.

Ir-Rapporteur jipproponi li t-test jissaħħaħ fir-rigward ta' bosta elementi ewlenin.

Kjarifiki legali

Ir-Rapporteur jissuġġerixxi numru ta' kjarifiki sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti. Dawn jirrigwardaw b'mod partikolari r-regoli dwar il-kabotaġġ fit-trasport ikkombinat fil-livell nazzjonali u l-kriterji għal deroga mir-regola ta' 150 km.

Razzjonalizzazzjoni tal-investimenti fl-infrastruttura

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport ikkombinat għandu jipprijoritizza t-terminals tat-trażbord, b'enfasi biex l-infrastruttura eżistenti tiġi estiża u ssir aktar effiċjenti. B'rabta mal-ħolqien ta' terminals ġodda, ir-Rapporteur jemmen li għandha ssir valutazzjoni tal-impatt minn qabel biex tiġi żgurata r-rilevanza ekonomika u ambjentali ta' dawn l-investimenti, filwaqt li jitqiesu l-limiti ġeografiċi u naturali tat-territorju inkwistjoni.

Titjib fil-loġistika

Il-kost tal-operazzjonijiet tat-trażbord u ż-żmien li jieħdu huma fattur ewlieni ta' nuqqas ta' kompetittività tat-trasport ikkombinat vis-à-vis dak unimodali. Skont ir-Rapporteur, it-titjib tal-loġistika permezz ta' soluzzjonijiet diġitali, teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sistemi konnessi ta' trasport kif ukoll taħriġ aħjar tal-ħaddiema, se jagħti lok biex it-trasport ikkombinat ikun aktar attraenti.

Promozzjoni tal-enerġija u teknoloġiji nodfa

Minkejja li wieħed mill-għanijiet prinċipali tad-Direttiva huwa t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, it-test attwali ma jipprevedi l-ebda miżura biex jitħeġġeġ l-użu ta' vetturi u infrastrutturi effiċjenti fl-enerġija, enerġija minn sorsi rinnovabbli, jew teknoloġiji innovattivi u soluzzjonijiet diġitali. Ir-Rapporteur għamel għadd ta' proposti f'dan ir-rigward, filwaqt li speċifika b'mod partikolari l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ possibbli.

Titjib fil-miżuri ta' appoġġ għall-operaturi

Ir-Rapporteur jixtieq li jkun obbligatorju li kull Stat Membru, sal-31 ta' Diċembru 2021 jadotta mill-inqas miżura ta' appoġġ addizzjonali waħda, b'mod partikolari bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt tat-trasport tal-merkanzija fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika.

Ir-Rapporteur jipproponi wkoll li l-miżuri ta' appoġġ ikunu mmirati aħjar. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-investiment fit-terminals ta' trażbord biex inaqqsu l-effetti ta' lembut u ż-żoni ta' konġestjoni, b'mod partikolari viċin iż-żoni urbani u suburbani, biex jagħmlu l-qsim ta' ostakli naturali bħaż-żoni muntanjużi aktar faċli, biex itejbu l-konnessjonijiet transfruntiera, biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi dannużi fl-arja u biex itejbu l-aċċess lejn u miż-żoni industrijali li huma neqsin minn tali infrastruttura.

Statistika u objettiv Ewropew ta' bidla modali

L-Unjoni impenjat ruħha favur l-objettiv ta' bidla modali ta' 30 % tat-trasport tal-merkanzija sal-2030 u ta' 50 % sal-2050. Madankollu, il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sehem tat-trasport ikkombinat fi ħdan l-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni għadu inkomplet, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' robustezza tal-istatistika disponibbli. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi t-tisħiħ tal-obbligi ta' rappurtar min-naħa tal-Istati Membri u jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja l-ilħuq tal-objettivi Ewropej fil-qasam tat-trasport ikkombinat.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-impatt negattiv tat-trasport fuq it-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti, l-istorbju u l-konġestjoni għadhom joħolqu problemi għall-ekonomija, is-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Minkejja li t-trasport bit-triq hu l-akbar kontributur ta' dawk l-effetti negattivi it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu stmat li se jiżdied b'60 % sal-2050.

