Proċedura : 2018/2054(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0266/2018

Testi mressqa :

A8-0266/2018

Dibattiti :

PV 10/09/2018 - 29
CRE 10/09/2018 - 29

Votazzjonijiet :

PV 11/09/2018 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0327

RAPPORT     
PDF 701kWORD 71k
18.7.2018
PE 620.924v02-00 A8-0266/2018

dwar Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE

(2018/2054(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Krzysztof Hetman

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE

(2018/2054(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) kif ukoll l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT)(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (SWD(2017)0307),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE(5),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: is-seba' rapport tal-Kummissjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar iż-żieda fl-involviment tas-sħab u l-viżibilità fil-prestazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar it-taħlita ta' finanzjament it-tajba għar-reġjuni mal-Ewropa: ibbilanċjar tal-istrumenti u l-għotjiet finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni tal-UE(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar l-investiment f'impjiegi u tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: evalwazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 16(3) tas-CPR(10),

  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017 dwar il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal- fruntiera(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Istrateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3)(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea – l-aħjar prattiki u miżuri innovattivi(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD)(14),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0266/2018),

A.  billi l-UE u l-ġirien immedjati tagħha fi ħdan l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) għandhom 40 fruntiera interna fuq l-art u reġjuni tal-fruntieri interni tal-UE, u dawn ir-reġjuni jkopru 40 % tat-territorju tal-Unjoni, jammontaw għal 30 % tal-popolazzjoni tal-UE u jipproduċu kważi terz tal-PDG tal-UE;

B.  billi r-reġjuni tal-fruntiera, speċjalment dawk b'densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, x'aktarx li jiffaċċjaw kundizzjonijiet aktar imwiegħra għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u ġeneralment il-prestazzjoni ekonomika tagħhom tkun aktar batuta minn reġjuni fi ħdan l-Istati Membri, u l-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħhom mhuwiex utilizzat;

C.  billi l-ostakli fiżiċi u/jew ġeografiċi jikkontribwixxu wkoll għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ristretta bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE, b'mod partikolari fil-każ ta' reġjuni muntanjużi;

D.  billi, minkejja l-isforzi li diġà saru, l-ostakli – magħmula prinċipalment minn ostakli amministrattivi, lingwistiċi u legali – għadhom jippersistu u jxekklu t-tkabbir, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-koeżjoni bejn u fir-reġjuni tal-fruntieri;

E.  billi fl-2017 il-Kummissjoni stmat li t-tneħħija ta' 20 % biss tal-ostakli eżistenti fir-reġjuni tal-fruntieri ser twassal għal żieda fil-PDG tagħhom ta' 2 %, jew madwar EUR 91 biljun, li tissarraf f'madwar miljun impjieg ġdid; billi ġie rikonoxxut b'mod ġenerali li l-kooperazzjoni territorjali, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, tissarraf f'valur miżjud ġenwin u viżibbli, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu tal-fruntieri interni;

F.  billi n-numru totali ta' ħaddiema u studenti transfruntiera li huma attivi f'pajjiż ieħor tal-UE huwa ta' madwar 2 miljun, li minnhom 1.3 miljun huma ħaddiema, jirrappreżentaw 0,6 % tal-impjegati kollha madwar l-UE-28;

G.  billi fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP), 95 % tal-fondi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huma allokati għat-taqsimiet ewlenin ta' TEN-T, filwaqt li proġetti żgħar dwar in-netwerk komprensiv u l-interventi marbuta man-netwerk TEN-T, minkejja li essenzjali għas-soluzzjoni ta' problemi speċifiċi u għall-iżvilupp ta' konnessjonijiet u ekonomiji transfruntiera, spiss mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament jew għal finanzjament nazzjonali;

H.  billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb ukoll li tippreżenta l-pożizzjoni tagħha dwar ir-reġjuni tal-fruntieri marittimi interni;

I.  billi d-diversi sfidi li r-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE jiffaċċjaw, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni rurali, iż-żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali u r-reġjuni fl-Unjoni li jsofru mid-distanza, insularità jew żvantaġġi naturali jew demografiċi oħrajn gravi u permanenti fl-ambitu tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ikun jistħoqqilhom ukoll pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni;

1.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" li, bħala r-riżultat ta' sentejn ta' riċerka u djalogu, tipprovdi informazzjoni siewja dwar l-isfidi u l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri interni tal-UE; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-użu u l-pubblikazzjoni ta' prattiki tajba u stejjer ta' suċċess, kif tagħmel din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u jħeġġeġ segwitu b'analiżi simili rigward ir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE;

Immirar lejn l-ostakli persistenti

2.  Jirrimarka li l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, skont l-iżvilupp tagħhom, huwa kruċjali għall-popolazzjoni ta' żoni transfruntiera interni li tammonta għal 150 miljun, u ta' spiss huwa mxekkel minn bosta ostakli legali u amministrattivi, inklużi dawk lingwistiċi; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aktar sforzi possibbli u jżidu l-kooperazzjoni biex ineħħu dawn l-ostakli u jippromwovu u jistabbilixxu l-użu ta' Gvern-e, speċjalment fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa, it-trasport, il-bini ta' infrastruttura fiżika kruċjali, l-edukazzjoni, il-kultura, l-isport, il-komunikazzjoni, il-mobilità tax-xogħol, l-ambjent, kif ukoll ir-regolamentazzjoni, il-kummerċ transfruntier u l-iżvilupp tan-negozju;

3.  Jissottolinja li l-problemi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri huma komuni sa ċertu punt, imma wkoll ivarjaw minn reġjun għal ieħor, jew bejn l-Istati Membri, u jiddependu mill-ispeċifiċitajiet legali, amministrattivi, ekonomiċi u ġeografiċi partikolari ta' reġjun partikolari, u dan ifisser li huwa meħtieġ approċċ individwali għal kull wieħed minn dawn ir-reġjuni; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-iżvilupp komuni tar-reġjuni transfruntiera b'mod ġenerali; jinkoraġġixxi approċċi mfassla apposta, integrati u bbażati fuq il-post, bħall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD);

4.  Jissottolinja li l-oqfsa legali u istituzzjonali differenti tal-Istati Membri jistgħu jwasslu għal inċertezza tad-dritt fir-reġjuni tal-fruntieri, li tirriżulta f'żieda fiż-żmien meħtieġ u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-proġetti, u tikkostitwixxi ostaklu addizzjonali għaċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u l-intrapriżi fir-reġjuni tal-fruntiera u li ta' spiss ixxekkel inizjattivi pożittivi; jenfasizza, għalhekk, li huwa tajjeb li jkun hemm aktar komplementarjetà, koordinazzjoni u komunikazzjoni aħjar, interoperabbiltà u rieda sabiex jitneħħew l-ostakli bejn l-Istati Membri, jew tal-inqas fil-livell tar-reġjuni tal-fruntiera;

