Proċedura : 2016/0359(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0269/2018

Testi mressqa :

A8-0269/2018

Dibattiti :

PV 27/03/2019 - 25
CRE 27/03/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0321

RAPPORT     ***I
PDF 1786kWORD 197k
25.7.2018
PE 610.684v01-00 A8-0269/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

(COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Angelika Niebler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

(COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0723),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0475/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0269/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opporutnità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta' żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Mingħajr ma taffettwa d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-ħaddiema, din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi u l-imprendituri vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji, inklużi l-imprendituri individwali li jkunu personalment responsabbli, ikollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opportunità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara li jkunu ġew soġġetti għal proċedura ta' insolvenza; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jinħtieġ li r-ristrutturar jippermetti lill-impriżi f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju. Jinħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar fi stadju bikru u jevitaw l-insolvenza tagħhom. Jinħtieġ li sawn l-oqfsa jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri, is-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali u jinħtieġ li jevitaw telf ta' impjiegi mingħajr bżonn u telf ta' għarfien u ħiliet. Jinħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv. Fil-proċess tar-ristrutturar jinħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jinħtieġ li jiġu llikwidati malajr kemm jista' jkun.

(2)  Jenħtieġ li r-ristrutturar u r-riżultati ta' rapporti ta' esperti xierqa u vijabbli jippermettu lill-impriżi u l-imprendituri personalment responsabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju jew in-negozju nnifsu. Jenħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar veloċi fi stadju bikri u jevitaw l-insolvenza tagħhom u l-likwidazzjoni ta' kumpaniji vijabbli. Jenħtieġ li dawn l-oqfsa preventivi veloċi jimpedixxu t-telf ta' impjiegi u t-telf ta' għarfien u ħiliet, u li jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri – meta mqabbel ma' dak li jirċievu kieku jiġu likwidati l-assi tal-kumpanija – kif ukoll is-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali. Jenħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv. Fil-proċess tar-ristrutturar jenħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti, inklużi dawk tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jenħtieġ li jiġu llikwidati malajr kemm jista' jkun. Id-disponibbiltà ta' proċeduri ta' ristrutturar rapidu preventiv tiżgura li tittieħed azzjoni qabel ma l-kumpaniji jsiru inadempjenti fir-rigward tas-self tagħhom, u b'hekk tgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju li s-self isir improduttiv f'riċessjonijiet ċikliċi u jittaffa l-impatt negattiv fuq is-settur finanzjarju. Perċentwali sinifikanti ta' negozji u impjiegi jistgħu jiġu salvati li kieku jkun hemm proċeduri preventivi fl-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-istabbilimenti, l-assi jew il-kredituri tan-negozji.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Hemm differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-firxa tal-proċeduri disponibbli għad-debituri li jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji sabiex jirristrutturaw in-negozju tagħhom. Xi Stati Membri għandhom firxa limitata ta' proċeduri li jfisser li n-negozji jistgħu biss jirristrutturaw fi stadju relattivament avvanzat, fil-kuntest ta' proċeduri ta' insolvenza. Fi Stati Membri oħra, ir-ristrutturar huwa possibbli fi stadju iktar bikri iżda l-proċeduri disponibbli mhumiex effettivi daqs kemm jistgħu jkunu jew huma formali ħafna, u b'mod partikolari jillimitaw l-użu ta' proċessi barra mill-qorti. Bl-istess mod, ir-regoli nazzjonali li jagħtu t-tieni opportunità lill-imprendituri, b'mod partikolari billi dawn jingħataw ħelsien mid-djun li jkunu ġarrbu waqt in-negozju tagħhom, ivarjaw bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tul tal-perjodu ta' ħelsien mid-dejn u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jingħata dan il-ħelsien.

(3)  Hemm differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-firxa tal-proċeduri disponibbli għad-debituri li jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji sabiex jirristrutturaw in-negozju tagħhom. Xi Stati Membri għandhom firxa limitata ta' proċeduri li jfisser li n-negozji jistgħu biss jirristrutturaw fi stadju relattivament avvanzat, fil-kuntest ta' proċeduri ta' insolvenza. Fi Stati Membri oħra, ir-ristrutturar huwa possibbli fi stadju iktar bikri iżda l-proċeduri disponibbli mhumiex effettivi daqs kemm jistgħu jkunu jew huma formali ħafna, u b'mod partikolari jillimitaw l-użu ta' proċessi barra mill-qorti. Soluzzjonijiet preventivi huma xejra dejjem tikber tad-dritt tal-insolvenza moderna. Ix-xejra tiffavorixxi approċċi li, b'differenza mill-approċċ tradizzjonali għal-likwidazzjoni ta' negozju f'diffikultà, għandhom l-għan li jirkuprawh jew tal-inqas li jsalvaw l-unitajiet tiegħu li jkunu għadhom ekonomikament vijabbli. Din il-prattika spiss tgħin biex ma jintilfux l-impjiegi jew biex jitnaqqas it-telf ta' impjiegi inevitabbli. Bl-istess mod, ir-regoli nazzjonali li jagħtu t-tieni opportunità lill-imprendituri, b'mod partikolari billi dawn jingħataw ħelsien mid-djun li jkunu ġarrbu waqt in-negozju tagħhom, ivarjaw bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tul tal-perjodu ta' ħelsien mid-dejn u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jingħata dan il-ħelsien. Barra minn hekk, il-grad ta' involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jew il-persuni maħtura tagħhom ivarja minn involviment minimu f'xi Stati Membri għal parteċipazzjoni sħiħa f'oħrajn.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri huwa fattur importanti li jikkawża rati baxxi ta' rkupru u jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-ġurisdizzjonijiet fejn il-proċedimenti jirriskjaw li jdumu ħafna.

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri huwa fattur importanti li jikkawża rati baxxi ta' rkupru u jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-ġurisdizzjonijiet fejn il-proċedimenti jirriskjaw li jdumu ħafna u jkunu għaljin b'mod eċċessiv.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri fl-evalwazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri isemmu l-inċertezza dwar regoli ta' insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi ta' insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jibdewx relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess.

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri fl-evalwazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar jew meta jivvalutaw ir-riskji assoċjati mal-issoktar ta' operazzjonijiet vijabbli mmexxijin minn impriżi f'diffikultà u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri jsemmu l-inċertezza dwar regoli ta' insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi ta' insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jibdewx relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess. Għalhekk dik l-inċertezza għandha effett dissważiv li jostakola l-libertà tal-istabbiliment tal-impriżi u l-promozzjoni tal-intraprenditorija u timmina l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. B'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ma għandhomx, fil-biċċa l-kbira, ir-riżorsi meħtieġa sabiex jivvalutaw ir-riskji relatati mal-attivitajiet transfruntiera.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri. Livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità għalhekk huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb b'mod ġenerali u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem b'mod partikolari.

7.  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri. Għalhekk, livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb, b'mod ġenerali, u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem, b'mod partikolari, kif ukoll għall-vijabbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi u allura għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi. Fl-istess ħin, livell ogħla ta' armonizzazzjoni jikkontribwixxi saħansitra aktar għall-kisba ta' liġi kummerċjali komuni tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturar, b'mod partikolari waħda ta' daqs kbir u li għandha impatt sinifikanti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni u ġustifikazzjoni quddiem il-partijiet ikkonċernati, li tkopri l-għażla tal-miżuri meqjusa b'rabta mal-objettivi kif ukoll għażliet alternattivi jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm involviment sħiħ u xieraq tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livelli kollha. L-ispjegazzjoni u l-ġustifikazzjoni jenħtieġ li jkunu mħejjija f'waqthom biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jħejju ruħhom għall-konsultazzjonijiet, qabel ma l-kumpanija tieħu deċiżjoni1a.

_________________

1a Testi adottati P7_TA(2013)0005. Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  B'mod partikolari, jinħtieġ li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jibbenefikaw minn approċċ iktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ minn proċeduri ta' ristrutturar aktar effiċjenti f'xi Stati Membri. L-impriżi żgħar u medji, speċjalment meta jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jiksbu parir professjonali, għalhekk jinħtieġ li l-għodod ta' twissija bikrija jitqiegħdu fis-seħħ sabiex iwissu lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jinħtieġ li mudelli tal-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu żviluppati wkoll fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli online. Jinħtieġ li d-debituri jkunu jistgħu jużawhom u jadattahom għall-ħtiġijiet tagħhom stess u għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju tagħhom.

13.  L-impriżi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, li jirrappreżentaw 99 % tal-impriżi kollha tal-Unjoni, jenħtieġ li jibbenefikaw minn approċċ aktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn għandhom tendenza sproporzjonata li jiġu llikwidati minflok ma jkunu soġġetti għal ristrutturar u jridu jġarrbu d-doppju tal-ispejjeż tal-impriżi akbar għal proċeduri transfruntiera, meta mqabbla ma' proċeduri interni. L-impriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari meta jkunu jinsabu f'diffikultà finanzjarja, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u biex japprofittaw minn proċeduri ta' ristrutturar aktar effiċjenti f'xi Stati Membri. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jenħtieġ li jiġu żviluppati fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli elettronikament listi ta' kontroll għal pjanijiet ta' ristrutturar. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu, b'mod partikolari, il-bżonnijiet u l-ispeċifiċitajiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju meta jistabbilixxu tali listi ta' kontroll. Meta jitqiesu r-riżorsi limitati tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex jikkuntrattaw speċjalisti professjonali, għandhom jinħolqu għodod ta' twissija bikrija sabiex jingħata avviż lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni rapida.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Jenħtieġ li l-kredituri u l-ħaddiema jitħallew jipproponu pjan ta' ristrutturar alternattiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li skonthom ikunu jistgħu jipproponu pjan bħal dan b'mod leġittimu.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar koerenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' reġistru tal-insolvenzi fl-Unjoni, li jipprovdi aktar trasparenza għall-kredituri u jissimplifika l-aċċess għall-informazzjoni, partikolarment għall-impriżi żgħar u medji u għall-impjegati.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Id-dejn eċċessiv tal-konsumaturi huwa kwistjoni ta' tħassib ekonomiku u soċjali kbira u huwa relatat mill-qrib mat-tnaqqis tal-isporġenza debitorja. Barra minn hekk, spiss ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni ċara bejn id-djun tal-konsumatur u d-djun tan-negozju ta' imprenditur. Is-sistema tat-tieni opportunità għall-imprendituri ma tkunx effettiva jekk l-imprenditur ikollu jgħaddi minn proċeduri separati, b'kundizzjonijiet ta' aċċess u perjodi ta' ħelsien mid-dejn differenti, sabiex jeħles mid-djun personali tan-negozju tiegħu u mid-djun personali tiegħu mhux tan-negozju. Għal dawn ir-raġunijiet, għalkemm din id-Direttiva ma tinkludix regoli vinkolanti dwar id-dejn eċċessiv ta' konsumatur, jinħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn lill-konsumaturi wkoll.

(15)  Id-dejn eċċessiv tal-konsumaturi huwa kwistjoni ta' tħassib ekonomiku u soċjali kbira u huwa relatat mill-qrib mat-tnaqqis tal-isporġenza debitorja. Barra minn hekk, spiss ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni ċara bejn id-djun tal-konsumatur u d-djun tan-negozju ta' imprenditur. Is-sistema tat-tieni opportunità għall-imprendituri ma tkunx effettiva jekk l-imprenditur ikollu jgħaddi minn proċeduri separati, b'kundizzjonijiet ta' aċċess u perjodi ta' ħelsien mid-dejn differenti, sabiex jeħles mid-djun personali tan-negozju tiegħu u mid-djun personali tiegħu mhux tan-negozju. Għal dawn ir-raġunijiet, għalkemm din id-Direttiva ma tinkludix regoli vinkolanti dwar id-dejn eċċessiv ta' konsumatur, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu avżati biex mal-ewwel opportunità jibdew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn lill-konsumaturi wkoll.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Sabiex tinkiseb aktar ċarezza, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jwettqu studju biex jiġu identifikati l-indikaturi ewlenin ta' dejn eċċessiv personali. Fid-dawl tar-riżultati ta' dak l-istudju, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jadottaw miżuri li jistabbilixxu sistema ta' għodod ta' twissija bikrija għad-dejn eċċessiv tal-konsumaturi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Iktar ma debitur ikun jista' jsib id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u jieħu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jinħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija. Jinħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehim ta' self. Barra minn hekk, terzi persuni b'informazzjoni rilevanti bħal kontabilisti, awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jistgħu jiġu inċentivati jew obbligati skont il-liġi nazzjonali sabiex jimmarkaw żvilupp negattiv.

(16)  Iktar ma d-debitur, l-imprenditur jew ir-rappreżentant tal-ħaddiema jkunu jistgħu jsibu d-diffikultajiet finanzjarji tagħhom u jieħdu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija. Jenħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehim ta' self. Barra minn hekk, terzi persuni b'informazzjoni rilevanti bħal kontabilisti, awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jistgħu jiġu inċentivati jew obbligati skont il-liġi nazzjonali sabiex jimmarkaw żvilupp negattiv. Jenħtieġ li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u jingħataw id-dritt li jikkomunikaw it-tħassib lil atturi oħra involuti. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-opportunità li jużaw teknoloġiji ġodda tal-IT għal notifiki u komunikazzjoni online u jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sistema ta' twissija bikrija disponibbli fuq sit web apposta.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Il-fażi ta' twissija bikrija, imfassla biex tantiċipa l-bidu ta' kriżi, hija maħsuba li tgħin billi tindika d-diffikultajiet li jinħolqu għad-debituri u tipprovdihom bl-opportunità ta' analiżi veloċi tal-problemi ekonomiċi u finanzjarji, u soluzzjoni għal tali problemi, li tkun qed tħabbat wiċċha magħhom il-kumpanija, billi tqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq bażi volontarja, riżorsi varji għal dan l-iskop, mingħajr ma timponi imġiba speċifika jew mingħajr ma neċessarjament tiżvela l-eżistenza ta' kriżi lil partijiet terzi. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu dwar jekk jirrestrinġux id-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ obbligatorji għal impriżi żgħar u ta' daqs medju fid-dawl tal-fatt li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju nfushom spiss ma jkunux jistgħu jibdew proċessi ta' ristrutturar bikri waħedhom minħabba għadd ta' fatturi li jimminaw il-kompetittività tagħhom, bħad-daqs żgħir, in-nuqqas ta' governanza korporattiva b'saħħitha, in-nuqqas ta' proċeduri operattivi effettivi u n-nuqqas ta' riżorsi ta' monitoraġġ u ta' ppjanar kif ukoll inqas kapaċità biex jifilħu għall-ispejjeż.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jinħtieġ li qafas ta' ristrutturar ikun disponibbli għad-debituri sabiex jippermettilhom jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji tagħhom fi stadju bikri, jekk ikun jidher probabbli li l-insolvenza tagħhom tista' tiġi evitata u t-tkomplija tan-negozju tagħhom tkun assigurata. Jinħtieġ li qafas ta' ristrutturar ikun disponibbli qabel ma debitur isir insolventi skont il-liġi nazzjonali, jiġifieri qabel ma d-debitur jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jidħol fi proċedura ta' insolvenza kollettiva li normalment tinvolvi ċessjoni totali tad-debitur kif ukoll il-ħatra ta' stralċjarju. Test ta' vijabbiltà għalhekk jinħtieġ li ma jsirx prekondizzjoni għad-dħul fin-negozjati u għall-għoti ta' waqfa minn azzjonijiet ta' infurzar. Pjuttost, jinħtieġ li l-vijabbiltà ta' impriża ħafna drabi tkun valutazzjoni li trid issir mill-kredituri affettwati li fil-maġġoranza tagħhom jaqblu għal xi aġġustamenti tal-pretensjonijiet tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li l-proċeduri jintużaw ħażin, jinħtieġ li d-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur jirriflettu probabbiltà ta' insolvenza u l-pjan ta' ristrutturar jinħtieġ li jkun kapaċi li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju.

(17)  Jenħtieġ li qafas ta' ristrutturar ikun disponibbli għad-debituri sabiex jippermettilhom jindirizzaw id-diffikultajiet finanzjarji tagħhom fi stadju bikri, jekk ikun jidher probabbli li l-insolvenza tagħhom tista' tiġi evitata u t-tkomplija tan-negozju tagħhom tkun assigurata. Jenħtieġ li qafas ta' ristrutturar ikun disponibbli qabel ma debitur isir insolventi skont il-liġi nazzjonali, jiġifieri qabel ma d-debitur jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jidħol fi proċedura ta' insolvenza kollettiva li normalment tinvolvi ċessjoni totali tad-debitur kif ukoll il-ħatra ta' stralċjarju. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw l-aċċess għan-netwerk ta' ristrutturar fir-rigward ta' impriżi li jkunu nstabu minn qorti ta' Stat Membru li jkunu kisru obbligi ta' kontabbiltà jew żamma tal-kotba. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu wkoll aċċess għall-oqfsa ta' ristrutturar fuq talba tal-kredituri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema. Test ta' vijabbiltà għalhekk jenħtieġ li ma jsirx prekondizzjoni għad-dħul fin-negozjati u għall-għoti ta' waqfa minn azzjonijiet ta' infurzar. Pjuttost, jenħtieġ li l-vijabbiltà ta' intrapriża ħafna drabi tkun valutazzjoni li trid issir mill-kredituri affettwati li fil-maġġoranza tagħhom jaqblu għal xi aġġustamenti tal-pretensjonijiet tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi evitat li l-proċeduri jintużaw ħażin, jenħtieġ li d-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur jirriflettu probabbiltà ta' insolvenza u l-pjan ta' ristrutturar jenħtieġ li jkun kapaċi li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  L-osservazzjoni tal-obbligi tal-kontabbilta' titqies bħala strument effettiv li jagħmel lill-impriżi u l-imprendituri konxji ta' meta jinsabu f'riskju li ma jkunux kapaċi jħallsu d-dejn tagħhom meta jiskadi ż-żmien. Huwa xieraq li jiġi previst li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-aċċess għal proċedimenti ta' ristrutturar għall-impriżi u l-imprendituri li josservaw tali obbligi ta' kontabbilta'.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jinħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huma probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jinħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jinħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, iżda ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Barra minn hekk, jinħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jinħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux.

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jenħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huma probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jenħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jenħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, iżda ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għal tali ħatriet jenħtieġ li titħalla f'idejn l-Istati Membri. Madankollu, jenħtieġ li jinħatar prattikant meta jingħata soġġorn, meta jkun meħtieġ li l-pjan ta' ristrutturar jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva permezz ta' applikazzjoni furzata fil-klassijiet kollha, jew jekk jintalab mid-debitur jew minn maġġoranza tal-kredituri. Barra minn hekk, jenħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li tingħata informazzjoni ċara u trasparenti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jinħtieġ li debitur ikun jista' jitlob lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal waqfa temporanja ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali li jinħtieġ ukoll li jissospendu l-obbligu ta' applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza jekk azzjonijiet bħal dawn jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta' ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Il-waqfa minn infurzar tista' tkun ġenerali, jiġifieri li taffettwa l-kredituri kollha, jew inkella tkun immirata lejn kredituri individwali. Sabiex tipprovdi għal bilanċ ġust bejn id-drittijiet tad-debitur u tal-kredituri, jinħtieġ li l-waqfa tingħata għal perjodu ta' mhux iktar minn erba' xhur. Ir-ristrutturar kumpless, madanakollu, jista' jeħtieġ iktar żmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li f'każijiet bħal dawn, estensjonijiet ta' dan il-perjodu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, sakemm ikun hemm evidenza li n-negozjati fuq il-pjan ta' ristrutturar ikunu qed jagħmlu progress u li l-kredituri ma jkollhomx preġudizzju inġust. Jekk jingħataw estensjonijiet ulterjuri, jinħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun sodisfatta li hemm probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar. Jinħtieġ li L-Istati Membri jiżguraw li kull talba biex jiġi estiż it-tul ta' żmien inizjali tal-waqfa ssir fi żmien skadenza raġonevoli li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jagħtu deċiżjoni fi żmien xieraq. Jekk awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ma tiħux deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-waqfa ta' infurzar qabel ma tiskadi, jinħtieġ li l-waqfa tieqaf milli jkollha effett fil-ġurnata li fiha jiskadi l-perjodu tal-waqfa. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jinħtieġ li l-perjodu totali tal-waqfa xorta jkun limitat għal 12-il xahar.

(19)  Jenħtieġ li debitur ikun jista' jitlob lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal waqfa temporanja ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk azzjonijiet bħal dawn jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta' ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Talba bħal din jenħtieġ li tkun possibbli biss jekk ma jkunx għad hemm obbligu ta' applikazzjoni ta' insolvenza. Il-waqfa minn infurzar tista' tkun ġenerali, jiġifieri li taffettwa l-kredituri kollha, jew inkella tkun immirata lejn kredituri individwali, iżda unikament dawk il-kredituri involuti fin-negozjati. Sabiex tipprovdi għal bilanċ ġust bejn id-drittijiet tad-debitur u tal-kredituri, jenħtieġ li l-waqfa tingħata għal perjodu ta' mhux iktar minn erba' xhur. Ir-ristrutturar kumpless, madanakollu, jista' jeħtieġ iktar żmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li f'każijiet bħal dawn, estensjonijiet ta' dan il-perjodu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, sakemm ikun hemm evidenza li n-negozjati fuq il-pjan ta' ristrutturar ikunu qed jagħmlu progress u li l-kredituri ma jkollhomx preġudizzju inġust. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ulterjuri għal estensjoni tas-soġġorn. Jekk jingħataw estensjonijiet ulterjuri, jenħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun sodisfatta li hemm probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar. Jenħtieġ li L-Istati Membri jiżguraw li kull talba biex jiġi estiż it-tul ta' żmien inizjali tal-waqfa ssir fi żmien skadenza raġonevoli li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jagħtu deċiżjoni fi żmien xieraq. Jekk awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ma tiħux deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-waqfa ta' infurzar qabel ma tiskadi, jenħtieġ li l-waqfa tieqaf milli jkollha effett fil-ġurnata li fiha jiskadi l-perjodu tal-waqfa. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-perjodu totali tal-waqfa xorta jkun limitat għal għaxar xhur. Madankollu, fejn kumpanija tkun ittrasferiet l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor fi żmien tliet xhur qabel ma tagħmel l-applikazzjoni tagħha għal soġġorn, il-perjodu totali tas-soġġorn jenħtieġ li jkun limitat għal xahrejn.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex ikun żgurat li l-kredituri ma jbatux detriment, jinħtieġ li l-waqfa ma tingħatax jew, jekk tingħata, jinħtieġ li ma tkunx estiża jew jinħtieġ li titneħħa jekk il-kredituri jkunu preġudikati inġustament mill-waqfa ta' infurzar. Meta jistabbilixxu jekk hemmx preġudizzju inġust lill-kredituri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw jekk il-waqfa tippreservax il-valur totali tal-patrimonju, jekk id-debitur jaġixxix in mala fede jew bl-intenzjoni li jikkawża preġudizzju jew b'mod ġenerali jaġixxi kontra l-aspettattivi ġenerali tal-korp ġenerali tal-kredituri. Kreditur wieħed jew klassi ta' kredituri jkunu preġudikati inġustament mill-waqfa jekk pereżempju l-pretensjonijiet tagħhom isiru agħar sostanzjalment bħala riżultat tal-waqfa milli kieku l-waqfa ma tkunx ingħatat, jew jekk il-kreditur ikun tqiegħed fi żvantaġġ iktar minn kredituri oħra f'pożizzjoni simili.

(20)  Biex ikun żgurat li l-kredituri ma jbatux detriment, jenħtieġ li l-waqfa ma tingħatax jew, jekk tingħata, jenħtieġ li ma tkunx estiża jew jenħtieġ li titneħħa jekk il-kredituri jkunu preġudikati inġustament mill-waqfa ta' infurzar jew meta diġà jkun hemm l-obbligu għal fajl għall-insolvenza taħt il-liġi nazzjonali. Meta jistabbilixxu jekk hemmx preġudizzju inġust lill-kredituri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw jekk il-waqfa tippreservax il-valur totali tal-patrimonju, jekk id-debitur jaġixxix in mala fede jew bl-intenzjoni li jikkawża preġudizzju jew b'mod ġenerali jaġixxi kontra l-aspettattivi ġenerali tal-korp ġenerali tal-kredituri. Kreditur wieħed jew klassi ta' kredituri jkunu preġudikati inġustament mill-waqfa jekk pereżempju l-pretensjonijiet tagħhom isiru agħar sostanzjalment bħala riżultat tal-waqfa milli kieku l-waqfa ma tkunx ingħatat, jew jekk il-kreditur ikun tqiegħed fi żvantaġġ iktar minn kredituri oħra f'pożizzjoni simili.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jinħtieġ li l-kredituri jkollhom id-dritt li jikkontestaw il-waqfa ladarba tkun ingħatat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva. Jekk il-waqfa ma tkunx għadha meħtieġa bil-għan li tiffaċilita l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, pereżempju minħabba li jkun ċar li hemm nuqqas ta' appoġġ għar-ristrutturar minn maġġoranza tal-kredituri kif mitlub mil-liġi nazzjonali, jinħtieġ li l-kredituri wkoll ikunu jistgħu jitolbu li dik il-waqfa titneħħa.

(23)  Jenħtieġ li l-kredituri jkollhom id-dritt li jikkontestaw il-waqfa ladarba tkun ingħatat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva. Jekk il-waqfa ma tkunx għadha meħtieġa bil-għan li tiffaċilita l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, pereżempju minħabba li jkun ċar li hemm nuqqas ta' appoġġ għar-ristrutturar minn maġġoranza tal-kredituri kif mitlub mil-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-kredituri wkoll ikunu jistgħu jitolbu li dik il-waqfa titneħħa. Il-kredituri individwali jew klassi ta' kredituri, jenħtieġ li jkollhom ukoll l-istess dritt li jikkontestaw is-soġġorn jekk issirilhom ħsara inġustament mill-pjan, jew jekk huma kredituri vulnerabbli li jiltaqgħu ma' diffikultajiet ekonomiċi konsiderevoli.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Kull kreditur affettwat mill-pjan ta' ristrutturar u, fejn applikabbli skont id-dritt nazzjonali, jinħtieġ li titolari ta' ekwità jkollu dritt li jivvota dwar l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Il-partijiet mhux affettwati mill-pjan ta' ristrutturar jinħtieġ li ma jkollhom ebda dritt għal vot fir-rigward tal-pjan, u lanqas jinħtieġli l-appoġġ tagħhom ma jkunx meħtieġ għall-approvazzjoni ta' kwalunkwe pjan. Il-vot jista' jieħu l-forma ta' proċess ta' votazzjoni formali jew ta' konsultazzjoni u ftehim mal-maġġoranza meħtieġa tal-partijiet affettwati. Madankollu, jekk il-vot jieħu l-forma ta' konsultazzjoni u ftehim, jinħtieġ madankollu li l-partijiet affettwati li l-ftehim magħhom ma kienx neċessarju jiġu offruti l-possibbiltà li jissieħbu fil-pjan ta' ristrutturar.

(24)  Kull kreditur affettwat mill-pjan ta' ristrutturar, inklużi l-ħaddiema, u fejn applikabbli skont id-dritt nazzjonali, jenħtieġ li titolari ta' ekwità jkollu dritt li jivvota dwar l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Il-partijiet mhux affettwati mill-pjan ta' ristrutturar jenħtieġ li ma jkollhom ebda dritt għal vot fir-rigward tal-pjan, u jenħtieġ li l-appoġġ tagħhom lanqas ma jkun meħtieġ għall-approvazzjoni ta' kwalunkwe pjan. Il-vot jista' jieħu l-forma ta' proċess ta' votazzjoni formali jew ta' konsultazzjoni u ftehim mal-maġġoranza meħtieġa tal-partijiet affettwati. Madankollu, jekk il-vot jieħu l-forma ta' konsultazzjoni u ftehim, jenħtieġ madankollu li l-partijiet affettwati li l-ftehim magħhom ma kienx neċessarju jiġu offruti l-possibbiltà li jissieħbu fil-pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll, sa fejn jippermettu l-liġi u l-prattiki nazzjonali, li l-pjan jiġi kkonfermat mill-ħaddiema jekk dan iwassal għal bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fl-arranġamenti kuntrattwali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Biex ikun żgurat li d-drittijiet li huma sostanzjalment simili jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-pjanijiet ta' ristrutturar ikunu jistgħu jiġu adottati mingħajr ma jippreġudikaw inġustament id-drittijiet tal-partijiet affettwati, jinħtieġ li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji ta' formazzjoni tal-klassijiet skont il-liġi nazzjonali. Bħala minimu, jinħtieġ li l-kredituri garantiti u dawk mhux garantiti dejjem jiġu trattati fi klassijiet separati. Il-liġi nazzjonali tista' tipprovdi li l-pretensjonijiet iggarantiti jistgħu jinqasmu f'pretensjonijiet iggarantiti u mhux iggarantiti fuq il-bażi ta' valutazzjoni kollaterali. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tistipula regoli speċifiċi li jappoġġaw il-formazzjoni tal-klassijiet jekk kredituri mhux diversifikati jew inkella speċjalment vulnerabbli, bħalma huma impjegati jew fornituri żgħar, jistgħu jibbenefikaw minn din il-formazzjoni tal-klassijiet. Jinħtieġ li l-liġijiet nazzjonali, f'kull każ, jiżguraw li jingħata t-trattament xieraq lil kwistjonijiet ta' importanza partikolari għal skopijiet ta' formazzjoni tal-klassijiet, bħal pretensjonijiet minn partijiet konnessi, u jinħtieġ li jinkludu regoli li jittrattaw pretensjonijiet kontinġenti u pretensjonijiet ikkontestati. Jinħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva teżamina l-formazzjoni tal-klassijiet jekk pjan ta' ristrutturar jintbagħat għal konferma, iżda l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dawn l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll il-formazzjoni tal-klassijiet fi stadju iktar bikri jekk il-proponent tal-pjan ikollu jfittex validazzjoni jew gwida minn qabel.