(1)  L-impatt negattiv tat-trasport fuq it-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti, l-istorbju u l-konġestjoni għadhom joħolqu problemi għall-ekonomija, is-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Attwalment it-trasport jirrappreżenta madwar 23,2 % tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra fl-Unjoni u, fl-2014, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal 72,8 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport tal-Unjoni. Kull sena, fl-Unjoni, it-tniġġis tal-arja jwassal għal 400 000 mewt prematura, l-inċidenti tat-traffiku jikkawżaw il-mewt ta' 26 000 persuna filwaqt li huwa stmat li l-kost tal-konġestjoni jammonta għal 1,1% tal-PDG Ewropew. Minkejja li t-trasport bit-triq hu l-akbar kontributur ta' dawk l-effetti negattivi, it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu stmat li jista' jiżdied b'60 % sal-2050.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tat-trasport għadu waħda mill-miri ewlenin tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE21 li tistabbilixxi miżuri li jħeġġu l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat, hi l-uniku att leġiżlattiv tal-Unjoni li jinċentiva direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b'inqas emissjonijiet bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu u ferrovjarju.

(2)  It-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tat-trasport għadu waħda mill-miri ewlenin tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE21 li tistabbilixxi miżuri li jħeġġu l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat, hi l-uniku att leġiżlattiv tal-Unjoni li jinċentiva direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b'inqas emissjonijiet bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu u ferrovjarju. Sabiex l-esternalitajiet negattivi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ikomplu jonqsu jenħtieġ li jiġu mħeġġa r-riċerka u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna s-soluzzjonijiet maħsuba biex jiġu ddeterminati l-aqwa perkorsi, l-ottimizzazzjoni tan-netwerk, iż-żieda fl-effiċjenza tat-tagħbija u l-possibbiltajiet li l-ispejjeż esterni jiġu imposti.

_________________

_________________

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-mira li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' aktar minn 300 km jaqleb għal modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju jew fuq l-ilma sal-2030, u li jkun hemm aktar minn 50 % sal-2050, biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni tal-ktajjen loġistiċi multimodali, inkluż b'użu akbar ta' modi aktar effiċjenti fl-enerġija, imxiet aktar bil-mod milli mistenni u skont it-tbassir attwali, mhix se tintlaħaq.

(3)  Il-mira li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' aktar minn 300 km jaqleb għal modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju jew fuq l-ilma sal-2030, u li jkun hemm aktar minn 50 % sal-2050, biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni tal-ktajjen loġistiċi multimodali, inkluż b'użu akbar ta' modi aktar effiċjenti fl-enerġija, imxiet aktar bil-mod milli mistenni u skont it-tbassir attwali, mhix se tintlaħaq. Fid-dawl tal-potenzjal li għadu mhux sfruttat tat-trasport ikkombinat, it-titjib ta' din id-Direttiva għandu implikazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-kontribut ta' dan is-settur għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li twitti t-triq għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija intermodali u multimodali effiċjenti, filwaqt li jiġu offruti kundizzjonijiet ekwi għall-mezzi ta' trasport.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-Direttiva 92/106/KEE jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titjieb l-implimentazzjoni tagħha b'reviżjoni tal-inċentivi ekonomiċi għat-trasport ikkombinat, bil-għan li titħeġġeġ il-bidla minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi li huma aktar favur l-ambjent, aktar sikuri, aktar effiċjenti fl-enerġija u li joħolqu inqas konġestjoni.

(5)  Jenħtieġ li d-Direttiva 92/106/KEE tiġi ssimplifikata u li titjieb l-implimentazzjoni tagħha billi ssir reviżjoni u jissaħħu l-inċentivi ekonomiċi għat-trasport ikkombinat, bil-għan li titħeġġeġ il-bidla minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi li jniġġsu anqas li jkunu aktar favur l-ambjent, aktar sikuri, aktar effiċjenti fl-enerġija u li joħolqu inqas konġestjoni. Fid-dawl ta' dan, ir-riċerka dwar l-aħjar prattiki dwar il-bidla mit-trasport bit-triq għat-trasport bil-ferrovija u l-kondiviżjoni ta' dawn il-prattiki jenħtieġ li jiġu mħeġġa.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-volum tal-operazzjonijiet intermodali nazzjonali jfisser 19,3 % tat-trasport intermodali totali fl-Unjoni. Dawn l-operazzjonijiet bħalissa ma jibbenefikawx mill-miżuri ta' appoġġ previsti fid-Direttiva 92/106/KEE minħabba l-ambitu limitat tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat. Iżda l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk hemm bżonn jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/106/KEE għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati nazzjonali (bejn l-Istati Membri) ħalli jiġi appoġġat l-iżvilupp addizzjonali tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, u b'hekk tiżdied il-bidla modali minn trasport bit-triq għal trasport ferrovjarju, mill-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bil-baħar f'distanzi qosra.