5.  Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċjali ta' ħaddiema transfruntiera, li huma dawk li jiġu milquta bl-aktar mod serju mill-isfidi preżenti fir-reġjuni tal-fruntieri, inkluż, b'mod partikolari, ir-rikonoxximent ta' diplomi u kwalifiki oħra miksuba wara t-taħriġ mill-ġdid, il-kura tas-saħħa, it-trasport u aċċess għal informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol battala, sistemi ta' sigurtà soċjali u ta' tassazzjoni; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jegħlbu dawn l-ostakli u jippermettu għal aktar setgħat, fondi u biżżejjed flessibilità biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali fir-reġjuni tal-fruntiera jikkoordinaw aħjar is-sistemi nazzjonali legali u amministrattivi ġirien sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' ħaddiema transfruntiera; jissottolinja f'dan il-kuntest l-importanza tat-tixrid u l-użu tal-aħjar prattiki madwar l-UE kollha; jisħaq li dawn il-problemi huma aktar kumplessi għal ħaddiema transfruntiera lejn u minn pajjiżi li mhumiex fl-UE;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi relatati ma' attivitajiet kummerċjali mwettqa fir-reġjuni tal-fruntieri, b'mod partikolari meta jkunu relatati mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet tax-xogħol u dawk kummerċjali, it-tassazzjoni, l-akkwist pubbliku u s-sistemi tas-sigurtà soċjali; jappella lill-Istati Membri u lir-reġjuni sabiex jallinjaw jew jarmonizzaw aħjar id-dispożizzjonijiet legali rilevanti mal-isfidi ta' ċerti żoni transfruntiera, u jippromwovu l-komplimentarjetà u jiksbu konverġenza fl-oqfsa regolatorji sabiex jippermettu aktar koerenza u flessibbiltà legali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll sabiex itejbu t-tixrid tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera, pereżempju billi joħolqu punti uniċi ta' servizz li jippermettu lill-ħaddiema u lill-kumpaniji jonoraw l-obbligi tagħhom u jwettqu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ, hekk kif mitlub mis-sistema leġiżlattiva tal-Istat Membru fejn jipprovdu s-servizzi tagħhom; jappella għal użu aħjar mis-soluzzjonijiet eżistenti u garanziji għal finanzjament għall-istrutturi ta' kooperazzjoni eżistenti;

7.  Jesprimi diżappunt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma inkludietx valutazzjoni speċifika ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), inkluż appoġġ addizzjonali li jista' jingħatalhom; jemmen li l-SMEs jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward ta' interazzjoni transfruntiera li tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, dawk relatati mal-lingwa, il-kapaċità amministrattiva, id-differenzi kulturali u d-diverġenza legali; jisħaq li huwa tassew importanti li din l-isfida tiġi indirizzata billi l-SMEs jimpjegaw 67 % tal-ħaddiema fis-setturi kummerċjali mhux finanzjarji tal-UE u jiġġeneraw 57 % tal-valur miżjud(15);

8.  Jindika li f'reġjuni transfruntiera, speċjalment dawk b'densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, it-trasport, b'mod partikolari s-servizzi tat-trasport pubbliku transfruntier, għadu mhux żviluppat u kkoordinat biżżejjed, parzjalment minħabba konnessjonijiet nieqsa jew mhux użati, li jxekklu l-mobilità transfruntiera u l-prospettivi għall-iżvilupp ekonomiku; jenfasizza, barra minn hekk, li l-infrastruttura tat-trasport transfruntier hija wkoll partikolarment affettwata ħażin minn arranġamenti regolatorji u amministrattivi kumplessi; jissottolinja l-potenzjal eżistenti għall-iżvilupp ta' trasport sostenibbli, primarjament abbażi tat-trasport pubbliku, u f'dan ir-rigward jistenna l-istudju li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-konnessjonijiet ferrovjarji nieqsa tul il-fruntieri interni tal-UE; jissottolinja li kwalunkwe studju jew rakkomandazzjonijiet futuri bħal dawn għandhom ikunu bbażati, fost oħrajn, fuq informazzjoni u esperjenzi tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u jieħdu kont ta' kwalunkwe proposti għall-kooperazzjoni transfruntiera u, fejn dan huwa diġà fis-seħħ, għal konnessjonijiet transfruntiera aħjar transkonfinali u jappella lill-awtoritajiet reġjonali transfruntiera biex jipproponu modi kif jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti fin-netwerks tat-trasport; ifakkar li xi infrastruttura ferrovjarja eżistenti mhijiex qiegħda tintuża aktar minħabba nuqqas ta' appoġġ; jisħaq fuq il-benefiċċji għall-ekonomiji lokali u reġjonali li jistgħu jirriżultaw minn żvilupp ulterjuri tal-passaġġi fuq l-ilma; jappella għal assi tas-CEF, b'baġit adegwat, li jkun dedikat għat-tneħħija tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura tat-trasport sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli fit-trasport li jxekklu l-attivitajiet ekonomiċi bħat-trasport, it-turiżmu u l-ivvjaġġar taċ-ċittadini;

9.  Jieħu nota li l-attrazzjoni taż-żoni transfruntiera għall-għajxien u l-investiment tiddependi ħafna fuq il-kwalità tal-ħajja, id-disponibbiltà ta' servizzi pubbliċi u kummerċjali għaċ-ċittadini u n-negozji u l-kwalità tat-trasport – kundizzjonijiet li jistgħu jintlaħqu u jinżammu biss permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll man-negozji fuq kull naħa tal-fruntiera;

10.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri differenti u kumplessi ta' awtorizzazzjoni preliminari għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-metodi ta' pagament u rimborż użati, il-piżijiet amministrattivi għall-pazjenti fir-rigward ta' konsultazzjonijiet transfruntiera mal-ispeċjalisti, l-inkompatibbiltajiet fl-użu tat-teknoloġija u fil-kondiviżjoni tad-data tal-pazjenti kif ukoll in-nuqqas ta' informazzjoni unifikata aċċessibbli mhux biss jillimitaw l-aċċessibbiltà għal kull naħa tal-fruntiera, u għalhekk ifixklu l-użu komplut tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, iżda wkoll jimpedixxu lis-servizzi ta' emerġenza u salvataġġ fit-twettiq tal-interventi transfruntiera tagħhom;

11.  Jenfasizza r-rwol li r-reġjuni tal-fruntiera tal-UE jista' jkollhom rigward l-ambjent u l-preservazzjoni tiegħu, billi t-tniġġis ambjentali u d-diżastri naturali ta' spiss huma kwistjonijiet transfruntiera; jappoġġja, f'dan il-kuntest, proġetti transfruntiera dwar il-protezzjoni ambjentali għar-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE, billi dawn ir-reġjuni spiss jiffaċċjaw sfidi ambjentali kkawżati minn standards ambjentali u regolamentazzjoni legali differenti fil-pajjiżi ġirien tal-UE; jappella wkoll għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar dwar il-ġestjoni tal-ilma intern biex jiġu evitati diżastri naturali bħall-għargħar;