(25)  Biex ikun żgurat li d-drittijiet li huma sostanzjalment simili jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-pjanijiet ta' ristrutturar ikunu jistgħu jiġu adottati mingħajr ma jippreġudikaw inġustament id-drittijiet tal-partijiet affettwati, jenħtieġ li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji ta' formazzjoni tal-klassijiet skont il-liġi nazzjonali. Il-ħaddiema jenħtieġ li jitqiesu bħala klassi separata jekk jiġu affettwati mill-pjan.Bħala minimu, jenħtieġ li l-kredituri garantiti u dawk mhux garantiti dejjem jiġu trattati fi klassijiet separati. Il-liġi nazzjonali tista' tipprovdi li l-pretensjonijiet iggarantiti jistgħu jinqasmu f'pretensjonijiet iggarantiti u mhux iggarantiti fuq il-bażi ta' valutazzjoni kollaterali. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tistipula regoli speċifiċi li jappoġġaw il-formazzjoni tal-klassijiet jekk kredituri mhux diversifikati jew inkella speċjalment vulnerabbli, bħalma huma impjegati jew fornituri żgħar, jistgħu jibbenefikaw minn din il-formazzjoni tal-klassijiet. Jenħtieġ li l-liġijiet nazzjonali, f'kull każ, jiżguraw li jingħata t-trattament xieraq lil kwistjonijiet ta' importanza partikolari għal skopijiet ta' formazzjoni tal-klassijiet, bħal pretensjonijiet minn partijiet konnessi, u jenħtieġ li jinkludu regoli li jittrattaw pretensjonijiet kontinġenti u pretensjonijiet ikkontestati. Jenħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva teżamina l-formazzjoni tal-klassijiet jekk pjan ta' ristrutturar jintbagħat għal konferma, iżda l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dawn l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll il-formazzjoni tal-klassijiet fi stadju iktar bikri jekk il-proponent tal-pjan ikollu jfittex validazzjoni jew gwida minn qabel.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jinħtieġ li l-maġġoranzi meħtieġa jiġu stabbiliti bil-liġi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li minoranza ta' partijiet affettwati f'kull klassi ma tkunx tista' tostakola l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar li ma jippreġudikax inġustament id-drittijiet u l-interessi tagħhom. Mingħajr regola ta' maġġoranza li torbot lill-kredituri garantiti li ma jaqblux, ir-ristrutturar bikri ma jkunx possibbli f'ħafna każijiet, pereżempju fejn ikun hemm bżonn ta' ristrutturar finanzjarju iżda n-negozju jkun vijabbli altrimenti. Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet ikollhom vuċi fl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar proporzjonali mal-ishma li jkollhom fin-negozju, jinħtieġ li l-maġġoranza meħtieġa tkun ibbażata fuq l-ammont tat-pretensjonijiet tal-kredituri jew l-interessi tat-titolari ta' ekwità f'xi klassi partikolari.

(26)  Jenħtieġ li l-maġġoranzi meħtieġa jiġu stabbiliti bil-liġi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li minoranza ta' partijiet affettwati f'kull klassi ma tkunx tista' tostakola l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar li ma jippreġudikax inġustament id-drittijiet u l-interessi tagħhom. Mingħajr regola ta' maġġoranza li torbot lill-kredituri garantiti li ma jaqblux, ir-ristrutturar bikri ma jkunx possibbli f'ħafna każijiet, pereżempju fejn ikun hemm bżonn ta' ristrutturar finanzjarju iżda n-negozju jkun vijabbli altrimenti. Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha jkunu ttrattati b'mod ġust fl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar, jenħtieġ li l-maġġoranza meħtieġa tirrappreżenta kemm maġġoranza fir-rigward tal-ammont ta' pretensjonijiet tal-kredituri jew l-interessi tat-titolari ta' ekwità f'xi klassi partikolari u maġġoranza ta' kredituri f'dik il-klassi.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Għalkemm jinħtieġ li pjan ta' ristrutturar dejjem jitqies bħala adottat jekk il-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata tappoġġa l-pjan, pjan ta' ristrutturar li mhuwiex appoġġjat mill-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sakemm ikun appoġġjat minn mill-inqas klassi waħda ta' kredituri affettwati u li l-klassijiet ta' dawk li ma jaqblux ma jiġux ippreġudikati inġustament taħt il-pjan propost (il-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti). B'mod partikolari, jinħtieġ li l-pjan josserva r-regola ta' prijorità assoluta li tiżgura li klassi ta' kredituri li ma jaqblux għandha titħallas kompletament qabel klassi iktar riċenti tirċievi xi distribuzzjoni jew iżżomm xi interessi taħt il-pjan ta' ristrutturar. Ir-regola ta' prijorità assoluta sservi bħala bażi għall-valur li għandu jiġi allokat fost il-kredituri fir-ristrutturar. Bħala korollarju għar-regola ta' prijorità assoluta, l-ebda klassi ta' kredituri ma tista' tirċievi jew iżżomm taħt il-pjan ta' ristrutturar valuri ekonomiċi jew benefiċċji li jaqbżu l-ammont sħiħ tal-pretensjonijiet jew l-interessi ta' dik il-klassi. Ir-regola ta' prijorità assoluta tippermetti li jiġi ddeterminat, jekk imqabbel mal-istruttura tal-kapital tal-impriża taħt ristrutturar, l-allokazzjoni tal-valur li l-partijiet għandhom jirċievu skont il-pjan ta' ristrutturar fuq il-bażi tal-valur tal-impriża bħala negozju avvjat.

(28)  Għalkemm jenħtieġ li pjan ta' ristrutturar dejjem jitqies bħala adottat jekk il-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata kif ukoll il-maġġoranza tal-kredituri tappoġġja l-pjan, pjan ta' ristrutturar li mhuwiex appoġġjat mill-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sakemm ikun appoġġjat minn maġġoranza ta' klassijiet ta' kredituri affettwati u li l-klassijiet ta' dawk li ma jaqblux ma ssirilhomx ħsara inġustament taħt il-pjan propost (il-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti). Tali konferma jenħtieġ li tkun meħtieġa wkoll jekk il-pjan jinvolvi telf ta' aktar minn 25 % tal-forza tax-xogħol. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-pjan josserva r-regola ta' prijorità assoluta li tiżgura li klassi ta' kredituri li ma jaqblux għandha titħallas kompletament qabel klassi iktar riċenti tirċievi xi distribuzzjoni jew iżżomm xi interessi taħt il-pjan ta' ristrutturar. Ir-regola ta' prijorità assoluta sservi bħala bażi għall-valur li jenħtieġ li jiġi allokat fost il-kredituri fir-ristrutturar. Bħala korollarju għar-regola ta' prijorità assoluta, l-ebda klassi ta' kredituri ma tista' tirċievi jew iżżomm taħt il-pjan ta' ristrutturar valuri ekonomiċi jew benefiċċji li jaqbżu l-ammont sħiħ tal-pretensjonijiet jew l-interessi ta' dik il-klassi. Ir-regola ta' prijorità assoluta tippermetti li jiġi ddeterminat, jekk imqabbel mal-istruttura tal-kapital tal-intrapriża taħt ristrutturar, l-allokazzjoni tal-valur li l-partijiet għandhom jirċievu skont il-pjan ta' ristrutturar fuq il-bażi tal-valur tal-intrapriża bħala negozju avvjat. Barra minn hekk, informazzjoni xierqa lir-rappreżentanti tal-ħaddiema jenħtieġ li tkun kundizzjoni għall-konferma.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Filwaqt li jinħtieġ li l-interessi leġittimi tal-azzjonisti jew tad-detenturi tal-ekwità oħrajn ikunu protetti, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonisti ma jistgħux jimblukkaw b'mod mhux raġonevoli l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar li jġibu lid-debitur lura għall-vijabbiltà. Pereżempju, jinħtieġ li l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar ma tkunx tiddependi fuq il-ftehim tat-titolari ta' ekwità sfavorevoli, jiġifieri titolari ta' ekwità li, fuq valutazzjoni tal-intrapriża, ma jirċievu ebda ħlas jew kumpens ieħor jekk il-gradazzjoni normali tal-prijoritajiet ta' likwidazzjoni jkunu ġew applikati. L-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi differenti biex jilħqu dan l-għan, pereżempju billi ma jagħtux lit-titolari ta' ekwità id-dritt li jivvotaw fuq pjan ta' ristrutturar. Madankollu, jekk it-titolari ta' ekwità jkollhom id-dritt li jivvutaw fuq pjan ta' ristrutturar, jinħtieġ li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun tista' tikkonferma l-pjan minkejja n-nuqqas ta' qbil ta' klassi waħda jew aktar ta' titolari tal-ekwità, permezz ta' mekkaniżmuta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti. Jistgħu jkunu meħtieġa iktar klassijiet ta' titolari ta' ekwità jekk ikunu jeżistu klassijiet differenti ta' ishma bi drittijiet differenti. It-titolari ta' ekwità ta' intrapriżi żgħar u medji li mhumiex sempliċi investituri iżda li huma s-sidien tad-ditta u jikkontribwixxu għad-ditta b'modi oħra bħall-għarfien espert maniġerjali jista' ma jkollhomx inċentiv biex jirristrutturaw taħt kundizzjonijiet bħal dawn. Għal din ir-raġuni, jinħtieġ li l-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti bejn il-klassijiet jibqa' fakultattiv għall-proponent tal-pjan.

(29)  Filwaqt li jenħtieġ li l-interessi leġittimi tal-azzjonisti jew tad-detenturi tal-ekwità oħrajn ikunu protetti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonisti ma jistgħux jimblukkaw b'mod mhux raġonevoli l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar li jġibu lid-debitur lura għall-vijabbiltà u li huma appoġġjati minn maġġoranza tal-klassijiet. Pereżempju, jenħtieġ li l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar ma tkunx tiddependi fuq il-ftehim tat-titolari ta' ekwità sfavorevoli, jiġifieri titolari ta' ekwità li, fuq valutazzjoni tal-intrapriża, ma jirċievu ebda ħlas jew kumpens ieħor jekk il-gradazzjoni normali tal-prijoritajiet ta' likwidazzjoni jkunu ġew applikati. L-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi differenti biex jilħqu dan l-għan, pereżempju billi ma jagħtux lit-titolari ta' ekwità id-dritt li jivvotaw fuq pjan ta' ristrutturar. Madankollu, jekk it-titolari ta' ekwità jkollhom id-dritt li jivvutaw fuq pjan ta' ristrutturar, jenħtieġ li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun tista' tikkonferma l-pjan minkejja n-nuqqas ta' qbil ta' klassi waħda jew aktar ta' titolari tal-ekwità, permezz ta' mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti. Jistgħu jkunu meħtieġa iktar klassijiet ta' titolari ta' ekwità jekk ikunu jeżistu klassijiet differenti ta' ishma bi drittijiet differenti. It-titolari ta' ekwità ta' impriżi żgħar u medji li mhumiex sempliċi investituri iżda li huma s-sidien tad-ditta u jikkontribwixxu għad-ditta b'modi oħra bħall-għarfien espert maniġerjali jista' ma jkollhomx inċentiv biex jirristrutturaw taħt kundizzjonijiet bħal dawn. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti bejn il-klassijiet jibqa' fakultattiv għall-proponent tal-pjan.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a)  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tiegħu, il-pjan ta' ristrutturar jenħtieġ li jippermetti li t-titolari ta' ekwità tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju jipprovdu assistenza mhux monetarja għar-ristrutturar billi jużaw, pereżempju, l-esperjenza, ir-reputazzjoni jew il-kuntatti kummerċjali tagħhom.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Is-suċċess ta' pjan ta' ristrutturar jista' spiss jiddependi fuq jekk ikunx hemm riżorsi finanzjarji fis-seħħ sabiex jappoġġjaw l-ewwel l-operat tan-negozju waqt in-negozjati ta' ristrutturar u t-tieni l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar wara l-konferma tiegħu. Jinħtieġ għalhekk li finanzjament ġdid jew finanzjament interim ikun eżenti minn azzjonijiet revokatorji li jfittxu li jiddikjaraw finanzjament bħal dan null u bla effett, annullabbli jew mhux enforzabbli bħala att ta' detriment għall-korp ġenerali ta' kredituri fil-kuntest ta' proċeduri ta' insolvenza sussegwenti. Il-liġijiet nazzjonali ta' insolvenza li jistipulaw azzjonijiet revokatorji jekk u meta d-debitur isir eventwalment insolventi jew li jistipulaw li s-selliefa ġodda jistgħu jeħlu sanzjonijiet ċivili, amministrattivi jew kriminali talli jestendu kreditu lil debituri f'diffikultajiet finanzjarji qed jipperikolaw id-disponibbiltà tal-finanzjament meħtieġ għan-negozjar u l-implimentazzjoni ta' suċċess ta' pjan ta' ristrutturazzjoni. Għall-kuntrarju ta' finanzjament ġdid li jinħtieġ li jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva bħala parti minn pjan ta' ristrutturar, meta l-finanzjament interim jiġi estiż il-partijiet ma jafux jekk il-pjan huwiex se jiġi eventwalment ikkonfermat jew le. Il-limitazzjoni tal-protezzjoni ta' finanzjament interim għal każijiet jekk il-pjan jiġi adottat mill-kredituri jew ikkonfermet minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tiskoraġġixxi l-għoti ta' finanzjament interim. Biex jiġu evitati abbużi potenzjali, jinħtieġ li jiġi protett biss dak il-finanzjament li huwa raġonevolment u immedjatament neċessarju għall-operazzjoni kontinwa jew is-sopravivenza tan-negozju tad-debitur jew il-preservazzjoni jew it-titjib ta' dak il-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat dak il-pjan. Il-protezzjoni minn azzjonijiet revokatorji u l-protezzjoni minn responsabbiltà personali huma garanziji minimi mogħtija lill-finanzjament interim u finanzjament ġdid. Madankollu, it-tħeġġiġ ta' selliefa ġodda biex jieħdu r-riskju mtejjeb ta' investiment f'debitur vijabbli jistgħu jkunu meħtieġa inċentivi addizzjonali bħal pereżempju li dan il-finanzjament jingħata prijorità mill-inqas fuq pretensjonijiet mhux garantiti fi proċeduri sussegwenti ta' insolvenza.

(31)  Is-suċċess ta' pjan ta' ristrutturar jista' spiss jiddependi fuq jekk ikunx hemm riżorsi finanzjarji fis-seħħ sabiex jappoġġjaw l-ewwel l-operat tan-negozju waqt in-negozjati ta' ristrutturar u t-tieni l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar wara l-konferma tiegħu. Jenħtieġ għalhekk li finanzjament ġdid jew finanzjament interim ikun eżenti minn azzjonijiet revokatorji li jfittxu li jiddikjaraw finanzjament bħal dan null u bla effett, annullabbli jew mhux inforzabbli bħala att ta' detriment għall-korp ġenerali ta' kredituri fil-kuntest ta' proċeduri ta' insolvenza sussegwenti. Il-liġijiet nazzjonali ta' insolvenza li jistipulaw azzjonijiet revokatorji jekk u meta d-debitur isir eventwalment insolventi jew li jistipulaw li s-selliefa ġodda jistgħu jeħlu sanzjonijiet ċivili, amministrattivi jew kriminali talli jestendu kreditu lil debituri f'diffikultajiet finanzjarji qed jipperikolaw id-disponibbiltà tal-finanzjament meħtieġ għan-negozjar u l-implimentazzjoni ta' suċċess ta' pjan ta' ristrutturar. Għall-kuntrarju ta' finanzjament ġdid li jenħtieġ li jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva bħala parti minn pjan ta' ristrutturar, meta l-finanzjament interim jiġi estiż il-partijiet ma jafux jekk il-pjan huwiex se jiġi eventwalment ikkonfermat jew le. Il-limitazzjoni tal-protezzjoni ta' finanzjament interim għal każijiet jekk il-pjan jiġi adottat mill-kredituri jew ikkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tiskoraġġixxi l-għoti ta' finanzjament interim. Biex jiġu evitati abbużi potenzjali, jenħtieġ li jiġi protett biss dak il-finanzjament li huwa raġonevolment u immedjatament neċessarju għall-operazzjoni kontinwa jew is-sopravivenza tan-negozju tad-debitur jew il-preservazzjoni jew it-titjib ta' dak il-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat dak il-pjan. Il-protezzjoni minn azzjonijiet revokatorji u l-protezzjoni minn responsabbiltà personali huma garanziji minimi mogħtija lill-finanzjament interim u finanzjament ġdid.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jinħtieġ li l-partijiet milquta interessati jkollhom il-possibbiltà li jappellaw deċiżjoni dwar il-konferma ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pjan, sabiex titnaqqas l-inċertezza u jiġi evitat dewmien mhux ġustifikabbli, jinħtieġ li l-appelli ma jkollhomx effetti sospensivi fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Jekk jiġi stabbilit li l-kredituri tal-minoranzi jkunu sofrew dannu mhux iġġustifikat skont il-pjan, jinħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw, bħala alternattiva għall-annullament tal-pjan, l-għoti ta' kumpens monetarju lill-kredituri rispettivi li ma jaqblux pagabbli lid-debitur jew lill-kredituri li vvutaw favur il-pjan.

(32)  Jenħtieġ li l-partijiet milquta interessati jkollhom il-possibbiltà li jappellaw deċiżjoni dwar il-konferma ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pjan ta' ristrutturar, sabiex titnaqqas l-inċertezza u jiġi evitat dewmien mhux ġustifikabbli, jenħtieġ li l-appelli ma jkollhomx effetti sospensivi fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Jekk jiġi stabbilit li l-kredituri tal-minoranzi jkunu sofrew dannu mhux iġġustifikat skont il-pjan, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw, bħala alternattiva għall-annullament tal-pjan ta' ristrutturar, l-għoti ta' kumpens monetarju lill-kredituri rispettivi li ma jaqblux pagabbli lid-debitur jew lill-kredituri li vvutaw favur il-pjan, bl-eċċezzjoni tal-klassi tal-ħaddiema.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jinħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jinħtieġ li l-Istati Membri, bħala prinċipju, jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema kif definiti fid-Direttiva 2008/94/KE, minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċaw qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jinħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-Istati Membri jestendu l-kopertura tal-garanzija tal-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema stabbilita mid-Direttiva 2008/94/KE għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv stabbiliti minn din id-Direttiva, l-eżenzjoni tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema mill-waqfa tal-infurzar ma għadhiex ġustifikata sa fejn ikun kopert minn dik il-garanzija. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jinħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jenħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu obbligati jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċawx qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jenħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita fl-istess livell b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

__________________

__________________

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

69 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

70 Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36.

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36.

72 Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati, ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34a)  Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha dwar il-proposta għal pjan ta' ristrutturar jenħtieġ li jingħataw lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tad-diversi xenarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod attiv fil-fażijiet kollha ta' konsultazzjoni u approvazzjoni għat-tfassil tal-pjan, u jenħtieġ li jingħataw parir espert f'dak li jirrigwarda r-ristrutturar.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Jekk pjan ta' ristrutturar jinvolvi trasferiment ta' parti minn intrapriża jew negozju, id-drittijiet tal-ħaddiema li jirriżultaw minn kuntratt ta' impjieg jew minn relazzjoni tax-xogħol, b'mod partikolari inkluż id-dritt għall-paga, jinħtieġ li jiġu salvagwardjati b'mod konformi mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi li japplikaw f'każ ta' proċeduri ta' insolvenza skont l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-possibilitajiet permessi mill-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva. Barra minn hekk, flimkien u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni, inkluż dwar deċiżjonijiet li kapaċi jwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar deċiżjonijiet bħal dawn, li huma garantiti mid-Direttiva 2002/14/KE, skont din id-Direttiva, jinħtieġ li l-ħaddiema li huma affettwati mill-pjan ta' ristrutturar ikollhom dritt ta' vot dwar dan il-pjan. Għall-finijiet tal-vot dwar il-pjan ta' ristrutturar, l-Istat Membru jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-ħaddiema fi klassi differenti minn kategoriji oħra ta' kredituri.

(35)  Jekk pjan ta' ristrutturar jinvolvi trasferiment ta' parti minn intrapriża jew negozju, id-drittijiet tal-ħaddiema li jirriżultaw minn kuntratt ta' impjieg jew minn relazzjoni tax-xogħol, b'mod partikolari inkluż id-dritt għall-paga, jenħtieġ li jiġu salvagwardjati b'mod konformi mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE, filwaqt li jenħtieġ li jkun possibbli biss li jiġi applikat l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva f'każ ta' insolvenza iżda mhux f'każ ta' pjan ta' ristrutturar. Barra minn hekk, flimkien u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni, inkluż dwar deċiżjonijiet li kapaċi jwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar deċiżjonijiet bħal dawn, li huma garantiti mid-Direttiva 2002/14/KE, skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema li huma affettwati mill-pjan ta' ristrutturar ikollhom dritt ta' vot dwar dan il-pjan u jenħtieġ li l-approvazzjoni tagħhom tkun vinkolanti għall-konferma tal-pjan. Għall-finijiet tal-vot dwar il-pjan ta' ristrutturar, jenħtieġ li l-Istati Membri jqiegħdu l-ħaddiema fi klassi differenti minn kategoriji oħra ta' kredituri u jenħtieġ li jiżguraw li dik il-klassi tingħata dritt preferenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/23/KE jiġi applikat "meta min ikun qed jagħmel it-trasferiment huwa s-suġġett ta' proċedimenti ta' falliment jew ta' xi proċedimenti analogi ta' falliment li kienu istitwiti bl-iskop tal-likwidazzjoni tal-assi" u ma jistax jiġi applikat f'każ ta' pjan ta' ristrutturar.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a)  Kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturar proposta għandha tiġi spjegata bis-sħiħ lir-rappreżentanti tal-ħaddiema li għandhom jingħataw informazzjoni bħal din dwar ir-ristrutturar proposta sabiex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni profonda u jħejju għal konsultazzjonijiet, fejn ikun xieraq.1a

_________________

1a Test adottat P7_TA(2013)0005 Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Sabiex ikompli jiġi promoss ristrutturar preventiv, huwa imporanti li jiġi żgurat li d-diretturi ma jiġux dissważi milli jeżerċitaw ġudizzju tan-negozju raġonevoli jew jieħdu riskji kummerċjali raġonevoli, partikolarment meta jekk jagħmlu hekk se jtejbu ċ-ċansijiet għar-ristrutturazzjoni ta' impriżi potenzjalment vijabbli. Jekk l-intrapriża tesperjenza diffikultajiet finanzjarji, jinħtieġ li d-diretturi jieħdu passi bħat-tfittxija ta' parir professjonali, inkluż dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza, pereżempju billi jagħmlu użu minn għodod ta' twissija bikrija fejn applikabbli; il-protezzjoni tal-assi tal-kumpanija sabiex jiġi mmassimizzat il-valur u jiġi evitat it-telf ta' assi ewlenin; il-konsiderazzjoni tal-istruttura u l-funzjonijiet tan-negozju sabiex tiġi eżaminata l-vijabbiltà u jitnaqqas l-infiq; in-nuqqas ta' impenn tal-kumpanija għal tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal evitar sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni xierqa tan-negozju; it-tkomplija tal-kummerċ f'ċirkostanzi jekk ikun xieraq li jsir hekk sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tan-negozju avvjat; it-twettiq ta' negozjati ma' kredituri u d-dħul fi proċeduri ta' ristrutturar preventiv. Jekk id-debitur ikun viċin l-insolvenza, huwa importanti wkoll li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-kredituri minn deċiżjonijiet ta' ġestjoni li jista' jkollhom impatt fuq il-kostituzzjoni tal-patrimonju tad-debitur, b'mod partikolari jekk dawn id-deċiżjonijiet jista' jkollhom l-effett li jkomplu jnaqqsu l-valur tal-patrimonju disponibbli għal sforzi ta' ristrutturar jew għal distribuzzjoni lill-kredituri. Huwa għalhekk meħtieġ li f'dawn iċ-ċirkostanzi d-diretturi jevitaw kwalunkwe azzjonijiet intenzjonati jew negliġenti ħafna li jirriżultaw fi gwadann personali għad-detriment tal-partijiet interessati, filwaqt li jaqbel għal tranżazzjonijiet taħt il-valur, jew jieħdu azzjonijiet li jwasslu għal preferenza inġusta ta' parti interessata jew aktar fuq oħrajn. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva jinħtieġ li d-diretturi jkunu persuni responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kumpanija.

(36)  Sabiex ikompli jiġi promoss ristrutturar preventiv, huwa imporanti li jiġi żgurat li d-diretturi u l-imprendituri ma jiġux dissważi milli jeżerċitaw ġudizzju tan-negozju raġonevoli jew jieħdu riskji kummerċjali raġonevoli, partikolarment meta jekk jagħmlu hekk se jtejbu ċ-ċansijiet għar-ristrutturar ta' impriżi potenzjalment vijabbli. Jekk l-intrapriża tesperjenza diffikultajiet finanzjarji, jenħtieġ li d-diretturi jieħdu passi bħat-tfittxija ta' parir professjonali, inkluż dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza, pereżempju billi jagħmlu użu minn għodod ta' twissija bikrija fejn applikabbli; il-protezzjoni tal-assi tal-kumpanija sabiex jiġi mmassimizzat il-valur u jiġi evitat it-telf ta' assi ewlenin; il-konsiderazzjoni tal-istruttura u l-funzjonijiet tan-negozju sabiex tiġi eżaminata l-vijabbiltà u jitnaqqas l-infiq; in-nuqqas ta' impenn tal-kumpanija għal tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal evitar sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni xierqa tan-negozju; it-tkomplija tal-kummerċ f'ċirkostanzi jekk ikun xieraq li jsir hekk sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tan-negozju avvjat; it-twettiq ta' negozjati ma' kredituri u d-dħul fi proċeduri ta' ristrutturar preventiv. Id-diretturi jenħtieġ li jikkonformaw ukoll mal-obbligi kollha tagħhom fir-rigward tal-kredituri, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u partijiet interessati oħra. Jekk id-debitur ikun viċin l-insolvenza, huwa importanti wkoll li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-kredituri minn deċiżjonijiet ta' ġestjoni li jista' jkollhom impatt fuq il-kostituzzjoni tal-patrimonju tad-debitur, b'mod partikolari jekk dawn id-deċiżjonijiet jista' jkollhom l-effett li jkomplu jnaqqsu l-valur tal-patrimonju disponibbli għal sforzi ta' ristrutturar jew għal distribuzzjoni lill-kredituri. Huwa għalhekk meħtieġ li f'dawn iċ-ċirkostanzi d-diretturi jevitaw kwalunkwe azzjonijiet intenzjonati jew gravament negliġenti li jirriżultaw fi gwadann personali għad-detriment tal-partijiet interessati, filwaqt li jaqbel għal tranżazzjonijiet taħt il-valur jew b'mod ieħor intenzjonalment inaqqsu l-valur tal-kumpanija, jew jieħdu azzjonijiet li jwasslu għal preferenza inġusta ta' parti interessata jew aktar fuq oħrajn. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li d-diretturi jkunu persuni responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kumpanija. Nuqqas ta' konformità ma' dan jenħtieġ li potenzjalment iwassal għal perjodu ta' kwittanza itwal jew għal kundizzjonijiet aktar stretti għall-ħelsien.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-possibilitajiet differenti tat-tieni opportunità fl-Istati Membri jistgħu jinċentivaw lill-imprendituri b'dejn eċċessiv biex jirrilokaw lejn Stati Membri sabiex jibbenefikaw minn perjodi iqsar ta' ħelsien mid-dejn jew kundizzjonijiet iktar attraenti għall-ħelsien mid-dejn, li jwasslu għal inċertezza legali addizzjonali u spejjeż għall-kredituri meta jirkupraw il-pretensjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-effetti ta' falliment, b'mod partikolari l-istigma soċjali, il-konsegwenzi legali bħall-iskwalifika tal-imprendituri milli jibdew u jfittxu attività imprenditorjali u l-inkapaċità kontinwa li jitħallsu lura d-djun jikkostitwixxu diżinċentivi importanti għall-imprendituri li jixtiequ jibdew negozju jew jingħataw it-tieni opportunità, anki jekk l-evidenza turi li l-imprendituri li fallew għandhom aktar ċans li jirnexxu t-tieni darba. Jinħtieġ għalhekk li jittieħdu passi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tad-djun eċċessivi u tal-falliment fuq l-imprendituri, b'mod partikolari billi jiġi permess ħelsien sħiħ mid-djun wara ċertu perjodu ta' żmien u billi jiġi limitat it-tul tal-ordnijiet ta' skwalifika maħruġa b'konnessjoni mad-djun eċċessivi tad-debitur.

(37)  Il-possibilitajiet differenti tat-tieni opportunità fl-Istati Membri jistgħu jinċentivaw lill-imprendituri b'dejn eċċessiv biex jirrilokaw lejn Stati Membri sabiex jibbenefikaw minn perjodi iqsar ta' ħelsien mid-dejn jew kundizzjonijiet iktar attraenti għall-ħelsien mid-dejn, li jwasslu għal inċertezza legali addizzjonali u spejjeż għall-kredituri meta jirkupraw il-pretensjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-effetti ta' falliment, b'mod partikolari l-istigma soċjali, il-konsegwenzi legali bħall-iskwalifika tal-imprendituri milli jibdew u jfittxu attività imprenditorjali u l-inkapaċità kontinwa li jitħallsu lura d-djun jikkostitwixxu diżinċentivi importanti għall-imprendituri li jixtiequ jibdew negozju jew jingħataw it-tieni opportunità, anki jekk l-evidenza turi li l-imprendituri li fallew għandhom aktar ċans li jirnexxu t-tieni darba. Jenħtieġ għalhekk li jittieħdu passi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tad-djun eċċessivi u tal-falliment fuq l-imprendituri, b'mod partikolari billi jiġi permess ħelsien sħiħ mid-djun wara ċertu perjodu ta' żmien u billi jiġi limitat it-tul tal-ordnijiet ta' skwalifika maħruġa b'konnessjoni mad-djun eċċessivi tad-debitur. Il-perjodu ta' żmien għall-ħelsien jenħtieġ li jkun ta' ħames snin mid-data meta debitur japplika għall-ewwel darba u għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu perjodu itwal fil-każ tat-tieni perjodu ta' ħelsien jew ta' skadenza sussegwenti.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida ċara lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar kif għandhom jivvalutaw l-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, fl-istabbiliment dwar jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, il-ħin meta dawn saru, l-isforzi tal-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir u wara li jkunu għaddew minn proċedura ta' insolvenza mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida u kriterji ċari lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar il-metodu ta' valutazzjoni tal-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, fl-istabbiliment dwar jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, il-ħin meta dawn saru, l-isforzi tad-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Huwa meħtieġ li tinżamm u tittejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni ta' negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti ta' intrapriżi mhux vijabbli. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntieri stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848, il-professjonaliżmu tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jinħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jinħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew kmamar speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(39)  Prattikanti u mħallfin speċjalizzati fl-insolvenza, u d-disponibbiltà tal-għodod diġitali jistgħu jgħinu ħafna sabiex inaqqsu d-durata tal-proċedimenti, ibaxxu l-ispejjeż u jtejbu l-kwalità tal-assistenza jew tas-superviżjoni. Huwa meħtieġ li tinżamm u tittejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni ta' negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri onesti jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti u f'waqtha ta' intrapriżi mhux vijabbli. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu integrati l-għodod tal-komunikazzjoni diġitali fil-proċeduri ta' insolvenza biex jitnaqqas id-dewmien eċċessiv tagħhom. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntiera stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848, il-professjonaliżmu u l-ispeċjalizzazzjoni tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jenħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jenħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew kmamar speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

40.  Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu mħarrġin sew u ssorveljati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità. Jinħtieġ li l-prattikanti wkoll jikkonformaw ma' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mmirati lejn l-iżgurar ta' livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, trasparenza tal-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti u r-regoli li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda.