(6)  Il-volum tal-operazzjonijiet intermodali nazzjonali jikkostitwixxi 19,3 % tat-trasport intermodali totali fl-Unjoni. Dawn l-operazzjonijiet bħalissa ma jibbenefikawx mill-miżuri ta' appoġġ previsti fid-Direttiva 92/106/KEE minħabba l-ambitu limitat tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat. Iżda l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk hemm bżonn jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/106/KEE għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati nazzjonali (bejn l-Istati Membri) ħalli jiġi appoġġat l-iżvilupp addizzjonali tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, u b'hekk tiżdied il-bidla modali minn trasport bit-triq għal trasport ferrovjarju, mill-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bil-baħar f'distanzi qosra. Id-deroga mir-regoli dwar il-kabotaġġ, madankollu, tkompli tapplika biss għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat internazzjonali li jseħħu bejn diversi Stati Membri. L-Istati Membri jridu jwettqu kontrolli effettivi biex jiżguraw il-ħarsien ta' dawk ir-regoli u jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fost il-modi tat-trasport differenti u fost l-Istati Membri differenti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tibdilx l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE dwar id-deroga mir-regoli dwar il-kabotaġġ. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva qed jiġi estiż biex jiġu koperti l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat nazzjonali, għandu jiġi ċċarat b'mod espliċitu li d-deroga ma tapplikax għall-operazzjonijiet nazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-definizzjoni attwali ta' trasport ikkombinat tinkludi limiti differenti fid-distanza tal-partijiet bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat, skont il-modalità tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, u fil-każ tat-trasport ferrovjarju, ma tinkludix limitu fiss ta' distanza iżda minflok tqis il-kunċett ta' "l-eqreb terminal adattat" biex tagħti ċerta flessibbiltà skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi. Dik id-definizzjoni ħolqot bosta diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħha minħabba interpretazzjonijiet varji u minħabba ċerti diffikultajiet biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni. Ikun utli li jixxejnu dawn l-ambigwitajiet u li fl-istess waqt ikun żgurat li jinżamm ċertu livell ta' flessibbiltà.

(8)  Id-definizzjoni attwali ta' trasport ikkombinat tinkludi limiti differenti fid-distanza tal-partijiet bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat, skont il-modalità tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, u fil-każ tat-trasport ferrovjarju, ma tinkludix limitu fiss ta' distanza iżda minflok tqis il-kunċett ta' "l-eqreb terminal adattat" biex tagħti ċerta flessibbiltà skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi. Dik id-definizzjoni ħolqot bosta diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħha minħabba interpretazzjonijiet varji u minħabba ċerti diffikultajiet biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni. Ikun utli li jixxejnu dawn l-ambigwitajiet u li fl-istess waqt ikun żgurat li jinżamm ċertu livell ta' flessibbiltà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiċċara l-kriterji applikabbli meta jsir użu minn din il-flessibbiltà, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli. B'mod partikolari jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-disponibbiltà u l-effiċjenza tal-infrastrutturi u s-servizzi tat-trasport ikkombinat.

Ġustifikazzjoni

Din il-flessibbiltà hija essenzjali sabiex l-opportunitajiet tat-trasport ikkombinat ma jiġux limitati. Madankollu, il-kriterji li jirregolaw il-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga għall-UE kollha jeħtieġ li jiġu spjegati b'mod ċar, sabiex jiġi evitat li jkun hemm differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri u sabiex jiġi garantit it-trattament ugwali tal-operaturi kollha fis-suq intern.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex it-trasport ikkombinat isir kompetittiv u attraenti għall-operaturi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar ħafna (VSEs) u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jenħtieġ li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv żejjed li jista' jġib miegħu t-twettiq ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat apparagun ta' operazzjoni tat-trasport unimodali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ambitu tal-miżuri attwali ta' appoġġ ekonomiku, kif definit fid-Direttiva 92/106/KEE, hu limitat ħafna u jikkonsisti f'miżuri fiskali (jiġifieri r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi) relatati biss ma' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ferrovjarju/bit-triq. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jkopru t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati wkoll tipi oħra ta' miżuri rilevanti, bħalma huma l-miżuri ta' appoġġ għall-investiment infrastrutturali jew miżuri differenti ta' appoġġ ekonomiku.