12.  Jappella lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tindirizza l-problemi li jirriżultaw mill-ostakli fiżiċi u ġeografiċi eżistenti bejn ir-reġjuni tal-fruntiera;

Tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-fiduċja

13.  Iqis li l-fiduċja reċiproka, ir-rieda politika u approċċ flessibbli fost id-diversi livelli tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak nazzjonali, huma kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-ostakli persistenti msemmija hawn fuq; jemmen li l-valur tal-politika ta' koeżjoni għar-reġjuni tal-fruntiera huwa bbażat fuq l-għan li tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir u li din l-azzjoni għandha tinbeda fil-livell tal-Unjoni, dak tal-Istati Membri, dak reġjonali u dak lokali; jappella, għaldaqstant, għal koordinazzjoni u djalogu aħjar, skambju aktar effettiv tal-informazzjoni u aktar skambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet, partikolarment fil-livell lokali u dak reġjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu din il-kooperazzjoni u jipprovdu finanzjament għall-istrutturi ta' kooperazzjoni sabiex tiġi żgurata awtonomija funzjonali u finanzjarja adegwata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rispettivi;

14.  Jissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni u l-kultura, u, b'mod partikolari, l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-isforzi għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu u d-djalogu interkulturali fir-reġjuni tal-fruntiera; jenfasizza l-potenzjal tal-iskejjel u l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa lokali f'dawn l-isforzi u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet tal-fruntieri interni sabiex jintroduċu t-tagħlim tal-lingwi tal-pajjiżi ġirien fil-kurrikuli tagħhom mill-edukazzjoni preskolari; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li jiġi promoss approċċ multilingwi fil-livelli amministrattivi kollha;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu r-rikonoxximent reċiproku u fehim aħjar taċ-ċertifikati, id-diplomi, u l-kwalifiki vokazzjonali u professjonali bejn reġjuni ġirien; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, l-inklużjoni ta' ħiliet speċifiċi fil-kurrikulu bl-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjieg transfruntier, inklużi l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet;

16.  Jinkoraġġixxi diversi miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu lill-forom kollha ta' diskriminazzjoni fir-reġjuni tal-fruntiera u li jneħħu l-ostakli għall-persuni vulnerabbli biex isibu impjieg u jiġu integrati fis-soċjetà; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' intrapriżi soċjali fir-reġjuni tal-fruntiera bħala sors ta' ħolqien ta' impjiegi, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli bħalma huma ż-żgħażagħ qiegħda u l-persuni b'diżabilità;

17.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni dwar Gvern-e għall-2016-2020(16) bħala għodda biex tinkiseb amministrazzjoni pubblika effiċjenti u inklużiva, u jirrikonoxxi l-valur partikolari ta' dan il-pjan għal miżuri ta' semplifikazzjoni fir-reġjuni tal-fruntieri; jinnota li l-interoperabilità tas-sistemi eżistenti ta' gvern-e hija meħtieġa fil-livelli amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali; huwa mħasseb madankollu dwar l-inkonsistenzi fl-implimentazzjoni tal-pjan f'xi Stati Membri; huwa wkoll imħasseb dwar l-interoperabbiltà ta' spiss inadegwata tas-sistemi elettroniċi tal-awtoritajiet u l-livell baxx ta' servizzi online disponibbli għal intraprendituri barranin li jibdew negozju f'pajjiż ieħor; jappella, għaldaqstant, biex l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiffaċilitaw l-aċċess, inklużi l-għodod lingwistiċi, għas-servizzi diġitali tagħhom għal utenti potenzjali minn żoni ġirien u jappella lill-awtoritajiet fir-reġjuni transfruntiera biex jistabbilixxu portali elettroniċi għall-iżvilupp ta' inizjattivi kummerċjali transfruntiera; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, reġjonali u lokali biex iżidu l-isforzi tagħhom fuq proġetti ta' gvern-e li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja u x-xogħol taċ-ċittadini tal-fruntiera;

18.  Jinnota li xi reġjuni tal-fruntieri interni u esterni qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi serji ta' migrazzjoni li ta' spiss imorru lil hinn mill-kapaċità tar-reġjuni tal-fruntiera, u jinkoraġġixxi l-użu xieraq ta' programmi Interreg, kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntieri, fil-qafas tal-integrazzjoni tar-rifuġjati taħt il-protezzjoni internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ u koordinazzjoni fil-livell Ewropew, kif ukoll ħtieġa li l-gvernijiet nazzjonali jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-perspettivi tagħha dwar l-indirizzar tal-isfidi ppreżentati lir-reġjuni marittimi interni kif ukoll dawk tal-fruntieri esterni; jappella għal aktar appoġġ għall-proġetti transfruntiera bejn ir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE u r-reġjuni tal-fruntiera ta' pajjiżi ġirien, b'mod partikolari reġjuni ta' dawk il-pajjiżi terzi li huma involuti fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE; itenni, f'dan il-kuntest, li l-karatteristiċi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri kollha huma komuni sa ċertu punt, filwaqt li jeħtieġu approċċ differenzjat imfassal apposta; jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħataw attenzjoni speċjali u appoġġ adegwat lir-reġjuni ultraperiferiċi tal-fruntieri esterni tal-UE;

20.  Jisħaq li l-politika ta' koeżjoni futura għandha tqis b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ lir-reġjuni tal-UE l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk li, bħala riżultat ta' dan, ser isibu ruħhom tal-fruntiera tal-UE (art jew baħar);

21.  Jappella lill-Istati Membri biex itejbu l-komplementarjetà tas-servizzi tas-saħħa tagħhom fir-reġjuni tal-fruntiera u jiżguraw kooperazzjoni ġenwina fl-għoti ta' servizzi ta' emerġenza transfruntiera bħall-interventi għall-kura tas-saħħa, tal-pulizija u tas-servizzi tat-tifi tan-nar sabiex b'hekk jiżguraw li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-pazjenti, kif previst fid-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transfruntiera, kif ukoll jiżdiedu d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi; jappella lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet biex jikkonkludu ftehimiet qafas bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni rigward il-kura tas-saħħa transfruntiera u, f'dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għaż-żoni hekk imsejħa ZOAST (Zones Organisées d'Accès aux Soins Transfrontaliers) fejn ir-residenti tat-territorji tal-fruntiera jistgħu jirċievu kura tas-saħħa fuq kull naħa tal-fruntiera f'istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa apposta mingħajr ebda ostaklu amministrattiv jew finanzjarju u li saru punti ta' riferiment għall-kooperazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera madwar l-Ewropa;

22.  Jappella lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet li ttejjeb il-kooperazzjoni u tegħleb l-ostakli għall-iżvilupp reġjonali tal-fruntieri esterni ma' reġjuni ġirien, b'mod partikolari, mar-reġjuni ta' dawk il-pajjiżi li qegħdin iħejju għall-adeżjoni mal-UE;

23.  Jenfasizza l-importanza ta' proġetti fuq skala żgħira u transfruntiera bil-għan li jgħaqqdu lin-nies u b'hekk jinħoloq potenzjal ġdid għall-iżvilupp lokali;