40.  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu mħarrġin sew u ssorveljati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità, bil-għan li jżommu f'moħħhom l-objettiv li jirrestawraw il-vijabbiltà tal-kumpanija. Jenħtieġ li l-prattikanti jkunu wkoll aġenti ta' salvataġġ u mhux likwidaturi, u jenħtieġ li josservaw ukoll kodiċi ta' kondotta professjonali bil-għan li jiggarantixxu livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, jiżguraw it-trasparenza tal-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti u r-regoli li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet amministrattivi li jeżerċitaw superviżjoni jew kontroll fuq il-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità tkun disponibbli pubblikament.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

42.  Huwa importanti li tinġabar dejta affidabbli dwar il-prestazzjoni tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn sabiex jiġu sorveljati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għalhekk jinħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-dejta li tkun granulari biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni preċiża ta' kif id-Direttiva tiffunzjona fil-prattika.

42.  Huwa importanti li tinġabar dejta affidabbli dwar il-prestazzjoni tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn sabiex jiġu sorveljati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jintensifikaw l-isforzi tagħhom għall-ġbir, l-aggregazzjoni u l-provvista ta' dik id-dejta lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li din id-dejta tkun granulari biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni preċiża ta' kif id-Direttiva tiffunzjona fil-prattika.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46a)  Jenħtieġ li l-ħaddiema ma jerfgħux il-piż tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn, u jenħtieġ li l-ewwel dejjem jiġu rkuprati d-djun dovuti lilhom, bħall-pagi mhux imħallsa. Sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-produzzjoni u l-impjiegi u sabiex jiġu miġġielda aħjar il-prattiki tattiċi jew frawdolenti mill-maniġment, jenħtieġ li l-ħaddiema jiġu informati u kkonsultati wkoll fl-istadju inizjali tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a)  Jenħtieġ li ssir valutazzjoni ulterjuri sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa li jitressqu inizjattivi leġiżlattivi fir-rigward ta' qafas Ewropew għall-insolvenza li taffettwa lil persuni li ma jeżerċitawx attività kummerċjali, negozju, sengħa jew professjoni paragunabbli mal-attivitajiet ta' min iħaddem, li, bħala konsumaturi jew utenti ta' prodotti jew servizzi pubbliċi jew privati ma jkunux jistgħu, in bona fide, temporanjament jew b'mod permanenti, iħallsu d-djun meta suppost. Jenħtieġ li dawn il-proposti leġiżlattivi jipprevedu l-ħarsien tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi bażiċi għal dawn il-persuni, sabiex jiġi żgurat li jgawdu minn kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza;

(a)  il-proċeduri rapidi ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza u possibbiltà ġenwina li jiġi evitat li l-kumpanija tiġi soġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-proċeduri li jwasslu għal ħelsien tad-dejn sostnut minn imprendituri b'dejn eċċessiv u jippermettulhom li jibdew attività ġdida;

(b)  il-proċeduri li jwasslu għal ħelsien tad-dejn sostnut minn imprendituri b'dejn eċċessiv wara li jkunu għaddew minn proċedimenti ta' insolvenza jippermettulhom li jibdew attività ġdida;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "proċedura ta' insolvenza" tfisser proċedura kollettiva li tinvolvi ċessjoni parzjali jew totali tad-debitur u l-ħatra ta' likwidatur;

(1)  "proċedura ta' insolvenza" tfisser proċedura kollettiva li tinvolvi ċessjoni parzjali jew totali tad-debitur u l-ħatra ta' prattikant tal-insolvenza;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "il-possibbiltà ta' insolvenza" tfisser sitwazzjoni li fiha d-debitur ma jkunx insolventi taħt il-liġi nazzjonali imma li fiha hemm theddida reali u serja għall-kapaċità futura tad-debitur li jħallas id-dejn tiegħu meta jasal iż-żmien li jitħallas;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kuntratti eżekutorji" tfisser kuntratti bejn id-debitur u kreditur wieħed jew iktar taħt liema ż-żewġ naħat għad għandhom obbligi ta' prestazzjoni fil-mument li tiġi ordnata l-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali;

(5)  "kuntratti eżekutorji essenzjali" tfisser kuntratti bejn id-debitur u kreditur wieħed jew iktar taħt liema ż-żewġ naħat għad għandhom obbligi ta' prestazzjoni fil-mument li tiġi ordnata l-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali u huma neċessarji għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet ta' kuljum tan-negozju, inkluża kwalunkwe provvista fejn sospensjoni tal-konsenji twassal għal waqfien tal-kumpanija;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser gruppi ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar;

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser gruppi ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar; għall-fini tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, il-kredituri huma maqsuma fi klassijiet ta' kredituri differenti, kif irregolat mill-Istati Membri, fejn bħala minimu, il-pretensjonijiet iggarantiti u mhux iggarantiti huma ttrattati fi klassijiet separati;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "furzata fuq klassijiet differentiapplikazzjoni " tfisser il-konferma minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' pjan ta' ristrutturar fuq in-nuqqas ta' qbil ta' klassi affettwata ta' kredituri waħda jew iktar;

(8)  "applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti" tfisser il-konferma minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' pjan ta' ristrutturar fuq in-nuqqas ta' qbil ta' klassi affettwata ta' kredituri;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "finanzjament ġdid" tfisser kwalunkwe fondi ġodda, kemm jekk ingħataw minn kreditur eżistenti jew wieħed ġdid, li huma neċessarji biex jimplimentaw pjan ta' ristrutturar li huma miftiehma f'dak il-pjan ta' ristrutturar u kkonfermati sussegwentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

(11)  "finanzjament ġdid" tfisser kwalunkwe fondi ġodda, inkluż l-għoti ta' kreditu, kemm jekk ingħataw minn kreditur eżistenti jew wieħed ġdid, li huma neċessarji biex jimplimentaw pjan ta' ristrutturar li huma miftiehma f'dak il-pjan ta' ristrutturar u kkonfermati sussegwentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "finanzjament interim" tfisser kwalunkwe fondi, kemm jekk ipprovduti minn kreditur eżistenti jew ġdid, li huma raġonevolment u immedjatament neċessarji sabiex in-negozju tad-debitur ikompli jopera jew jibqa' ħaj, jew sabiex jippreservaw jew isaħħaħu l-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat pjan ta' ristrutturar;

(12)  "finanzjament interim" tfisser kwalunkwe fondi, inkluż l-għoti ta' kreditu, kemm jekk ipprovduti minn kreditur eżistenti jew ġdid, li huma raġonevolment u immedjatament neċessarji sabiex in-negozju tad-debitur ikompli jopera jew jibqa' ħaj, jew sabiex jippreservaw jew isaħħaħu l-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat pjan ta' ristrutturar;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "imprenditur b'dejn eċċessiv" tfisser persuna fiżika li teżerċita kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, li, għajr minn temporanjament, ma tkunx tista' tħallas id-djun meta jsiru dovuti;

(13)  "imprenditur b'dejn eċċessiv" tfisser persuna fiżika li teżerċita kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, li, għajr minn temporanjament, ma tkunx tista' tħallas id-djun meta jsiru dovuti, u tfisser ukoll imprenditur li ma jkunx kapaċi jħallas id-dejn li jkun għamel bħala persuna fiżika imma li jkun marbut mal-finanzjament tal-bidu tal-attività tan-negozju tal-imprenditur, kif ukoll ta' persuna li l-attività kummerċjali tagħha hija esklussivament attività sekondarja u li d-dejn professjonali tagħha u d-djun personali tagħha ma jistgħux jiġu sseparati b'mod raġonevoli.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "ħelsien sħiħ mid-dejn" tfisser kanċellazzjoni ta' dejn pendenti wara proċedura li tinkludi realizzazzjoni tal-assi u / jew pjan ta' ħlas lura/saldu;

(14)  "ħelsien sħiħ mid-dejn" tfisser kanċellazzjoni ta' dejn pendenti wara proċedura ta' insolvenza;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "prattikant fil-qasam tar-ristrutturar" tfisser kull persuna jew entità appuntata minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva li twettaq waħda jew iktar mill-kompiti li ġejjin:

(15)  "prattikant fil-qasam tar-ristrutturar" tfisser kull persuna jew entità kwalifikata skont il-liġi nazzjonali li twettaq waħda jew iktar mill-kompiti li ġejjin:

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li tassisti lid-debitur jew lill-kredituri fl-abbozzar jew fin-negozjar ta' pjan ta' ristrutturar;

(a)  li tassisti lid-debitur jew lill-kredituri fl-abbozzar jew fin-negozjar ta' pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' ċessjoni tal-partijiet tan-negozju vijabbli;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15(a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  "pjan ta' rimborż" tfisser programm ta' pagamenti b'ammonti speċifikati f'dati speċifiċi minn debitur lill-kredituri, li jkun magħmul bħala parti minn pjan ta' ristrutturar;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15(b) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  "vijabbli" tfisser il-kapaċità li jiġi pprovdut redditu kkalkulat fuq kapital adegwat, wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha, inklużi l-iżvalutar u l-ispejjeż finanzjarji.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Twissija bikrija

Twissija bikrija u aċċess għal informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal għodod ta' twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jiżguraw aċċess għal għodod ta' twissija bikrija ċari u trasparenti li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur, lill-imprenditur jew lir-rappreżentant tal-ħaddiema l-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw teknoloġiji ġodda tal-IT għal notifiki u komunikazzjoni online.

1a. Għodod ta' twissija bikrija jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-maniġment tad-debitur;

(b) dmirijiet ta' rappurtar taħt ftehim ta' self; u

(c) obbligi ta' rappurtar regolari jew ta' informazzjoni għal partijiet terzi, bħal kontabilisti, awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jew ċerti tipi ta' kredituri, bħall-banek;

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri, l-imprendituri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

2a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli fuq sit web apposta u b'mod li hu faċli biex jintuża l-mod li d-debituri u l-imprendituri jkunu jistgħu jaċċedu għal għodod ta' twissija bikrija fl-Istat Membru tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod speċjali jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni.

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jingħataw aċċess għal informazzjoni rilevanti u aġġornata dwar is-sitwazzjoni tan-negozju u li jkunu jistgħu jikkomunikaw it-tħassib lid-debituri u lill-imprendituri dwar is-sitwazzjoni tan-negozju u dwar il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat li jsir użu minn mekkaniżmi ta' ristrutturar.

3.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess previst fil-paragrafi 1 u 2 għal impriżi żgħar u ta' daqs medju jew għal imprendituri

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Disponibbiltà tal-oqfsa ta' ristrutturar preventiv

Disponibbiltà tal-oqfsa ta' ristrutturar preventiv

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, id-debituri f'diffikultà finanzjarja jkollhom aċċess effettiv għal qafas ta' ristrutturar preventiv li jippermettilhom jirristrutturaw id-djun jew in-negozju tagħhom, jirkupraw il-vijabbiltà tagħhom u jevitaw l-insolvenza.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, id-debituri f'diffikultà finanzjarja jkollhom aċċess effettiv għal qafas ta' ristrutturar preventiv li jippermettilhom jirristrutturaw id-djun jew in-negozju tagħhom, jirkupraw il-vijabbiltà tagħhom u jevitaw l-insolvenza jew isibu soluzzjonijiet oħra biex jevitaw l-insolvenza, u b'hekk jipproteġu l-impjiegi u jżommu l-attività kummerċjali.

1a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-aċċess għal proċedimenti ta' ristrutturar ikun limitat għal impriżi li ma jkunux ġew finalment ikkundannati għal ksur serju ta' l-obbligi ta' kontabbiltà u taż-żamma tal-kotba skont il-liġi nazzjonali.

2.  Oqfsa ta' ristrutturar preventivi jistgħu jikkonsistu f'waħda jew aktar mill-proċeduri jew miżuri li ġejjin.

2.  Oqfsa ta' ristrutturar preventivi jistgħu jikkonsistu fi proċedura jew miżura waħda jew aktar, straġudizzjarji jew ordnati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex id-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat filwaqt li jiżguraw li d-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

4.  Oqfsa ta' ristrutturar preventiv għandhom ikunu disponibbli fuq l-applikazzjoni mid-debituri, jew mill-kredituri bi qbil mad-debituri.

4. Oqfsa ta' ristrutturar preventiv għandhom ikunu disponibbli fuq l-applikazzjoni mid-debituri.

4a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li oqfsa ta' ristrutturar ikunu disponibbli fuq talba tal-kredituri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, bl-approvazzjoni tad-debitur.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Debitur fil-pussess

Debitur fil-pussess

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri li jaċċessaw proċeduri ta' ristrutturar preventiv jibqgħu totalment jew mill-inqas parzjalment fil-kontroll tal-assi u l-operat ta' kuljum tan-negozju tagħhom.

1  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri li jaċċedu għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv jibqgħu totalment jew mill-inqas parzjalment fil-kontroll tal-assi u l-operat ta' kuljum tan-negozju tagħhom.

2.  Il-ħatra minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każijiet kollha.

2.  Indipendentement minn jekk s-superviżjoni ta' proċedura ta' ristrutturar minn prattikant fil-qasam tar-ristrutturar tkunx obbligatorja jew le, għandha fil-każijiet kollha tkun soġġetta għal-liġi nazzjonali sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-partijiet affettwati.

3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar fil-każijiet li ġejjin:

3.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-ħatra ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar mill-inqas fil-każijiet li ġejjin:

(a)  jekk id-debitur jingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali skont l-Artikolu 6;

(a)  jekk id-debitur jingħata waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar skont l-Artikolu 6;

(b)  jekk il-pjan ta' ristrutturar jeħtieġ li jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva permezz ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti, skont l-Artikolu 11.

(b)  jekk il-pjan ta' ristrutturar jeħtieġ li jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva permezz ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti, skont l-Artikolu 11.

(ba)  fejn ikun mitlub mid-debitur jew minn maġġoranza tal-kredituri.

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema tad-debitur jirċievu informazzjoni ċara u trasparenti dwar il-proċedura ta' ristrutturar u jkunu informati regolarment dwar kwalunkwe żvilupp li jkun sar fiha.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali

Waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk u sa fejn tkun meħtieġa waqfa bħal din sabiex jiġu appoġġati n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar.

1.  Meta ma jkunx għad qam l-obbligu tad-debitur li japplika għal insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk u sa fejn tkun meħtieġa waqfa bħal din sabiex jiġu appoġġati n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar u dment li jkun probabbli li jkun jista' jiġi evitat li l-kumpanija tiġi soġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata rigward kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri garantiti u preferenzjali. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata rigward kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri garantiti u preferenzjali, dment li d-debitur jinkludi lil dawk il-kredituri fin-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għat-talbiet pendenti tal-impjegati ħlief jekk u sal-punt li l-Istati Membri jiżguraw b'mezzi oħra, li l-ħlas ta' dawn il-pretensjonijiet jiġi ggarantit f'livell ta' protezzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dak previst taħt il-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva 2008/94/KE.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għat-talbiet pendenti tal-impjegati ħlief jekk u sal-punt li l-Istati Membri jiżguraw b'mezzi oħra, li l-ħlas ta' dawn il-pretensjonijiet jiġi ggarantit f'livell simili ta' protezzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw id-durata tal-waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali għal perjodu massimu ta' mhux iktar minn erba' xhur.

4.  Id-durata tal-waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali hija limitata għal perjodu massimu ta' mhux iktar minn erba' xhur.

5.  L-Istati Membri jistgħu madankollu jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi biex jestendu il-waqfa ta' infurzar individwali jew jagħtu waqfa ġdida tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, fuq talba tad-debitur jew tal-kredituri. Estensjoni bħal din jew perjodu ġdid ta' waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali għandhom jingħataw biss jekk ikun hemm evidenza li:

5.  L-Istati Membri jistgħu madankollu jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi biex jestendu il-waqfa ta' infurzar individwali jew jagħtu waqfa ġdida tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, fuq talba tad-debitur jew tal-kredituri. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal estensjoni jew perjodu ġdid ta' soġġorn. Estensjoni bħal din jew perjodu ġdid ta' waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali għandhom jingħataw biss jekk ikun hemm evidenza li:

(-a)  kredituri garantiti li huma affettwati mill-pjan qablu li estensjoni bħal din jew perjodu ġdid; u

(a)  ikun sar progress rilevanti fin-negozjati dwar il-pjan ta' ristrutturar; u

(a)  ikun sar progress rilevanti fin-negozjati dwar il-pjan ta' ristrutturar; u

(b)  il-kontinwazzjoni tal-waqfa tal-azzjonaijiet ta' infurzar individwali ma tippreġudikax b'mod inġust id-drittijiet jew l-interessi ta' kull parti affettwata.

(b)  il-kontinwazzjoni tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali ma tippreġudikax b'mod inġust id-drittijiet jew l-interessi ta' kull parti affettwata; u

(ba)  l-obbligu tad-debitur biex japplika għal insolvenza skont il-liġi nazzjonali jkun għadu ma seħħx.

6.  Kull estensjoni oħra għandha tingħata biss jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 huma ssodisfati u ċ-ċirkustanzi tal-każ juru probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar.

6.  Kull estensjoni oħra għandha tingħata biss jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (ba) tal-paragrafu 5 huma ssodisfati u ċ-ċirkustanzi tal-każ juru probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar.

7.  It-tul totali ta' żmien tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, inklużi l-estensjonijiet u t-tiġdid, ma għandux ikun ta' aktar minn 12-il xahar.

7.  It-tul totali ta' żmien tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, inklużi l-estensjonijiet u t-tiġdid, ma għandux ikun ta' aktar minn għaxar xhur. Id-durata totali tal-waqfa għandha tkun limitata għal xahrejn jekk l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija jkun ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor fi żmien tliet xhur qabel ma ssir talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' ristrutturar.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jneħħu l-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, kollha kemm huma jew parti minnhom:

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux il-waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jew jistgħu jneħħu l-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, kollha kemm huma jew parti minnhom:

(a)  jekk isir ċar li proporzjon mill-kredituri li skont il-liġi nazzjonali jistgħu jimblokkaw l-adozzjoni ta' pjan għar-ristrutturar ma jappoġġax il-kontinwazzjoni tan-negozjati; jew

(a)  jekk isir ċar li proporzjon mill-kredituri li skont il-liġi nazzjonali jistgħu jimblokkaw l-adozzjoni ta' pjan għar-ristrutturar ma jappoġġax il-kontinwazzjoni tan-negozjati; jew

(b)  bit-talba tad-debitur jew tal-prattikant fil-qasam tar-ristrutturar.

(b)  bit-talba tad-debitur jew tal-prattikant fil-qasam tar-ristrutturar jew il-maġġoranza tal-kredituri kkonċernati; jew

(ba)  jekk kreditur individwali jew klassi unika ta' kredituri ssirilhom jew tista' ssirilhom ħsara inġustament minħabba waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali;

(bb) jekk kreditur vulnerabbli jiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi konsiderevoli;

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk kreditur individwali jew kategorija unika ta' kredituri huma jew jistgħu jkunu ppreġudikati b'mod inġust minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li ma tagħtix il-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali jew tista' tneħħi waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali diġà mogħtija fir-rigward ta' dak il-kreditur jew kategorija ta' kredituri, b'talba tal-kredituri kkonċernati.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Waqfa ġenerali li tkopri l-kredituri kollha għandha tipprevjeni l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza bit-talba ta' kreditur wieħed jew iktar.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' ristrutturar ma jintemmux awtomatikament u li, meta jeżaminaw il-prospetti biex jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar b'suċċess fil-perjodu tal-waqfa, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li tipposponi l-ftuħ ta' proċedura ta' insolvenza u li żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' ristrutturar ma jintemmux awtomatikament u li, meta jeżaminaw il-prospetti biex jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar b'suċċess jew trasferiment tan-negozju vijabbli ekonomikament fil-perjodu tal-waqfa, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li tipposponi l-ftuħ ta' proċedura ta' insolvenza u li żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' waqfa, il-kredituri li għalihom tapplika l-waqfa ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur għal djun li kienu jeżistu qabel il-waqfa. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal kuntratti essenzjali li huma neċessarji għat-tkomplija tal-operat ta' kuljum tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' waqfa, il-kredituri li għalihom tapplika l-waqfa ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji essenzjali għad-detriment tad-debitur, b'rabta ma' djun li kienu jeżistu qabel il-waqfa bil-kundizzjoni li ma jinħolqu l-ebda diffikultajiet finanzjarji severi għall-kredituri. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kuntratt eżekutorju huwa essenzjali meta jkun meħtieġ għat-tkomplija tal-operat ta' kuljum tan-negozju, inklużi l-provvisti kollha meta sospensjoni tal-forniment twassal biex l-attivitajiet tal-kumpanija jitwaqqfu għal kollox.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur permezz ta' klawżola kuntrattwali li tistipula miżuri bħal dawn, unikament minħabba d-dħul tad-debitur f'negozjati ta' ristrutturar, it-talba għal waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-ordni tal-waqfa bħala tali jew kull avveniment simili konness mal-waqfa.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kredituri ma jkunx permess li jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur permezz ta' klawżola kuntrattwali li tistipula miżuri bħal dawn, unikament minħabba d-dħul tad-debitur f'negozjati ta' ristrutturar, it-talba għal waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-ordni tal-waqfa bħala tali jew kull avveniment simili konness mal-waqfa, dment li dawn ma jkunux soġġetti għal waqfa u jkunu jistgħu jippruvaw li b'dan l-avveniment huma se jsofru żvantaġġi sostanzjali.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li xejn ma jimpedixxi lid-debitur milli jħallas, fil-perkors normali tan-negozju, pretensjonijiet ta' jew dovuti lil kredituri mhux affettwati u l-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jinqalgħu wara li tingħata l-waqfa u li jkomplu jinqalgħu matul il-perjodu tal-waqfa.

imħassar

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Il-kontenut tal-pjanijiet ta' ristrutturar

Il-kontenut tal-pjanijiet ta' ristrutturar

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-pjanijiet ta' ristrutturar ippreżentati għall-konferma minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva u għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu ppreżentati lir-rappreżentanti tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni. Il-pjanijiet ta' ristrutturar għandhom jinkludu, ta' mill-inqas, din l-informazzjoni:

(a)  l-identità tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur li jkun qed jiġi propost għalih il-pjan ta' ristrutturar;

(a)  l-identità tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur li jkun qed jiġi propost għalih il-pjan ta' ristrutturar;

(b)  valwazzjoni tal-valur preżenti tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur kif ukoll dikjarazzjoni raġunata dwar il-kawżi u d-daqs tad-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur.

(b)  valutazzjoni tal-valur tas-suq tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur, inkluża valutazzjoni tal-obbligi finanzjarji u l-flussi finanzjarji matul id-durata tal-pjan ta' ristrutturar, fil-mument tas-sottomissjoni tal-pjan għal konferma, kif ukoll valur mistenni ta' likwidazzjoni tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur, kollha ppreparati minn espert ġudizzjarju, u dikjarazzjoni motivata dwar il-kawżi u d-daqs tad-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur, inkluża deskrizzjoni tal-assi u d-djun ;

(c)  l-identità tal-partijiet affettwati, kemm jekk b'isem individwali jew jekk deskritti b'referenza għal kategorija ta' dejn waħda jew iktar, kif ukoll il-pretensjonijiet jew l-interessi tagħhom koperti mill-pjan ta' ristrutturar;

(d)  il-klassijiet li fihom ġew raggruppati l-partijiet affettwati għall-finijiet tal-adozzjoni tal-pjan, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dan u informazzjoni dwar il-valuri rispettivi tal-kredituri u l-membri f'kull klassi;

(d)  il-klassijiet li fihom ġew raggruppati l-partijiet affettwati, abbażi ta' kriterji oġġettivi, għall-finijiet tal-adozzjoni tal-pjan, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dan u informazzjoni dwar il-valuri rispettivi tal-kredituri u l-membri f'kull klassi;

(e)  l-identità tal-partijiet mhux affettwati, kemm jekk b'isem individwali jew deskritti b'referenza għal kategorija ta' dejn waħda jew iktar, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex mhuwiex propost li jaffettwahom;

(ea)  l-identità tal-prattikant fil-qasam tar-ristrutturar, fejn applikabbli;

(f)  it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(f)  it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(i)  it-tul ta' żmien propost tiegħu;

(i)  it-tul ta' żmien propost tiegħu;

(ii)  kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f'forom ta' obbligi oħra;

(ii)  kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f'forom ta' obbligi oħra;

(iia)  kwalunkwe proposta għal waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali bħala parti mill-pjan tar-ristrutturar;

(iib)  il-modalitajiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema bi qbil mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali;

(iic)  aspetti organizzattivi li jikkonċernaw konsegwenzi fir-rigward tal-impjiegi bħal sensji, xogħol b'ħinijiet iqsar jew simili;

(g)  opinjoni jew dikjarazzjoni raġunata mill-persuna responsabbli li tipproponi l-pjan ta' ristrutturar li tispjega għala n-negozju huwa vijabbli, kif l-implimentazzjoni tal-pjan aktarx twassal biex id-debitur jevita l-insolvenza u jġib lura l-vijabbiltà fuq terminu twil tiegħu, u li tiddikjara kull prekondizzjoni antiċipata biex dan jirnexxi.

(g)  opinjoni jew dikjarazzjoni motivata mill-persuna responsabbli li tipproponi l-pjan ta' ristrutturar li tispjega għaliex in-negozju huwa vijabbli, kif l-implimentazzjoni tal-pjan aktarx twassal biex id-debitur jevita l-insolvenza u jġib lura l-vijabbiltà fuq terminu twil tiegħu, u li tiddikjara kull prekondizzjoni antiċipata biex dan jirnexxi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-opinjoni jew id-dikjarazzjoni motivata jiġu vvalidati minn espert estern, bħal prattikant fil-qasam tar-ristrutturar.

1a.  L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw jekk il-kredituri jistgħux jipproponu pjan alternattiv ta' ristrutturar jew le. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel dan, dan jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-kredituri jistgħu jipproponu pjan ta' ristrutturar alternattiv.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu mudell għall-pjanijiet ta' ristrutturar disponibbli online. Dak il-mudell għandu jkun fih tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa skont il-liġi nazzjonali u għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali iżda prattika ta' kif il-mudell għandu jintuża. Il-mudell għandu jkun disponibbli fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jagħmlu l-mudell disponibbli f'lingwi oħra, b'mod partikolari fil-lingwi użati fin-negozju internazzjonali. Dan għandu jitfassal b'tali mod li jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lista ta' kontroll għall-pjanijiet ta' ristrutturar disponibbli online. Dik il-lista ta' kontroll għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa skont il-liġi nazzjonali u għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali u prattika dwar il-proċedimenti tar-ristrutturar disponibbli fl-Istat Membru. Il-lista ta' kontroll għandha tkun disponibbli fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jagħmlu l-lista ta' kontroll disponibbli f'lingwi oħra, b'mod partikolari fil-lingwi użati fin-negozju internazzjonali. Dan għandu jitfassal b'tali mod li jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

3.  Il-partijiet jistgħu jagħżlu jużawx il-mudell ta' pjan ta' ristrutturar jew le.

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-pretensjonijiet tal-ħaddiema ma jkunux affettwati mill-pjanijiet tar-ristrutturar, soġġett għall-Artikolu 6(3) ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-pjanijiet tar-ristrutturar ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-fondi jew l-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

L-adozzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar

L-adozzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur affettwat ikollu dritt li jivvota fuq l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali drittijiet tal-vot lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2)

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur affettwat, inklużi l-ħaddiema, ikollu dritt li jivvota fuq l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar wara li jkun ġie debitament informat dwar il-proċedura u l-konsegwenzi potenzjali tagħha. L-Istati Membri jistgħu jagħtu tali drittijiet tal-vot ukoll lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2). Il-kredituri li mhumiex affettwati mill-pjan tar-ristrutturar m'għandux ikollhom dritt tal-vot fir-rigward tal-adozzjoni ta' dak il-pjan.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-pjan jinkludi miżuri li jwasslu għal tibdil fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali, dawk għandhom jiġu kkonfermati mill-ħaddiema f'każijiet fejn il-liġi u l-prattiki nazzjonali jipprovdu għal konferma bħal din.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-ħaddiema jiġu ttrattati fi klassi għalihom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet skont il-liġi nazzjonali. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li l-ħaddiema jiġu ttrattati fi klassi għalihom f'każijiet fejn huma jkunu affettwati mill-pjan. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li t-titolari ta' ekwità jiġu ttrattati fi klassi għalihom.

3.  Il-formazzjoni tal-klassi għandha tiġi eżaminata mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta tiġi ppreżentata talba għall-konferma tal-pjan ta' ristrutturar.