(12)  L-ambitu tal-miżuri attwali ta' appoġġ ekonomiku, kif definit fid-Direttiva 92/106/KEE, hu limitat ħafna u jikkonsisti f'miżuri fiskali (jiġifieri r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi) relatati biss ma' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ferrovjarju/bit-triq. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jkopru t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati wkoll tipi oħra ta' miżuri rilevanti, bħalma huma l-miżuri ta' appoġġ għall-investiment fl-infrastruttura u fit-teknoloġiji diġitali jew miżuri differenti ta' appoġġ ekonomiku.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ostaklu infrastrutturali ewlieni li qed ixekkel it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra tat-trasport jinsab fil-livell ta' terminals tat-trażbord. Id-distribuzzjoni attwali u l-kopertura tat-terminals tat-trażbord fl-Unjoni, tal-anqas tul in-netwerk Komprensiv u Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, mhumiex biżżejjed, iżda l-kapaċità tat-terminals tat-trażbord eżistenti qed toqrob lejn il-limitu tagħha u jeħtieġ tiġi żviluppata biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija. B'investiment fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord jistgħu jonqsu l-kostijiet ġenerali tat-trażbord, u b'hekk tiġi ġġenerata bidla modali dderivata, bħalma ġara f'xi Stati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri b'koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni, jiżguraw li l-operaturi tat-trasport ikollhom disponibbli jew jinbnewlhom aktar terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat u aktar kapaċità tat-trażbord. Dan jinċentiva l-użu ta' trasport tal-merkanzija alternattiv u jżid il-bidla modali, u b'hekk l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jagħmilhom aktar kompetittivi mit-trasport bit-triq waħdu. Tal-anqas jenħtieġ li ż-żieda fil-kopertura u fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord tiġi stabbilita tul in-netwerks Komprensivi u Ewlenin tat-TEN-T eżistenti. Bħala medja, jenħtieġ li tal-inqas wieħed mit-terminals xierqa tat-trażbord għat-trasport ikkombinat ikun jinsab sa 150 km 'il bogħod minn post tat-trażbord fl-Unjoni.

(13)  L-ostaklu infrastrutturali ewlieni li qed ixekkel it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra tat-trasport jinsab fil-livell ta' terminals tat-trażbord. Id-distribuzzjoni attwali u l-kopertura tat-terminals tat-trażbord fl-Unjoni, tal-anqas tul in-netwerk Komprensiv u Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, f'xi każijiet mhumiex biżżejjed, iżda l-kapaċità tat-terminals tat-trażbord eżistenti qed toqrob lejn il-limitu tagħha filwaqt li terminals oħra mhumiex sfruttati skont il-kapaċitajiet reali tagħhom biex ikunu jistgħu jlaħħqu maż-żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija. B'investiment fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord, l-ottimizzazzjoni tan-netwerk u l-iżvilupp ta' tekniki ġodda ta' trażbord jistgħu jnaqqsu l-kostijiet ġenerali tat-trażbord, u b'hekk tiġi ġġenerata bidla modali dderivata, bħalma ġara f'xi Stati Membri.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw, b'koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni, li l-operaturi tat-trasport ikollhom disponibbli netwerk ta' terminals effiċjenti, modernizzati u sfruttati bis-sħiħ biex jissodisfaw id-domanda eżistenti u dik futura għall-infrastruttura tat-trasport. Dan jinċentiva l-użu ta' trasport tal-merkanzija alternattiv u jżid il-bidla modali, u b'hekk l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jagħmilhom aktar kompetittivi minn trasport bit-triq waħdu. Tal-anqas jenħtieġ li l-kopertura u ż-żieda fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord tiġi stabbilita tul in-netwerks Komprensivi u Ewlenin tat-TEN-T eżistenti. Bħala medja, jenħtieġ li jkun hemm tal-inqas terminal xieraq wieħed tat-trażbord għat-trasport ikkombinat li jkun jinsab sa mhux aktar minn 150 km 'il bogħod f'linja dritta minn kwalunkwe post tat-trażbord fl-Unjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat ukoll il-kriterju ekonomiku.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri jenħtieġ jimplimentaw miżuri ta' appoġġ ekonomiku addizzjonali apparti dawk diġà eżistenti, biex jolqtu l-partijiet varji tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-transport ikkombinat, biex jonqos it-trasport tal-merkanzija bit-triq u biex jitħeġġeġ l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tnaqqis ta' ċerti taxxi jew tariffi tat-trasport, għotjiet għal unitajiet tat-tagħbija intermodali trasportati b'mod effettiv f'operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, jew ir-rifużjoni parzjali tal-kostijiet tat-trażbord..