24.  Jissottolinja l-importanza li nitgħallmu mill-potenzjal tal-istejjer ta' suċċess minn xi reġjuni tal-fruntiera u nagħmlu użu ulterjuri minnu;

25.  Jissottolinja l-importanza tal-isport bħala għodda li tiffaċilita l-integrazzjoni ta' komunitajiet li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera u jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jallokaw riżorsi ekonomiċi xierqa għal programmi ta' kooperazzjoni territorjali biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura għall-isport lokali;

L-isfruttar ta' għodod tal-UE għal koerenza mtejba

26.  Jissottolinja r-rwol importanti u pożittiv ħafna tal-programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC), u b'mod partikolari l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali u fil-koeżjoni tar-reġjuni tal-fruntiera inklużi reġjuni marittimi u tal-fruntieri esterni; jilqa' l-fatt li fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, l-ETC inżamm bħala objettiv importanti bi rwol aktar distint fi ħdan il-politika ta' koeżjoni wara l-2020 u jappella għal żieda sinifikanti fil-baġit, partikolarment għall-komponent transfruntier; jissottolinja l-valur miżjud Ewropew perċepit tal-ETC u jappella lill-Kunsill biex jadotta l-approprjazzjonijiet proposti f'dan ir-rigward; jissottolinja fl-istess waqt il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-programmi, tiġi żgurata koerenza aħjar tal-ETC mal-għanijiet ġenerali tal-UE u l-programmi jingħataw flessibilità sabiex jindirizzaw aħjar l-isfidi lokali u reġjonali, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-benefiċjarji u jiġi ffaċilitat aktar investiment fi proġetti ta' infrastruttura sostenibbli permezz tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera; jappella lill-awtoritajiet fir-reġjuni transfruntiera biex jagħmlu użu aktar intensiv mill-appoġġ mogħti permezz ta' dawn il-programmi;

27.  Jappella lill-Kummissjoni biex regolarment tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar lista ta' ostakli li jkunu tneħħew fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-użu ta' għodod innovattivi eżistenti, li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni u l-approfondiment li għaddejjin bħalissa tal-kooperazzjoni transfruntiera, bħall-Punt Fokali tal-Fruntieri, SOLVIT imsaħħaħ, kif ukoll il-Gateway Diġitali Unika, bl-għan li jiġi organizzat għarfien espert u pariri dwar aspetti reġjonali transfruntiera, u li jiġu żviluppati ulterjorment oħrajn ġodda; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jagħmluhom diġitali b'mod standard sabiex jiżguraw servizzi pubbliċi diġitali mill-bidu sal-aħħar għaċ-ċittadini u għan-negozji fir-reġjuni tal-fruntiera;

28.  Jissottolinja l-importanza li l-Kummissjoni tiġbor informazzjoni dwar l-interazzjoni transfruntiera bil-għan ta' proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet aħjar u aktar informat f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, u tappoġġja u tiffinanzja proġetti pilota, programmi, studji, analiżi u riċerka territorjali;

29.  Jappella biex isir użu aħjar mill-potenzjal tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi relatati mar-reġjuni tal-fruntiera;

30.  Jemmen li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun aktar orjentata lejn l-investiment fin-nies billi l-ekonomiji tar-reġjuni tal-fruntiera jistgħu jingħataw spinta permezz ta' ġabra effettiva ta' investimenti fl-innovazzjoni, fil-kapital uman, fil-governanza tajba u fil-kapaċità istituzzjonali;

31.  Jiddispjaċih li l-potenzjal tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali mhux qiegħed jiġi sfruttat bis-sħiħ, li jista' jkun parzjalment dovut għar-riżervi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u parzjalment għall-biża' tagħhom dwar trasferiment ta' kompetenzi u nuqqas attwali ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-kompetenzi rispettivi tagħhom; jappella sabiex kwalunkwe kawża oħra possibbli ta' din is-sitwazzjoni tiġi identifikata u indirizzata malajr; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex jingħelbu l-ostakli għall-applikazzjoni effettiva ta' dan l-istrument; ifakkar li r-rwol prinċipali tal-Kummissjoni fil-programmi tal-ETC għandu jkun li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri;

32.  Iħeġġeġ li tingħata konsiderazzjoni lill-esperjenzi tal-bosta Euroregions li jeżistu u li qegħdin joperaw bejn ir-reġjuni tal-fruntiera interna u esterna tal-UE sabiex jittejbu l-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera; jappella sabiex issir valutazzjoni tal-ħidma ta' Euroregions fil-qasam tal-kooperazzjoni reġjonali u fir-relazzjoni tagħhom mal-inizjattivi u l-ħidma tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, sabiex jiġu kkoordinati u ottimizzati r-riżultati tal-ħidma tagħhom f'dan il-qasam;

33.  Jissottolinja li l-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-impatt spazjali tal-politiki; jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħti rwol aktar b'saħħtu lill-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali meta jiġu proposti inizjattivi leġiżlattivi tal-UE;

34.  Jemmen bis-sħiħ li konvenzjoni Ewropea transfruntiera (ECBC) li tippermetti, fil-każ ta' infrastruttura jew servizz transfruntieri territorjalment limitati (pereżempju sptar jew linja tat-tramm), l-applikazzjoni tal-qafas normattiv nazzjonali u/jew l-istandards ta' wieħed miż-żewġ pajjiżi jew aktar ikkonċernati tkompli tnaqqas l-ostakli transfruntiera; jilqa' f'dan il-kuntest il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373) li ġiet ippubblikata reċentement;

35.  Jistenna l-proposta prospettiva għal regolament tal-Kummissjoni dwar għodda ta' ġestjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera sabiex tiġi vvalutata l-utilità tagħha għar-reġjuni kkonċernati;

°

°  °

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, lill-KtR u lill-KESE.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)

ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.

(4)

ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2018)0067.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2018)0105.

(7)

Testi Adottati, P8 TA(2017)0254.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2017)0245.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2017)0222.

(10)

Testi adottati, P8_TA(2017)0053.

(11)

ĠU C 207, 30.6.2017, p. 19.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2016)0320.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2016)0321.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0211.

(15)

Rapport Annwali dwar l-SME Ewropej, 2016/2017, p. 6.

(16)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 intitolata "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 – Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika" (COM(2016)0179).


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-reġjuni tal-fruntieri interni tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw 40 % tat-territorju tagħha u huma l-post fejn jgħixu 150 miljun ċittadin Ewropew. Huma jiġġeneraw ukoll kwart tal-PDG tal-Ewropa. Minkejja dawn il-fatti, ir-reġjuni tal-fruntieri qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' ostakli persistenti, li jxekklu t-tkabbir u l-iżvilupp tagħhom u, b'riżultat ta' dan, huma għandhom prestazzjoni ekonomika agħar minn dik ta' reġjuni aktar 'il ġewwa fi ħdan l-Istati Membri.