3.  Id-drittijiet tal-vot u l-formazzjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni u tal-klassi għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta tiġi ppreżentata talba għall-konferma tal-pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżami tad-drittijiet tal-votazzjoni u l-formazzjoni ta' klassi minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fi stadju bikri.

5.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-votazzjoni dwar l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar tieħu l-għamla ta' konsultazzjoni u qbil ta' maġġoranza meħtieġa tal-partijiet affettwati f'kull klassi.

6.  Meta l-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx fi klassi waħda ta' vvutar fejn ikun hemm dissens, il-pjan xorta jista' jiġi kkonfermat jekk ikun konformi mar-rekwiżiti tal-applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 11.

6.  Meta l-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx fi klassi waħda ta' votazzjoni fejn ikun hemm dissens, il-pjan xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jekk ikun konformi mar-rekwiżiti tal-applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 11.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Konferma tal-pjanijiet ta' ristrutturar

Konferma tal-pjanijiet ta' ristrutturar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li ġejjin jistgħu jsiru vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li ġejjin jistgħu jsiru vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva:

(a)  pjanijiet ta' ristrutturar li jaffettwaw l-interessi tal-partijiet affettwati li ma jaqblux;

(a)  pjanijiet ta' ristrutturar li jaffettwaw l-interessi tal-partijiet affettwati li ma jaqblux;

(b)  pjanijiet ta' ristrutturar li jipprevedu finanzjament ġdid.

(b)  pjanijiet ta' ristrutturar li jipprevedu finanzjament ġdid.

(ba)  pjanijiet ta' ristrutturar li jinvolvu t-telf ta' aktar minn 25 % tal-impjiegi;

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li taħthom pjan ta' ristrutturar jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jiġu speċifikati b'mod ċar fil-liġijiet tal-Istati Membri u jinkludu mill-inqas dan li ġej:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li taħthom pjan ta' ristrutturar jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jiġu speċifikati b'mod ċar fil-liġi nazzjonali tagħhom u jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)  il-pjan ta' ristrutturar ikun ġie adottat skont l-Artikolu 9 u jkun ġie nnotifikat lill-kredituri magħrufin kollha li x'aktarx jiġu affettwati minnu;;

(a)  il-pjan ta' ristrutturar ikun ġie adottat billi jirrispetta r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 u jkun ġie nnotifikat lill-kredituri magħrufin kollha li x'aktarx jiġu affettwati minnu;

b)  il-pjan ta' ristrutturar ikunx konformi mat-test tal-aħjar interess tal-kredituri;

(c)  kwalunkwe finanzjament ġdid ikun neċessarju biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar u ma jippreġudikax b'mod inġust l-interessi tal-kredituri.

(b)  il-pjan ta' ristrutturar ikunx konformi mat-test tal-aħjar interess tal-kredituri;

(c)  kwalunkwe finanzjament ġdid ikun neċessarju u proporzjonat biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar;

(ca)  ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ġew infurmati u kkonsultati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jirrifjutaw li jikkonfermaw pjan ta' ristrutturar meta dak il-pjan ma jkollux prospettiva raġonevoli li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għandhom jirrifjutaw li jikkonfermaw pjan ta' ristrutturar meta dak il-pjan ma jkollux prospettiva raġonevoli li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma u f'kull każ mhux iktar tard minn 30 jum wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni fi żmien raġonevoli u mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti

Applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjan ta' ristrutturar li ma jkunx approvat minn kull klassi ta' partijiet affettwati jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fuq il-proposta ta' debitur jew ta' kreditur bi qbil mad-debitur u jsir vinkolanti fuq klassi waħda jew iktar li ma taqbilx meta l-pjan ta' ristrutturar:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjan ta' ristrutturar li ma jkunx approvat minn kull klassi ta' partijiet affettwati jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fuq il-proposta ta' debitur jew, meta jkun previst mil-liġi nazzjonali, ta' kreditur bi qbil mad-debitur u jsir vinkolanti fuq klassi waħda jew iktar li ma taqbilx meta l-pjan ta' ristrutturar:

(a)  jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2);

(a)  jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2), filwaqt li jiżgura konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-liġi nazzjonali;

(b)  ikun ġie approvat minn tal-anqas klassi waħda ta' kredituri affettwati li ma tkunx klassi ta' titolari tal-ekwità u kull klassi oħra li, fuq valutazzjoni tal-intrapriża, ma tirċievi l-ebda pagament jew konsiderazzjoni oħra jekk il-klassifikazzjoni normali tal-prijoritajiet tal-likwidazzjoni kellha tiġi applikata;

(c)  ikun konformi mar-regola ta' prijorità assoluta.

(b)  ikun ġie approvat mill-maġġoranza tal-klassijiet ta' kredituri affettwati li fosthom la hemm klassi ta' titolari tal-ekwità u lanqas kwalunkwe klassi oħra li, fuq valutazzjoni tal-intrapriża, ma tirċievi l-ebda pagament jew konsiderazzjoni oħra jekk il-klassifikazzjoni normali tal-prijoritajiet tal-likwidazzjoni kellha tiġi applikata;

(c)  ikun konformi mar-regola ta' prijorità assoluta.

2.  L-Istati Membri jistgħu jvarjaw l-għadd minimu ta' klassijiet affettwati meħtieġa biex jiġi approvat il-pjan spjegat fil-punt (b) tal-paragrafu (1).

2.  L-Istati Membri jistgħu jżidu l-għadd minimu ta' klassijiet affettwati meħtieġa biex jiġi approvat il-pjan spjegat fil-punt (b) tal-paragrafu (1) sakemm dak l-għadd minimu jibqa' jirrappreżenta l-maġġoranza tal-klassijiet.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, l-azzjonisti u t-titolari ta' ekwità l-oħrajn b'interessi f'debitur ma jkunux jistgħu, irraġonevolment, iwaqqfu milli jiġi adottat jew implimentat pjan ta' ristrutturar li jerġa' jagħmel in-negozju vijabbli.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, l-azzjonisti u t-titolari ta' ekwità l-oħrajn b'interessi f'debitur ma jkunux jistgħu, irraġonevolment, iwaqqfu jew joħolqu ostakoli għall-adozzjoni jew l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar li jerġa' jagħmel in-negozju vijabbli.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Ħaddiema

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi d-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, ma jiġux imminati mill-proċess ta' ristrutturar u li jkun hemm superviżjoni indipendenti tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti. Dawk id-drittijiet għandhom jinkludu, b'mod partikolari:

(1)  id-dritt għan-negozjar kollettiv u għall-azzjoni industrijali; u

(2)  id-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni, inkluż b'mod partikolari d-dritt għall-aċċess għall-informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura li jista' jkollha impatt fuq l-impjiegi u/jew l-abbiltà tal-ħaddiema li jirkupraw il-pagi tagħhom u kwalunkwe pagament ġejjieni, inklużi l-pensjonijiet okkupazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ħaddiema dejjem ikunu ttrattati bħala klassi ta' kredituri preferenzjali u ggarantita.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 13- paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' ċessjoni jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li huma kkonfermati minn awtorita ġudizzjarja jew amministrattiva jorbtu lil kull parti identifikata fil-pjan.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li huma kkonfermati minn awtorita ġudizzjarja jew amministrattiva jorbtu lill-partijiet kollha identifikati fil-pjan.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tikkonferma l-pjan u tagħti kumpens monetarju lill-kredituri li ma jaqblux, pagabbli mid-debitur jew mill-kredituri li vvutaw favur il-pjan.

(b)  tikkonferma l-pjan u tivvaluta l-possibbiltà li l-kredituri li ma jaqblux u li jsofru dannu inġustifikabbli fl-ambitu tal-pjan jingħataw kumpens monetarju u – meta jkun xieraq – jordnaw li tali kumpens ikun pagabbli mid-debitur.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li t-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 jiġu approvati minn prattikant fil-qasam tar-ristrutturar jew minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sabiex igawdu mill-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrekjedu li t-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 jiġu approvati minn prattikant fil-qasam tar-ristrutturar jew minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sabiex igawdu mill-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Dmirjiet tad-diretturi

Dmirijiet u obbligi tad-diretturi

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li, meta jkun probabbli li jkun hemm insolvenza, id-diretturi jkollhom l-obbligi li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li, meta jkun probabbli li jkun hemm insolvenza, id-diretturi u l-imprendituri jkollhom l-obbligi li ġejjin:

(a)  li jieħdu passi immedjati biex inaqqsu t-telf għall-kredituri, il-ħaddiema, l-azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(a)  li jieħdu passi immedjati biex inaqqsu t-telf għall-kredituri, il-ħaddiema, l-azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(b)  li jkollhom ir-rispett dovut għall-interessi tal-kredituri u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(b)  li jkollhom ir-rispett dovut għall-interessi tal-kredituri, tal-ħaddiema u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(ba)  li jikkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom lejn il-kredituri, il-ħaddiema, partijiet ikkonċernati oħra, l-istat u l-emanazzjonijiet tiegħu;

(c)  li jieħdu passi raġonevoli biex jevitaw l-insolvenza;

(c)  li jieħdu passi raġonevoli biex jevitaw l-insolvenza;

(d)  li jevitaw għemil deliberat jew gravament negliġenti li jhedded il-vijabbiltà tan-negozju.

(d)  li jevitaw għemil deliberat jew gravament negliġenti li jhedded il-vijabbiltà tan-negozju.

(da)  li ma jnaqqsux intenzjonalment il-valur tal-assi netti tal-kumpanija;

2.  In-nuqqas ta' konformità mad-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandu jitqies meta jiġi ddeterminat il-perjodu u l-kondizzjonijiet tal-ħelsien skont l-Artikolu 22.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imprendituri b'dejn eċċessiv jistgħu jingħataw ħelsien komplut mid-djun tagħhom skont din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imprendituri bona fede b'dejn eċċessiv jistgħu jingħataw ħelsien komplut mid-djun tagħhom skont din id-Direttiva.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Ħelsien sħiħ għandu japplika biss fejn l-imprenditur li jkollu d-dejn ikun ikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva. L-imprendituri li jiksru l-liġi tal-impjiegi jew tal-kompetizzjoni għandhom jiġu esklużi minn ħelsien sħiħ.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-imprendituri affettwati mit-tieni opportunità appoġġ għan-negozju u azzjonijiet ta' riġenerazzjoni li jgħinuhom jirkupraw il-kapaċità intraprenditorjali tagħhom.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Artikolu 20

Perjodu ta' ħelsien mid-dejn

Perjodu ta' ħelsien mid-dejn

1.  Il-perjodu ta' żmien li warajh l-imprendituri b'dejn eċċessiv jistgħu jinħelsu kompletament mid-djun tagħhom ma għandux ikun itwal minn tliet snin li jibdew minn:

1.  Il-perjodu ta' żmien li warajh l-imprendituri b'dejn eċċessiv jistgħu għall-ewwel darba jinħelsu kompletament mid-djun tagħhom ma għandux ikun itwal minn ħames snin li jibdew minn:

(a)  id-data li fiha l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ddeċidiet dwar l-applikazzjoni biex tinfetaħ din il-proċedura, fil-każ ta' proċedura li tispiċċa bil-likwidazzjoni tal-assi ta' imprenditur b'dejn eċċessiv; jew

(a)  id-data li fiha l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ddeċidiet dwar l-applikazzjoni biex tinfetaħ din il-proċedura, fil-każ ta' proċedura li tispiċċa bil-likwidazzjoni tal-assi ta' imprenditur b'dejn eċċessiv; or

(b)  id-data li fiha bdiet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħlas lura, fil-każ ta' proċedura li tinkludi pjan ta' ħlas lura.

(b)  id-data li fiha bdiet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħlas lura, fil-każ ta' proċedura li tinkludi pjan ta' ħlas lura.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ladarba jiskadi l-perjodu tal-ħelsien mid-dejn, l-imprendituri b'dejn eċċessiv jinħelsu minn djunhom mingħajr il-ħtieġa li japplikaw mill-ġdid għand awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ladarba jiskadi l-perjodu tal-ħelsien mid-dejn, l-imprendituri b'dejn eċċessiv jinħelsu minn djunhom.

2a.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi itwal ta' ħelsien mid-dejn f'każijiet fejn imprenditur japplika għal proċedura ta' ħelsien mid-dejn oħra jew kwalunkwe proċedura sussegwenti.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikoli 19, 20 u 21, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jirrestrinġu l-aċċess għall-ħelsien mid-dejn jew li jistabbilixxu perjodi itwal għall-kisba ta' ħelsien sħiħ mid-dejn jew perjodi ta' skwalifika itwal f'ċerti ċirkostanzi definiti sew u fejn tali limitazzjonijiet ikunu ġustifikati minn interess ġenerali, b'mod partikolari meta:

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikoli 19, 20 u 21, l-Istati Membri għandhom iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jirrestrinġu l-aċċess għall-ħelsien mid-dejn jew li jistabbilixxu perjodi itwal għall-kisba ta' ħelsien sħiħ mid-dejn jew perjodi ta' skwalifika itwal f'ċerti ċirkostanzi definiti sew u fejn tali limitazzjonijiet ikunu ġustifikati minn interess ġenerali, b'mod partikolari meta:

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun aġixxa b'mod diżonest jew in mala fede lejn il-kredituri meta ddejjen jew waqt il-ġabra tad-djun;

(a)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun aġixxa b'mod diżonest jew in mala fede lejn il-kredituri meta ddejjen jew waqt il-ġbir tad-djun. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-Istati Membri sabiex jinħoloq sett ta' kriterji li jiddeterminaw dak li jikkostitwixxi azzjoni qarrieqa jew mala fede;

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ma jimxix ma' pjan ta' ħlas lura jew ma' xi obbligu legali ieħor li għandu l-għan li jissalvagwardja l-interessi tal-kredituri;

(b)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ma jimxix b'mod sostanzjali ma' pjan ta' ħlas lura jew ma' xi obbligu legali ieħor li għandu l-għan li jissalvagwardja l-interessi tal-kredituri, filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet f'termini taż-żamma mal-proċeduri ta' insolvenza u ta' ristrutturar, li l-intrapriżi mikro u żgħar jiltaqgħu magħhom.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  meta l-imprendituri jew id-diretturi tagħhom jkunu aġixxew bi ksur tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva jew meta l-imprendituri jew id-diretturi tagħhom ikunu kisru l-liġi tal-impjiegi jew tal-kompetizzjoni.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddisponu dwar perjodi itwal ta' ħelsien mid-dejn f'każijiet jekk ir-residenza ewlenija ta' imprenditur b'dejn eċċessiv tkun eżentata mill-possibiltà tar-realizzazzjoni tal-assi, sabiex jiġi salvagwardjat l-għajxien tal-imprenditur b'dejn eċċessiv u familtu.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddisponu dwar perjodi itwal ta' ħelsien mid-dejn sabiex jissalvagwardjaw l-għajxien ta' imprenditur li jkun imdejjen iżżejjed u tal-familja tiegħu jew tagħha fejn ir-residenza ewlenija tiegħu jew tagħha tkun eżentata mill-possibbiltà tar-realizzazzjoni tal-assi.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jeskludi ċerti kategoriji ta' dejn, bħal dejn garantit jew dejn li jirriżulta minn pieni kriminali jew responsabbiltà għad-danni, mill-ħelsien mid-dejn jew jistabbilixxu perjodu itwal ta' ħelsien mid-dejn jekk tali esklużjonijiet jew perjodi itwal ikunu ġġustifikati minn interess ġenerali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-ħelsien tad-dejn, jew jistabbilixxu perjodu itwal ta' ħelsien mid-dejn għal, ċerti kategoriji ta' dejn, bħal dejn garantit jew dejn li jirriżulta minn pieni kriminali jew responsabbiltà għad-danni jekk tali esklużjonijiet jew perjodi itwal ikunu ġġustifikati minn interess ġenerali.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi ta' skwalifika itwal jew indefiniti meta l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun membru ta' professjoni li fiha japplikaw regoli etiċi speċifiċi jew jekk l-iskwalifiki jkunu ġew ordnati minn qorti fi proċedimenti kriminali.

4.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi ta' skwalifika itwal jew indefiniti meta l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun membru ta' professjoni li fiha japplikaw regoli etiċi speċifiċi u l-imprenditur ikun kiser dawk ir-regoli jew jekk l-iskwalifiki jkunu ġew ordnati minn qorti fi proċedimenti kriminali.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Fir-rigward tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu sett ta' kriterji biex jiddefinixxu x'jikkostitwixxi azzjoni diżonesta jew in mala fede f'dan il-kuntest.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta imprenditur b'dejn eċċessiv ikolli djun professjonali li jkun ġarrab fit-twettiq tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, kif ukoll djun personali mġarrbin barra minn dawk l-attivitajiet, id-djun kollha jiġu ttrattati fi proċedura unika għall-finijiet tal-kisba tal-ħelsien mid-dejn.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta imprenditur b'dejn eċċessiv ikollu djun professjonali li jkun ġarrab fit-twettiq tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, kif ukoll djun personali mġarrbin barra minn dawk l-attivitajiet, id-djun professjonali għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet tal-kisba tal-ħelsien mid-dejn, b'mod separat mid-djun personali. Meta jkun hemm proċeduri għall-kisba ta' ħelsien kemm għal djun professjonali kif ukoll dawk personali, dawk il-proċeduri jistgħu jiġu kkoordinati għall-finijiet tal-kisba ta' ħelsien mid-dejn skont din id-Direttiva.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 u jistipulaw li d-djun professjonali u personali jiġu ttrattati fi proċeduri separati, bil-kundizzjoni li dawn il-proċeduri jkunu jistgħu jiġu kkoordinati għall-finijiet tal-kisba ta' ħelsien mid-dejn skont din id-Direttiva.

imħassar

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-medjaturi, il-prattikanti fl-insolvenza u prattikanti oħrajn maħtura fi kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jingħatalhom it-taħriġ inizjali u ulterjuri meħtieġ biex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jingħataw b'mod effettiv, imparzjali, indipendenti u kompetenti b'relazzjoni mal-partijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-medjaturi, il-prattikanti fl-insolvenza u prattikanti oħrajn maħtura fi kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jingħatalhom it-taħriġ inizjali u ulterjuri u jiksbu l-kwalifiki meħtieġa biex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jingħataw b'mod effettiv, imparzjali, indipendenti u kompetenti b'relazzjoni mal-partijiet.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri bil-għan li tittejjeb il-kwalità tat-taħriġ madwar l-Unjoni, inkluż permezz tan-netwerking u l-iskambju ta' esperjenzi u għodod ta' bini tal-kapaċità u, jekk ikun meħtieġ, torganizza taħriġ għall-membri tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi li jittrattaw kwistjonijiet ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tat-tieni opportunità.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, b'kull mezz li jqisu xieraq, l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, u l-adeżjoni ma' dawn il-kodiċijiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza effettivi oħrajn marbutin mal-għoti ta' tali servizzi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, u l-adeżjoni ma' dawn il-kodiċijiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza effettivi oħrajn marbutin mal-għoti ta' tali servizzi jikkonformaw mal-kodiċijiet ta' kondotta statutorji, li għandhom tal-inqas jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ, il-kwalifiki, il-liċenzjar, ir-reġistrazzjoni, ir-responsabbiltà personali, l-assigurazzjoni u reputazzjoni tajba.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi tal-prattikanti skont dan l-Artikolu u liġi rilevanti oħra tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1а.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet li jeżerċitaw superviżjoni jew kontroll fuq il-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar tkun disponibbli pubblikament.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27a

Informazzjoni disponibbli għall-imprendituri tat-tieni opportunità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imprendituri tat-tieni opportunità jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' appoġġ amministrattiv, legali, kummerċjali jew finanzjarju adattat għalihom u kwalunkwe mezz disponibbli għalihom sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta' negozju ġdid.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 u li tirċievi skont il-paragrafu 2 b'mod faċli għall-utent fuq is-sit web tagħha.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Kwalunkwe bidla taċ-ċentru tal-interess ewlieni tad-debitur kif definit fir-Regolament (UE) 2015/848 ma għandhiex tkun permissibbli waqt il-proċeduri ta' ristrutturar.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-notifiki lill-kredituri;

(c)  in-notifiki lill-kredituri, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema;

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  l-għadd ta' impjiegi mitlufa, it-trasferiment ta' parti jew tat-totalità tan-negozju, is-sensji parzjali, l-impatt tal-ftehimiet ta' ristrutturar fuq l-impjiegi, il-ksur tal-obbligi tad-diretturi u l-livell ta' finanzjament pubbliku.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gb)  l-għadd ta' debituri li, wara li jkunu għaddew mill-proċedura msemmija fil-punt (a)(iii), ikunu fetħu negozju ġdid;

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gc)  għad-debituri li bdew negozju ġdid wara li għaddew minn proċedura msemmija fil-punti (a) (ii) u (iii), iż-żmien medju bejn it-tmiem tal-proċedura u l-bidu tan-negozju l-ġdid;

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gd)  l-għadd ta' impjiegi mitlufa, it-trasferiment ta' parti jew tat-totalità tan-negozju, is-sensji parzjali u l-impatt tal-ftehimiet ta' ristrutturar fuq l-impjieg u l-livell ta' finanzjament pubbliku;

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ge (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ge)  l-għadd ta' postijiet tax-xogħol mitlufa, it-trasferiment tan-negozju kollu jew parti minnu u l-impatt tal-ftehimiet ta' ristrutturar fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gf)  l-għadd ta' proċeduri ta' ristrutturar u ta' insolvenza frodulenti u l-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' infurzar fis-seħħ.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom isenslu statistiċi mid-dejta aggregata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal snin kalendarji sħaħ li jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena, li jibdew bid-dejta miġbura għall-ewwel sena kalendarja wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni]. Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni annwalment abbażi ta' formola ta' komunikazzjoni tad-dejta standard, sal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja wara s-sena li tkun inġabret id-dejta għaliha.

3.  L-Istati Membri għandhom isenslu statistiċi mid-dejta aggregata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal snin kalendarji sħaħ li jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena, li jibdew bid-dejta miġbura għall-ewwel sena kalendarja wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni]. Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni annwalment abbażi ta' formola ta' komunikazzjoni tad-dejta standard, sal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja wara s-sena li tkun inġabret id-dejta għaliha. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawk l-istatistiki permezz ta' sit web faċli li jintuża.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu b'mod li din tkun aċċessibbli għall-pubbliku, bla ħlas u faċli biex tintuża.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30a

L-obbligu li jitħejja rapport

1.  Kwalunkwe debitur involut fi proċedura ta' ristrutturar, ta' insolvenza jew ta' ħelsien mid-dejn fi Stat Membru u li jopera wkoll fi Stat Membru ieħor, għandu jirrapporta lill-awtorità, amministrazzjoni jew qorti kompetenti taż-żewġ Stati Membri fil-bidu ta' kwalunkwe waħda minn dawk il-proċeduri.

2.  Id-debitur huwa obbligat li jirrapporta l-attività, il-volum u l-istruttura tan-negozju tiegħu fi Stat Membru jew f'pajjiżi terzi, lill-amministrazzjoni tal-qorti involuta fil-proċedura tar-ristrutturar, tal-insolvenza jew tal-ħelsien mid-dejn.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  Direttiva 2008/94/KE.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard minn [5 snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni] u kull seba' (7) snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż dwar jekk għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri addizzjonali biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ il-qafas legali dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità.

Mhux iktar tard minn [3 snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva wara r-reviżjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu miżuri addizzjonali biex jiġi kkonsolidat u armonizzat il-qafas legali dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità, b'mod partikolari fl-oqsma bħall- kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza, definizzjoni komuni ta' insolvenza, il-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet ta' insolvenza u azzjonijiet ta' evitar.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (7.12.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

(COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Enrique Calvet Chambon

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opportunità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta' żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar preventiv, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, sabiex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali reali. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opportunità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta' żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom. Is-soluzzjonijiet preventivi magħrufa xi drabi bħala "pre-pack" huma parti minn xejra dejjem tikber tad-dritt tal-insolvenza moderna li tiffavorixxi approċċi li, b'differenza minn dak tradizzjonali għal-likwidazzjoni tal-impriża f'diffikultà, għandhom l-għan li jirkuprawlha s-saħħa finanzjarja tagħha jew tal-anqas li jsalvaw l-unitajiet tagħha li jkunu għadhom ekonomikament vijabbli u b'hekk jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-impjiegi.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jinħtieġ li r-ristrutturar jippermetti lill-impriżi f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju. Jinħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar fi stadju bikru u jevitaw l-insolvenza tagħhom. Jinħtieġ li dawn l-oqfsa jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri, is-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali u jinħtieġ li jevitaw telf ta' impjiegi mingħajr bżonn u telf ta' għarfien u ħiliet. Jinħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv. Fil-proċess tar-ristrutturar jinħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jinħtieġ li jiġu llikwidati malajr kemm jista' jkun.

(2)  Jenħtieġ li r-ristrutturar jippermetti lill-impriżi f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju jew tan-negozju nnifsu jekk dawk l-operazzjonijiet, bħal-likwidazzjoni tal-assi, jikkontribwixxu wkoll għas-sodisfazzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri. Jenħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar fi stadju bikru u jevitaw l-insolvenza tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-oqfsa jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri meta mqabbel ma' dak li jiksbu f'każ ta' likwidazzjoni tal-assi, is-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali u jenħtieġ li jevitaw telf ta' impjiegi mingħajr bżonn u telf ta' għarfien u ħiliet. Jenħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv, li għalih approċċ komprensiv u koordinat li jikkombina taħlita ta' azzjonijiet ta' politika komplementari fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fejn ikun xieraq ikun l-aktar mod effettiv biex jiġu indirizzati. Fil-proċess tar-ristrutturar jenħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jenħtieġ li jiġu llikwidati malajr kemm jista' jkun.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri huwa fattur importanti li jikkawża rati baxxi ta' rkupru u jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-ġurisdizzjonijiet fejn il-proċedimenti jirriskjaw li jdumu ħafna.

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri huwa fattur importanti li jikkawża rati baxxi ta' rkupru u jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-ġurisdizzjonijiet fejn il-proċedimenti jirriskjaw li jdumu ħafna u jkunu għaljin iżżejjed.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri fl-evalwazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri isemmu l-inċertezza dwar regoli ta' insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi ta' insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jibdewx relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess.

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri fil-valutazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar jew meta jivvalutaw ir-riskji assoċjati mal-issoktar ta' operazzjonijiet vijabbli mmexxijin minn impriżi f'diffikultà u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri jsemmu l-inċertezza dwar ir-regoli tal-insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi tal-insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jidħlux f'relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess. Għalhekk din l-inċertezza għandha effett dissważiv li jostakola l-libertà tal-istabbiliment tal-impriżi u l-volontà intraprenditorjali u timmina l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. B'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ma għandhomx, fil-biċċa l-kbira, ir-riżorsi meħtieġa sabiex jivvalutaw ir-riskji relatati mal-attivitajiet transfruntiera.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri. Livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità għalhekk huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb b'mod ġenerali u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem b'mod partikolari.

(7)  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri, u jxekklu l-moviment liberu tal-kapital fis-suq intern. L-analiżi tissuġġerixxi li oqfsa ta' ristrutturar preventiv effiċjenti jinfluwenzaw b'mod pożittiv il-livelli tal-intraprenditorija fl-Istati Membri kollha, u jistgħu jwasslu wkoll għal inqas eżiti negattivi f'termini ta' stabbiltà finanzjarja u attività ekonomika fl-eventwalità ta' diżingranaġġ. Livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità għalhekk huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb b'mod ġenerali u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem b'mod partikolari, kif ukoll għall-vijabbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  L-armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġi tal-insolvenza hija pass neċessarju lejn liġi komuni Ewropea dwar in-negozju. Madankollu, l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi tan-negozju huwa eteroġenju u mhux komplut. Għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku Ewropew hija essenzjali konverġenza ulterjuri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali mhumiex limitati biss għal sitwazzjonijiet transfruntieri. Suq Uniku dejjem iktar interkonness – fejn l-oġġetti, is-servizzi, il-kapital u l-ħaddiema jiċċirkolaw b'mod ħieles – b'dimensjoni diġitali dejjem iktar b'saħħitha ifisser li ftit kumpaniji huma purament nazzjonali jekk l-elementi rilevanti kollha huma kkunsidrati, bħall-klijentela, l-ambitu tal-attivitajiet, il-bażi tal-investituri u kapitali tagħhom. Anki insolvenzi purament nazzjonali jista' jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern permezz ta' dak imsejjaħ effett domino tal-insolvenzi, fejn insolvenza ta' impriża tista' tikkawża iktar insolvenzi fil-katina tal-provvista.

(9)  L-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali mhumiex limitati biss għal sitwazzjonijiet transfruntieri. Suq Uniku dejjem iktar interkonness – fejn l-oġġetti, is-servizzi, il-kapital u l-ħaddiema jiċċirkolaw b'mod ħieles – b'dimensjoni diġitali dejjem iktar b'saħħitha ifisser li ftit kumpaniji huma purament nazzjonali jekk l-elementi rilevanti kollha huma kkunsidrati, bħall-klijentela, l-ambitu tal-attivitajiet, il-bażi tal-investituri u kapitali tagħhom. Anki insolvenzi purament nazzjonali jista' jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-hekk imsejjaħ effett domino tal-insolvenzi, fejn insolvenza ta' impriża tista' tikkawża iktar insolvenzi fil-katina tal-provvista, li għalihom huma partikolarment vulnerabbli l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jittratta kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar, il-liġi applikabbli u l-kooperazzjoni fi proċedimenti transfruntiera tal-insolvenza kif ukoll l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza. L-ambitu tagħha jkopri l-proċeduri preventivi li jippromwovu s-salvataġġ ta' debitur li jkun ekonomikament vijabbli kif ukoll il-proċeduri li jagħtu t-tieni opportunità lill-imprendituri. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2015/848 ma jindirizzax id-diskrepanzi bejn dawk il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, strument limitat għal insolvenzi transfruntiera biss mhux se jsolvi l-ostakli kollha għall-moviment ħieles, u lanqas ma jkun fattibbli għall-investituri jiddeterminaw minn qabel in-natura transfruntiera jew domestika tad-diffikultajiet finanzjarji potenzjali tal-futur tad-debitur. Għalhekk hemm bżonn li tmur lil hinn minn kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u tistabbilixxi standards minimi sostantivi.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62 jittratta kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar, il-liġi applikabbli u l-kooperazzjoni fi proċedimenti transfruntiera tal-insolvenza kif ukoll l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza. Il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jkopri l-proċeduri preventivi miftuħin b'deċiżjoni pubblika li jippromwovu s-salvataġġ ta' debitur li jkun ekonomikament vijabbli kif ukoll il-proċeduri li jagħtu t-tieni opportunità lill-imprendituri. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2015/848 ma jindirizzax id-diskrepanzi bejn dawk il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma jirrigwardax il-proċeduri kunfidenzjali. Barra minn hekk, strument limitat għal insolvenzi transfruntiera biss mhux se jsolvi l-ostakli kollha għall-moviment ħieles, u lanqas ma jkun fattibbli għall-investituri jiddeterminaw minn qabel in-natura transfruntiera jew domestika tad-diffikultajiet finanzjarji potenzjali tal-futur tad-debitur. Għalhekk hemm bżonn li jmur lil hinn minn kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u jistabbilixxi standards minimi sostantivi.