(14)  L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw miżuri ta' appoġġ ekonomiku addizzjonali apparti dawk diġà eżistenti, li jolqtu l-partijiet varji ta' operazzjoni tat-transport ikkombinat, biex jonqos it-trasport tal-merkanzija bit-triq u biex jitħeġġeġ l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, jew biex tonqos il-marka tal-karbonju tat-trasport fuq il-parti bit-triq ta' vjaġġ, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li japplikaw prinċipalment għal oqsma sensittivi, bħalma huma r-reġjuni muntanjużi, in-nodi industrijali urbani kbar, il-konnessjonijiet transfruntiera, iż-żoni industrijali li m'għandhomx tali infrastruttura u terminals tat-trażbord sabiex jitnaqqsu l-effetti ta' lembut u ż-żoni ta' konġestjoni. Huma jistgħu jinkludu t-tnaqqis ta' ċerti taxxi jew tariffi tat-trasport, għotjiet għal unitajiet tat-tagħbija intermodali trasportati b'mod effettiv f'operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, jew ir-rifużjoni parzjali tal-kostijiet tat-trażbord, li se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kostijiet soċjoekonomiċi tat-trasport u r-riskji għas-saħħa mit-tniġġis u mill-ħsejjes, filwaqt li jservu l-interessi taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-ambjent.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw miżuri addizzjonali biex isaħħu l-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-trasport ikkombinat billi jippromwovu l-użu ta' modi ta' trasport b'emissjonijiet baxxi jew żero u fjuwils alternattivi, jappoġġaw l-isforzi favur l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli tul il-katina tat-trasport ikkombinat u jnaqqsu t-tipi varji ta' inkonvenjenzi assoċjati mat-trasport, inkluż l-istorbju, speċjalment fis-settur ferrovjarju u qrib iż-żoni urbani.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Jenħtieġ li l-fondi u l-programmi varji ta' finanzjament għar-riċerka tal-Unjoni jkomplu jappoġġaw lill-Istati Membri fil-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  L-investiment fil-loġistika jikkostitwixxi wkoll lieva importanti biex tiżdied il-kompetittività tat-trasport ikkombinat. L-użu iktar sistematiku ta' soluzzjonijiet diġitali, bħalma huma t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jew is-sistemi intelliġenti konnessi, se jiffaċilita l-iskambju ta' dejta, se jtejjeb l-effiċjenza u l-kost tal-operazzjonijiet tat-trażbord u se jnaqqas id-dewmien.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 14d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14d)  L-investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema fil-katina tal-loġistika, b'mod partikolari dik tat-terminals tat-trażbord, jista' jżid ukoll il-kompetittività tat-trasport ikkombinat.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

(15)  Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li japplika ċertu grad ta' flessibbiltà fir-rigward tal-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-għajnuna mill-Istat.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu kkoordinati, kif meħtieġ, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(16)  Sabiex jiġi żgurat li jiġu evitati investimenti duplikati possibbli bejn Stati Membri li jkunu ferm qrib ta' xulxin, jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu kkoordinati, kif meħtieġ, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu rieżaminati b'mod regolari mill-Istati Membri ħalli jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom.

(17)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu rieżaminati b'mod regolari mill-Istati Membri ħalli jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom, filwaqt li jittieħdu miżuri korrettivi skont il-ħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tforni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi kemm tal-miżuri differenti meħuda mill-Istati Membri kif ukoll tal-effikaċja tagħhom, u tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki.

Ġustifikazzjoni

It-tixrid ta' prattika tajba – jiġifieri miżuri ta' appoġġ introdotti mill-Istati Membri li jkunu partikolarment effettivi – għandu jiġi intensifikat sabiex l-Istati Membri jiġu pprovduti informazzjoni li jistgħu jużaw meta jkunu qed jagħżlu l-investimenti u l-miżuri ta' appoġġ fil-qasam tat-trasport ikkombinat.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Attwalment, in-nuqqas ta' statistika komparabbli u affidabbli jikkostitwixxi ostaklu għall-evalwazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni u għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal tiegħu.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tat-trasport fl-Unjoni, u b'mod partikolari s-suq tat-trasport ikkombinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru d-dejta u l-informazzjoni rilevanti u jgħadduhom lill-Kummissjoni b'mod regolari, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kull erba' snin.

(19)  Sabiex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tat-trasport fl-Unjoni, u b'mod partikolari s-suq tat-trasport ikkombinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru d-dejta u l-informazzjoni rilevanti u jgħadduhom lill-Kummissjoni b'mod regolari, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kull erba' snin.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva u għall-kisba tal-objettiv tal-iżvilupp tat-trasport ikkombinat madwar l-UE kollha sal-2030 u l-2050. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tivvaluta regolarment il-progress fiż-żieda tal-proporzjon tat-trasport ikkombinat f'kull Stat Membru, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta biex temenda din id-Direttiva bil-għan li jinkiseb dak l-objettiv għall-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar prominenti fil-monitoraġġ tal-objettivi Ewropej fil-qasam tat-trasport ikkombinat, filwaqt li tieħu miżuri korrettivi fejn ikun meħtieġ.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  It-trasparenza hi importanti għal kull parti konċernata involuta fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, l-aktar dawk affettwati minn din id-Direttiva. Biex isostnu din it-trasparenza, u jippromwovu aktar koperazzjoni, jenħtieġ li f'kull Stat Membru jiġu identifikati l-awtoritajiet kompetenti.