Sabiex issib spjegazzjoni għal din is-sitwazzjoni, kif ukoll biex tipproponi soluzzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea wettqet ir-Reviżjoni Transfruntiera 2015–2017, li kienet tikkonsisti fi studju ta' ostakli legali u amministrattivi, konsultazzjonijiet pubbliċi onlajn estensivi u sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma ma' partijiet interessati. L-effett ta' din ir-reviżjoni huwa l-Komunikazzjoni dwar Spinta lit-Tkabbir u l-Koeżjoni fir-Reġjuni tal-Fruntiera tal-UE, li tindika l-aktar għaxar ostakli frekwenti għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntieri u tipproponi soluzzjonijiet biex jissolvew dawn il-problemi.

Ir-rapporteur jilqa' d-dokument ippreżentat mill-Kummissjoni bħala analiżi ta' valur u profonda tal-ostakli eżistenti, u japprezza s-soluzzjonijiet proposti. Huwa jemmen bil-qawwa li l-aktar għodda b'saħħitha sabiex jingħelbu l-piżijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntieri hija l-fiduċja reċiproka u r-rieda politika tal-awtoritajiet kollha responsabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw aktar fiduċja mill-Kummissjoni u mill-gvernijiet nazzjonali. Il-kooperazzjoni effiċjenti tagħhom dwar ir-reġjuni tal-fruntieri teħtieġ aktar flessibilità u arranġamenti speċjali billi s-sistemi legali tal-Istati Membri involuti spiss mhumiex kumplementari. Dan huwa minnu anke f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt tal-Unjoni, peress li t-traspożizzjoni tad-direttivi tista' tvarja fl-Istati Membri differenti. Għalhekk, huwa jemmen li l-valutazzjoni tal-impatt territorjali għandha ssir obbligatorja għal-leġiżlazzjoni ġdida kollha tal-UE.

Ir-rapporteur jenfasizza li kwistjonijiet urġenti bħall-aċċess għas-servizzi pubbliċi, l-inċertezza tad-dritt għall-ħaddiema u l-impjegati transfruntiera u netwerk tat-trasport insuffiċjenti jeħtieġu miżuri aktar iffokati u intensivi mwettqa primarjament fil-livell tal-Istati Membri, iżda wkoll fil-livell tal-UE. Jeħtieġ li l-kwalifiki tal-ħaddiema jiġu rikonoxxuti u huma għandhom ikunu infurmati tajjeb dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali tagħhom. L-ostakli għan-negozji transfruntiera jridu jitneħħew ukoll, billi attwalment l-ispejjeż tal-kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri huma ta' madwar 60 % aktar minn dawk tal-kumpaniji li joperaw internament. Il-kooperazzjoni bejn reġjuni tal-fruntieri interni u l-iżvilupp u l-koeżjoni tagħhom jistgħu jiżdiedu ulterjorment billi titnaqqas il-kumplessità tal-proċeduri amministrattivi li ċ-ċittadini u n-negozji tal-fruntiera jridu jħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Għalhekk huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi għal aktar semplifikazzjoni.

Ir-rapporteur japprezza ħafna l-impatt pożittiv tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea fit-tneħħija tal-ostakli tal-fruntieri, iżda madankollu huwa jqis li għad hemm spazju sinifikanti għal titjib. Għalhekk, huwa jappoġġja bis-sħiħ il-preservazzjoni tal-ETC u ż-żieda fil-baġit tagħha fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss. Fl-istess ħin, huwa jirrimarka li l-finanzjament u l-investimenti huma importanti, iżda mhumiex biżżejjed biex tittejjeb is-sitwazzjoni, u għalhekk huwa jqis li strumenti bħal pereżempju ir-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali għandhom jissaħħu. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta' strumenti ġodda, bħall-għodda ta' ġestjoni ġdida tal-kooperazzjoni transfruntiera.

Ir-rapporteur jilqa' l-ħolqien tal-Punt Fokali tal-Fruntieri fi ħdan il-Kummissjoni, li ser joffri pariri lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jiġu indirizzati l-ostakli transfruntiera legali u amministrattivi. Huwa jenfasizza r-rwol importanti tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-ostakli transfruntiera billi tipproponi leġiżlazzjoni jew mekkaniżmi ta' finanzjament jew billi tappoġġja lill-Istati Membri fil-ħolqien ta' arranġamenti aħjar u approfondiment tal-kooperazzjoni tagħhom biex jingħelbu l-ostakli fir-reġjuni tal-fruntieri.

Ir-rapporteur jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tirreferi biss għar-reġjuni tal-fruntiera interna tal-UE. Ir-rapporteur jappoġġja l-loġika tal-Kummissjoni li tiffoka biss fuq dawn ir-reġjuni, peress li dawn iħabbtu wiċċhom ma' sfidi komuni. Madankollu, huwa jħoss li huwa essenzjali li titħejja reviżjoni simili għar-reġjuni esterni u marittimi tal-fruntieri u biex jinstabu soluzzjonijiet effiċjenti għall-isfidi u l-ostakli li dawn ir-reġjuni qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (25.6.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar it-tisħiħ tat-tkabbir u tal-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE

(2018/2054(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Theodoros Zagorakis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntiera u jenfasizza li d-disparitajiet soċjoekonomiċi, inklużi d-differenzi kulturali u tal-lingwa, bejn reġjuni tal-fruntiera differenti, jistgħu jxekklu l-integrazzjoni, jillimitaw l-interazzjoni u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-persuni u n-negozji fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera;

2.  Jenfasizza li l-UE kkontribwiet b'mod pożittiv għall-iżvilupp ta' reġjuni tal-fruntiera u li programmi ta' finanzjament futuri għandhom ikomplu bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, filwaqt li jiffokaw fuq oqsma ta' valur miżjud Ewropew partikolarment kbir u jiżguraw li s-soluzzjoni tad-diffikultajiet tal-fruntiera hija fil-qalba tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera;

3.  Jistipula li l-politika ta' koeżjoni għandha tkompli tappoġġja lill-persuni vulnerabbli u emarġinati, billi tindirizza ż-żieda fl-inugwaljanzi u tiżviluppa s-solidarjetà permezz ta' investimenti fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura, u billi tagħti attenzjoni partikolari lill-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera ffokati fuq l-ostakoli kulturali, territorjali u amministrattivi eżistenti u l-isfidi futuri f'dawk ir-reġjuni;

4.  Jenfasizza li l-fruntieri tal-UE jikkonsistu fi fruntieri kemm tal-art kif ukoll marittimi, li jridu jiġu meqjusa; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tħares lejn l-isfidi tar-reġjuni tal-fruntiera marittima sabiex tippermetti analiżi olistika tal-ostakoli li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntiera kollha, kif ukoll tal-kooperazzjoni u t-tkabbir potenzjali għal dawk ir-reġjuni kollha;