_________________

_________________

62 Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).

62 Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Huwa meħtieġ li jitbaxxew l-ispejjeż tar-ristrutturar kemm għad-debituri kif ukoll għall-kredituri. Għalhekk id-differenzi li jfixklu r-ristrutturar bikri tal-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji u l-possibbiltà tat-tieni opportunità għal imprendituri onesti għandhom jitnaqqsu. Dan jinħtieġ li jġib iktar trasparenza, ċertezza legali u prevedibbiltà fl-Unjoni. Barra minn hekk, jinħtieġ li jimmassimizza l-benefiċċji għat-tipi kollha tal-kredituri u l-investituri u jħeġġeġ l-investiment transfruntier. Jinħtieġ ukoll li koerenza ikbar tiffaċilita r-ristrutturar ta' gruppi ta' kumpaniji irrispettivament minn fejn il-membri tal-grupp jinsabu fl-Unjoni.

(11)  Huwa meħtieġ li jitbaxxew l-ispejjeż tar-ristrutturar kemm għad-debituri kif ukoll għall-kredituri li spiss iġarrbu dawn l-ispejjeż b'mod indirett minħabba t-tnaqqis tar-rimborż tagħhom. Għalhekk id-differenzi li jfixklu r-ristrutturar bikri tal-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji u l-possibbiltà tat-tieni opportunità għal imprendituri onesti għandhom jitnaqqsu. Dan jenħtieġ li jġib iktar trasparenza fl-Unjoni, u iktar ċertezza legali u prevedibbiltà kemm għad-debituri kif ukoll għall-kredituri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jimmassimizza l-benefiċċji għat-tipi kollha tal-kredituri u l-investituri u jħeġġeġ l-investiment transfruntier. Jenħtieġ ukoll li koerenza ikbar tiffaċilita r-ristrutturar ta' gruppi ta' kumpaniji irrispettivament minn fejn il-membri tal-grupp jinsabu fl-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-tneħħija tal-ostakli għal ristrutturar effettiv ta' impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji tikkontribwixxi biex tnaqqas it-telf ta' impjiegi għall-kredituri fil-katina tal-provvista, iżżomm l-għarfien u l-ħiliet u għalhekk tkun ta' benefiċċju għall-ekonomija usa'. L-iffaċilitar tat-tieni opportunità għall-imprendituri jevita l-esklużjoni tagħhom mis-suq tax-xogħol u jippermettilhom jibdew mill-ġdid l-attivitajiet imprenditorjali, b'tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-passat. Finalment, it-tnaqqis fit-tul tal-proċeduri ta' ristrutturar jirriżulta f'rati ogħla ta' rkupru għall-kredituri minħabba li ż-żmien normalment jirriżulta biss f'aktar telf ta' valu għall-impriża. Barra minn hekk, l-oqfsa ta' insolvenza effiċjenti se jipprovdu valutazzjoni aħjar tar-riskji involuti f'deċiżjonijiet ta' għoti u teħid b'self u aġġustament bla problemi għal ditti fi stat ta' dejn eċċessiv, b'minimizzazzjoni tal-ispejjeż ekonomiċi u soċjali involuti fil-proċess ta' diżingranaġġ tagħhom.

(12)  It-tneħħija tal-ostakli għal ristrutturar effettiv ta' impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji tikkontribwixxi biex tnaqqas it-telf ta' impjiegi għall-kredituri fil-katina tal-provvista, iżżomm l-għarfien u l-ħiliet u għalhekk tkun ta' benefiċċju għall-ekonomija usa'. Biex jintlaħaq dan l-objettiv u jitħarsu l-impjiegi u l-operazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-proċeduri jitħallew isiru għalkollox jew parzjalment f'qafas kunfidenzjali, li b'mod partikolari jirrikjedi li jiġu speċifikati aħjar id-drittijiet tal-ħaddiema. L-iffaċilitar tat-tieni opportunità għall-imprendituri jevita l-esklużjoni tagħhom mis-suq tax-xogħol u jippermettilhom jibdew mill-ġdid l-attivitajiet imprenditorjali, b'tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-passat. Finalment, it-tnaqqis fit-tul tal-proċeduri ta' ristrutturar jirriżulta f'rati ogħla ta' rkupru għall-kredituri minħabba li ż-żmien normalment jirriżulta biss f'aktar telf ta' valur għall-impriża. Barra minn hekk, l-oqfsa ta' insolvenza effiċjenti jipprovdu valutazzjoni aħjar tar-riskji involuti fid-deċiżjonijiet ta' għoti u teħid b'self u aġġustament bla problemi għal ditti fi stat ta' dejn eċċessiv, b'minimizzazzjoni tal-ispejjeż ekonomiċi u soċjali involuti fil-proċess ta' diżingranaġġ tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  B'mod partikolari, jinħtieġ li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jibbenefikaw minn approċċ iktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ minn proċeduri ta' ristrutturar aktar effiċjenti f'xi Stati Membri. L-impriżi żgħar u medji, speċjalment meta jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jiksbu parir professjonali, għalhekk jinħtieġ li l-għodod ta' twissija bikrija jitqiegħdu fis-seħħ sabiex iwissu lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jinħtieġ li mudelli tal-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu żviluppati wkoll fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli online. Jinħtieġ li d-debituri jkunu jistgħu jużawhom u jadattahom għall-ħtiġijiet tagħhom stess u għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju tagħhom.

(13)  B'mod partikolari, jenħtieġ li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jibbenefikaw minn approċċ iktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ minn proċeduri ta' ristrutturar aktar effiċjenti f'xi Stati Membri. L-impriżi żgħar u medji, speċjalment meta jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jiksbu parir professjonali, għalhekk jenħtieġ li l-għodod ta' twissija bikrija jitqiegħdu fis-seħħ sabiex iwissu lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jenħtieġ li mudelli tal-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu żviluppati wkoll fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli online. Jenħtieġ li d-debituri jkunu jistgħu jużawhom u jadattahom għall-ħtiġijiet tagħhom stess u għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-debitur isib soluzzjonijiet ad hoc u speċjali ma' partijiet terzi jew kredituri, jew billi jitnaqqsu d-djun lejn il-kredituri kollha jew il-parti l-kbira minnhom jew billi jsir trasferiment tal-attività jew l-attivitajiet vijabbli u dan jikkontribwixxi aktar għas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet tal-kredituri milli permezz tal-likwidazzjoni tal-assi. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni parir professjonali mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar bl-appoġġ tal-assoċjazzjonijiet tan-negozji u partijiet interessati oħrajn filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Id-dejn eċċessiv tal-konsumaturi huwa kwistjoni ta' tħassib ekonomiku u soċjali kbira u huwa relatat mill-qrib mat-tnaqqis tal-isporġenza debitorja. Barra minn hekk, spiss ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni ċara bejn id-djun tal-konsumatur u d-djun tan-negozju ta' imprenditur. Is-sistema tat-tieni opportunità għall-imprendituri ma tkunx effettiva jekk l-imprenditur ikollu jgħaddi minn proċeduri separati, b'kundizzjonijiet ta' aċċess u perjodi ta' ħelsien mid-dejn differenti, sabiex jeħles mid-djun personali tan-negozju tiegħu u mid-djun personali tiegħu mhux tan-negozju. Għal dawn ir-raġunijiet, għalkemm din id-Direttiva ma tinkludix regoli vinkolanti dwar id-dejn eċċessiv ta' konsumatur, jinħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn lill-konsumaturi wkoll.

(15)  Id-dejn eċċessiv tal-konsumaturi huwa kwistjoni ta' tħassib ekonomiku u soċjali kbir u huwa relatat mill-qrib mat-tnaqqis tal-isporġenza debitorja. Barra minn hekk, filwaqt li f'xi ġurisdizzjonijiet issir distinzjoni ċara bejn id-djun tal-konsumatur u d-djun tan-negozju ta' imprenditur, f'ġurisdizzjonijiet oħra din id-distinzjoni hija aktar diffiċli biex issir u mhijiex prattika komuni. F'dawn il-ġurisdizzjonijiet, is-sistema tat-tieni opportunità għall-imprendituri tista' ma tkunx effettiva jekk l-imprenditur ikollu jgħaddi minn proċeduri separati, b'kundizzjonijiet ta' aċċess u perjodi ta' ħelsien mid-dejn differenti, sabiex jeħles mid-djun personali tan-negozju tiegħu u mid-djun personali tiegħu mhux tan-negozju. Għal dawn ir-raġunijiet, għalkemm din id-Direttiva ma tinkludix regoli vinkolanti dwar id-dejn eċċessiv ta' konsumatur, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn lill-konsumaturi wkoll.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Iktar ma debitur ikun jista' jsib id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u jieħu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jinħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija. Jinħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehim ta' self. Barra minn hekk, terzi persuni b'informazzjoni rilevanti bħal kontabilisti, awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jistgħu jiġu inċentivati jew obbligati skont il-liġi nazzjonali sabiex jimmarkaw żvilupp negattiv.

(16)  Iktar ma debitur ikun jista' jsib id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u jieħu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija. Jenħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur, filwaqt li jitqies in-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji għall-SMEs, kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehimiet ta' self. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, tat-taxxa u tal-awditjar jenħtieġ li jkollhom mezzi skont il-liġi interna sabiex jirrapportaw kwalunkwe żvilupp perikoluż fl-aktar stadju bikri possibbli. Aċċess għal informazzjoni pubblika, mingħajr ħlas u faċli għall-utent dwar il-proċeduri legali għar-ristrutturar u l-insolvenza huwa l-ewwel pass biex titqajjem kuxjenza fost id-debituri u l-imprendituri u jiġu evitati każijiet ta' insolvenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, f'konformità mal-istrateġija tagħha għal suq uniku diġitali, l-użu u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-IT għan-notifiki u l-komunikazzjonijiet online, sabiex tiżgura proċeduri ta' twissija bikrija aktar effettivi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Il-fażi ta' twissija bikrija, imfassla biex tantiċipa l-bidu ta' kriżi, hija maħsuba li tgħin billi tindika d-diffikultajiet li jinħolqu għad-debituri u fl-istess waqt jipprovdi l-opportunità li jiġu analizzati u solvuti malajr il-problemi ekonomiċi u finanzjarji li tkun qed tiffaċċja l-kumpanija, billi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi volontarja, riżorsi varji għal dan l-iskop filwaqt li ma timponix imġiba speċifika jew neċessarjament tiżvela l-eżistenza ta' kriżi lil partijiet terzi. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu dwar jekk jirrestrinġux id-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ obbligatorji għall-SMEs fid-dawl tal-fatt li l-SMEs infushom spiss ma jkunux jistgħu jibdew proċessi ta' ristrutturar bikri waħedhom minħabba għadd ta' fatturi li jimminaw il-kompetittività tagħhom, bħad-daqs żgħir, in-nuqqas ta' governanza korporattiva b'saħħitha, in-nuqqas ta' proċeduri operattivi effettivi u n-nuqqas ta' riżorsi ta' monitoraġġ u ta' ppjanar kif ukoll inqas kapaċità biex jifilħu għall-ispejjeż.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jinħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huma probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jinħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jinħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, iżda ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Barra minn hekk, jinħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jinħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux.

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jenħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli u f'waqthom li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huwa probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jenħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jenħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, peress li tali rekwiżit jista' ma jkunx dejjem rilevanti, neċessarju, utli jew fl-interess tad-debitur, speċjalment f'każijiet sempliċi bi ftit kredituri involuti, u jista' jimponi piż amministrattiv għoli b'mod sproporzjonat fuq xi wħud mill-ġurisdizzjonijiet. Minflok, din jenħtieġ li ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Barra minn hekk, jenħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, meta tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux jew jekk l-obbligu li jsir rikors għal insolvenza jkun applikabbli mod ieħor jew fil-każ tat-trasferiment tan-negozju kollu jew parti minnu lil impriża oħra.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jinħtieġ li debitur ikun jista' jitlob lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal waqfa temporanja ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali li jinħtieġ ukoll li jissospendu l-obbligu ta' applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza jekk azzjonijiet bħal dawn jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta' ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Il-waqfa minn infurzar tista' tkun ġenerali, jiġifieri li taffettwa l-kredituri kollha, jew inkella tkun immirata lejn kredituri individwali. Sabiex tipprovdi għal bilanċ ġust bejn id-drittijiet tad-debitur u tal-kredituri, jinħtieġ li l-waqfa tingħata għal perjodu ta' mhux iktar minn erba' xhur. Ir-ristrutturar kumpless, madanakollu, jista' jeħtieġ iktar żmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li f'każijiet bħal dawn, estensjonijiet ta' dan il-perjodu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, sakemm ikun hemm evidenza li n-negozjati fuq il-pjan ta' ristrutturar ikunu qed jagħmlu progress u li l-kredituri ma jkollhomx preġudizzju inġust. Jekk jingħataw estensjonijiet ulterjuri, jinħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun sodisfatta li hemm probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar. Jinħtieġ li L-Istati Membri jiżguraw li kull talba biex jiġi estiż it-tul ta' żmien inizjali tal-waqfa ssir fi żmien skadenza raġonevoli li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jagħtu deċiżjoni fi żmien xieraq. Jekk awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ma tiħux deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-waqfa ta' infurzar qabel ma tiskadi, jinħtieġ li l-waqfa tieqaf milli jkollha effett fil-ġurnata li fiha jiskadi l-perjodu tal-waqfa. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jinħtieġ li l-perjodu totali tal-waqfa xorta jkun limitat għal 12-il xahar.

(19)  Jenħtieġ li debitur ikun jista' jitlob lill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal waqfa temporanja ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali li jenħtieġ ukoll li jissospendu l-obbligu ta' applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza jekk azzjonijiet bħal dawn jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta' ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Il-waqfa minn infurzar tista' tkun ġenerali, jiġifieri li taffettwa l-kredituri kollha, jew inkella tkun immirata lejn kredituri individwali. Jenħtieġ li tali limitazzjoni ma tipperikolax l-effiċjenza u s-suċċess tal-pjan ta' ristrutturar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jilħqu bilanċ bejn l-objettiv ewlieni tal-kontinwità tal-kumpanija u l-interess tal-pubbliku ġenerali f'dak li għandu x'jaqsam ma' kredituri pubbliċi. Sabiex jiġi previst bilanċ ġust bejn id-drittijiet tad-debitur u tal-kredituri, jenħtieġ li l-Istati Membri jillimitaw it-tul tal-waqfa għal perjodu massimu ta' mhux inqas minn tliet xhur u mhux aktar minn sitt xhur. Ir-ristrutturar kumpless, madanakollu, jista' jeħtieġ iktar żmien. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li f'każijiet bħal dawn, estensjonijiet ta' dan il-perjodu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, dment li jkun hemm evidenza li n-negozjati fuq il-pjan ta' ristrutturar ikunu qed jagħmlu progress u li l-kredituri ma jiġux preġudikati inġustament. Jekk jingħataw estensjonijiet ulterjuri, jenħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun sodisfatta li hemm probabbiltà kbira li se jiġi adottat pjan ta' ristrutturar. Jenħtieġ li L-Istati Membri jiżguraw li kull talba biex jiġi estiż it-tul ta' żmien inizjali tal-waqfa ssir fi żmien skadenza raġonevoli li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jagħtu deċiżjoni fi żmien xieraq. Jekk awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ma tiħux deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-waqfa ta' infurzar qabel ma tiskadi, jenħtieġ li l-waqfa tieqaf milli jkollha effett fil-ġurnata li fiha jiskadi l-perjodu tal-waqfa. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-perjodu totali tal-waqfa xorta jkun limitat għal disa' xhur.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Biex ikun żgurat li d-drittijiet li huma sostanzjalment simili jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-pjanijiet ta' ristrutturar ikunu jistgħu jiġu adottati mingħajr ma jippreġudikaw inġustament id-drittijiet tal-partijiet affettwati, jinħtieġ li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji ta' formazzjoni tal-klassijiet skont il-liġi nazzjonali. Bħala minimu, jinħtieġ li l-kredituri garantiti u dawk mhux garantiti dejjem jiġu trattati fi klassijiet separati. Il-liġi nazzjonali tista' tipprovdi li l-pretensjonijiet iggarantiti jistgħu jinqasmu f'pretensjonijiet iggarantiti u mhux iggarantiti fuq il-bażi ta' valutazzjoni kollaterali. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tistipula regoli speċifiċi li jappoġġaw il-formazzjoni tal-klassijiet jekk kredituri mhux diversifikati jew inkella speċjalment vulnerabbli, bħalma huma impjegati jew fornituri żgħar, jistgħu jibbenefikaw minn din il-formazzjoni tal-klassijiet. Jinħtieġ li l-liġijiet nazzjonali, f'kull każ, jiżguraw li jingħata t-trattament xieraq lil kwistjonijiet ta' importanza partikolari għal skopijiet ta' formazzjoni tal-klassijiet, bħal pretensjonijiet minn partijiet konnessi, u jinħtieġ li jinkludu regoli li jittrattaw pretensjonijiet kontinġenti u pretensjonijiet ikkontestati. Jinħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva teżamina l-formazzjoni tal-klassijiet jekk pjan ta' ristrutturar jintbagħat għal konferma, iżda l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dawn l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll il-formazzjoni tal-klassijiet fi stadju iktar bikri jekk il-proponent tal-pjan ikollu jfittex validazzjoni jew gwida minn qabel.

(25)  Biex ikun żgurat li d-drittijiet li huma sostanzjalment simili jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-pjanijiet ta' ristrutturar ikunu jistgħu jiġu adottati mingħajr ma jippreġudikaw inġustament id-drittijiet tal-partijiet affettwati, jenħtieġ li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji ta' formazzjoni tal-klassijiet skont il-liġi nazzjonali. Bħala minimu, jenħtieġ li l-kredituri garantiti u dawk mhux garantiti dejjem jiġu trattati fi klassijiet separati. Il-liġi nazzjonali tista' tipprevedi li l-pretensjonijiet iggarantiti jistgħu jinqasmu f'pretensjonijiet iggarantiti u mhux iggarantiti fuq il-bażi ta' valutazzjoni kollaterali. Jenħtieġ li l-liġi nazzjonali tistipula wkoll regoli speċifiċi li jappoġġaw il-formazzjoni tal-klassijiet jekk kredituri mhux diversifikati jew inkella speċjalment vulnerabbli, bħalma huma impjegati jew fornituri żgħar, jistgħu jibbenefikaw minn din il-formazzjoni tal-klassijiet. Jenħtieġ li l-liġijiet nazzjonali, f'kull każ, jiżguraw li jingħata t-trattament xieraq lil kwistjonijiet ta' importanza partikolari għal skopijiet ta' formazzjoni tal-klassijiet, bħal pretensjonijiet minn partijiet konnessi, u jenħtieġ li jinkludu regoli li jittrattaw pretensjonijiet kontinġenti u pretensjonijiet ikkontestati. Jenħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva teżamina l-formazzjoni tal-klassijiet jekk pjan ta' ristrutturar jintbagħat għal konferma, iżda l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dawn l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll il-formazzjoni tal-klassijiet fi stadju iktar bikri jekk il-proponent tal-pjan ikollu jfittex validazzjoni jew gwida minn qabel.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Għalkemm jinħtieġ li pjan ta' ristrutturar dejjem jitqies bħala adottat jekk il-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata tappoġġa l-pjan, pjan ta' ristrutturar li mhuwiex appoġġjat mill-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sakemm ikun appoġġjat minn mill-inqas klassi waħda ta' kredituri affettwati u li l-klassijiet ta' dawk li ma jaqblux ma jiġux ippreġudikati inġustament taħt il-pjan propost (il-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti). B'mod partikolari, jinħtieġ li l-pjan josserva r-regola ta' prijorità assoluta li tiżgura li klassi ta' kredituri li ma jaqblux għandha titħallas kompletament qabel klassi iktar riċenti tirċievi xi distribuzzjoni jew iżżomm xi interessi taħt il-pjan ta' ristrutturar. Ir-regola ta' prijorità assoluta sservi bħala bażi għall-valur li għandu jiġi allokat fost il-kredituri fir-ristrutturar. Bħala korollarju għar-regola ta' prijorità assoluta, l-ebda klassi ta' kredituri ma tista' tirċievi jew iżżomm taħt il-pjan ta' ristrutturar valuri ekonomiċi jew benefiċċji li jaqbżu l-ammont sħiħ tal-pretensjonijiet jew l-interessi ta' dik il-klassi. Ir-regola ta' prijorità assoluta tippermetti li jiġi ddeterminat, jekk imqabbel mal-istruttura tal-kapital tal-impriża taħt ristrutturar, l-allokazzjoni tal-valur li l-partijiet għandhom jirċievu skont il-pjan ta' ristrutturar fuq il-bażi tal-valur tal-impriża bħala negozju avvjat.

(28)  Għalkemm jenħtieġ li pjan ta' ristrutturar dejjem jitqies adottat jekk il-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata tappoġġja l-pjan, pjan ta' ristrutturar li mhuwiex appoġġjat mill-maġġoranza meħtieġa f'kull klassi affettwata xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva dment li jkun appoġġjat minn mill-inqas klassi waħda ta' kredituri affettwati li tirrappreżenta maġġoranza tal-pretensjonijiet, u li l-klassijiet ta' dawk li ma jaqblux ma jiġux ippreġudikati inġustament taħt il-pjan propost (il-mekkaniżmu ta' applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti). B'mod partikolari, jenħtieġ li l-pjan josserva r-regola ta' prijorità assoluta li tiżgura li klassi ta' kredituri li ma jaqblux għandha titħallas kompletament qabel klassi iktar riċenti tirċievi xi distribuzzjoni jew iżżomm xi interessi taħt il-pjan ta' ristrutturar. Ir-regola ta' prijorità assoluta sservi bħala bażi għall-valur li għandu jiġi allokat fost il-kredituri fir-ristrutturar. Bħala korollarju għar-regola ta' prijorità assoluta, l-ebda klassi ta' kredituri ma tista' tirċievi jew iżżomm taħt il-pjan ta' ristrutturar valuri ekonomiċi jew benefiċċji li jaqbżu l-ammont sħiħ tal-pretensjonijiet jew l-interessi ta' dik il-klassi. Ir-regola ta' prijorità assoluta tippermetti li jiġi ddeterminat, jekk imqabbel mal-istruttura tal-kapital tal-impriża taħt ristrutturar, l-allokazzjoni tal-valur li l-partijiet għandhom jirċievu skont il-pjan ta' ristrutturar fuq il-bażi tal-valur tal-impriża bħala negozju avvjat.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a)  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, il-pjan jenħtieġ li jippermetti li t-titolari ta' ekwità tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju jipprovdu assistenza mhux monetarja għar-ristrutturar billi jużaw, pereżempju, l-esperjenza, ir-reputazzjoni jew il-kuntatti kummerċjali tagħhom.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jinħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jinħtieġ li l-Istati Membri, bħala prinċipju, jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema kif definiti fid-Direttiva 2008/94/KE, minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċaw qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jinħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-Istati Membri jestendu l-kopertura tal-garanzija tal-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema stabbilita mid-Direttiva 2008/94/KE għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv stabbiliti minn din id-Direttiva, l-eżenzjoni tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema mill-waqfa tal-infurzar ma għadhiex ġustifikata sa fejn ikun kopert minn dik il-garanzija. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jinħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jenħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. Jekk din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE68, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE69, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill72, jenħtieġ li hija tistipula arranġamenti għall-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet li jagħmlu possibbli l-preservazzjoni tal-impjiegi u tal-attività ekonomika, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità neċessarja għal dan l-iskop, filwaqt li tiggarantixxi eżerċitar effettiv ta' dawn id-drittijiet. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-Istati Membri, bħala prinċipju, jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema kif definiti fid-Direttiva 2008/94/KE, minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċaw qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jenħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-Istati Membri jestendu l-kopertura tal-garanzija tal-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema stabbilita mid-Direttiva 2008/94/KE għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv stabbiliti minn din id-Direttiva, l-eżenzjoni tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema mill-waqfa tal-infurzar ma għadhiex ġustifikata sa fejn ikun kopert minn dik il-garanzija. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

_________________

_________________

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

69 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

69 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

70 Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

70 Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).

72 Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati, ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

72 Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati, ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-possibilitajiet differenti tat-tieni opportunità fl-Istati Membri jistgħu jinċentivaw lill-imprendituri b'dejn eċċessiv biex jirrilokaw lejn Stati Membri sabiex jibbenefikaw minn perjodi iqsar ta' ħelsien mid-dejn jew kundizzjonijiet iktar attraenti għall-ħelsien mid-dejn, li jwasslu għal inċertezza legali addizzjonali u spejjeż għall-kredituri meta jirkupraw il-pretensjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-effetti ta' falliment, b'mod partikolari l-istigma soċjali, il-konsegwenzi legali bħall-iskwalifika tal-imprendituri milli jibdew u jfittxu attività imprenditorjali u l-inkapaċità kontinwa li jitħallsu lura d-djun jikkostitwixxu diżinċentivi importanti għall-imprendituri li jixtiequ jibdew negozju jew jingħataw it-tieni opportunità, anki jekk l-evidenza turi li l-imprendituri li fallew għandhom aktar ċans li jirnexxu t-tieni darba. Jinħtieġ għalhekk li jittieħdu passi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tad-djun eċċessivi u tal-falliment fuq l-imprendituri, b'mod partikolari billi jiġi permess ħelsien sħiħ mid-djun wara ċertu perjodu ta' żmien u billi jiġi limitat it-tul tal-ordnijiet ta' skwalifika maħruġa b'konnessjoni mad-djun eċċessivi tad-debitur.

(37)  Il-possibilitajiet differenti tat-tieni opportunità fl-Istati Membri jistgħu jinċentivaw lill-imprendituri b'dejn eċċessiv biex jirrilokaw lejn Stati Membri sabiex jibbenefikaw minn perjodi iqsar ta' ħelsien mid-dejn jew kundizzjonijiet iktar attraenti għall-ħelsien mid-dejn, li jwasslu għal inċertezza legali addizzjonali u spejjeż għall-kredituri meta jirkupraw il-pretensjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-effetti ta' falliment, b'mod partikolari l-istigma soċjali, il-konsegwenzi legali bħall-iskwalifika tal-imprendituri milli jibdew u jfittxu attività imprenditorjali u l-inkapaċità kontinwa li jitħallsu lura d-djun jikkostitwixxu diżinċentivi importanti għall-imprendituri li jixtiequ jibdew negozju jew jingħataw it-tieni opportunità, anki jekk l-evidenza turi li l-imprendituri li fallew għandhom aktar ċans li jirnexxu t-tieni darba. Jenħtieġ għalhekk li jittieħdu passi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tad-djun eċċessivi u tal-falliment fuq l-imprendituri, b'mod partikolari billi jiġi permess ħelsien sħiħ mid-djun wara ċertu perjodu ta' żmien, billi tiġi stabbilita skema ta' responsabilità biex jitħeġġeġ it-teħid ta' tali azzjoni, u billi jiġi limitat it-tul tal-ordnijiet ta' skwalifika maħruġa b'konnessjoni mad-djun eċċessivi tad-debitur. Filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għall-imprendituri affettwati mit-tieni opportunità appoġġ għan-negozju, azzjonijiet ta' tnedija mill-ġdid, aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar id-disponibbiltà ta' appoġġ amministrattiv, legali, kummerċjali jew finanzjarju adattat għalihom u kwalunkwe mezz disponibbli għalihom sabiex jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' negozju ġdid u li jista' jgħinhom iniedu mill-ġdid il-kapaċità intraprenditorjali tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida ċara lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar kif għandhom jivvalutaw l-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, fl-istabbiliment dwar jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, il-ħin meta dawn saru, l-isforzi tal-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida ċara lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar kif għandhom jivvalutaw l-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, biex jiġi stabbilit jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, iż-żmien meta dawn saru, l-isforzi tad-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu kategoriji speċifiċi ta' dejn. Meta dawn l-esklużjonijiet jinvolvu kredituri pubbliċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interess tal-pubbliku ġenerali u l-promozzjoni tal-intraprenditorija. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Huwa meħtieġ li tinżamm u tittejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni ta' negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti ta' intrapriżi mhux vijabbli. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntieri stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848, il-professjonaliżmu tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jinħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jinħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew kmamar speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(39)  Huwa meħtieġ li jinżammu u jittejbu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni tan-negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti ta' intrapriżi mhux vijabbli. It-titjib fit-trasparenza u l-prevedibbiltà jiżgura wkoll ċertezza legali akbar għall-investituri u l-kredituri involuti fil-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Jenħtieġ li jkun possibbli li dak it-tnaqqis b'mod partikolari jiġi żgurat, bħala l-ewwel pass, bl-introduzzjoni ta' proċeduri kunfidenzjali li jippermettu, parzjalment minħabba l-kunfidenzjalità, li jitħejja l-pjan jew iċ-ċessjoni mingħajr ma jitnaqqas il-valur marbut mar-reklamar tal-proċedura. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntieri stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848 applikabbli għall-proċeduri miftuħa pubblikament, il-professjonaliżmu tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jenħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jenħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew awli b'maġistrati speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu mħarrġin sew u ssorveljati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità. Jinħtieġ li l-prattikanti wkoll jikkonformaw ma' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mmirati lejn l-iżgurar ta' livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, trasparenza tal-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti u r-regoli li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda.