(20)  It-trasparenza hi importanti għal kull parti konċernata involuta fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, l-aktar dawk affettwati minn din id-Direttiva. Għall-fini ta' din it-trasparenza, u sabiex tiġi promossa koperazzjoni ikbar, jenħtieġ li tiġi identifikata awtorità kompetenti f'kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb il-viżibilità tal-punt ta' kuntatt, tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, huwa konvenjenti li jkun hemm limitu ta' awtorità kompetenti waħda għal kull Stat Membru.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva li jkomplu jħeġġu t-tranżizzjoni minn trasport bit-triq għal modi tat-trasport aktar favur l-ambjent, u b'hekk jonqsu l-esternalitajiet negattivi tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda li minflok, minħabba n-natura primarjament transfruntiera tat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-infrastruttura interkonnessa, u minħabba l-problemi li din id-Direttiva tfasslet biex tindirizza, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)  Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva li tkompli titħeġġeġ it-tranżizzjoni minn trasport bit-triq għal modi tat-trasport aktar favur l-ambjent, u b'hekk jonqsu l-esternalitajiet negattivi tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda li minflok, partikolarment minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-infrastruttura interkonnessa, u minħabba l-problemi li din id-Direttiva tfasslet biex tindirizza, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jista' jinqabeż waqt l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarju, diment li dan ikun awtorizzat mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-parti bit-triq tal-vjaġġ, biex jintlaħaq l-eqreb terminal tat-trażbord ġeografikament li għandu l-kapaċità tat-trażbord operazzjonali meħtieġa għat-tagħbija jew għall-ħatt mil-lat ta' tagħmir tat-trażbord, kapaċità tat-trażbord u servizzi ferrovjarji xierqa tal-merkanzija.

Il-limitu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jista' jinqabeż waqt l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, biex jintlaħaq l-eqreb terminal tat-trażbord ġeografikament – inkluż f'każijiet meta dan ikun jinsab fi Stat Membru ieħor – li għandu l-kapaċità tat-trażbord operazzjonali meħtieġa għat-tagħbija jew għall-ħatt mil-lat ta' tagħmir tat-trażbord, kapaċità tat-terminal u servizzi ferrovjarji xierqa tal-merkanzija. Sabiex jiġu evitati d-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 10(a), li jissupplementa din id-Direttiva, u tistabbilixxi l-kriterji li skonthom l-operaturi tat-trasport ikkombinat jistgħu jaqbżu l-limitu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-operaturi jikkonformaw ma' dawn ir-regoli u għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja dwar l-awtorizzazzjonijiet, inkluża l-ġustifikazzjoni għall-għoti ta' derogi u t-tul ta' żmien tagħhom.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha titqies li tkun seħħet fl-Unjoni meta l-operazzjoni jew parti minnha li sseħħ fl-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

4.  Operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha titqies li tkun seħħet fl-Unjoni meta l-operazzjoni jew parti minnha li sseħħ fl-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Operazzjoni tat-trasport ikkombinat skont din id-Direttiva tista' tibda jew tispiċċa f'pajjiż terz jew tgħaddi minn pajjiż terz.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għadd u l-kopertura ġeografika tat-terminals li jifilħu operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u l-għadd ta' trażbordi annwali f'dawk it-terminals;

(c)  l-għadd u l-post ġeografiku tat-terminals li jifilħu operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u l-għadd ta' trażbordi annwali f'dawk it-terminals fid-dawl tal-kapaċità użata rispettiva tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa informazzjoni dwar il-post effettiv u l-aċċessibbiltà ta' terminals konċernati kif ukoll valutazzjoni aġġornata tal-kapaċità użata jew titjib potenzjali rispettivi tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-iżvilupp tas-sehem tat-trasport ikkombinat u tal-modi differenti tat-trasport fit-territorju,

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, għall-ewwel istanza sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxx - 9 months after the MS report submission deadline] u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

3.  Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, inkluż ukoll id-dejta statistika miġbura abbażi tal-indikaturi u l-metodoloġiji li huma komuni għall-Unjoni kollha, għall-ewwel istanza sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxx - 9 xhur mid-data ta' skadenza tal-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Istati Membri] u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-importanza tad-data statistika li trid tiġi provduta mill-Istati Membri u bbażata fuq metodoloġija komuni fl-UE kollha.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport ikkombinat, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-modi differenti tat-trasport;