5.  Jissottolinja l-importanza ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera, inklużi programmi makroreġjonali u interreġjonali fil-finanzjament ta' attivitajiet edukattivi, kulturali, kreattivi, sportivi, artistiċi u oħrajn li l-valur miżjud Ewropew tagħhom iqarreb liċ-ċittadini lejn xulxin, joħloq sinerġiji transfruntiera, irawwem il-fiduċja reċiproka u l-fehim, u jgħin biex jiġu indirizzati forom differenti ta' preġudizzji u sterjotipi fir-reġjuni tal-fruntiera; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs), b'konformità mal-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u l-għadd kbir ta' proġetti INTERREG iddedikati għall-kultura u l-patrimonju, li juri li hemm xewqa kbira fost ir-reġjuni tal-fruntiera li jinvestu f'assi kulturali tradizzjonali konġunti kif ukoll fl-iżvilupp ta' proġetti kreattivi moderni, industriji kreattivi u proġetti tal-patrimonju; itenni l-fehma tiegħu li l-appoġġ finanzjarju tal-UE huwa kruċjali għal dawn l-inizjattivi u għandu għalhekk jiġi msaħħaħ aktar fil-QFP li jmiss, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ mill-fondi tal-FSIE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u trawwem sinerġiji bejn il-prijoritajiet lokali u l-istrateġiji u l-objettivi eżistenti tal-UE, u tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tar-reġjuni tal-fruntiera;

6.  Jindika l-kumplessitajiet tal-qafas attwali għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera, kif ukoll id-diffikultajiet strutturali u l-piżijiet amministrattivi li l-benefiċjarji potenzjali jiffaċċjaw matul it-tħejjija ta' tali proġetti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-miżuri ta' semplifikazzjoni mressqa għall-perjodu ta' wara l-2020 u jikkunsidrahom bħala pass importanti f'dawk li huma semplifikazzjoni u titjib tal-implimentazzjoni u l-aċċessibilità tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera;

7.  Ifakkar fl-importanza tal-kultura u tal-wirt kulturali fir-rigward tal-prosperità ekonomika tal-bliet u r-reġjuni, u jistieden għalhekk lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jissalvagwardjaw u jippromwovu b'mod effettiv il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tagħhom, u biex f'dan ir-rigward jużaw l-għodod kollha disponibbli tal-politika ta' koeżjoni;

8.  Jitlob li jkun hemm strateġija ta' informazzjoni ġdida dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u reġjonali sabiex ikun hemm tqarrib lejn l-abitanti tar-reġjuni tal-fruntiera, tiżdied is-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-opportunitajiet li jinġiebu mill-programmi transfruntiera tal-UE, u għaldaqstant jingħata kontribut lil bidla fl-attitudnijiet favur mentalità aktar miftuħa dwar kwistjonijiet reġjonali u transfruntiera;

9.  Jenfasizza l-importanza tal-isport għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni transfruntiera, kif muri mill-għadd kbir ta' proġetti ta' kooperazzjoni territorjali li użaw l-isport bħala għodda għall-integrazzjoni soċjali u kulturali;

10.  Jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jaġixxu, jipparteċipaw u jinvolvu ruħhom fl-aspetti kollha tal-iżvilupp tas-soċjetà reġjonali u transfruntiera; jappoġġja l-ideat u l-attivitajiet transfruntiera fil-qasam taż-żgħażagħ, bħall-ħolqien ta' pjattaformi għall-iskambju tal-ideat u l-aħjar prattika, is-sensibilizzazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kooperazzjoni transfruntiera, u t-tixrid ta' informazzjoni permezz tal-midja soċjali u midja sabiex jittejbu l-parteċipazzjoni u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-proġetti transfruntiera;

11.  Jenfasizza n-nuqqas ta' informazzjoni dwar opportunitajiet iffinanzjati mill-UE dwar programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jtejbu t-tixrid ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera, eż. billi joħolqu punti uniċi ta' kuntatt;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' impenn finanzjarju aktar sostanzjali għall-promozzjoni ta' attivitajiet sportivi transfruntiera u b'mod partikolari għall-kostruzzjoni ta' infrastrutturi fuq skala żgħira għall-isport tal-massa;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kultura u l-edukazzjoni bħala prijorità orizzontali għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni;

14.  Jappoġġja b'mod qawwi r-rwol tal-proġetti u l-programmi transfruntiera fit-titjib tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ, l-impjegabilità, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà bl-indirizzar determinat tal-problemi soċjali li ż-żgħażagħ jiffaċċjaw fir-reġjuni tal-fruntiera, bħall-qgħad u r-radikalizzazzjoni; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar sistematika bejn ir-reġjuni tal-fruntiera bl-għan li jittejbu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, l-isport u oqsma oħra tal-politika soċjali;

15.  Jenfasizza l-fatt li l-ostakoli tal-lingwa għadhom ostakolu importanti għall-kooperazzjoni transfruntiera, speċjalment fiż-żoni tal-fruntieri mingħajr tradizzjoni antika ta' kooperazzjoni; jinnota li l-lingwa hija fattur importanti għat-tisħiħ tal-fiduċja u tgħin biex jiġu mmitigati d-diffikultajiet soċjokulturali; jemmen li użu aktar immirat tal-FSIE, kif ukoll finanzjament imtejjeb għat-teknoloġiji tal-lingwi, jista' jtejjeb il-komunikazzjoni u b'hekk jagħti appoġġ lill-poromozzjoni sistematika tal-multilingwiżmu u d-diversità lingwistika Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fir-reġjuni tal-fruntieri, mill-edukazzjoni fit-tfulija bikrija 'l quddiem, anke permezz tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi u kulturali;

16.  Jemmen li l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiġi msaħħa billi jiġu ffaċilitati żjarat tal-iskola u attivitajiet extrakurrikulari transfruntiera għat-tfal minn età żgħira ħafna sabiex it-tfal jingħataw l-opportunità unika, li tmur lil hinn mill-klassi, li jkollhom kuntatt dirett u esperjenza personali mad-diversità tal-kulturi, il-lingwi u l-istorja tal-ġirien tagħhom;

17.  Jinnota li xi żoni tal-fruntiera jikkondividu lingwa komuni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-UE; jemmen li livelli miżjuda ta' finanzjament għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi transfruntiera li jintżaw anqas isaħħu l-kooperazzjoni, iżidu l-mobilità minn naħa għall-oħra tal-fruntieri, u jarrikkixxu d-diversità kulturali u l-wirt ta' dawk iż-żoni;