(40)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkollhom għarfien espert suffiċjenti u jkunu ssorveljati sew fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità fid-dawl tal-objettiv prinċipali li l-kumpanija terġa' ssir vijabbli. Jenħtieġ li l-prattikanti jkunu sokkorrituri u mhux likwidaturi u huwa wkoll essenzjali li jikkonformaw ma' kodiċi ta' kondotta professjonali mmirati lejn l-iżgurar ta' livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, trasparenza tad-dmirijiet ta' dawn il-prattikanti u r-regoli li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li jkunu naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Huwa importanti li tinġabar dejta affidabbli dwar il-prestazzjoni tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn sabiex jiġu sorveljati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għalhekk jinħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-dejta li tkun granulari biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni preċiża ta' kif id-Direttiva tiffunzjona fil-prattika.

(42)  Huwa importanti li tinġabar dejta affidabbli dwar il-prestazzjoni tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn sabiex jiġu sorveljati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw dejta li tkun granulari biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni preċiża ta' kif id-Direttiva tiffunzjona fil-prattika bil-għan li, jekk ikun meħtieġ, isiru riformi addizzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati jipproċedu permezz ta' ġbir analitiku tad-dejta, imqassma skont it-tipi ta' proċeduri, sabiex tkun disponibbli statistika affidabbli u li tista' tintuża għat-tqabbil.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tiddependi ħafna fuq arranġamenti kollaterali finanzjarji, b'mod partikolari, jekk tiġi pprovduta sigurtà kollaterali b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni f'sistemi deżinjati jew f'operazzjonijiet tal-bank ċentrali u jekk il-marġnijiet jiġu pprovduti lil kontropartijiet ċentrali (CCPs). Billi l-valur tal-istrumenti finanzjarji mogħtija bħala garanzija jista' jkun volatili ħafna, huwa kruċjali li jinkiseb il-valur tagħhom malajr qabel jonqos. Għalhekk, jinħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 199874 , id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill75 u r-Regolament (UE) Nru 648/201276 .

(43)  L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tiddependi ħafna fuq arranġamenti kollaterali finanzjarji, b'mod partikolari, meta tiġi pprovduta sigurtà kollaterali b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni f'sistemi deżinjati jew f'operazzjonijiet tal-bank ċentrali u meta l-marġnijiet jiġu pprovduti lil kontropartijiet ċentrali (CCPs). Billi l-valur tal-istrumenti finanzjarji mogħtija bħala garanzija jista' jkun volatili ħafna, huwa kruċjali li jinkiseb il-valur tagħhom malajr qabel jonqos. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 199874, id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill75 u r-Regolament (UE) Nru 648/201276 jenħtieġ li jieħdu preċedenza fuq din id-Direttiva.

_________________

_________________

74 Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166/45, 11.6.1998).

74 Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166/45, 11.6.1998).

75 Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168/43, 27.6.2002).

75 Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168/43, 27.6.2002).

76 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201/1, 27.7.2012, p. 1).

76 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201/1, 27.7.2012, p. 1).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza;

(a)  il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza, u possibbiltà ta' sopravivenza. Permezz ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha tispeċifika aktar x'jikkostitwixxi "probabbiltà ta' insolvenza";

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "proċedura ta' insolvenza" tfisser proċedura kollettiva li tinvolvi ċessjoni parzjali jew totali tad-debitur u l-ħatra ta' likwidatur;

(1)  "proċedura ta' insolvenza" tfisser proċedura kollettiva li tinvolvi ċessjoni parzjali jew totali tad-debitur u l-ħatra ta' prattikant fl-insolvenza;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "ristrutturar" tfisser tibdil fil-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet, jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-debitur jew kwalunkwe parti oħra tal-istruttura tal-kapital tad-debitur, inkluż il-kapital azzjonarju, jew kombinament ta' dawn l-elementi, inkluż il-bejgħ ta' assi jew partijiet tan-negozju, bil-għan li l-intrapriża tkun tista' tkompli kompletament jew parzjalment;

(2)  "ristrutturar" tfisser proċedura jew miżuri, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk kunfidenzjali li jippermettu tibdil fil-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet, jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-debitur jew kwalunkwe parti oħra tal-istruttura tal-kapital tad-debitur, inkluż il-kapital azzjonarju, jew kombinament ta' dawn l-elementi, inkluż il-bejgħ ta' assi jew tan-negozju kollu jew parti minnu, bil-għan li l-intrapriża tkun tista' tkompli kompletament jew parzjalment;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "partijiet affettwati" tfisser kredituri jew klassijiet ta' kredituri u, jekk applikabbli skont il-liġi nazzjonali, titolari ta' ekwità li l-pretensjonijiet jew l-interessi tagħhom huma affettwati taħt pjan ta' ristrutturar;

(3)  "partijiet affettwati" tfisser kredituri jew klassijiet ta' kredituri, inklużi kredituri pubbliċi u sħab kuntrattwali ta' kuntratti eżekutorji u, jekk applikabbli skont il-liġi nazzjonali, titolari ta' ekwità u ħaddiema li l-pretensjonijiet jew l-interessi tagħhom huma affettwati taħt pjan ta' ristrutturar;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali" tfisser sospensjoni temporanja tad-dritt li tiġi infurzata pretensjoni minn kreditur kontra debitur ordnata minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

(4)  "waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali" tfisser sospensjoni temporanja tad-dritt li tiġi infurzata pretensjoni minn kreditur jew grupp ta' kredituri kontra debitur jew grupp ta' debituri ordnata minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser gruppi ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar;

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser raggruppament ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar. Għall-fini tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, il-kredituri jinqasmu fi klassijiet differenti ta' kredituri, fejn bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u mhux garantiti jiġu ttrattati fi klassijiet distinti, filwaqt li l-ħaddiema jikkostitwixxu klassi separata;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "finanzjament ġdid" tfisser kwalunkwe fondi ġodda, kemm jekk ingħataw minn kreditur eżistenti jew wieħed ġdid, li huma neċessarji biex jimplimentaw pjan ta' ristrutturar li huma miftiehma f'dak il-pjan ta' ristrutturar u kkonfermati sussegwentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

(11)  "finanzjament ġdid" tfisser kwalunkwe fondi ġodda jew forniment ta' kreditu, kemm jekk ingħataw minn kreditur eżistenti jew wieħed ġdid, li huma neċessarji biex jimplimentaw pjan ta' ristrutturar li huma miftiehma f'dak il-pjan ta' ristrutturar u kkonfermati sussegwentement minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "finanzjament interim" tfisser kwalunkwe fondi, kemm jekk ipprovduti minn kreditur eżistenti jew ġdid, li huma raġonevolment u immedjatament neċessarji sabiex in-negozju tad-debitur ikompli jopera jew jibqa' ħaj, jew sabiex jippreservaw jew isaħħaħu l-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat pjan ta' ristrutturar;

(12)  "finanzjament interim" tfisser kwalunkwe fondi jew forniment ta' kreditu, kemm jekk ipprovduti minn kreditur eżistenti jew ġdid, li huma raġonevolment u immedjatament neċessarji sabiex in-negozju tad-debitur ikompli jopera jew jibqa' ħaj, jew sabiex jippreservaw jew isaħħu l-valur ta' dak in-negozju sakemm jiġi kkonfermat pjan ta' ristrutturar;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "prattikant fil-qasam tar-ristrutturar" tfisser kull persuna jew entità appuntata minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva li twettaq waħda jew iktar mill-kompiti li ġejjin:

(15)  "prattikant fil-qasam tar-ristrutturar" tfisser kull persuna jew entità li twettaq wieħed jew iktar mill-kompiti li ġejjin:

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  "pjan ta' ħlas lura" tfisser programm ta' pagamenti ta' ammonti speċifiċi f'dati speċifikati minn debitur lill-kredituri bħala parti minn pjan ta' ristrutturar;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  "vijabbli" tfisser li tkun tista' tagħti redditu previst adegwat fuq il-kapital wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal għodod ta' twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal għodod ta' twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tippromwovi, bħala parti mill-istrateġija tagħha għal suq uniku diġitali, l-użu u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-IT għan-notifiki u l-komunikazzjonijiet online, sabiex tiżgura proċeduri ta' twissija bikrija aktar effettivi.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw informazzjoni pubblika, bla ħlas, rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għad-debituri u għall-imprendituri sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha:

(a)  toħroġ lista ta' indikaturi ta' twissija, marbuta ma' sett ta' azzjonijiet li għandhom jitwettqu mid-debituri u l-imprendituri f'każ li jintlaħqu dawn l-indikaturi;

(b)  tiċċentralizza fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 u tagħmilha faċli għall-utent. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata kull sena.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess previst fil-paragrafi 1 u 2 lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew għall-imprendituri

3.  Għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew għall-imprendituri, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess għal konsulenza professjonali minn prattikant tar-ristrutturar fl-istadji kollha, pereżempju permezz ta' kmamar tal-kummerċ jew tan-negozju u assoċjazzjonijiet tan-nutara filwaqt li jitqies li dawn il-miżuri għandhom dejjem ikunu bi prezz li jintlaħaq mill-SMEs.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-taxxa, tas-sigurtà soċjali u tal-awditjar ikollhom mezzi biżżejjed skont il-liġi nazzjonali biex ikunu jistgħu jirrappurtaw kwalunkwe żvilupp inkwetanti malajr kemm jista' jkun.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jinċentivaw lid-debituri f'diffikultà finanzjarja biex jieħdu azzjoni bikrija billi jipprovdu informazzjoni ċara dwar il-proċeduri disponibbli ta' ristrutturar preventiv u dwar l-għodod ta' twissija bikrija disponibbli.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Oqfsa ta' ristrutturar preventivi jistgħu jikkonsistu f'waħda jew aktar mill-proċeduri jew miżuri li ġejjin.

2.  Oqfsa ta' ristrutturar preventivi jistgħu jikkonsistu fi proċedura jew miżura waħda jew aktar, li jistgħu jkunu straġudizzjarji jew ordnati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Minbarra l-mezzi rikjesti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu mezzi oħra li bihom id-debituri jkunu jistgħu jiksbu protezzjoni, inklużi mezzi kuntrattwali.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex id-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

3.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat filwaqt li jiżguraw li d-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħatra minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każijiet kollha.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-ħatra minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar, jekk dan ikun neċessarju u xieraq sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-partijiet affettwati, filwaqt li jitqies li dawk il-miżuri għandhom ikunu ta' prezz li jista' jintlaħaq mill-SMEs.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar fil-każijiet li ġejjin:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ħatra ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta l-obbligu tad-debitur li jagħmel rikors għall-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza skont il-liġi nazzjonali jqum matul il-perjodu tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  meta l-pjan jipprevedi t-trasferiment tal-impriża kumpanija kollha jew ta' parti minnha lil impriża oħra mingħajr ma jitħallsu bis-sħiħ il-kredituri kollha u lanqas ma jinżammu l-ħaddiema kollha.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk u sa fejn tkun meħtieġa waqfa bħal din sabiex jiġu appoġġati n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali. Għadd ta' kundizzjonijiet partikolari għandhom jiġu speċifikati biex jiġi żgurat li tali waqfa tkun meħtieġa sabiex ikun jista' jiġi negozjat pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri għandhom tal-inqas jirrikjedu li n-negozji ta' debituri li jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jkunu vijabbli.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata rigward kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri garantiti u preferenzjali. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata rigward kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri pubbliċi, kummerċjali, garantiti u preferenzjali. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali. Limitazzjoni bħal din m'għandhiex tipperikola l-effiċjenza u s-suċċess tal-pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri għandhom jilħqu bilanċ bejn l-objettiv ewlieni tal-kontinwità tal-kumpanija u l-interess tal-pubbliku ġenerali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kredituri pubbliċi.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għat-talbiet pendenti tal-impjegati ħlief jekk u sal-punt li l-Istati Membri jiżguraw b'mezzi oħra, li l-ħlas ta' dawn il-pretensjonijiet jiġi ggarantit f'livell ta' protezzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dak previst taħt il-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva 2008/94/KE.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-pretensjonijiet ta' intrapriżi mikro u żgħar u għall-pretensjonijiet pendenti tal-impjegati ħlief jekk u sal-punt li l-Istati Membri jiżguraw b'mezzi oħra, li l-ħlas ta' dawn il-pretensjonijiet jiġi ggarantit f'livell ta' protezzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dak previst taħt il-liġi nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva 2008/94/KE.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw id-durata tal-waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali għal perjodu massimu ta' mhux iktar minn erba' xhur.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu massimu għad-durata tal-waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali. Dak il-perjodu massimu għandu jkun ta' mhux inqas minn tliet xhur u mhux aktar minn sitt xhur.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  It-tul totali ta' żmien tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, inklużi l-estensjonijiet u t-tiġdid, ma għandux ikun ta' aktar minn 12-il xahar.

7.  It-tul totali ta' żmien tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, inklużi l-estensjonijiet u t-tiġdid, ma għandux ikun ta' aktar minn disa' xhur.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk kreditur individwali jew kategorija unika ta' kredituri huma jew jistgħu jkunu ppreġudikati b'mod inġust minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li ma tagħtix il-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali jew tista' tneħħi waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali diġà mogħtija fir-rigward ta' dak il-kreditur jew kategorija ta' kredituri, b'talba tal-kredituri kkonċernati.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kreditur individwali jew kategorija unika ta' kredituri huma jew jistgħu jkunu ppreġudikati b'mod inġust minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, jew kreditur vulnerabbli jiltaqa' ma' diffikultajiet finanzjarji, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li ma tagħtix il-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali jew tista' tneħħi waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali diġà mogħtija fir-rigward ta' dak il-kreditur jew kategorija ta' kredituri, b'talba tal-kredituri kkonċernati. Preġudizzju inġust għandu jitqies li jeżisti meta tal-inqas kreditur jew klassi ta' kredituri jkunu qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi konsiderevoli.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Waqfa ġenerali li tkopri l-kredituri kollha għandha tipprevjeni l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza bit-talba ta' kreditur wieħed jew iktar.

2.  Waqfa ġenerali li tkopri l-kredituri kollha involuti fin-negozjati tal-pjan ta' ristrutturar għandha tipprevjeni l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza bit-talba ta' kreditur wieħed jew aktar, bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema, b'konformità mal-Artikolu 6(3).

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' ristrutturar ma jintemmux awtomatikament u li, meta jeżaminaw il-prospetti biex jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar b'suċċess fil-perjodu tal-waqfa, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li tipposponi l-ftuħ ta' proċedura ta' insolvenza u li żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'din l-eventwalità, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għandu jkollha s-setgħa li tiddifferixxi l-ftuħ tal-proċedura ta' insolvenza u żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali, bil-kundizzjoni li ma tikkawżax diffikultajiet finanzjarji severi lill-kredituri sabiex teżamina l-prospetti li jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar b'suċċess jew trasferiment ta' negozju ekonomikament vijabbli fil-perjodu tal-waqfa.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' waqfa, il-kredituri li għalihom tapplika l-waqfa ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur għal djun li kienu jeżistu qabel il-waqfa. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal kuntratti essenzjali li huma neċessarji għat-tkomplija tal-operat ta' kuljum tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-perjodu ta' waqfa, il-kredituri li għalihom tapplika l-waqfa ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċeleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji essenzjali għad-detriment tad-debitur għal djun li kienu jeżistu qabel il-waqfa bil-kundizzjoni li ma jikkawżawx diffikultajiet finanzjarji severi lill-kredituri. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kuntratt eżekutorju huwa essenzjali meta jkun meħtieġ għat-tkomplija tal-operat ta' kuljum tan-negozju, inklużi l-provvisti kollha meta sospensjoni tal-forniment twassal biex l-attivitajiet tal-kumpanija jitwaqqfu għal kollox.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċelleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur permezz ta' klawżola kuntrattwali li tistipula miżuri bħal dawn, unikament minħabba d-dħul tad-debitur f'negozjati ta' ristrutturar, it-talba għal waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-ordni tal-waqfa bħala tali jew kull avveniment simili konness mal-waqfa.

5.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kredituri ma jkunux jistgħu jissospendu l-prestazzjoni jew itemmu, jaċċeleraw jew jimmodifikaw b'xi mod ieħor kuntratti eżekutorji għad-detriment tad-debitur permezz ta' klawżola kuntrattwali li tistipula miżuri bħal dawn, unikament minħabba d-dħul tad-debitur f'negozjati ta' ristrutturar, it-talba għal waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali, l-ordni tal-waqfa bħala tali jew kull avveniment simili konness mal-waqfa.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li xejn ma jimpedixxi lid-debitur milli jħallas, fil-perkors normali tan-negozju, pretensjonijiet ta' jew dovuti lil kredituri mhux affettwati u l-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jinqalgħu wara li tingħata l-waqfa u li jkomplu jinqalgħu matul il-perjodu tal-waqfa.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li xejn ma jimpedixxi lid-debitur milli jħallas, fil-perkors normali tan-negozju, pretensjonijiet ta' jew dovuti lil kredituri mhux affettwati u l-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jinqalgħu fi kwalunkwe mument matul il-perjodu tal-waqfa. Matul dak il-perjodu, id-debituri għandhom ikunu kapaċi jwettqu t-tranżazzjonijiet li jkunu fl-interess tal-kontinwità tan-negozju.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  opinjoni jew dikjarazzjoni raġunata mill-persuna responsabbli li tipproponi l-pjan ta' ristrutturar li tispjega għala n-negozju huwa vijabbli, kif l-implimentazzjoni tal-pjan aktarx twassal biex id-debitur jevita l-insolvenza u jġib lura l-vijabbiltà fuq terminu twil tiegħu, u li tiddikjara kull prekondizzjoni antiċipata biex dan jirnexxi.

(g)  opinjoni jew dikjarazzjoni motivata mill-persuna responsabbli li tipproponi l-pjan ta' ristrutturar li tispjega għaliex in-negozju huwa vijabbli, kif l-implimentazzjoni tal-pjan propost aktarx twassal biex id-debitur jevita l-insolvenza u/jew iġib lura l-vijabbiltà fuq terminu twil tiegħu, u li tiddikjara kwalunkwe prekondizzjoni antiċipata biex dan jirnexxi.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  il-pretensjonijiet jew id-drittijiet l-oħra tal-ħaddiema għandhom jiġu ttrattati billi jitqies li kwalunkwe pretensjoni finanzjarja mill-ħaddiema għandu jkollha prijorità sħiħa.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tiżgura tabilħaqq il-kunfidenzjalità tad-diskussjonijiet, tal-iskambji, tan-negozjati jew tas-sessjonijiet ta' informazzjoni ma' persuni li jkunu ffirmaw ftehim ta' kunfidenzjalità.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet li jippermettu lil kreditur wieħed jew aktar jipproponi/u pjan alternattiv għal dak propost mid-debitur jew minn kreditur bil-qbil tad-debitur.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.  Il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar li jagħtu lill-kredituri dividend mill-inqas ugwali għal dak li kien ikollhom fil-każ ta' bejgħ tal-assi u l-klassifikazzjoni tal-kredituri wara proċedimenti ta' insolvenza għandhom jikkostitwixxu proċedura ta' falliment fis-sens tad-direttivi msemmija hawn fuq.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Il-pretensjonijiet jew id-drittijiet l-oħra tal-ħaddiema ma għandhomx jiġu affettwati mill-pjanijiet ta' ristrutturar.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur affettwat ikollu dritt li jivvota fuq l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali drittijiet tal-vot lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2).

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur affettwat, inklużi l-kredituri pubbliċi u l-ħaddiema, ikollu dritt li jivvota fuq l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi li jimplika għal kull wieħed minnhom. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali drittijiet tal-vot lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2).

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-ħaddiema jiġu ttrattati fi klassi għalihom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li l-ħaddiema jiġu ttrattati fi klassi għalihom. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu regoli speċifiċi li jappoġġjaw il-formazzjoni ta' klassijiet separati għall-kredituri vulnerabbli bħall-fornituri żgħar u l-intrapriżi mikro u żgħar.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Pjan ta' ristrutturar għandu jitqies li ġie adottat minn partijiet affettwati, bil-kundizzjoni li tinkiseb maġġoranza fl-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi tagħhom f'kull klassi. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-maġġoranzi meħtieġa għall-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li f'kull każ ma għandux ikun ogħla minn 75 % tal-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi f'kull klassi.

4.  Pjan ta' ristrutturar għandu jitqies li ġie adottat minn partijiet affettwati, bil-kundizzjoni li tinkiseb maġġoranza fl-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi tagħhom f'kull klassi. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-maġġoranzi meħtieġa għall-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li f'kull każ ma għandux ikun ogħla minn 75 % tal-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi f'kull klassi. Pjan tal-bejgħ għandu jiġi awtorizzat mill-qorti kompetenti skont il-proċedura nazzjonali li tippermetti l-awtorizzazzjoni u t-twettiq ta' dan il-bejgħ.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx fi klassi waħda ta' vvutar fejn ikun hemm dissens, il-pjan xorta jista' jiġi kkonfermat jekk ikun konformi mar-rekwiżiti tal-applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 11.

6.  Meta l-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx fi klassi ta' vvutar waħda jew aktar fejn ikun hemm dissens, il-pjan xorta jista' jiġi kkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jekk ikun konformi mar-rekwiżiti tal-applikazzjoni furzata fuq klassijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 11.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li fil-każ ta' nuqqas ta' kollaborazzjoni min-naħa ta' kredituri oħrajn, il-pjan ta' ristrutturar tal-ħaddiema jista' jiġi ppreżentat lill-amministrazzjoni jew lill-qorti kompetenti u jiġi adottat mingħajr il-kunsens tal-kredituri ma jkunux qed jikkooperaw.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li ġejjin jistgħu jsiru vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' ristrutturar li jaffettwaw l-interessi ta' partijiet affettwati li ma jaqblux jistgħu jsiru vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-pjan ta' ristrutturar ikun konformi mat-test tal-aħjar interess tal-kredituri;

(b)  f'każ li l-kredituri jikkontestaw jekk il-pjan ta' ristrutturar ikunx konformi mat-test tal-aħjar interess tal-kredituri;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kwalunkwe finanzjament ġdid ikun neċessarju biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar u ma jippreġudikax b'mod inġust l-interessi tal-kredituri.

(c)  kwalunkwe finanzjament ġdid ikun neċessarju biex jiġi implimentat il-pjan ta' ristrutturar u ma jippreġudikax b'mod inġust l-interessi tal-kredituri eżistenti.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma u f'kull każ mhux iktar tard minn 30 jum wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar jew tawtorizza pjan ta' bejgħ, biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma u f'kull każ mhux iktar tard minn 30 jum wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2);

(a)  jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) u ma jmurx kontra l-Artikolu 10(3) billi jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita minnu;

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lit-titolari ta' ekwità ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jagħtu kontribuzzjoni mhux monetarja skont il-pjan.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Il-ħaddiema

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi dawk stabbiliti fid-direttiva preżenti, ma jiġux imminati mill-proċess ta' ristrutturar u li jkun hemm superviżjoni indipendenti tal-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. Dawk id-drittijiet għandhom jinkludu, b'mod partikolari:

(i)  id-dritt għan-negozjar kollettiv u għall-azzjoni industrijali;

(ii)  id-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, inkluż b'mod partikolari l-aċċess għall-informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura li jista' jkollha impatt fuq l-impjiegi u/jew l-abilità tal-ħaddiema li jirkupraw il-pagi tagħhom u kwalunkwe pagament ġejjieni, inklużi l-pensjonijiet okkupazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ħaddiema kullimkien ikunu ttrattati bħala klassi ta' kredituri preferenzjali u ggarantita.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jew il-pjan ta' bejgħ jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valur tal-intrapriża għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva abbażi tal-valur tal-intrapriża bħala negozju avvjat fil-każijiet li ġejjin:

2.  Il-valur tal-intrapriża għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva abbażi tal-valur tal-intrapriża bħala negozju avvjat u tal-valur realizzabbli wara l-bejgħ tal-assi mill-prattikant tal-insolvenza fi proċedura tal-insolvenza fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kredituri li mhumiex involuti fl-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar ma għandhomx ikunu affettwati mill-pjan.

2.  Il-kredituri li mhumiex identifikati fi pjan ta' ristrutturar ikkonfermat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ma għandhomx ikunu affettwati mill-pjan.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tikkonferma l-pjan u tagħti kumpens monetarju lill-kredituri li ma jaqblux, pagabbli mid-debitur jew mill-kredituri li vvutaw favur il-pjan.

(b)  tikkonferma l-pjan u tivvaluta l-possibbiltà li l-kredituri li ma jaqblux u li jsofru dannu inġustifikabbli fl-ambitu tal-pjan jingħataw kumpens monetarju u – meta jkun xieraq – jagħtu tali kumpens, pagabbli mid-debitur.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li t-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 jiġu approvati minn prattikant fil-qasam tar-ristrutturar jew minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sabiex igawdu mill-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrekjedu li t-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 jiġu approvati minn prattikant fil-qasam tar-ristrutturar jew minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sabiex igawdu mill-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jkollhom ir-rispett dovut għall-interessi tal-kredituri u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(b)  li jkollhom ir-rispett dovut għall-interessi tal-kredituri u partijiet ikkonċernati oħrajn, inkluż b'rabta mal-impjiegi;

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  li jissodisfaw, bl-aktar mod kompatibbli mal-kunfidenzjalità, l-obbligi li ġejjin mill-atti tal-Unjoni li jagħtu drittijiet lill-ħaddiema.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  il-valur tal-assi netti tal-kumpanija ma jitnaqqasx b'mod intenzjonali taħt il-livell meħtieġ sabiex jinħelsu l-obbligazzjonijiet akkumulati għall-ħaddiema;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-imprendituri affettwati mit-tieni opportunità appoġġ għan-negozju u azzjonijiet ta' riġenerazzjoni li jgħinuhom jirkupraw il-kapaċità intraprenditorjali tagħhom.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ladarba jiskadi l-perjodu tal-ħelsien mid-dejn, l-imprendituri b'dejn eċċessiv jinħelsu minn djunhom mingħajr il-ħtieġa li japplikaw mill-ġdid għand awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ladarba jiskadi l-perjodu tal-ħelsien mid-dejn, l-imprendituri b'dejn eċċessiv jinħelsu minn djunhom wara konferma uffiċjali.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun aġixxa b'mod diżonest jew in mala fede lejn il-kredituri meta ddejjen jew waqt il-ġabra tad-djun;

(a)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ikun aġixxa b'mod diżonest jew in mala fede lejn il-kredituri meta ddejjen jew waqt il-ġbir tad-djun. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-Istati Membri sabiex jinħoloq sett ta' kriterji li jiddeterminaw dak li jikkostitwixxi azzjoni qarrieqa jew mala fede;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ma jimxix ma' pjan ta' ħlas lura jew ma' xi obbligu legali ieħor li għandu l-għan li jissalvagwardja l-interessi tal-kredituri;

(b)  l-imprenditur b'dejn eċċessiv ma jimxix sostanzjalment ma' pjan ta' ħlas lura jew ma' xi obbligu legali ieħor li għandu l-għan li jissalvagwardja l-interessi tal-kredituri, filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi mikro u żgħar f'termini ta' żamma mal-proċeduri ta' insolvenza u ristrutturar.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  f'każ ta' aċċess abbużiv għall-proċeduri ta' ħelsien mid-dejn;

imħassar

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ ta' aċċess ripetut għall-proċeduri ta' ħelsien mid-dejn f'ċertu perjodu ta' żmien.

(d)  fil-każ ta' aċċess ripetut u abbużiv għall-proċeduri ta' ħelsien mid-dejn f'ċertu perjodu ta' żmien.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jeskludi ċerti kategoriji ta' dejn, bħal dejn garantit jew dejn li jirriżulta minn pieni kriminali jew responsabbiltà għad-danni, mill-ħelsien mid-dejn jew jistabbilixxu perjodu itwal ta' ħelsien mid-dejn jekk tali esklużjonijiet jew perjodi itwal ikunu ġġustifikati minn interess ġenerali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jeskludi ċerti kategoriji ta' dejn, bħal dejn garantit jew dejn li jirriżulta mid-dritt għall-manteniment, pieni kriminali jew responsabbiltà għad-danni, mill-ħelsien mid-dejn jew jistabbilixxu perjodu itwal ta' ħelsien mid-dejn jekk tali esklużjonijiet jew perjodi itwal ikunu ġġustifikati minn interess ġenerali. Meta l-esklużjoni tinvolvi l-kredituri pubbliċi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interess tal-pubbliku ġenerali u l-promozzjoni tal-intraprenditorija.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta imprenditur b'dejn eċċessiv ikolli djun professjonali li jkun ġarrab fit-twettiq tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, kif ukoll djun personali mġarrbin barra minn dawk l-attivitajiet, id-djun kollha jiġu ttrattati fi proċedura unika għall-finijiet tal-kisba tal-ħelsien mid-dejn.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta imprenditur b'dejn eċċessiv ikollu djun professjonali li jkun ġarrab fit-twettiq tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, kif ukoll djun personali mġarrbin barra minn dawk l-attivitajiet, id-djun professjonali għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet tal-kisba tal-ħelsien mid-dejn, b'mod separat mid-djun personali. Meta jkun hemm proċeduri għall-kisba ta' ħelsien kemm għal djun professjonali kif ukoll dawk personali, dawn il-proċeduri jkunu jistgħu jiġu kkoordinati għall-finijiet tal-kisba ta' ħelsien mid-dejn skont din id-Direttiva.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 u jistipulaw li d-djun professjonali u personali jiġu ttrattati fi proċeduri separati, bil-kundizzjoni li dawn il-proċeduri jkunu jistgħu jiġu kkoordinati għall-finijiet tal-kisba ta' ħelsien mid-dejn skont din id-Direttiva.

imħassar

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi li jittrattaw kwistjonijiet ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tat-tieni opportunità jirċievu taħriġ inizjali u ulterjuri sa livell li jixraq ir-responsabbiltajiet tagħhom.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi li jittrattaw kwistjonijiet ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tat-tieni opportunità jkollhom l-għarfien espert u l-esperjenza f'livell li jixraq lir-responsabbiltajiet tagħhom.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-medjaturi, il-prattikanti fl-insolvenza u prattikanti oħrajn maħtura fi kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jingħatalhom it-taħriġ inizjali u ulterjuri meħtieġ biex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jingħataw b'mod effettiv, imparzjali, indipendenti u kompetenti b'relazzjoni mal-partijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-medjaturi, il-prattikanti fl-insolvenza u prattikanti oħrajn maħtura fi kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jkollhom għarfien espert u esperjenza estensivi biex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jingħataw b'mod effettiv, imparzjali, indipendenti u kompetenti fir-rigward tal-partijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-disponibbiltà ta' lista pubblika ta' prattikanti u medjaturi reġistrati biex jiffaċilitaw it-tħeġġiġ tad-debituri biex jiksbu protezzjoni b'mezzi kuntrattwali, minbarra dawk meħtieġa minn din id-Direttiva.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri bil-għan li tittejjeb il-kwalità tat-taħriġ madwar l-Unjoni, inkluż permezz tan-netwerking u l-iskambju ta' esperjenzi u għodod ta' bini tal-kapaċità u, jekk ikun meħtieġ, torganizza taħriġ għall-membri tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi li jittrattaw kwistjonijiet ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tat-tieni opportunità.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, b'kull mezz li jqisu xieraq, l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, u l-adeżjoni ma' dawn il-kodiċijiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza effettivi oħrajn marbutin mal-għoti ta' tali servizzi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu standards minimi għall-prattikanti, pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ u l-kwalifiki professjonali, ir-reġistrazzjoni tal-istatus bħala prattikant, il-liċenzjar, ir-responsabbiltà u l-kodiċi ta' etika professjonali, l-assigurazzjoni u reputazzjoni tajba.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità jinħatru mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji li jikkonċernaw il-mod li bih l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tagħżel talli prattikant ikunu ċari u trasparenti. Meta jintgħażel prattikant fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità għal każ partikolari, għandha tingħata l-konsiderazzjoni debita lill-esperjenza u l-għarfien espert tal-prattikant. Fejn xieraq, id-debituri u l-kredituri għandhom jiġu kkonsultati fl-għażla tal-prattikant.