(a)  l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport ikkombinat, fil-livell tal-Istati Membri u f'dak tal-Unjoni, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-modi differenti tat-trasport;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikolu 6;

(c)   l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikolu 6, filwaqt li tispeċifika l-miżuri meqjusa l-aktar effiċjenti biex iservu l-iskop oriġinali ta' din id-Direttiva u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-evoluzzjoni tas-sehem tat-trasport ikkombinat f'kull wieħed mill-Istati Membri u fil-livell tal-UE, biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni sal-2030 u l-2050;

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar prominenti fil-monitoraġġ tal-objettivi Ewropej fil-qasam tat-trasport ikkombinat, filwaqt li tieħu miżuri korrettivi fejn ikun meħtieġ.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bini u, fejn meħtieġ, l-espansjoni ta' dawn it-terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat;

(a)   l-espansjoni tat-terminals tat-trażbord jew, fejn meħtieġ, il-bini ta' terminals ġodda għat-trasport ikkombinat. Dawn l-investimenti għandhom ikunu preċeduti minn evalwazzjoni tal-impatt bil-għan li jiġu żgurati l-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva u r-rilevanza ekonomika u ambjentali ta' tali investimenti, filwaqt li jitqiesu debitament il-limiti ġeografiċi u naturali taż-żona rilevanti. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-investiment fl-iżvilupp ta' tekniki tat-trażbord ġodda u l-iżvilupp tat-terminals tat-trażbord biex jitnaqqsu l-effetti ta' lembut u ż-żoni ta' konġestjoni;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iż-żieda fl-effiċjenza operattiva fit-terminals eżistenti.

(b)   iż-żieda fl-effiċjenza operattiva fit-terminals eżistenti biex ikun jista' jiġi stabbilit netwerk ta' terminals fl-Unjoni sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tat-traffiku tal-merkanzija, bit-trawwim, fost affarijiet oħra, tal-integrazzjoni tas-sistemi konnessi u l-awtomatizzazzjoni tal-operazzjonijiet, kif ukoll l-investimenti fil-loġistika diġitali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u s-sistemi tat-trasport intelliġenti.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni u jiżguraw li, meta jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri, tingħata prijorità biex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u suffiċjenti għal faċilitajiet xierqa fl-Unjoni, u b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T, b'mod li kull post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar 'il bogħod minn 150 km minn dan it-terminal.

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Istati Membri ġirien, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u mal-Kummissjoni u jiżguraw li, meta jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri, tingħata prijorità biex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u suffiċjenti għal terminals tat-trażbord fl-Unjoni kollha, u b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T, b'mod li kull post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar 'il bogħod minn 150 km f'linja dritta minn dan it-terminal. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-regola ta' 150 km meta dawn il-faċilitajiet ma jkollhomx rilevanza ekonomika jew għal raġunijiet relatati mal-ispeċifiċità ġeografika jew naturali tat-territorju inkwistjoni. Tali derogi għandhom ikunu ġustifikata kif xieraq mill-awtorità kompetenti.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali biex itejbu l-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati meta mqabbla ma' operazzjonijiet ekwivalenti ta' trasport alternattiv bit-triq.

Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas miżura addizzjonali waħda ta' natura ekonomika u leġiżlattiva, biex itejbu -– anki permezz tal-użu tat-teknoloġiji -– il-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat meta mqabbla ma' operazzjonijiet ekwivalenti ta' trasport alternattiv bit-triq, b'mod partikolari bil-ħsieb li jnaqqsu ż-żmien u l-kostijiet involuti fl-operazzjonijiet ta' trażbord.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tkompli timpenja lill-Istati Membri biex jiddeterminaw politiki u miżuri għall-promozzjoni u l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat, u li jagħmluh aktar effiċjenti; dawn il-politiki u l-miżuri għandhom ikunu kemm ekonomiċi kif ukoll leġiżlattivi u għandhom jiġu segwiti b'mod partikolari permezz tal-użu tat-teknoloġija.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-miżuri jistgħu jindirizzaw kull operazzjoni tat-trasport ikkombinat jew parti minnha, bħal pereżempju l-operazzjoni ta' parti bit-triq ta' vjaġġ jew ta' parti ta' vjaġġ li mhix bit-triq, inkluż il-vettura użata għal din il-parti, jew bħall-unità tat-tagħbija jew l-operazzjonijiet tat-trażbord.