18.  Itenni li huwa essenzjali li jinġiebu flimkien atturi ewlenin mill-komunità tar-riċerka, in-negozju, l-edukazzjoni għolja, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili; jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw sħubijiet transfruntiera fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll bejniethom u l-intrapriżi fir-reġjuni tal-fruntieri sabiex jippromwovu l-mobilità tal-istudenti, l-għalliema, il-persunal tat-taħriġ u l-persunal amministrattiv, kif ukoll tal-kandidati dottorali u tar-riċerkaturi, inklużi l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV); jenfasizza li l-użu tal-multilingwiżmu fi ħdan sħubijiet transfruntiera bħal dawn jista' jgħin biex iħejji lill-gradwati biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri; hu tal-fehma li għandha tingħata importanza wkoll lil-Lingwi Minoritarji Reġjonali (RMLs), li huma dejjem f'riskju li jintilfu jekk ma jiġux stabbiliti politiki lingwistiċi qawwija; jemmen li l-finanzjament fil-livell Ewropew għandu jkompli għall-preservazzjoni u l-appoġġ tal-lingwi minoritarji reġjonali;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita inizjattivi transfruntiera u tipi differenti ta' skambju, u attivitajiet interkulturali u edukattivi mmirati biex żidu l-kuxjenza taċ-ċittadini fir-rigward ta' rekwiżiti leġiżlattivi u amministrattivi fir-reġjuni tal-fruntiera kif ukoll biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet lokali u l-istituzzjonijiet kulturali u edukattivi;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu r-rikonoxximent reċiproku u fehim aħjar taċ-ċertifikati, id-diplomi, u l-kwalifiki vokazzjonali u professjonali bejn reġjuni ġirien; jinkoraġġixxi, għalhekk, l-inklużjoni ta' ħiliet speċifiċi fil-kurrikulu bl-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjieg transfruntier, inklużi l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet;

21.  Jinkoraġġixxi l-ġbir flimkien tas-servizzi pubbliċi u l-isforzi konġunti f'reġjuni tal-fruntiera ġirien bl-għan li tiġi żviluppata sensiela ta' interventi mmirati biex jiġu appoġġjati l-adulti b'livell baxx ta' ħiliet jew kwalifiki baxxi f'reġjuni tal-fruntiera u biex jiġu megħjuna jtejbu l-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali tagħhom billi jakkwistaw sett usa' ta' kompetenzi u kwalifiki ogħla;

22.  Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transfruntiera u programmi għal taħriġ vokazzjonali doppju fost reġjuni tal-fruntiera differenti; huwa tal-opinjoni li kooperazzjoni transfruntiera aħjar u l-investiment fil-ħiliet fir-reġjuni tal-fruntiera jgħinu biex tiġi eliminata d-diskrepanza eżistenti fil-ħiliet, jitnaqqsu l-faqar, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' ħiliet u l-eżodu tal-imħuħ f'dawk iż-żoni periferiċi;

23.  Jemmen li l-multikulturaliżmu huwa partikolarment rilevanti għar-reġuni tal-fruntiera; jinkoraġġixxi b'mod qawwi l-kooperazzjoni kulturali transfruntiera fir-reġjuni tal-fruntiera u bejniethom billi tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-persuni kreattivi u l-atturi kulturali, bħall-artisti u r-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet kulturali, amministrazzjonijiet u netwerks fi proġetti transfruntiera u trans-Ewropej speċifiċi;

24.  Itenni li l-mobilità tal-artisti u l-professjonisti kulturali saret imprezzabbli fil-promozzjoni tal-progress kulturali u soċjali tal-Ewropa u fl-iżvilupp tal-wirt kulturali reġjonali, nazzjonali u Ewropew; hu tal-fehma li kooperazzjoni transfruntiera b'saħħitha fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs), b'attenzjoni partikolari fuq il-mikrointrapriżi u l-SMEs (anke permezz tar-raggruppament tal-impriżi), l-NGOs u l-assoċjazzjonijiet żgħar, tista' tgħin biex jinħolqu valur soċjoekonomiku, impjiegi sostenibbli u tkabbir, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, kif ukoll biex jitrawmu d-diversità kulturali u lingwistika u l-innovazzjoni; hu tal-fehma wkoll li din il-kooperazzjoni se tgħin biex jinbnew pontijiet bejn iċ-ċittadini, tiżdied il-komprensjoni reċiproka, jiġu indirizzati sfidi komuni, tissaħħaħ id-diplomazija kulturali u tinħoloq identità Ewropea, permezz ta' inizjattivi konġunti fuq proġetti relatati mal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u fuq proġetti relatati mal-patrimonju, pereżempju permezz ta' faċilitajiet konġunti tal-kura tat-tfal, edukazzjoni multilingwi aċċessibbli jew sħubiji bejn l-istituzzjonijiet edukattivi; jenfasizza l-importanza tas-CCIs fil-promozzjoni u l-preservazzjoni tad-diversità kulturali, fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, fit-twettiq ta' rwol ewlieni fir-riidustrijalizzazzjoni tal-Ewropa u fl-ixkattar ta' riperkussjonijiet pożittivi mill-innovazzjoni f'ħafna setturi oħra;

25.  Jemmen li l-iżvilupp ta' kooperazzjoni kulturali transfruntiera jagħmel kontribut essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorji transfruntiera, billi għandu impatt fuq l-ekonomija, il-koeżjoni soċjali u l-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tfassal approċċ strateġiku komuni għall-iżvilupp u l-appoġġ tal-Industriji Kulturali u Kreattivi, li joħloq konnessjoni bejn dawn l-industriji u s-soċjetà u l-ekonomija sabiex jippromwovu t-tkabbir intelliġenti u sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE;

26.  Jenfasizza l-ostakoli eċċessivi li jeżistu għall-industriji kulturali u kreattivi fir-rigward tal-aċċessar għall-finanzjament, minħabba n-natura u d-daqs tagħhom (is-CCIs huma prinċipalment mikronegozji u SMEs), kif ukoll id-diffikultajiet li jinħolqu minħabba l-prestazzjoni ekonomika, li sikwit tkun aktar batuta, ta' xi reġjuni tal-fruntiera; itenni l-opinjoni tiegħu li huwa tal-akbar importanzi li jiġu żviluppati ħiliet kulturali, kreattivi u intraprenditorjali ħalli dawk in-nuqqasijiet strutturali jingħelbu;

27.  Jissottolinja li r-reġjuni għandhom il-kapaċità ppruvata li jiżviluppaw kooperazzjoni transfruntiera fis-settur tas-CCIs, u jinnota l-effetti pożittivi tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu u jsaħħu l-politiki eżistenti f'dan il-qasam, u jużaw b'mod effettiv il-finanzjament disponibbli taħt programmi tal-UE u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE);

28.  Jemmen li l-politika ta' koeżjoni tista' tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-ħolqien ta' ideat u possibilitajiet ġodda għall-kooperazzjoni bejn mużewijiet, orkestri, proġetti transfruntiera tar-radju u tat-televiżjoni fir-reġjuni tal-fruntiera billi tindirizza d-diffikultajiet legali u finanzjarji li l-artisti jkollhom bil-proġetti transfruntiera komuni tagħhom;

29.  Jappoġġja b'mod qawwi l-proġetti kulturali transfruntiera u l-kooperazzjoni bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura u reġjuni tal-fruntiera madwar l-Ewropa kollha sabiex tiġi stabbilita katina ta' "punti ta' unjoni" kulturali u tiġi ġġenerata dimensjoni ġdida ta' netwerks kulturali Ewropej fejn prattiki ġodda ta' diversità kulturali jkunu qed jiġu żviluppati u integrati fit-twettiq ta' proġetti Ewropej konkreti;