3.  Meta l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità jinħatru mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji li jikkonċernaw il-mod li bih l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tagħżel tali prattikant ikunu ċari u trasparenti. Meta jintgħażel prattikant fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità għal każ partikolari, għandha tingħata l-konsiderazzjoni debita lill-esperjenza u l-għarfien espert tal-prattikant, mhux biss f'materji legali iżda anke kummerċjali. Fejn xieraq, id-debituri u l-kredituri għandhom jiġu kkonsultati fl-għażla tal-prattikant.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi miżmuma mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jkunu rregolati minn regoli li jinċentivaw riżoluzzjoni f'waqtha u effiċjenti ta' proċeduri bir-rispett dovut għall-kumplessità tal-każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri xierqa bis-salvagwardji integrati jkunu disponibbli biex jiġi żgurat li kull tilwima dwar ir-remunerazzjoni tista' tiġi solvuta f'waqtha.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi miżmuma mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità jkunu rregolati minn regoli li jinċentivaw riżoluzzjoni f'waqtha u effiċjenti ta' proċeduri bir-rispett dovut għall-kumplessità tal-każ. L-effiċjenza tal-proċedura għandha titkejjel mhux biss f'termini ta' rati ta' rkupru tal-kredituri, iżda anke f'termini tal-kumpanija jew tal-imprenditur u tal-irkupru tal-vijabbiltà, taħt ir-responsabbilità ta' awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri xierqa bis-salvagwardji integrati jkunu disponibbli biex jiġi żgurat li kull tilwima dwar ir-remunerazzjoni tkun tista' tiġi solvuta f'waqtha.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27a

Informazzjoni disponibbli għall-imprendituri tat-tieni opportunità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imprendituri tat-tieni opportunità jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' appoġġ amministrattiv, legali, kummerċjali jew finanzjarju adattat għalihom u kwalunkwe mezz disponibbli għalihom sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta' negozju ġdid.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 u li tirċievi skont il-paragrafu 2 b'mod faċli għall-utent fuq is-sit web tagħha.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-notifiki lill-kredituri;

(c)  in-notifiki lill-kredituri u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema;

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-għadd ta' debituri li, wara li jkunu għaddew mill-proċedura msemmija fil-punt (a)(iii) ta' dan il-paragrafu, ikunu soġġetti għal proċedura oħra bħal din jew proċedura oħra msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

(g)  l-għadd ta' debituri li, wara li jkunu għaddew mill-proċedura msemmija fil-punti (a)(ii) u (iii) ta' dan il-paragrafu, ikunu soġġetti għal proċedura oħra bħal din jew proċedura oħra msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  għad-debituri li bdew negozju ġdid wara li għaddew minn proċedura msemmija fil-punti (a) (ii) u (iii), iż-żmien medju bejn it-tmiem tal-proċedura u l-bidu tan-negozju l-ġdid;

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gb)  l-għadd ta' impjiegi mitlufa, it-trasferiment ta' parti jew tat-totalità tan-negozju, is-sensji parzjali u l-impatt tal-ftehimiet ta' ristrutturar fuq l-impjieg u l-livell ta' finanzjament pubbliku;

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gc)  il-ħidma mwettqa minn kull prattikant u r-riżultati tagħha fir-rigward tad-dejta msemmija fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu;

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gd)  l-għadd ta' proċeduri ta' ristrutturar u ta' insolvenza frodulenti u l-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' infurzar fis-seħħ.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom isenslu statistiċi mid-dejta aggregata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal snin kalendarji sħaħ li jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena, li jibdew bid-dejta miġbura għall-ewwel sena kalendarja wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni]. Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni annwalment abbażi ta' formola ta' komunikazzjoni tad-dejta standard, sal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja wara s-sena li tkun inġabret id-dejta għaliha.

3.  L-Istati Membri għandhom isenslu statistika mid-dejta aggregata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal snin kalendarji sħaħ li jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena, li jibdew bid-dejta miġbura għall-ewwel sena kalendarja wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni]. Din l-istatistika għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni annwalment abbażi ta' formola ta' komunikazzjoni tad-dejta standard, sal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja wara s-sena li tkun inġabret id-dejta għaliha. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istatistika permezz ta' sit web faċli għall-utent.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1, 2 u 3 u tagħmilha faċli għall-utent.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju lejn l-atti li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom:

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli80 ;

(a)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli80, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet u l-obbligi fl-Artikoli minn 3 sa 9 tagħha;

__________________

__________________

80 Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli, ĠU L 166/45, 11.6.1998.

80 Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli, ĠU L 166/45, 11.6.1998.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali81 ; u

(b)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali81, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet u l-obbligi fl-Artikoli minn 4 sa 8 tagħha u,

__________________

__________________

81 Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2012 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, ĠU L 168/43, 27.6.2002.

81 Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2012 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, ĠU L 168/43, 27.6.2002.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet82 .

(c)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet82, u b'mod partikolari r-rekwiżit li jingħata kollateral jew marġni f'konformità mal-Artikoli 11, 41 u 46 tiegħu,

__________________

__________________

82Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ĠU L 201/1, 27.7.2012.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari fuq id-drittijiet tad-debituri taħt kwalunkwe waqfa fl-azzjonijiet ta' infurzar skont l-Artikolu 6.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard minn [5 snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni] u kull seba' 7 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż dwar jekk għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri addizzjonali biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ il-qafas legali dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità.

Mhux aktar tard minn [3 snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni] u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż dwar jekk għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri addizzjonali biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ il-qafas legali dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità, inkluża d-disponibbiltà ta' riżorsi u ta' qrati speċjalizzati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Oqfsa ta’ ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn

Referenzi

COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.1.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Enrique Calvet Chambon

24.11.2016

Eżami fil-kumitat

30.8.2017

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Petr Ježek, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Ashley Fox, Marian Harkin, Alain Lamassoure, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Tibor Szanyi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Claudia Schmidt, Sven Schulze, Bogdan Brunon Wenta

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Ashley Fox, Sander Loones

PPE

Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Carlos Iturgaiz, Alain Lamassoure, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Claudia Schmidt, Sven Schulze, Tom Vandenkendelaere, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Tibor Szanyi, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

2

-

ENF

Gerolf Annemans, Sylvie Goddyn

4

0

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (5.12.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

(COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Edouard Martin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Mill-perspettiva tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-fatt li f'din il-proposta leġiżlattiva l-ħaddiema impjegati fil-kumpaniji qed jitqiegħdu, bħala kredituri, fuq l-istess livell tall-banek jew ta' kwalunkwe detentur ta' ekwità ieħor huwa preokkupanti.

Minn naħa, din il-viżjoni ta' kumpanija tillimita l-proposta għall-aspetti finanzjarji, filwaqt li tqis u tiddeskrivi l-irkupru ta' kumpanija esklużivament bħala riorganizzazzjoni finanzjarja tal-partijiet ikkonċernati bil-għan li jkun hemm "bidu ġdid", mingħajr ma jitqiesu verament il-ħaddiema.

Barra minn hekk, dan ifisser li l-kredituri qed jiġu kważi identifikati mal-konsumaturi, kif indikat fit-test introduttorju, li għalkemm joqgħod lura milli jieħu l-pass, jipprevedi l-possibbiltà li d-direttiva tiġi applikata għall-kwistjonijiet relatati mal-konsum. L-emendi proposti jsegwu diversi linji ta' approċċ:

  tiġi rikonoxxuta r-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-impriżi, li ma jistgħux jikkostitwixxu biss netwerk organizzat ta' kuntratti bejn l-imprendituri, id-detenturi ta' ekwità, il-kredituri tal-kapital, il-fornituri, il-klijenti u l-ħaddiema, iżda huma organizzazzjonijiet soċjali li jiġġeneraw valur permezz tax-xogħol individwali u kollettiv tal-persunal tagħhom; għaldaqstant, il-ħaddiema mhumiex eżattament fl-istess klassi bħall-oħrajn;

  il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, li jkunu jafu tajjeb l-ambjent tax-xogħol, jingħataw il-possibbiltà li jeżerċitaw id-drittijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u jwissu dwar sitwazzjoni ekonomika meqjusa preokkupanti; barra minn hekk, fil-kuntest ta' ristrutturar bikri, il-ħaddiema għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell ma' partijiet ikkonċernati jew kredituri oħra (kif jirreferi għalihom it-test), u huma u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jingħataw dritt u aċċess għal riżorsi ta' analiżi u konsultazzjoni li bħalissa m'għandhomx;

  jitqiesu l-każijiet fejn persuni li jkunu rtiraw minn impriża li tkun f'riskju ta' falliment jistgħu jkunu potenzjalment affettwati (skemi ta' tfaddil tal-kumpanija, fondi pensjonistiċi, eċċ.) u jikkunsidrawhom, f'dawn il-każijiet, bħala "klassi" skont it-tifsira tad-Direttiva.

Fit-test introduttorju tagħha, il-Kummissjoni tilqa' l-impatt pożittiv tad-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni; madankollu, dan jista' jseħħ biss jekk dawn id-drittijiet ikunu effettivi, li s'issa għadu ma ġiex aċċertat. Ta' min wieħed ifakkar li l-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxi "d-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-impriża". Huwa essenzjali li kwalunkwe ristrutturar bikri mhux biss jirrispetta dawn il-prinċipji iżda, aktar u aktar, jagħti lid-djalogu soċjali l-post li jistħoqqlu. Il-miżuri proposti f'din l-opinjoni jkollhom impatt pożittiv fuq dan id-dritt peress li dawn ma jaffettwawx il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam u jipprevedu, barra minn hekk, id-dritt għall-ħaddiema affettwati li jivvutaw dwar il-pjanijiet ta' ristrutturar.

Fl-aħħar nett, l-emendi proposti jsaħħu erbgħa mit-tmien "benefiċċji" identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt (1-3-5-8): "possibbiltajiet effiċjenti għal ristrutturar bikri", "l-iffaċilitar tat-tkomplija tan-negozju tad-debitur waqt ir-ristrutturar", "iż-żieda tal-probabbiltà ta' suċċess tal-pjanijiet ta' ristrutturar", kif ukoll "iż-żieda tal-effettività tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità".

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1) Jenħtieġ li l-ħaddiema kollha jkollhom id-dritt għall-protezzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif stabbilit fil-Karta Soċjali Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opporutnità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta' żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

(1)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta' stabbiliment, li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-ħaddiema, din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f'diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta' ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu, u b'hekk ma jintilfux impjiegi li jistgħu jiġu salvati, filwaqt li tikkontribwixxi bl-istess mod bħal fil-każ ta' likwidazzjoni biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opportunità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta' żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b'mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jinħtieġ li r-ristrutturar jippermetti lill-impriżi f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju. Jinħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar fi stadju bikru u jevitaw l-insolvenza tagħhom. Jinħtieġ li sawn l-oqfsa jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri, is-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali u jinħtieġ li jevitaw telf ta' impjiegi mingħajr bżonn u telf ta' għarfien u ħiliet. Jinħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv. Fil-proċess tar-ristrutturar jinħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jinħtieġ li jiġu llikwidati malajr kemm jista' jkun.

(2)  Jenħtieġ li r-ristrutturar u r-riżultati ta' rapporti ta' esperti xierqa u vijabbli jippermettu lill-impriżi f'diffikultajiet finanzjarji jkomplu n-negozju tagħhom kompletament jew parzjalment, billi jbiddlu l-kompożizzjoni, il-kundizzjonijiet jew l-istruttura tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew tal-istruttura tal-kapital tagħhom, inkluż permezz ta' bejgħ tal-assi jew partijiet tan-negozju. Jenħtieġ li l-oqfsa ta' ristrutturar preventiv fuq kollox jippermettu lill-impriżi jwettqu ristrutturar fi stadju bikru u jevitaw l-insolvenza tagħhom u l-likwidazzjoni ta' kumpaniji vijabbli. Jenħtieġ li dawn l-oqfsa jimpedixxu t-telf ta' impjiegi u t-telf ta' għarfien u ħiliet u jimmassimizzaw il-valur totali għall-kredituri – meta mqabbel ma' dak li jirċievu kieku jiġu likwidati l-assi tal-kumpanija – kif ukoll għas-sidien u l-ekonomija b'mod ġenerali. Jenħtieġ li jevitaw ukoll l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv. Fil-proċess tar-ristrutturar jenħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti, inklużi dawk tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, in-negozji mhux vijabbli bl-ebda prospett ta' sopravivenza jenħtieġ li jiġu likwidati malajr kemm jista' jkun.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jeżaminaw il-possibbiltà li jfasslu mekkaniżmi biex jimpedixxu l-użu eċċessiv jew abbużiv ta' esperti min-naħa tal-impjegati, bi spejjeż għall-impriża, għax fl-aħħar mill-aħħar dan ikollu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  Qafas leġiżlattiv komuni jkun pożittiv kemm għall-interessi tan-negozji u tal-imprendituri li jixtiequ jestendu l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra, kif ukoll għall-investituri transnazzjonali, peress li dan inaqqas l-inċertezza legali.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3c)  Jenħtieġ li jingħata trattament speċjali lill-ħaddiema rtirati li l-pensjonijiet tagħhom jiddependu kompletament jew parzjalment mill-iskemi pensjonistiċi tal-kumpanija u li jistgħu jkunu affettwati mir-ristrutturar bikri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  F'ħafna Stati Membri l-imprendituri falluti, għalkemm onesti, idumu iktar minn tliet snin biex jinħelsu mid-djun tagħhom u jagħmlu bidu ġdid. Oqfsa ineffiċjenti tat-tieni opportunità jwasslu biex l-imprendituri jkollhom jirrilokaw f'ġurisdizzjonijiet oħra sabiex jibbenefikaw minn bidu ġdid f'perjodu ta' żmien raġonevoli, bi spejjeż addizzjonali konsiderevoli kemm għall-kredituri tagħhom kif ukoll għad-debituri nfushom. Ordnijiet ta' skwalifika fit-tul li spiss jakkumpanjaw proċedura li twassal għall-ħelsien mid-dejn joħolqu ostakli għal-libertà li tibda u teżerċita attività imprenditorjali indipendenti.

(4)  F'ħafna Stati Membri l-imprendituri falluti, għalkemm onesti, idumu iktar minn tliet snin biex jinħelsu mid-djun tagħhom u jagħmlu bidu ġdid. Oqfsa ineffiċjenti tat-tieni opportunità jwasslu biex l-imprendituri jkollhom jirrilokaw f'ġurisdizzjonijiet oħra sabiex jibbenefikaw minn bidu ġdid f'perjodu ta' żmien raġonevoli, bi spejjeż addizzjonali konsiderevoli kemm għall-kredituri tagħhom kif ukoll għad-debituri nfushom. Ordnijiet ta' skwalifika fit-tul li spiss jakkumpanjaw proċedura li twassal għall-ħelsien mid-dejn joħolqu ostakli għal-libertà li teżerċita attività imprenditorjali.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Jenħtieġ li t-tieni opportunità titqies bħala pass lejn is-suċċess u mhux bħala sinonimu ta' falliment. Il-mekkaniżmi tat-tieni opportunità li jippermettu li jinħafer id-dejn mhux imħallas ta' dawk id-debituri li jkunu meqjusa li qed jaġixxu in bona fide jirrappreżentaw diżinċentiv għall-ekonomija s-sewda u jrawmu kultura imprenditorjali, u b'hekk jirriżultaw f'effett pożittiv fuq l-impjiegi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jestendu l-mekkaniżmi tat-tieni opportunità lill-persuni fiżiċi.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri huwa fattur importanti li jikkawża rati baxxi ta' rkupru u jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-ġurisdizzjonijiet fejn il-proċedimenti jirriskjaw li jdumu ħafna.

(5)  It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn f'diversi Stati Membri, jew l-ineżistenza virtwali ta' tali proċeduri, f'ċerti każijiet, jikkostitwixxu fattur importanti li jikkawża konsegwenzi negattivi fit-tul għall-ħaddiema kkonċernati, rati baxxi ta' rkupru imprenditorjali, jiskoraġġixxi lill-investituri milli jagħmlu negozju fil-pajjiżi kkonċernati u jikkontribwixxi b'mod drammatiku għaż-żieda fl-għadd ta' ċittadini li jinsabu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali u mis-suq tax-xogħol, u b'hekk jimmina r-reżiljenza soċjali u ekonomika tas-soċjetà kollha kemm hi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri fl-evalwazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri isemmu l-inċertezza dwar regoli ta' insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi ta' insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jibdewx relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess.

(6)  Dawn id-differenzi kollha jwasslu għal spejjeż addizzjonali għall-investituri jew għall-banek fil-valutazzjoni tar-riskji ta' debituri li jidħlu f'diffikultajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar jew fil-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-issuktar tal-attivitajiet vijabbli ta' impriżi f'diffikultà u l-ispejjeż ta' kumpaniji ta' ristrutturar li jkollhom stabbilimenti, kredituri jew assi fi Stati Membri oħra, bħalma huwa l-każ ċar fir-ristrutturar ta' gruppi internazzjonali ta' kumpaniji. Ħafna investituri isemmu l-inċertezza dwar regoli ta' insolvenza jew ir-riskju ta' proċeduri twal jew kumplessi ta' insolvenza f'pajjiż ieħor bħala raġuni ewlenija għaliex ma jinvestux jew ma jibdewx relazzjoni ta' negozju ma' kontroparti barra minn pajjiżhom stess. Għaldaqstant, din l-inċertezza hija ta' diżinċentiv għall-investiment, tostakola l-libertà tal-istabbiliment tal-impriżi u timmina l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri. Livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità għalhekk huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb b'mod ġenerali u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem b'mod partikolari.

(7)  Dawn id-differenzi jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ugwali għall-aċċess għall-kreditu u għal rati ta' rkupru mhux ugwali fl-Istati Membri. Għalhekk, livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-liġijiet dwar ir-ristrutturar, l-insolvenza u t-tieni opportunità huwa indispensabbli għal suq uniku li jaħdem tajjeb, b'mod ġenerali, u għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem, b'mod partikolari, kif ukoll għall-vijabbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi u allura għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-ispejjeż addizzjonali tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-infurzar transfruntier għall-kredituri ta' imprendituri b'dejn eċċessiv li jirrilokaw lejn Stat Membru ieħor sabiex jiksbu t-tieni opportunità f'perjodu ta' żmien ħafna iqsar għandhom jitneħħew ukoll. L-ispejjeż addizzjonali għall-imprendituri li ġejjin mill-ħtieġa li jirrilokaw fi Stat Membru ieħor sabiex jibbenefikaw mit-tieni opportunità se jkollhom jitnaqqsu wkoll. Barra minn hekk, l-ostakli li jirriżultaw minn ordnijiet ta' skwalifika fit-tul marbuta mad-dejn eċċessiv ta' imprenditur jrażżnu l-imprenditorija.

(8)  L-ispejjeż addizzjonali tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-infurzar transfruntier għall-kredituri ta' imprendituri b'dejn eċċessiv li jirrilokaw lejn Stat Membru ieħor sabiex jiksbu t-tieni opportunità f'perjodu ta' żmien ħafna iqsar għandhom jitneħħew ukoll. L-ispejjeż addizzjonali għall-imprendituri li ġejjin mill-ħtieġa li jirrilokaw fi Stat Membru ieħor sabiex jibbenefikaw mit-tieni opportunità se jkollhom jitnaqqsu wkoll. Barra minn hekk, l-ostakli li jirriżultaw minn ordnijiet ta' skwalifika fit-tul marbuta mad-dejn eċċessiv ta' imprenditur joħonqu l-imprenditorija.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Huwa rikonoxxut, b'mod ġenerali, li kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturar, b'mod partikolari waħda ta' daqs kbir u li tiġġenera impatt sinifikanti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għall-partijiet ikkonċernati, bl-għażla tal-miżuri meqjusa b'rabta mal-objettivi u l-għażliet alternattivi u b'rispett tal-involviment sħiħ u xieraq tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livelli kollha, imħejjija f'waqthom biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jħejju ruħhom għall-konsultazzjonijiet, qabel ma l-kumpanija tieħu deċiżjoni1a.

__________________

1a (P7_TA(2013)0005 Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema; antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni)

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  B'mod partikolari, jinħtieġ li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jibbenefikaw minn approċċ iktar koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ minn proċeduri ta' ristrutturar aktar effiċjenti f'xi Stati Membri. L-impriżi żgħar u medji, speċjalment meta jaffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jiksbu parir professjonali, għalhekk jinħtieġ li l-għodod ta' twissija bikrija jitqiegħdu fis-seħħ sabiex iwissu lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jinħtieġ li mudelli tal-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu żviluppati wkoll fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli online. Jinħtieġ li d-debituri jkunu jistgħu jużawhom u jadattahom għall-ħtiġijiet tagħhom stess u għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju tagħhom.

(13)  B'mod partikolari, jenħtieġ li l-impriżi żgħar u medji jibbenefikaw minn approċċ koerenti fil-livell tal-Unjoni, billi dawn ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħqu ma' spejjeż għoljin tar-ristrutturar u jieħdu vantaġġ mill-proċeduri ta' ristrutturar f'xi Stati Membri, li rriżultaw effiċjenti. L-impriżi żgħar u medji, speċjalment meta jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, spiss ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jiksbu parir professjonali, għalhekk jenħtieġ li l-għodod ta' twissija bikrija jitqiegħdu fis-seħħ sabiex iwissu lid-debituri dwar l-urġenza li tittieħed azzjoni. Sabiex impriżi bħal dawn ikollhom għajnuna biex jirristrutturaw bi spejjeż baxxi, jenħtieġ li mudelli tal-pjanijiet ta' ristrutturar jiġu żviluppati wkoll fuq livell nazzjonali u magħmula disponibbli online. Jenħtieġ li d-debituri jkunu jistgħu jużawhom u jadattahom għall-ħtiġijiet tagħhom stess u għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju tagħhom.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar koerenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' reġistru tal-insolvenzi fl-Unjoni Ewropea, li jipprovdi aktar trasparenza għall-kredituri kollha u jissimplifika l-aċċess għall-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi żgħar u medji u għall-impjegati.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Iktar ma debitur ikun jista' jsib id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u jieħu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jinħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija. Jinħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehim ta' self. Barra minn hekk, terzi persuni b'informazzjoni rilevanti bħal kontabilisti, awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jistgħu jiġu inċentivati jew obbligati skont il-liġi nazzjonali sabiex jimmarkaw żvilupp negattiv.

(16)  Iktar ma d-debitur jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu jistgħu jikkomunikaw tħassib dwar is-sitwazzjoni preokkupanti jew id-diffikultajiet finanzjarji ta' impriża u jieħdu azzjoni xierqa kmieni, iktar ikun hemm probabbiltà għolja li tiġi evitata insolvenza imminenti jew, f'każ ta' negozju li l-vijabbiltà tiegħu tkun imxekkla b'mod permanenti, iktar ikun ordnat u effiċjenti l-proċess tal-istralċ. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm informazzjoni ċara dwar il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli kif ukoll jitqiegħdu fis-seħħ mekkaniżmi ta' twissija bikrija sabiex jinċentivaw lid-debituri li jibdew jesperjenzaw problemi finanzjarji biex jieħdu azzjoni bikrija u tingħata s-setgħa lill-ħaddiema kkonċernati biex dawn ikunu jistgħu jieħdu rwol attiv fil-proċess ta' ristrutturar. Jenħtieġ li mekkaniżmi ta' twissija bikrija possibbli jinkludu dmirijiet ta' kontabbiltà u ta' monitoraġġ għad-debitur jew il-ġestjoni tad-debitur kif ukoll dmirijiet ta' rappurtaġġ taħt ftehim ta' self. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, tal-kompetizzjoni u tal-awditjar ikollhom biżżejjed mezzi skont il-liġi tat-taxxa nazzjonali sabiex jiġbdu l-attenzjoni għal kwalunkwe żvilupp perikoluż fl-aktar stadju bikri possibbli.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jinħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huma probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jinħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jinħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, iżda ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Barra minn hekk, jinħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jinħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux.

(18)  Sabiex jippromwovu l-effiċjenza u jnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż, jenħtieġ li l-oqfsa nazzjonali ta' ristrutturar preventiv jinkludu proċeduri flessibbli li jillimitaw l-involviment tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-kredituri u ta' partijiet interessati oħra li huma probabbli li jkunu affettwati. Biex jiġu evitati spejjeż żejda u jirriflettu n-natura bikrija tal-proċedura, jenħtieġ li d-debituri fil-prinċipju jitħallew jikkontrollaw l-assi tagħhom u l-operazzjoni ta' kuljum tan-negozju tagħhom. Il-ħatra ta' prattikant tar-ristrutturar, kemm jekk medjatur li jappoġġja n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar jew prattikant tal-insolvenza li jissorvelja l-azzjonijiet tad-debitur, jenħtieġ li ma tkunx obbligatorja f'kull każ, iżda ssir fuq il-bażi ta' każ b'każ skont iċ-ċirkostanzi tal-każ jew il-bżonnijiet speċifiċi tad-debitur. Barra minn hekk, jenħtieġ li neċessarjament ma jkunx hemm ordni tal-qorti għall-ftuħ tal-proċess ta' ristrutturar li jista' jkun informali sakemm id-drittijiet tat-terzi persuni ma jiġux affettwati. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat grad ta' superviżjoni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta' kreditur wieħed jew iktar, jew ta' parti oħra interessata. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk tingħata waqfa ġenerali ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew jekk jidher neċessarju li jiġi impost pjan ta' ristrutturar fuq klassijiet ta' kredituri li ma jaqblux jew fil-każ ta' trasferiment totali jew parzjali tan-negozju lil impriża oħra.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jinħtieġ li l-partijiet milquta interessati jkollhom il-possibbiltà li jappellaw deċiżjoni dwar il-konferma ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pjan, sabiex titnaqqas l-inċertezza u jiġi evitat dewmien mhux ġustifikabbli, jinħtieġ li l-appelli ma jkollhomx effetti sospensivi fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Jekk jiġi stabbilit li l-kredituri tal-minoranzi jkunu sofrew dannu mhux iġġustifikat skont il-pjan, jinħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw, bħala alternattiva għall-annullament tal-pjan, l-għoti ta' kumpens monetarju lill-kredituri rispettivi li ma jaqblux pagabbli lid-debitur jew lill-kredituri li vvutaw favur il-pjan.