Dawn il-miżuri jistgħu jindirizzaw kull operazzjoni tat-trasport ikkombinat jew parti minnha, bħal pereżempju l-operazzjoni ta' parti bit-triq ta' vjaġġ jew ta' parti ta' vjaġġ li mhix bit-triq, inkluż il-vettura użata għal din il-parti, jew l-unità tat-tagħbija, l-operazzjonijiet tat-trażbord jew it-taħriġ tal-ħaddiema.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas miżura addizzjonali waħda biex inaqqsu l-impatt tat-trasport tal-merkanzija fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika, billi jippromwovu, pereżempju, l-effiċjenza tal-vetturi, l-użu ta' fjuwils alternattivi u li jniġġsu inqas, l-użu tal-enerġiji rinnovabbli, inkluż fit-terminals, jew l-użu iktar effiċjenti tan-netwerks tat-trasport bl-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

6.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt ta' tali miżuri ta' appoġġ, u jevalwaw mill-ġdid il-ħtiġijiet tagħhom tal-inqas kull erba' snin u, meta jkun meħtieġ, jadattaw il-miżuri.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt ta' tali miżuri ta' appoġġ, u jevalwaw mill-ġdid il-ħtiġijiet tagħhom tal-inqas kull erba' snin u, meta jkun meħtieġ, jadattaw il-miżuri.

7.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), dwar il-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu, bi spjegazzjoni dettaljata u bi preżentazzjoni tal-impatt tagħhom, filwaqt li jikkomunikaw kwalunkwe miżura korrettiva meħuda jew ippjanata, bi skeda ta' żmien preċiża.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-transport ikkombinat ikollhom l-għan li jnaqqsu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jħeġġu l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni.”;

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-transport ikkombinat ikollhom l-għan li jnaqqsu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jħeġġu l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, il-vetturi b'emissjonijiet baxxi, jew l-użu ta' fjuwils alternattivi b'emissjonijiet aktar baxxi, bħalma huma l-bijofjuwils, l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-gass naturali jew iċ-ċelloli tal-fjuwil li jaħdmu bl-idroġenu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni.

Ġustifikazzjoni

Peress li wieħed mill-għanijiet prinċipali tad-Direttiva huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja, għandu jitħeġġeġ l-użu ta' vetturi u fjuwils b'emissjonijiet iktar baxxi, b'mod partikolari fit-trasport bit-triq. Il-vetturi tqal b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju joffru potenzjal importanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 9a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u biex jaġixxu bħala l-punt ewlieni tal-kuntatt għall-implimentazzjoni tagħha.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda biex tiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u biex taġixxi bħala l-punt ewlieni tal-kuntatt għall-implimentazzjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb il-viżibilità tal-punt ta' kuntatt, tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, huwa konvenjenti li jkun hemm limitu ta' awtorità kompetenti waħda għal kull Stat Membru.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 9a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb il-viżibilità tal-punt ta' kuntatt, tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, huwa konvenjenti li jkun hemm limitu ta' awtorità kompetenti waħda għal kull Stat Membru.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 92/106/KEE

Artikolu 9a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaqsmu bejniethom l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fejn jidħol l-iskambju tal-informazzjoni, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità daqs l-awtorità oriġinarja.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkooperaw bejniethom, b'mod partikulari bil-ħsieb li jsaħħu l-konnessjonijiet transfruntiera u jiżguraw il-kontinwità u l-koerenza tal-investimenti mwettqa fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaqsmu bejniethom l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fejn jidħol l-iskambju tal-informazzjoni, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità daqs l-awtorità oriġinarja.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

Referenzi

COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

29.11.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.11.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Michel Dantin

29.1.2018

Eżami fil-kumitat

19.3.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Urszula Krupa, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Nicola Caputo, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Karol Karski, Ulrike Müller, Stanislav Polčák, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Jaromír Kohlíček, Miltiadis Kyrkos

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

53

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller

ECR

John Flack, Karol Karski, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Esther Herranz García, György Hölvényi, Peter Jahr, Peter Liese, Lukas Mandl, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Nikos Androulakis, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Miltiadis Kyrkos, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Davor Škrlec, Bart Staes

1

-

EFDD

Julia Reid

3

0

GUE/NGL

Stefan Eck, Jaromír Kohlíček

NI 

Zoltán Balczó

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

Referenzi

COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

29.11.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.11.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Daniela Aiuto

11.12.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

1.2.2018

25.4.2018

9.7.2018

 

Data tal-adozzjoni

9.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Krzysztof Hetman

Data tat-tressiq

13.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

4

-

ECR

Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

2

0

ENF

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Awwissu 2018Avviż legali