30.  Jiddispjaċih li l-attivitajiet kulturali u ta' divertiment ħafna drabi jonqsu milli jattiraw persuni minn reġjuni tal-fruntiera differenti f'pajjiżi ġirien, minkejja l-fatt li l-persuni li jgħixu f'dawk iż-żoni jikkondividu interessi simili u jinsabu qrib ħafna ta' xulxin; jappoġġja l-portali ewroreġjonali maħluqa f'diversi reġjuni tal-fruntiera biex jipprovdu lin-nies aċċess għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet kulturali u ta' divertiment u jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' portali simili fir-reġjuni tal-fruntiera kollha;

31.  Jemmen bis-sħiħ li r-reġjuni tal-fruntieri, bis-saħħa tal-eżistenza ta' kuntatti antiki bejn l-istituzzjonijiet kulturali, is-CCIs u l-partijiet interessati minn naħa għall-oħra tal-fruntieri, jistgħu joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-mobilità artistika u kulturali, u għalhekk jistgħu ikunu vitali għat-turiżmu tematiku u jgħinu l-promozzjoni tal-Ewropa bħala destinazzjoni kompetittiva u sostenibbli, iżidu l-attrattività tal-Ewropa internazzjonalment, u jistgħu ukoll jerġgħu jagħtu l-ħajja b'mod attiv lill-proċess ta' integrazzjoni Ewropea billi jippromwovu kuntatti bejn iċ-ċittadini Ewropej u jistimulaw sens komuni ta' appartenenza; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dimensjoni kulturali fl-inizjattivi tal-iżvilupp transfruntier, kemm għall-assi tal-wirt storiku kif ukoll għall-kreattivita kontemporanja; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jżidu l-isforzi u l-investimenti tagħhom sabiex jiżviluppaw politika ta' turiżmu kulturali sostenibbli fit-tul;

32.  Ifakkar li l-iskambji edukattivi u kulturali bejn il-fruntieri jippromwovu d-djalogu interkulturali, il-komprensjoni reċiproka, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, b'mod partikolari f'reġjuni tal-fruntiera wara kunflitt; jenfasizza f'dan il-kuntest ir-riskji maħluqa mill-Brexit għall-iskambji bejn il-persuni u l-mobilità tal-istudenti, l-artisti u l-operaturi kulturali bejn ir-reġjuni tal-fruntiera tal-Irlanda ta' Fuq u r-Repubblika tal-Irlanda;

33.  Jinkoraġġixxi diversi miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu lill-forom kollha ta' diskriminazzjoni fir-reġjuni tal-fruntiera u li jneħħu l-ostakoli għall-persuni vulnerabbli biex isibu impjieg u jiġu integrati fis-soċjetà; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' intrapriżi soċjali fir-reġjuni tal-fruntiera bħala sors ta' ħolqien ta' impjiegi, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli bħalma huma ż-żgħażagħ qiegħda u l-persuni b'diżabilità;

34.  Jemmen b'mod qawwi li l-midja u l-komunikazzjonijiet għandhom il-potenzjal li jsaħħu r-reġjuni tal-fruntiera tal-UE permezz tas-settur kreattiv u li l-pjattaformi diġitali għandhom il-kapaċità li jippromwovu l-inklużjoni u jipproteġu d-diversità kulturali ta' dawn ir-reġjuni tal-fruntiera; jemmen ukoll li ċ-ċinema u t-televiżjoni, id-dokumentarji kreattivi u forom oħra ta' kontenut diġitali huma pjattaformi li jistgħu jintużaw biex jiġu appoġġjati l-wirt u l-karatteristiċi uniċi tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE;

35.  Jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jtejbu t-tixrid ta' informazzjoni dwar attivitajiet u kwistjonijiet kulturali u edukattivi transfruntiera, u jsaħħu l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dawn l-oqsma permezz tal-ħolqien ta' portal u sit web iddeżinjati;

36.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi speċifiċi relatati mal-mobilita artistika u kulturali, f'oqsma bħas-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni (l-evitar ta' taxxa doppja tal-artisti u l-professjonisti kulturali), l-għoti ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' mobilità (għotjiet għall-mobilità, programmi ta' residenza, eċċ.);

37.  Jissottolinja li t-turiżmu sportiv huwa settur tal-ekonomija Ewropea li kulma jmur qed isir dejjem aktar importanti; jitlob, għalhekk, li jiġu allokati riżorsi finanzjarji għall-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-isport bil-għan li jiġi promoss it-turiżmu permezz tal-isport;

38.  Jinnota li l-kooperazzjoni transfruntiera, bħala objettiv importanti tal-politika tal-UE, għenet biex jittaffew l-effetti negattivi tal-fruntieri interni u tista' twassal għal titjib fil-kisbiet transfruntiera fl-edukazzjoni u l-kultura;

39.  Jappoġġja l-miżuri tal-apprendistati u l-pjattaformi ta' diversi partijiet ikkonċernati fir-reġjuni tal-fruntiera li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità, l-appoġġ u l-immaġni tal-apprendistati u l-promozzjoni tal-mobilità tal-fruntieri fost l-apprendisti żgħażagħ; huwa tal-opinjoni li t-tressiq flimkien ta' partijiet ikkonċernati rilevanti biex joħolqu opportunitajiet transfruntiera għal apprendistati, traineeships jew internships se jkompli jtejjeb il-kompetizzjoni, l-edukazzjoni, il-ħiliet u s-swieq tax-xogħol f'dawk ir-reġjuni u b'mod partikolari, jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' internships fl-istituzzjonijiet reġjonali u lokali involuti fil-kooperazzjoni transfruntiera u internazzjonali;

40.  Jinnota l-isfidi tal-migrazzjoni serji li xi reġjuni tal-fruntiera jiffaċċjaw; għal dan il-għan, jinkoraġġixxi l-użu effettiv tal-finanzjament disponibbli għal programmi transfruntiera tal-UE, kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntieri, fi ħdan il-qafas tal-integrazzjoni tar-rifuġjati taħt il-protezzjoni internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li l-gvernijiet nazzjonali jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi;

41.  Jistieden lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali jikkollaboraw fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kwalunwke ostakolu legali jew amministrattiv li jfixkel l-attivitajiet edukattivi jew kulturali transfruntiera, fost l-oħrajn permezz tal-armonizzazzjoni tal-oqfsa regolatorji rilevanti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Rupert Matthews, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marlene Mizzi, Liliana Rodrigues, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto, Francis Zammit Dimech

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Angel Dzhambazki, Rupert Matthews, Remo Sernagiotto

GUE/NGL

Curzio Maltese

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Algirdas Saudargas, Michaela Šojdrová, Bogdan Brunon Wenta, Francis Zammit Dimech, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Marlene Mizzi, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Liliana Rodrigues, Julie Ward

VERTS/ALE

Jill Evans

0

-

 

 

1

0

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Lambert van Nistelrooij

S&D

Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic,Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour,Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Terry Reintke, Monika Vana

1

-

ENF

Steve Briois

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018Avviż legali