(32)  Jenħtieġ li l-partijiet milquta interessati jkollhom il-possibbiltà li jappellaw deċiżjoni dwar il-konferma ta' pjan ta' ristrutturar. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pjan ta' ristrutturar, sabiex titnaqqas l-inċertezza u jiġi evitat dewmien mhux ġustifikabbli, jenħtieġ li l-appelli ma jkollhomx effetti sospensivi fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Jekk jiġi stabbilit li l-kredituri tal-minoranzi jkunu sofrew dannu mhux iġġustifikat skont il-pjan, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw, bħala alternattiva għall-annullament tal-pjan ta' ristrutturar, l-għoti ta' kumpens monetarju lill-kredituri rispettivi li ma jaqblux pagabbli lid-debitur jew lill-kredituri li vvutaw favur il-pjan.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jinħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE68, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE69, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill72. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jinħtieġ li l-Istati Membri, bħala prinċipju, jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema kif definiti fid-Direttiva 2008/94/KE, minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċaw qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jinħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-Istati Membri jestendu l-kopertura tal-garanzija tal-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema stabbilita mid-Direttiva 2008/94/KE għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv stabbiliti minn din id-Direttiva, l-eżenzjoni tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema mill-waqfa tal-infurzar ma għadhiex ġustifikata sa fejn ikun kopert minn dik il-garanzija. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jinħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

(34)  Matul il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv, jenħtieġ li l-ħaddiema jgawdu protezzjoni sħiħa tal-liġi tax-xogħol. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema garantiti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE68, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE69, id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70, id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71 u d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill72. L-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttivi msemmija hawn fuq jibqgħu kompletament intatti. Dan jinkludi obbligi li jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-ħaddiema rigward id-deċiżjoni li jkun hemm azzjoni għal qafas ta' ristrutturar preventiv skont id-Direttiva 2002/14/KE. Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-Istati Membri jeżentaw il-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema kif definiti fid-Direttiva 2008/94/KE, minn kull waqfa tal-infurzar indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-pretensjonijiet jitfaċċaw qabel jew wara li tkun ingħatat il-waqfa. Jenħtieġ li waqfa bħal din tkun permissibbli biss għall-ammonti u għall-perjodu li l-ħlas ta' pretensjonijiet bħal dawn hija garantita b'mod effettiv b'mezzi oħra skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-Istati Membri jestendu l-kopertura tal-garanzija tal-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti tal-ħaddiema stabbilita mid-Direttiva 2008/94/KE għal proċeduri ta' ristrutturar preventiv stabbiliti minn din id-Direttiva, l-eżenzjoni tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema mill-waqfa tal-infurzar ma tibqax ġustifikata sa fejn ikun kopert minn dik il-garanzija. Jekk skont il-liġi nazzjonali jkun hemm limitazzjonijiet għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' garanzija, kemm fir-rigward tat-tul tal-garanzija jew l-ammont imħallas lill-ħaddiema, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jinfurzaw il-pretensjonijiet tagħhom għal kwalunkwe nuqqas fil-konfront ta' min iħaddem anki matul il-waqfa tal-perjodu tal-infurzar.

__________________

__________________

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

68 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

69 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

69 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

70 Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

70 Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36.

71 Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom, ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36.

72 Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati, ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

72 Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati, ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Jekk pjan ta' ristrutturar jinvolvi trasferiment ta' parti minn intrapriża jew negozju, id-drittijiet tal-ħaddiema li jirriżultaw minn kuntratt ta' impjieg jew minn relazzjoni tax-xogħol, b'mod partikolari inkluż id-dritt għall-paga, jinħtieġ li jiġu salvagwardjati b'mod konformi mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi li japplikaw f'każ ta' proċeduri ta' insolvenza skont l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-possibilitajiet permessi mill-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva. Barra minn hekk, flimkien u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni, inkluż dwar deċiżjonijiet li kapaċi jwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar deċiżjonijiet bħal dawn, li huma garantiti mid-Direttiva 2002/14/KE, skont din id-Direttiva, jinħtieġ li l-ħaddiema li huma affettwati mill-pjan ta' ristrutturar ikollhom dritt ta' vot dwar dan il-pjan. Għall-finijiet tal-vot dwar il-pjan ta' ristrutturar, l-Istat Membru jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-ħaddiema fi klassi differenti minn kategoriji oħra ta' kredituri.

(35)  Jekk pjan ta' ristrutturar jinvolvi trasferiment ta' parti minn impriża jew negozju, id-drittijiet tal-ħaddiema li jirriżultaw minn kuntratt ta' impjieg jew minn relazzjoni tax-xogħol, b'mod partikolari inkluż id-dritt għall-paga, jenħtieġ li jiġu salvagwardjati b'mod konformi mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi li japplikaw f'każ ta' proċeduri ta' insolvenza skont l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-possibilitajiet permessi mill-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva. Barra minn hekk, flimkien u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni, inkluż dwar deċiżjonijiet li kapaċi jwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar deċiżjonijiet bħal dawn, li huma garantiti mid-Direttiva 2002/14/KE, skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema li huma affettwati mill-pjan ta' ristrutturar ikollhom dritt ta' vot dwar dan il-pjan. Għall-finijiet tal-vot dwar il-pjan ta' ristrutturar, l-Istat Membru jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-ħaddiema fi klassi differenti minn kategoriji oħra ta' kredituri. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħalma rrimarka dan l-aħħar l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża C-126/16.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida ċara lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar kif għandhom jivvalutaw l-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, fl-istabbiliment dwar jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, il-ħin meta dawn saru, l-isforzi tal-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

(38)  Ħelsien sħiħ mid-dejn jew fl-aħħar tal-iskwalifika jew wara perjodu ta' żmien qasir mhuwiex xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha, pereżempju fil-każijiet fejn id-debitur ikun diżonest jew ikun aġixxa in mala fede. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu gwida u kriterji ċari lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar il-metodu ta' valutazzjoni tal-onestà tal-imprenditur. Pereżempju, fl-istabbiliment dwar jekk id-debitur kienx diżonest, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jikkunsidraw ċirkostanzi bħalma huma n-natura u l-firxa tad-djun, il-ħin meta dawn saru, l-isforzi tal-debitur sabiex iħallas id-djun u jikkonforma mal-obbligi legali inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar pubbliku u ż-żamma tal-kotba kif suppost, u azzjonijiet min-naħa tiegħu sabiex jisfratta r-rikors mill-kredituri. Ordnijiet ta' skwalifika jistgħu jdumu iktar jew b'mod indefinit f'sitwazzjonijiet fejn l-imprenditur jeżerċita ċerti professjonijiet li huma meqjusa bħala sensittivi fl-Istati Membri jew jekk huwa kien ħati ta' attivitajiet kriminali. F'każijiet bħal dawn jista' jkun possibbli għall-imprendituri li jibbenefikaw minn ħelsien mid-dejn, iżda xorta waħda jiġu skwalifikati għal perjodu ta' żmien itwal jew b'mod indefinit milli jeżerċitaw professjoni partikolari.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Huwa meħtieġ li tinżamm u tittejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni ta' negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti ta' intrapriżi mhux vijabbli. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntieri stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848, il-professjonaliżmu tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jinħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jinħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew kmamar speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(39)  Huwa meħtieġ li tinżamm u tittejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċeduri fl-għoti ta' eżiti li huma favorevoli għall-preservazzjoni ta' negozji u għall-għoti tat-tieni opportunità lill-imprendituri jew li jippermettu l-likwidazzjoni effiċjenti ta' intrapriżi mhux vijabbli. Huwa meħtieġ ukoll li jitnaqqas it-tul eċċessiv tal-proċeduri ta' insolvenza f'ħafna Stati Membri, li jirriżulta f'inċertezza legali għall-kredituri u l-investituri u rati ta' rkupru baxxi. Fl-aħħar nett, minħabba l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-qrati u l-prattikanti f'każijiet transfruntieri stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/848, il-professjonaliżmu tal-atturi involuti kollha għandu jittella' f'livelli għoljin b'mod komparabbli fl-Unjoni kollha. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi ġudizzjarji u amministrattivi jiġu mħarrġa b'mod xieraq u jkollhom għarfien speċjalizzat u esperjenza fi kwistjonijiet ta' insolvenza. Jenħtieġ li speċjalizzazzjoni bħal din tal-membri tal-ġudikatura tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet b'impatti ekonomiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir u jenħtieġ li ma tfissirx li l-membri tal-ġudikatura jridu jittrattaw esklussivament il-kwistjonijiet tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Pereżempju, il-ħolqien ta' qrati jew kmamar b'maġistrati speċjalizzati f'konformità mal-liġi nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja jista' jkun mezz effiċjenti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu mħarrġin sew u ssorveljati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità. Jinħtieġ li l-prattikanti wkoll jikkonformaw ma' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mmirati lejn l-iżgurar ta' livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, trasparenza tal-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti u r-regoli li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa fil-prinċipju li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda.

(40)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità li huma maħtura minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu mħarrġin sew u ssorveljati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkunu maħtura b'mod trasparenti bil-konsiderazzjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu żgurati proċeduri effiċjenti u li jwettqu l-kompiti tagħhom b'integrità, fid-dawl tal-objettiv li l-kumpanija terġa' ssir vijabbli. Jenħtieġ li l-prattikanti jkunu sokkorrituri – mhux likwidaturi – u jikkonformaw ma' kodiċi ta' kondotta mmirat lejn l-iżgurar ta' livell xieraq ta' kwalifikazzjoni u taħriġ, trasparenza tal-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti u r-regoli li jiddeterminaw ir-remunerazzjoni tagħhom, it-teħid ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u regolatorji li jinkludu sistema xierqa u effettiva biex tissanzjona lil dawk li naqsu mid-dmirijiet tagħhom. Dawn l-istandards jistgħu jintlaħqu mingħajr il-ħtieġa, fil-prinċipju, li jinħolqu professjonijiet jew kwalifiki ġodda.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a)  Jenħtieġ li ssir valutazzjoni ulterjuri sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa u, konsegwentement, jitressqu inizjattivi leġiżlattivi fir-rigward ta' qafas Ewropew għall-insolvenza li taffettwa lill-persuni li ma jeżerċitawx attività kummerċjali, negozju, sengħa jew professjoni paragunabbli mal-attivitajiet ta' min iħaddem, li, bħala konsumaturi jew utenti ta' prodotti jew servizzi pubbliċi jew privati ma jkunux jistgħu, in bona fide, temporanjament jew b'mod permanenti, iħallsu d-djun meta suppost. Jenħtieġ li dawn il-proposti leġiżlattivi jipprevedu l-ħarsien tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi bażiċi għal dawn il-persuni, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza;

(a)  il-proċeduri ta' ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja, meta jkun hemm probabbiltà ta' insolvenza; jew il-proċeduri użati biex jitnaqqas l-ammont dovut lill-kredituri kollha jew uħud minnhom jew biex isir it-trasferiment tan-negozju vijabbli kollu jew parti minnu lil impriża oħra fil-qafas ta' strateġija fit-tul;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser gruppi ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar;

(6)  "formazzjoni tal-klassi" tfisser gruppi ta' kredituri u titolari ta' ekwità affettwati fi pjan ta' ristrutturar b'tali mod li jirrifletti d-drittijiet u l-anzjanità tal-pretensjonijiet u l-interessi affettwati, filwaqt li jitqiesu intitolamenti possibbli li kienu jeżistu qabel, ipoteki u ftehimiet bejn il-kredituri, u t-trattament tagħhom taħt il-pjan ta' ristrutturar; l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mid-delinjament ta' dawn il-gruppi filwaqt li jitqies li l-ħaddiema huma klassi ta' kredituri preferenzjali; sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, kwalunkwe modifika ġuridika fid-delinjament ta' dawn il-kategoriji ma għandhiex taffettwa pjan ta' ristrutturar li jkun għaddej;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "applikazzjoni furzatata' kredituri li ma jaqblux" tfisser il-konferma minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' pjan ta' ristrutturar li għandu l-appoġġ ta' maġġoranza fil-valur ta' kredituri jew maġġoranza fil-valur f'kull klassi ta' kredituri fuq in-nuqqas ta' qbil ta' minoranza ta' kredituri jew in-nuqqas ta' qbil ta' minoranza ta' kredituri fi ħdan kull klassi;

(7)  "applikazzjoni furzata ta' kredituri li ma jaqblux" tfisser il-konferma minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' pjan ta' ristrutturar li għandu l-appoġġ ta' maġġoranza fil-valur ta' kredituri jew maġġoranza fil-valur f'kull klassi ta' kredituri, jew pjan ta' ristrutturar li l-prezz tat-trasferiment tiegħu ma jkunx biżżejjed biex jitħallsu għalkollox il-kredituri kollha, fuq in-nuqqas ta' qbil ta' minoranza ta' kredituri jew in-nuqqas ta' qbil ta' minoranza ta' kredituri fi ħdan kull klassi jew in-nuqqas ta' qbil tal-kredituri li ma jirċivux ħlas sħiħ tal-pretensjonijiet tagħhom;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li tassisti lid-debitur jew lill-kredituri fl-abbozzar jew fin-negozjar ta' pjan ta' ristrutturar;

(a)  li tassisti lid-debitur jew lill-kredituri fl-abbozzar jew fin-negozjar ta' pjan vijabbli ta' ristrutturar jew ta' bejgħ;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li tissorvelja l-attività tad-debitur waqt in-negozjati fuq pjan ta' ristrutturar u tirrapporta lil awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

(b)  li tissorvelja l-attività tad-debitur waqt in-negozjati fuq pjan ta' ristrutturar jew ta' bejgħ u tirrapporta lil awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal għodod ta' twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri, l-imprendituri, kif ukoll il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom ikollhom aċċess għal għodod ta' twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri, l-imprendituri, kif ukoll il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom ikollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni u li jiġu kkonsultati jekk ikun hemm bżonn tittieħed azzjoni;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu jistgħu jikkomunikaw it-tħassib tagħhom lid-debituri u l-imprendituri dwar id-diffikultajiet li tkun fihom l-impriża u l-urġenza ta' dawn id-diffikultajiet;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu f'pożizzjoni li jirrikorru għal espert indipendenti tal-għażla tagħhom skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali, u li jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u li faċli tinftiehem dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tan-negozju u l-istrateġiji ta' ristrutturar differenti previsti, inkluż it-trasferiment tas-sjieda tal-ħaddiema;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-taxxa, tas-sigurtà soċjali, tal-kompetizzjoni u tal-awditjar ikunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jirrappurtaw kwalunkwe żvilupp inkwetanti malajr kemm jista' jkun.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Disponibbiltà tal-oqfsa ta' ristrutturar preventiv

Disponibbiltà tal-oqfsa ta' ristrutturar preventiv

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, id-debituri f'diffikultà finanzjarja jkollhom aċċess effettiv għal qafas ta' ristrutturar preventiv li jippermettilhom jirristrutturaw id-djun jew in-negozju tagħhom, jirkupraw il-vijabbiltà tagħhom u jevitaw l-insolvenza.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun hemm probabbiltà ta' insolvenza, id-debituri f'diffikultà finanzjarja jkollhom aċċess effettiv għal qafas ta' ristrutturar preventiv li jippermettilhom jirristrutturaw id-djun jew in-negozju tagħhom, jirkupraw il-vijabbiltà tagħhom jew jiżguraw ġestjoni sostenibbli minn impriża oħra u jevitaw l-insolvenza jew isibu soluzzjoni li tkun aktar sodisfaċenti mil-likwidazzjoni tal-assi biex ikunu jistgħu jitħallsu l-kredituri, jitħarsu l-impjiegi u tinżamm l-attività kummerċjali.

2.  Oqfsa ta' ristrutturar preventivi jistgħu jikkonsistu f'waħda jew aktar mill-proċeduri jew miżuri li ġejjin.

2.  L-oqfsa ta' ristrutturar preventiv jistgħu jikkonsistu fi proċedura jew miżura waħda jew aktar, innegozjati u kkonsultati kif xieraq mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, jekk ikun hemm, li għandhom iżommu d-drittijiet kollha ta' negozjar kollettiv u ta' azzjoni industrijali. Dawn l-oqfsa għandhom jipprevedu wkoll proċeduri jew miżuri mmirati għall-irkupru tad-ditta midjuna min-naħa tal-ħaddiema, skont il-liġi nazzjonali rilevanti.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex id-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

3.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jillimitaw l-involviment ta' awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva għal fejn ikun meħtieġ u proporzjonat, filwaqt li jiżguraw li d-drittijiet ta' kwalunkwe parti milquta jiġu ssalvagwardjati.

4.  Oqfsa ta' ristrutturar preventiv għandhom ikunu disponibbli fuq l-applikazzjoni mid-debituri, jew mill-kredituri bi qbil mad-debituri.

4.  L-oqfsa ta' ristrutturar preventiv għandhom ikunu disponibbli fuq l-applikazzjoni mid-debituri, mill-ħaddiema jew minn kredituri oħra bi qbil mad-debituri.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' prattikant fil-qasam tar-ristrutturar fil-każijiet li ġejjin:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ħatra ta' prattikant tal-inqas fil-qasam tar-ristrutturar fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta l-pjan jipprevedi t-trasferiment tal-impriża kollha jew parti minnha lil impriża oħra mingħajr ma jinżammu l-ħaddiema kollha.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk u sa fejn tkun meħtieġa waqfa bħal din sabiex jiġu appoġġati n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri li jkunu qed jinnegozjaw pjan ta' ristrutturar jew ta' bejgħ mal-kredituri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali jekk u sa fejn tkun meħtieġa waqfa bħal din sabiex jiġu appoġġjati n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturar.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata rigward kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri garantiti u preferenzjali. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqfa ta' azzjonijiet ta' infurzar individwali tkun tista' tiġi ordnata fil-konfront ta' kull tip ta' kreditur, inklużi kredituri garantiti u preferenzjali, iżda mhux fil-konfront tal-ħaddiema. Il-waqfa tista' tkun ġenerali, jiġifieri tkopri l-kredituri kollha, jew limitata, jiġifieri tkopri kreditur individwali wieħed jew iktar, skont il-liġi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li s-salvagwardja tal-Artikolu 6(3) hija tajba, fit-test ġenerali tal-Artikolu 6(1) jeħtieġ jingħad li l-klassi tal-ħaddiema għandha status speċjali.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun sar progress rilevanti fin-negozjati dwar il-pjan ta' ristrutturar; u

(a)  ikun sar progress rilevanti fin-negozjati dwar il-pjan ta' ristrutturar jew it-trasferiment tal-parti vijabbli tan-negozju lil impriża oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva; u

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' ristrutturar ma jintemmux awtomatikament u li, meta jeżaminaw il-prospetti biex jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar b'suċċess fil-perjodu tal-waqfa, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li tipposponi l-ftuħ ta' proċedura ta' insolvenza u li żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali.

3.  L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk id-debitur isir illikwidu u b'hekk ma jkunx kapaċi jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti matul il-perjodu ta' waqfa. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' ristrutturar ma jintemmux awtomatikament u li, meta jeżaminaw il-prospetti biex jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar jew ta' trasferiment ta' negozju avvjat b'suċċess fil-perjodu tal-waqfa, awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tista' tiddeċiedi li tipposponi l-ftuħ ta' proċedura ta' insolvenza u li żżomm il-benefiċċju tal-waqfa tal-azzjonijiet ta' infurzar individwali.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  valwazzjoni tal-valur preżenti tad-debitur jew tan-negozju tad-debitur kif ukoll dikjarazzjoni raġunata dwar il-kawżi u d-daqs tad-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur.

(b)  valwazzjoni tal-valur preżenti tad-debitur – wara proċeduri ta' soluzzjoni tal-problemi jew likwidazzjoni tal-assi – jew tan-negozju tad-debitur, kif ukoll dikjarazzjoni motivata dwar il-kawżi u d-daqs tad-diffikultajiet finanzjarji tad-debitur; mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità, din għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-assi u d-djun – u ta' fejn jinsabu – u tar-relazzjoni bejn l-obbligi finanzjarji u l-flussi tal-flus mal-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji tan-negozju;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(f)  it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(i)  it-tul ta' żmien propost tiegħu;

(i)  it-tul ta' żmien propost tiegħu;

(ii)  kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f'forom ta' obbligi oħra;

(ii)  kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f'forom ta' obbligi oħra;

(iii)  kull finanzjament ġdid antiċipat bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar;

(iii)  kull finanzjament ġdid antiċipat bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar;

(iiia)  l-impatt tiegħu fuq kull tip ta' pensjoni tal-ħaddiema rtirati u attwali;

(iiib)  l-impatt tiegħu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-remunerazzjoni tal-ħaddiema;

(iiic)  l-impatt tiegħu fuq is-sussidjarji u s-sottokuntratturi.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  valuzzjoni tal-impjegabbiltà u l-ħiliet individwali u kollettivi tal-impjegati li jkunu affettwati minn dan il-pjan.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-pjanijiet ta' ristrutturar ma għandhomx jaffettwaw il-pretensjonijiet jew id-drittijiet l-oħra tal-ħaddiema, u l-klassi tal-ħaddiema għandha tieħu prijorità.

Tista' ssir eċċezzjoni u l-kundizzjonijiet kuntrattwali jiġu nnegozjati mill-ġdid fi proċessi ta' ristrutturar bikri fil-livell tal-kumpanija bejn il-maniġment u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jekk dan iservi biex l-attività kummerċjali titkompla b'mod normali u jinżammu l-impjiegi.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur affettwat ikollu dritt li jivvota fuq l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali drittijiet tal-vot lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2)

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali jippermettu lill-kredituri, inklużi l-ħaddiema affettwati minn pjan ta' rinunzja, ikollhom id-dritt jivvutaw fuq l-adozzjoni tal-pjan ta' ristrutturar, wara li jkunu ġew infurmati kif xieraq dwar il-proċedura u l-konsegwenzi li jista' jkollha għall-kumpanija. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali drittijiet tal-vot lil titolari ta' ekwità, konformi mal-Artikolu 12(2).

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-ħaddiema jiġu ttrattati fi klassi għalihom.

2  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati minn pjan ta' rinunzja jiġu ttrattati fi klassijiet separati li jirriflettu l-kriterji tal-formazzjoni tal-klassijiet. Il-klassijiet għandhom jiġu ffurmati b'tali mod li kull klassi tkun magħmula minn pretensjonijiet jew interessi bi drittijiet li huma simili biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li l-membri tal-klassi jiġu kkunsidrati bħala grupp omoġenju b'komunalità ta' interessi. Bħala minimu, il-pretensjonijiet garantiti u dawk mhux garantiti għandhom jiġu ttrattati fi klassijiet separati għall-finijiet tal-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar. Ħlief f'ċirkustanzi debitament ġustifikati, peress li l-ħaddiema huma klassi ta' kredituri preferenzjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-pretensjonijiet salarjarli pendenti tal-ħaddiema attivi u l-pretensjonijiet pensjonistiċi tal-ħaddiema rtirati jiġu ttrattati fi klassi preferenzjali għalihom, u għandhom jiggarantixxu l-prijorità ta' dawn il-pretensjonijiet.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Pjan ta' ristrutturar għandu jitqies li ġie adottat minn partijiet affettwati, bil-kundizzjoni li tinkiseb maġġoranza fl-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi tagħhom f'kull klassi. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-maġġoranzi meħtieġa għall-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li f'kull każ ma għandux ikun ogħla minn 75 % tal-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi f'kull klassi.

4.  Pjan ta' ristrutturar għandu jitqies li ġie adottat minn partijiet affettwati, bil-kundizzjoni li tinkiseb maġġoranza fl-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi tagħhom u f'termini tal-għadd ta' membri bi dritt tal-vot f'kull klassi, inkluża l-klassi tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-maġġoranzi meħtieġa għall-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li f'kull każ ma għandux ikun ogħla minn 75 % tal-ammont ta' pretensjonijiet jew interessi f'kull klassi. Pjan ta' bejgħ għandu jkun awtorizzat mill-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali li tippermetti l-awtorizzazzjoni u t-twettiq ta' dan il-bejgħ.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-vot dwar l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar jieħu l-għamla ta' konsultazzjoni u qbil ta' maġġoranza meħtieġa tal-partijiet affettwati f'kull klassi.

5.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-votazzjoni dwar l-adozzjoni ta' pjan ta' ristrutturar tieħu l-għamla ta' konsultazzjoni u qbil ta' maġġoranza meħtieġa tal-partijiet affettwati f'kull klassi. Fil-klassi tal-ħaddiema din il-votazzjoni għandha ssir f'konformità mal-liġijiet nazzjonali.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  pjanijiet ta' ristrutturar li jnaqqsu aktar minn 10 impjiegi fi żmien xahar fl-impriża;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  pjanijiet ta' ristrutturar li jkunu soġġetti għal kontroproposti min-naħa tal-ħaddiema, b'mod partikolari biex jiffavorixxu lil dawk li jinkludu bidla fl-azzjonist bl-appoġġ tal-ħaddiema, jew pjanijiet ta' ristrutturar li fil-futur jittrasformaw il-ħaddiema f'xerrejja, u li jkunu ġew approvati mill-klassi tal-ħaddiema wara proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet biex jinbiegħ negozju avvjat ma jorbtux lill-partijiet qabel ma jiġu kkonfermati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jirrifjutaw li jikkonfermaw pjan ta' ristrutturar meta dak il-pjan ma jkollux prospettiva raġonevoli li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jistgħu jirrifjutaw li jikkonfermaw pjan ta' ristrutturar li jinvolvi r-rinunzja tal-pretensjonijiet meta dak il-pjan ma jkollux prospettiva raġonevoli li jipprevjeni l-insolvenza tad-debitur u li jiżgura l-vijabbiltà tan-negozju jew meta d-debitur ma jkunx irrispetta l-obbligi tiegħu lejn il-ħaddiema skont id-Direttivi eżistenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu jistgħu jirrifjutaw li jawtorizzaw pjan ta' bejgħ meta dan ma jkun joffri l-ebda prospett raġonevoli li l-kredituri jitħallsu dividend li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak li kienu jirċievu kieku l-assi nbiegħu wara proċedura ta' falliment jew jekk it-tkomplija tan-negozju avvjat ma toffrix garanziji dwar il-vijabbiltà tal-attività ttrasferita.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma u f'kull każ mhux iktar tard minn 30 jum wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun meħtieġa tikkonferma pjan ta' ristrutturar jew tawtorizza pjan ta' bejgħ biex dan isir vinkolanti, tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien indebitu wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-konferma u f'kull każ mhux iktar tard minn 30 jum wara li tkun ġiet ippreżentata t-talba.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

1.  Il-valur ta' likwidazzjoni għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva meta l-pjan ta' ristrutturar jew il-pjan ta' bejgħ jiġi kkontestat abbażi ta' ksur allegat tat-test tal-aħjar interess tal-kredituri.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valur tal-intrapriża għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva abbażi tal-valur tal-intrapriża bħala negozju avvjat fil-każijiet li ġejjin:

2.  Il-valur tal-intrapriża għandu jiġi determinat mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva abbażi tal-valur tal-intrapriża bħala negozju avvjat u l-valur tar-rikavat mill-bejgħ tal-assi tagħha mill-prattikant fl-insolvenza waqt proċedura ta' insolvenza fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta pjan jinvolvi t-trasferiment tal-attività kollha jew ta' parti minnha.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-konċedenti ta' finanzjament ġdid jew interim id-dritt li jirċievu ħlas bi prijorità fil-kuntest ta' proċeduri ta' likwidazzjoni sussegwenti b'rabta ta' kredituri oħrajn li mod ieħor kien ikollhom pretensjonijiet superjuri jew ugwali għall-flus jew assi. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw finanzjament ġdid u finanzjament interim mill-inqas iktar privileġġjat meta mqabbel mal-pretensjonijiet ta' kredituri mhux garantiti ordinarji.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi privileġġ enormi għall-fornituri ta' finanzjament ġdid jew interim. Dan jista' jwassal għad-deklassifikazzjoni tal-kredituri l-oħra, inklużi l-ħaddiema, u jista' jnaqqas mis-sustanza rimanenti tal-intrapriża kkonċernata, u b'hekk ikompli jipperikola lill-ħaddiema.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jieħdu passi immedjati biex inaqqsu t-telf għall-kredituri, il-ħaddiema, l-azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn;

(a)  li jieħdu passi immedjati biex inaqqsu t-telf għall-kredituri, il-ħaddiema, l-azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi l-impjiegi u l-interessi u d-drittijiet tal-ħaddiema;

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri jistgħu jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tat-tieni opportunità għall-imprendituri b'tali mod li jiżdiedu wkoll il-persuni fiżiċi, u allura l-persuni li ma jeżerċitawx attività kummerċjali, negozju, sengħa jew professjoni paragunabbli mal-attivitajiet ta' min iħaddem. L-għan tat-tkabbir tal-kamp ta' applikazzjoni għandu jkun li jiġi evitat id-dejn eċċessiv tal-persuni fiżiċi in bona fide, permezz ta' proċedura ta' kwittanza li tipprevedi li d-dejn jibqa' jinġarr ladarba jkun tħallas lura parti minnu u tippermettilhom iġeddu l-aċċess tagħhom għall-kreditu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kif it-tkabbir tal-kamp ta' applikazzjoni tat-tieni opportunità jista' jgħin lill-Istati Membri jnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jippromwovu l-attività ekonomika.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, b'kull mezz li jqisu xieraq, l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta volontarji mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, u l-adeżjoni ma' dawn il-kodiċijiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza effettivi oħrajn marbutin mal-għoti ta' tali servizzi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, b'kull mezz li jqisu xieraq, l-iżvilupp ta' kodiċi ta' kondotta mill-prattikanti fil-qasam tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità, u l-adeżjoni ma' dawn il-kodiċijiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza effettivi oħrajn marbutin mal-għoti ta' tali servizzi, bħal-liċenzjar u r-reġistrazzjoni.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-notifiki lill-kredituri;

(c)  in-notifiki lill-kredituri, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  l-għadd ta' impjiegi mitlufa, it-trasferiment ta' negozju jew parti minnu, is-sensji parzjali u l-impatt tal-ftehimiet ta' ristrutturar fuq l-impjiegi u l-finanzi pubbliċi;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gb)  evalwazzjoni tal-ħidma mwettqa mill-prattikanti u r-riżultati tagħha;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formola ta' komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formola ta' komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 permezz ta' atti delegati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Oqfsa ta’ ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn

Referenzi

COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.1.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

16.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Edouard Martin

17.1.2017

Eżami fil-kumitat

3.5.2017

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dominique Martin, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Siôn Simon, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Anne Sander, Sven Schulze, Jasenko Selimovic, Theodoros Zagorakis, Flavio Zanonato, Kosma Złotowski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

EFDD

GUE/NGL

NI

PPE

S&D

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Jasenko Selimovic, Renate Weber

Laura Agea

Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

Lampros Fountoulis

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Dieter-Lebrecht Koch, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Theodoros Zagorakis

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

1

-

ENF

Dominique Martin

5

0

ECR

Amjad Bashir, Arne Gericke, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Oqfsa ta’ ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn

Referenzi

COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.11.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.1.2017

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

EMPL

16.1.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Angelika Niebler

28.11.2016

Eżami fil-kumitat

12.7.2017

10.10.2017

7.12.2017

Data tal-adozzjoni

2.7.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Mary Honeyball, Emil Radev, Julia Reda, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Viktor Uspaskich, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Kateřina Konečná, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

25.7.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

14

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, Viktor Uspaskich

ECR

Angel Dzhambazki, Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

7

-

ENF

Marie-Christine Boutonnet

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

1

0

EFDD

Laura Ferrara

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Awwissu 2018Avviż legali